1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

434


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1818/2006

tal-11 ta' Diċembru 2006

dwar l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ immaniġġjar tal-limitu kwantitattiv ta’ klorur tal-potassju fir-rigward tal-miżuri ta’ anti-dumping applikabbli fuq importazzjonijiet ta’ klorur tal-potassju li joriġina mill-Belarus

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra importazzjonijiet tad-dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), (ir-’Regolament bażiku’),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1050/2006 li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-klorur tal-potassju li joriġina mill-Belarus u r-Russja (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

(1)

Bir-Regolament (KE) Nru 1050/2006, il-Kunsill impona miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet ta' klorur tal-potassju li joriġina inter alia mill-Belarus. Fid-dawl tal-kundizzjonijiet speċjali tas-suq li qed jipprevalu fis-suq tal-klorur tal-potassju, kien meqjus xieraq li jiġu imposti miżuri fil-forma ta’ prezz minimu ta’ importazzjoni (“MIP”) għal għamliet ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3104 20 50 u 3104 20 90 (kodiċi TARIC 3104205010, 3104205090 u 3104209000), sal-limitu kwantitattiv, u lil hinn minn dan għandu japplika dazju ad valorem ta’ 27,5 % (“prodott ikkonċernat”).

(2)

Il-Kunsill, fir-Regolament (KE) Nru 1050/2006, għaraf li d-dħul tal-limitu kwantitattiv għandu bżonn ta’ sistema ta’ mmaniġġjar li ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, il-Kunsill f’Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1050/2006 ta s-setgħa lill-Kummissjoni biex permezz ta’ Regolament tfassal kemm jista’ jkun teknikament malajr il-modalitajiet tat-twettiq tas-sistema ta’ mmaniġġjar tal-limitu kwantitattiv.

(3)

It-tmexxija effettiva tal-limitu kwantitattiv titlob id-dħul ta' rekwiżit għall-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni tal-Komunità għar-rilaxx ta' ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat sa kemm il-limitu kwantitattiv ikun eżawrit. Sabiex jitnaqqsu l-interferenzi fis-suq u biex jipprovdu aċċess ġust għall-limitu kwantitattiv għall-operaturi ekonomiċi kollha huwa kkunsidrat adattat li l-awtorizazzjoni ta' l-importazzjoni tinħareġ fl-ordni kronoloġiku li fihom in-notifiki ta' l-Istati Membri jkunu waslu.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-limitu kwantitattiv ma jinqabiżx, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura fejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri ma joħorġux awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni qabel ma tinkiseb konferma mill-Kummissjoni li l-ammonti adattati jibqgħu disponibbli fi ħdan il-limiti kwantitattivi.

(5)

Sabiex tegħleb prattiċi spekulattivi jew artifiċjali fir-rigward tal-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' importazzjoni, ikun xieraq li l-applikazzjonijiet individwali jiġu limitati sa l-ammont stipulat fil-kuntratt relevanti li jkunu daħlu għalih l-importatur u l-esportatur; kif ukoll biex tillimita l-validità ta' l-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni għall-tliet xhur. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar ukoll li l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 (3) jistipula li ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, ir-rappreżentat doganali appuntat mill-importatur għandu jkun stabbilit fil-Komunità. Barra minn hekk, għall-istess raġuni (i.e. biex tiġġieled prattiċi spekulattivi u artifiċjali) hu kkunsidrat xieraq sabiex tiddefinixxi l-esportatur, bħala li jkun operatur ekonomiku li għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu, il-kwartieri ġenerali ċentrali jew l-istabbiliment ta' negozju permanenti fil-Belarus.

(6)

L-użu ta’ proċeduri bil-kompjuter qiegħed gradwalment jieħu post il-kitba bl-idejn ta' data fis-setturi differenti ta’ attività amministrattiva. Għalhekk l-użu ta' proċeduri kompjuterizzati għandu jkun possibli fl-applikazzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni kif ukoll għall-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni simili.

(7)

Fl-interess ta’ l-amministrazzjoni tajba l-Kummissjoni tqis xieraq li l-Istati Membri jingħataw żmien biżżejjed għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ mmaniġġjar għal-livell kwantitattiv stabbilit minn dan ir-Regolament, kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi sabiex jidraw is-sistema l-ġdida ta’ l-awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni. Għalhekk jitqies xieraq li r-regolament jidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2007.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament ifassal regoli dettaljati għal sistema ta’ mmaniġġjar tal-livell kwantitattiv ta’ klorur tal-potassju mill-Belarus, kif provdut fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1050/2006.

