1.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
404 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1798/2006
tas-6 ta' Diċembru 2006
li jiftaħ kwoti tariffarji għall-2007 għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta' xi oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin minn prodotti agrikoli pproċessati inklużi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-kummerċ applikabbli għal xi oġġetti li ġejjin minn prodotti agrikoli pproċessati (1), b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim, f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali għall-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja jistabbilixxi fil-punt III il-kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' xi oġġetti li joriġinaw min-Norveġja. Huwa meħtieġ li jinfetħu dawn il-kwoti għall-2007. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (3), jistabbilixxi r-regoli għat-tmexxija tal-kwoti tariffarji. Huwa xieraq li jingħad li l-kwoti tariffarji miftuħa minn dan ir-Regolament jitmexxew bi qbil ma' dawn ir-regoli. |
(3) |
Il-miżuri li hemm provvediment għalihom f'dan ir-Regolament huma skond l-oppinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għal kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ fi prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness I, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwoti tariffarji tal-Komunità għall-oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li huma mniżżla fl-Anness għandhom jinfetħu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2007.
Artikolu 2
Il-kwoti tariffarji tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 1 għandha titmexxa mill-Kummissjoni f'konformità ma' l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Jibda jgħodd mill-1 ta' Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, 6 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).
(2) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70.
(3) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 402/2006 (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 35).
ANNESS
Kwoti tariffarji annwali applikabbli ma' l-importazzjoni fil-Komunità ta' oġġetti li joriġinaw min-Norveġja
Numru ta' l-ordni |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwota annwali tal-volum mill-1.1.2007 |
Rata ta' dazju applikabbli fil-limiti tal-kwota |
09.0765 |
1517 10 90 |
Marġerina, minbarra l-marġerina likwida, li fiha, bl-użin, aktar minn 10 % ta' xaħam tal-ħalib |
2 470 tunnellati |
B'xejn |
09.0771 |
ex 2207 10 00 (Kodiċi TARIC 90 ) |
Alkoħol etiliku li hu sottonaturat b'qawwa alkoħolika ta' volum ta' 80 % jew ogħla, li mhuwiex dak li jiġi mill-prodotti agrikoli mniżżla fl-Anness I tat-Trattat tal-KEE |
164 000 ettolitri |
B'xejn |
09.0772 |
ex 2207 20 00 (Kodiċi TARIC 90 ) |
Alkoħol etiliku u spirti oħra, denaturati, ta' kull tip ta' qawwa, li mhuwiex dak li jiġi mill-prodotti agrikoli mniżżla fl-Anness I tat-Trattat KEE |
14 340 ettolitri |
B'xejn |
09.0774 |
2403 10 |
Tabakk għat-tipjip, kemm jekk għandu jew m'għandux sostituti tat-tabakk f'liema proporzjon ikun |
370 tunnellati |
B'xejn |