2.   Il-prodotti kollha rilaxxati f'ċirkolazzjoni ħielsa skond il-limitu kwantitattiv imsemmi fil-paragrafu (1) jridu jkunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni maħruġa skond l-Artikoli hawn taħt.

Artikolu 2

Għall-fini ta' dan ir-Regolament:

1.

“kuntratt” ifisser il-kuntratt stabbilit u ffirmat bejn l-esportatur u l-importatur;

2.

“esportatur” ifisser l-operatur ekonomiku li għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu, il-kwartieri ġenerali ċentrali jew l-istabbiliment ta' negozju permanenti fil-Belarus;

3.

“awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni” tfisser l-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni li toħroġ mingħand l-awtoritajiet nazzjonali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità bi qbil ma' dan ir-Regolament;

4.

“importatur” ifisser kwalunkwe operatur ekonomiku li jwettaq waħdu, jew permezz ta’ rappreżentant f’ismu, il-formalitajiet għar-rilaxx fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-prodott ikkonċernat;

5.

“awtoritajiet nazzjonali” tfisser l-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istati Membri kompetenti biex joħorġu l-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni skond dan ir-Regolament, kif elenkat fl-Anness I;

6.

“prodott ikkonċernat” ifisser klorur tal-potassju mill-Belarus, li jaqa' taħt il-kodiċi NM 3104 20 50 u 3104 20 90 (kodiċi TARIC 3104205010, 3104205090 u 3104209000).

Modalitajiet applikabbli għall-ġestjoni tal-limitu kwantitattiv

Artikolu 3

1.   L-importaturi biss jistgħu jippreżentaw talba jew dikjarazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni. Din it-talba jew dikjarazzjoni tista' issir ma’ l-awtoritajiet nazzjonali, kif elenkat fl-Anness I, f’kull wieħed mill-Istati Membri. Il-kwantitajiet rekwiżiti f'applikazzjonijiet individwali ma jistgħux jaqbżu l-kwantitajiet mifthiema fil-kuntratt korrispondenti.

2.   Id-dikjarazzjoni jew talba magħmula mill-importatur sabiex jakkwista l-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni għandu jkun fiha ta' l-anqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness II.

3.   L-importatur għandu jippreżenta l-oriġinal tal-kuntratt fil-ħin meta t-talba jew id-dikjarazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni hi sottomessa lill-awtoritajiet nazzjonali.

4.   L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jirrifjutaw dikjarazzjonijiet jew talbiet għall-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni li ma jitressqux skond dan ir-Regolament.

Artikolu 4

1.   Sabiex jiġi żgurat li l-kwantitajiet li għalihom awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni tkun maħruġa f'ebda mument ma jaqbżu l-limiti kwantitattivi għall-prodott ikkonċernat, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom joħorġu awtorizzazzjonjiet ta' importazzjoni biss wara konferma mill-Kummissjoni li jkun għad hemm kwantitajiet disponibbli fi ħdan il-limiti kwantitattivi għall-prodott ikkonċernat.

2.   L-importazzjonijiet awtorizzati għandhom jingħaddu fi ħdan il-limitu kwantitattiv stipulat għas-sena li fiha t-talba għall-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni ġiet sottomessa lill-awtoritajiet nazzjonali.

3.   Għall-għan li jkun implimentat il-paragrafu 1, qabel ma jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom javżaw il-Kummissjoni bl-ammonti ta' talbiet għall-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni, issostanzjata bil-kuntratt, li jkunu rċevew. Immedjatament, il-Kummissjoni għandha tinnotifika jekk l-ammont(i) mitlub(a) ta' kwantitajiet huwa(huma) disponibbli għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa fl-ordni kronoloġiku li fihom ikunu waslu notifiki ta' l-awtoritajiet nazzjonali (“min ikun l-ewwel jinqeda l-ewwel”).

4.   It-talbiet inklużi fin-notifiki lill-Kummissjoni se jkunu validi jekk f'kull każ jistabbilixxu biċ-ċar il-pajjiż ta' l-esportazzjoni, il-kodiċi applikabbli TARIC, il-kwantitajiet li jridu jiġu importati, in-numru tal-kuntratt, CIF jew DAF (kif applikabbli u kif definit fl-Incoterms 2000) il-valur tal-prodott ikkonċernat fil-fruntiera tal-Komunità skond il-kodiċi TARIC u s-sena applikabbli tal-limitu kwantitattiv.

5.   In-notifiki msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu kkomunikati elettronikament fi ħdan in-netwerk integrat maħluq għal dan l-iskop, sakemm ma jkunx meħtieġ li temporanjament, għal raġunijiet tekniċi imperattivi, jintużaw mezzi oħra ta' komunikazzjoni.

Artikolu 5

1.   Safejn il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 4, tkun ikkonfermat li l-ammont mitlub huwa disponibbli fi ħdan il-limitu kwantitattiv ikkonċernat, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom joħorġu awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni, sa massimu ta' għaxart ijiem tax-xogħol, mill-preżentazzjoni mill-importatur ta' l-oriġinal tal-kuntratt korrispondenti. Awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet nazzjonali ta' kull Stat Membru irrispettivament mill-Istat Membru indikat fil-kuntratt bħala destinatarju sa dak il-punt li l-Kummissjoni tkun ikkonfermat id-disponibbilità ta' l-ammont fi ħdan il-limitu kwantitattiv.

2.   Awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni għandhom jitfasslu skond il-mudell stipulat fl-Anness III.

3.   Il-validità ta' awtorizzazzjonijiet ta' l-importazzjoni maħruġin mill-awtoritajiet nazzjonali se jkunu validi għal tliet xhur. Jekk talba jew dikjarazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni tiġi sottomessa wara l-1 ta' Ottubru ta' sena partikolari, il-validità ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni maħruġa fuq il-bażi ta' din id-dikjarazzjoni jew talba ma għandiex teċċedi l-31 ta' Diċembru ta' l-istess sena.

4.   Il-kwantitajiet li għalihom tinħareġ l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni ma għandux jaqbeż il-kwantità indikata fil-kuntratt fuq il-bażi li awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni tkun tinħareġet.

5.   L-importaturi mhux se jkunu obbligati li jimportaw il-kwantità totali koperta b'awtorizzazzjoni ta' importazzjoni f'kunsinna waħda biss.

6.   Obbligi u drittijiet li joħorġu mill-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni jew estratti ma humiex trasferibbli.

7.   L-awtorizzazzjonijiet ta' l-importazzjoni jistgħu jinħarġu b'mezzi elettroniċi sakemm l-uffiċċji doganali involuti jkollhom aċċess għall-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni permezz tas-sistema tal-kompjuter.

8.   L-importaturi għandhom jirritornaw l-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni skaduti lill-awtoritajiet nazzjonali li joħorġu l-awtorizzazzjonijiet fi żmien għaxart'ijiem tax-xogħol wara li d-data tagħhom tkun skadiet. L-importaturi ma għandhomx japplikaw għal awtorizzazzjoni ta' importazzjoni ġdida sakemm 85 % tal-kwantità ta' l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni valida ma tkunx ġiet impurtata.

Artikolu 6

L-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet nazzjonali skond l-Artikolu 4 mingħajr diskriminazzjoni għal kwalunkwe importatur fil-Komunità ikun fejn ikun il-post ta' l-istabbiliment fil-Komunità.

Artikolu 7

1.   L-awtoritjiet nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni immedjatament wara li jkunu ġew informati bi kwalunkwe kwantità li ma tkunx intużat matul iż-żmien li fih l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni tkun valida. Kwantitajiet bħal dawn għandhom jiġu awtomatikament trasferiti fil-kwantitajiet mhux użati tal-limiti kwatitattivi kemm jista' jkun malajr.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe kanċellazzjoni ta' awtorizzazzjoni ta' importazzjoni jew kwalunkwe dokumenti ekwivalenti li diġà jkunu nħarġu f'każ fejn il-kuntratt korrispondenti jkun ġie terminat jew mill-esportatur jew l-importatur. Madankollu, jekk il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet nazzjonali jkunu ġew informati mill-importatur dwar it-terminazzjoni tal-kuntratt wara li xi kwantitajiet tal-prodott ikkonċernat miftiehem fil-kuntratt ikunu ġew importati fil-Komunità, il-kwantitajiet ikkonċernati għandhom jingħaddu kontra l-limitu kwantitattiv għas-sena li matulha tkun ġiet sottomessa d-dikjarazzjoni jew talba għall-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali.

Artikolu 8

Jekk il-Kummissjoni ssib li l-kwantitajiet totali tal-prodott ikkonċernat kopert mill-kuntratti f'kwalunkwe sena jaqbeż il-limitu kwantitattiv, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiġu informati immedjatament sabiex jissospendu l-ħruġ ulterjuri ta' awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni.

Awtorizzazzjoni ta' importazzjoni tal-Komunità — forum komuni

Artikolu 9

1.   Il-formuli li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet nazzjonali għall-ħruġ ta' l-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 sa 7 iridu jikkonformaw mal-mudell ta' l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni stipulat fl-Anness III.

2.   Formuli għall-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni u estratti tagħhom iridu jsiru f'żewġ kopji, waħda, immarkata “Kopja tad-detentur” u ġġib in-numru 1 għandha tinħareġ lill-applikant, u l-oħra, immarkata “Kopja ta' l-awtorità ta' ħruġ” u ġġib in-numru 2, għandha tinżamm mill-awtorità li toħroġ l-awtorizzazzjonijiet ta' l-importazzjoni. Għal finijiet ta' amministrazzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jżidu kopji addizzjonali mal formola 2.

3.   Il-formoli għandhom jiġu stampati fuq karta bajda mingħajr polpa mekkanika, mħejjija għall-kitba u li tiżen bejn 55 u 65 g/m2. Id-daqs tagħhom għandu jkun ta' 210 × 297 mm; l-ispazju tat-tipa bejn il-linji għandu jkun ta' 4,24 mm (wieħed minn sitta ta' pulzier); tinħtieġ konformità preċiża mal-format tal-formuli. Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1, li hija l-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni nnifisha, apparti dan irid ikollha disinn guilloche stampat bl-aħmar fl-isfond li jagħmel kull falsifikazzjoni b'mezzi mekkaniċi jew kimiċi tidher b'mod ċar.

4.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-istampar tal-formoli. Il-formoli jistgħu jiġu stampati wkoll minn stamperiji nkarigati mill-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti. F'dan il-każ, referenza għall-inkarigar mill-Istat Membru trid tidher fuq kull formola. Kull formula jrid ikollha l-isem u l-indirizz ta' l-istampatur jew ta' marka li tippermetti li l-istampatur jiġi identifikat.

5.   Fil-mument tal-ħruġ tagħhom l-awtorizzazzjonijiet ta' l-importazzjoni jew estratti għandhom jingħataw numru tal-ħarġa ddeterminata mill-awtoritajiet nazzjonali. In-numru ta' l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni jrid jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni elettronikament fi ħdan in-netwerk integrat stipulat taħt l-Artikolu 4.

6.   Awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni u estratti jridu jitlestew fil-lingwa uffiċjali, jew f'wieħed mill-ilsna uffiċjali, ta' l-Istat Membru li jkun ħariġhom.

7.   Il-marki ta' l-aġenziji li joħorġu l-awtoritajiet nazzjonali u l-uffiċċji dagonali jew l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti għandhom jiġu applikati permezz ta' timbru. Madankollu, stampa b'tipa mbuzzata flimkien ma' ittri jew figuri miksuba permezz ta' perforazzjoni, jew stampar fuq l-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni jistgħu jintużaw minflok it-timbru ta' l-awtorità nazzjonali tal-ħruġ. L-awtoritajiet nazzjonali li joħorġu l-awtorizzazzjoni għandhom jużaw kull metodu mhux falsifikabbli biex jirreġistraw il-kwantità allokata b'tali mod li jagħmluha impossibli li jiżdiedu ċifri jew referenzi.

8.   In-naħa ta' wara tal-kopja Nru 1 u tal-kopja Nru 2 għandu jkollha kaxxa li fiha jistgħu jitniżżlu l-kwantitajiet sew mill-awtoritajiet doganali meta jimtlew il-formalitajiet ta' importazzjoni kemm mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti meta tinħareġ silta. Jekk l-ispazju maħsub għad-debiti fuq awtorizzazzjoni ta' importazzjoni jew estratt minnha ma jkunx biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jżidu paġna jew aktar li fuqha jkun hemm kaxex bħal dawk li hemm fuq wara tal-kopja Nru 1 u tal-kopja Nru 2 ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni jew estratt. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri se jagħmlu t-timbru tagħhom sabiex nofsu jkun fuq l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni jew l-estratt tiegħu u n-nofs l-ieħor ikun fuq il-paġna miżjuda. Jekk ikun hemm aktar minn paġna waħda, għandu jsir timbru ieħor bl-istess mod fuq kull paġna u l-paġna ta' qabilha.

9.   L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati jistgħu, fejn indispensabbli, jeħtieġu l-kontenuti ta' awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni jew estratti biex ikunu tradotti fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mill-ilsna uffiċjali ta' dak l-Istat Membru.

10.   Awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni jew estratt minnu maħruġ, entrati u approvazzjonijiet magħmula mill-awtoritajiet ta' Stat Membru għandu jkollhom l-istess effett legali f’kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra bħala awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni jew estratti maħruġa, entrati u approvazzjonijiet magħmula mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawn l-Istati Membri. Awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni jew estratti maħruġa skond dan ir-Regolament ikunu validi fit-territorju doganali tal-Komunità Ewropea.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 191, 12.7.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 302, 19.10.1992. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).


ANNESS I

LISTA TA’ L-AWTORITAJIET NAZZJONALI TA’ L-ISTATI MEMBRI

 

Il-BELĠJU

Service public fédéral économie, PME, classes moyennes et énergie

Administration du potentiel économique

Service licences — Licences

Rue de Louvain 44

B-1000 Bruxelles

Fax (32-2) 548 65 56

e-mail:

website:

Federale Overheidsdienst Economie, kmo, Middenstand en Energie

Bestuur Economisch Potentieel

Dienst Vergunningen

Leuvenseweg 44

B-1000 Brussel

Fax: (32-2) 548 65 56

e-mail:

website:

 

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Licenční správa

Na Františku 32

CZ-110 15 Praha 1

Fax: (420) 224 21 21 33

e-mail:

website:

 

L-ESTONJA

Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

Harju 11

EE-15072 Tallinn

Fax: + 372 6313 660

e-mail:

website:

 

IL-GREĊJA

Υπουργείο Οικονομίας & Οικονομικών

Διεύθυνση Καθεστώτων Εισαγωγών-Εξαγωγών, Εμπορικής Άμυνας

Κορνάρου 1

GR-105 63 Αθήνα

Φαξ: (30) 210-328 60 94

Διεύθυνση ηλ. ταχ.:

Δικτυακός τόπος:

 

SPANJA

Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

Secretaría General de Comercio Exterior

Subdirección General de Comercio Exterior de Productos Industriales

Paseo de la Castellana 162

E-28046 Madrid

Fax (34) 913 49 38 31

Correo electrónico:

Sitio web:

 

ID-DANIMARKA

Økonomi- og Erhvervsministeriet

Erhvervs- og Byggestyrelsen

Lange Linie Allé 17

DK-2100 København Ø

Fax: + 45-35 46 60 00

e-mail:

website: www.ebst.dk

 

IL-ĠERMANJA

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle

(BAFA)

Frankfurter Straße 29-35

D-65760 Eschborn 1

Fax: (49-61) 969 42 26

e-mail:

website:

 

L-ITALJA

Ministero del Commercio internazionale

Direzione generale per la Politica commerciale

Viale America 341

I-00144 Roma

Fax (39-06) 59 93 26 36

E-mail: polcom3@mincomes.it

Website: www.mincomes.it

 

FRANZA

Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie

Direction générale des entreprises

Sous-direction des biens de consommation

Bureau Textile-Importations

Le Bervil

12, rue Villiot

F-75572 Paris Cedex 12

Fax (33) 153 44 91 81

e-mail:

website:

 

L-IRLANDA

Department of Enterprise, Trade and Employment

Import/Export Licensing, Block C

Earlsfort Centre

Hatch Street

Dublin 2

Ireland

Fax (353-1) 631 25 62

E-mail:

Website: www.entemp.ie

 

L-AWSTRIJA

Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

Außenwirtschaftsadministration

Abteilung C2/2

Stubenring 1

A-1011 Wien

Fax: (43-1) 711 00-83 86

e-mail:

website:

 

ĊIPRU

Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

Υπηρεσία Εμπορίου

Μονάδα Έκδοσης Αδειών Εισαγωγής/Εξαγωγής

Οδός Ανδρέα Αραούζου αρ. 6

CY-1421 Λευκωσία

Φαξ: (357) 22-37 51 20

Διεύθυνση ηλ. ταχ.:

Δικτυακός τόπος:

 

IL-LATVJA

Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija

Brīvības iela 55

LV-1519 Rīga

Fax: + 371-728 08 82

E-mail: licencesana@em.gov.lv

Website: www.em.gov.lv

 

IL-LITWANJA

Lietuvos Respublikos ūkio ministerija

Prekybos departamentas

Gedimino pr. 38/2

LT-01104 Vilnius

Faksas (370-5) 26 23 974

E. paštas: j.vaigauskiene@ukmin.lt,

j.gutkauskiene@ukmin.lt

tinklalapis: www.ukmin.lt

 

IL-POLONJA

Ministerstwo Gospodarki

Plac Trzech Krzyży 3/5

PL-00-507 Warszawa

Fax: + 48-22-693 40 21

e-mail:

website:

 

IL-PORTUGALL

Ministério das Finanças

Direcção-Geral das Alfândegas e dos Impostos

Especiais sobre o Consumo

Rua Terreiro do Trigo, Edifício da Alfândega de Lisboa

PT-1140-060 Lisboa

Fax: (351) 21 881 42 61

E-mail:

Sítio web:

 

IS-SLOVENJA

Ministrstvo za finance

Carinska uprava Republike Slovenije

Carinski urad Jesenice

Center za TARIC in kvote

Spodnji Plavž 6c

SI-4270 Jesenice

Faks: (386-4) 297 44 72

E-pošta: taric.cuje@gov.si

Spletišče: http://www.carina.gov.si

 

IL-LUSSEMBURGU

Ministère des affaires étrangères

Office des licences

BP 113

L-2011 Luxembourg

Fax (352) 46 61 38

e-mail: office.licences@mae.etat.lu

website: www.eco.public.lu/attributions/office_licences/index.html

 

L-UNGERIJA

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

Margit krt. 85.

H-1024 Budapest

Fax: (36-1) 336 73 02

E-mail:

Website:

 

MALTA

Diviżjoni għall-Kummerċ

Servizzi Kummerċjali

Lascaris

MT-Valletta CMR02

Fax: + 356-25-69 02 99

e-mail:

website:

 

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA

Ministerstvo hospodárstva SR

Odbor licencií

Mierová 19

827 15 Bratislava 212

Slovenská republika

Fax: + 421-2-43 42 39 19

e-mail:

internetová stránka:

 

IL-FINLANDJA

Tullihallitus

PL 512

FI-00101 Helsinki

Fax: (358-20) 492 28 52

e-mail:

website:

 

L-IŻVEZJA

Statens jordbruksverk

SE-551 82 Jönköping

Fax (46-36) 19 05 46

e-post: jordbruksverket@sjv.se

webbsida: http://www.sjv.se

 

L-OLANDA

Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer

Postbus 30003, Engelse Kamp 2

NL-9700 RD Groningen

Fax: (31-50) 523 23 41

e-mail:

website:

 

IR-RUMANIJA

Ministerul Economiei și Comerțului

Direcția Generală Politici Comerciale

Str. Ion Câmpineanu nr. 16

București, sector 1

Cod poștal: 010036

Fax: +40 21 315 04 54

e-mail: clc@dce.gov.ro

website: www.dce.gov.ro

 

IR-RENJU UNIT

Department of Trade and Industry

Import Licensing Branch

Queensway House — West Precinct

Billingham

TS23 2NF

United Kingdom

Fax (44-1642) 36 42 69

E-mail:

Website:

 

IL-BULGARIJA

Дирекция “Регистриране, лицензиране и контрол”

Министерство на икономиката и енергетиката

ул. “Славянска” 8

1052 София

Fax:

+359 2 981 50 41;

+359 2 980 4710;

+359 2 988 3654

website: www.mee.government.bg


ANNESS II

Id-dikjarazzjoni jew talba magħmula mill-importatur sabiex jakkwista awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni għandu jkun fih:

(1)

Esportatur (isem u indirizz sħiħ, numru tat-telefon/fax, l-indirizz ta' l-e-mail);

(2)

Importatur (isem u indirizz sħiħ, numru tat-telefon/fax, email, indirizz u numru tal-VAT)

(3)

Id-deskrizzjoni eżatta tal-prodotti u l-kodiċi TARIC;

(4)

Il-pajjiż ta' oriġini tal-prodotti;

(5)

Pajjiż destinatarju tal-kunsinna;

(6)

Kwantità mitluba f'tunnellati;

(7)

CIF jew DAF (kif applikabbli u kif definit fl-Incoterms 2000) il-valur tal-prodott ikkonċernat fil-fruntiera tal-Komunità skond l-intestatura TARIC;

(8)

Id-data u n-numru tal-kuntratt;

(9)

Il-post u d-data u l-firma ta' l-applikant.

(10)

Id-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja: “Jien, hawn taħt iffirmat, niddikjara li l-informazzjoni kollha ppreżentata f'din it-talba hija vera, korretta u konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1818/2006.”


ANNESS III

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni