2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

253


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1287/2006

ta’ l-10 ta’ Awwissu 2006

li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta’ investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni ta’ l-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(2), 4(1)(7) u 4(2), l-Artikolu 13(10), l-Artikolu 25(7), l-Artikolu 27(7), l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 29(3), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 40(6), l-Artikolu 44(3), l-Artikolu 45(3), l-Artikolu 56(5), u l-Artikolu 58(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2004/39/KE tistabbilixxi l-qafas ġenerali għal reġim regolatorju għas-swieq finanzjarji fil-Komunità, fejn tispeċifika, fost l-oħrajn: il-kundizzjonijiet operattivi relatati mal-prestazzjoni tad-ditti ta’ investiment f’servizzi ta’ investiment u f’servizzi anċillari, u f’attivitajiet ta’ investiment; ir-rekwiżiti organizzattivi (inklużi l-obbligi li jinżammu r-reġistri) għad-ditti ta’ investiment li jwettqu tali servizzi u attivitajiet fuq bażi professjonali, u għas-swieq irregolati; ir-rekwiżiti ta’ rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet rigward tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji; ir-rekwiżiti ta’ trasparenza rigward it-tranżazzjonijiet fl-ishma.

(2)

Huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jieħdu dik il-forma leġiżlattiva sabiex ikun żgurat reġim armonizzat fl-Istati Membri kollha, ikunu promossi l-integrazzjoni tas-swieq u l-provvista transkonfinali ta’ servizzi ta’ investiment u ta’ servizzi anċillari, u jkun iffaċilitat il-konsolidament ulterjuri tas-suq uniku. Id-dispożizzjonijiet relatati ma’ ċerti aspetti taż-żamma tar-reġistri, u mar-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, mat-trasparenza u mad-derivattivi tal-komoditajiet għandhom ftit kollegamenti mal-liġi nazzjonali u mal-liġijiet dettaljati li jirregolaw ir-relazzjonijiet mal-klijenti.

(3)

Rekwiżiti u regoli dettaljati dwar it-trasparenza u għalkollox armonizzati li jirregolaw ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet huma adattati sabiex ikunu żgurati l-kundizzjonijiet ekwivalenti tas-swieq u l-ħidma mingħajr problemi tas-swieq tat-titoli mal-Komunità kollha, u biex tkun iffaċilitata l-integrazzjoni effettiva ta’ dawk is-swieq. Ċerti aspetti taż-żamma tar-reġistri huma konnessi mill-qrib ma’ xulxin peress li jagħmlu użu mill-istess kunċetti kif ġew iddefiniti għall-finijiet tar-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet u tat-trasparenza.

(4)

Ir-reġim stabbilit mid-Direttiva 2004/39/KE li jirregola r-rekwiżiti tar-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet rigward it-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji għandu l-għan li jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jiġu informati b’mod xieraq dwar it-tranżazzjonijiet li jkollhom interess superviżorju fihom. Għal dawk il-finijiet, jeħtieġ li jiġi żgurat li jinġabar sett wieħed ta’ data mingħand id-ditti kollha ta’ investiment b’varjazzjoni minima bejn l-Istati Membri, sabiex ikun minimizzat il-punt safejn in-negozji li joperaw min-naħa għall-oħra tal-fruntieri jkunu suġġetti għal obbligi differenti ta’ rapportaġġ, u sabiex ikun massimizzat il-proporzjon tad-data miżmuma minn awtorità kompetenti li jista’ jkun kondiviż ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn. Il-miżuri huma mfassla wkoll sabiex ikun żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu f’pożizzjoni li jwettqu l-obbligi tagħhom skond dik id-Direttiva b’mod kemm jista’ jkun mgħaġġel u effiċjenti.

(5)

Ir-reġim stabbilit skond id-Direttiva 2004/39/KE li jirregola r-rekwiżiti ta’ trasparenza rigward it-tranżazzjonijiet fl-ishma ammessi għal negozjar f’suq irregolat għandu l-għan li jiżgura li l-investituri jkunu informati b’mod adegwat rigward il-livell reali tat-tranżazzjonijiet effettivi u potenzjali f’tali ishma, kemm jekk dawk it-tranżazzjonijiet isiru fi swieq irregolati, f’faċilitajiet multilaterali tan-negozjar, li minn hawn ’il quddiem se jissejjħu “MTFs”, f’internalizzaturi sistematiċi jew barra dawk is-siti tan-negozjar. Dawk ir-rekwiżiti huma parti minn qafas usa’ ta’ regoli mfassla sabiex jippromwovu l-kompetizzjoni bejn is-siti tan-negozjar għas-servizzi ta’ twettiq sabiex tiżdied l-għażla ta’ l-investitur, tkun inkoraġġita l-innovazzjoni, jitbaxxew l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet, u tiżdied l-effiċjenza tal-proċess ta’ formazzjoni tal-prezzijiet fuq bażi pan-Komunitarja. Grad għoli ta’ trasparenza huwa parti essenzjali minn dan il-qafas, sabiex ikunu żgurati l-istess kundizzjonijiet bejn is-siti tan-negozjar sabiex il-mekkaniżmu ta’ skoperta tal-prezz rigward ishma partikolari ma jiġix imdgħajjef mill-frammentazzjoni tal-likwidità, u b’hekk l-investituri ma jiġux ippenalizzati minn dan. Min-naħa l-oħra, dik id-Direttiva tirrikonoxxi li jista’ jkun hemm ċirkostanzi fejn eżenzjonijiet mill-obbligi ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozju, jew differiment ta’ l-obbligi ta’ trasparenza ta’ wara n-negozju, jistgħu jkunu meħtieġa. Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dettalji ta’ dawk iċ-ċirkostanzi, filwaqt li wieħed għandu jżomm quddiem għajnejh il-ħtieġa kemm li jkun żgurat livell għoli ta’ traspasrenza kif ukoll li jkun żgurat li l-likwidità fis-siti tan-negozjar u fi bnadi oħra ma tkunx imdgħajfa bħala konsegwenza mhux ippjanata ta’ l-obbligi li jkunu żvelati t-tranżazzjonijiet u b’hekk biex il-pożizzjonijiet ta’ riskju jsiru pubbliċi.

(6)

Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet dwar iż-żamma tar-reġistri, referenza għat-tip ta’ ordni għandha tinftiehem bħala referenza għall-istatus tagħha bħala ordni ta’ limitu, ordni tas-suq jew tip ieħor speċifiku ta’ ordni. Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet dwar iż-żamma tar-reġistri, referenza għan-natura ta’ l-ordni jew tat-tranżazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għall-ordnijiet biex isiru sottoskrizzjonijiet għal titoli jew is-sottoskrizzjoni ta’ titoli, jew li tkun eżerċitata possibbilità, jew l-eżerċizzju ta’ possibbiltà jew ordnijiet jew tranżazzjonijiet simili tal-klijent.

(7)

F’dan l-istadju mhemmx għalfejn jiġu speċifikati jew preskritti fid-dettall it-tip, in-natura u s-sofistikazzjoni ta’ l-arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

(8)

Fejn ma tittieħidx azzjoni f’perjodu raġonevoli ta’ żmien wara notifika li saret minn awtorità kompetenti relatata mad-determinazzjoni alternattiva ta’ l-aktar suq rilevanti f’termini ta’ likwidità, jew fejn awtorità kompetenti ma taqbilx mal-kalkolu li sar mill-awtorità l-oħra, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jipprovaw isibu soluzzjoni. Fejn ikun xieraq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħżlu li jiddiskutu l-kwistjoni fil-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej.

(9)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoordinaw bejniethom it-tfassil u l-istabbiliment ta’ l-arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet. Għal darb’oħra, għandhom ikunu l-awtoritjiet kompetenti li jiddeċiedu jekk jiddiskutux dawk il-kwistjonijiet fil-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni li għandha tinforma lill-Kumitat tat-Titoli Ewropej b’dawk l-arranġamenti. Waqt li jwettqu l-koordinazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-ħtieġa li jimmonitorjaw b’mod effettiv l-attivitajiet tad-ditti ta’ investiment sabiex ikun żgurat li dawn jaġixxu b’mod onest, ġust, u professjonali u b’mod li jkunu promossi l-integrità tas-suq fil-Komunità, il-ħtieġa li d-deċiżjonijiet ikunu bbażati fuq analiżi bir-reqqa ta’ l-ispejjeż u tal-benefiċċji, il-ħtieġa li jkun żgurat li l-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet tintuża biss biex il-funzjonijiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti jitwettqu b’mod xieraq u fl-aħħarnett, il-ħtieġa li jkun hemm arranġamenti effettivi u kontabbli ta’ governanza għal kwalunkwe sistema komuni li jista’ jitqies li tkun meħtieġa.

(10)

Huwa xieraq li jkunu ffissati l-kriterji sabiex jiġi ddeterminat jekk l-operazzjonijiet ta’ suq irregolat għandhomx importanza sostanzjali fl-Istat Membru ospitant, u l-konsegwenzi ta’ dak l-istatus b’tali mod li jkun evitat li jinħoloq obbligu f’suq irregolat li wieħed ikollu x’jaqsam ma’ jew ikunu suġġett għal aktar minn awtorità kompetenti waħda fejn altrimenti ma jkun hemm l-ebda obbligu ta’ din ix-xorta.

(11)

L-ISO 10962 (Il-klassifikazzjoni tal-kodiċi ta’ l-istrumenti finanzjarji) huwa eżempju ta’ standard uniformi li jiġi aċċettat fuq livell internazzjonali biex jiġu kklassifikati l-istrumenti finanzjarji.

(12)

Jekk jingħataw xi rinunzji b’relazzjoni għar-rekwiżiti tat-trasparenza ta’ qabel in-negozju, jew jiġi awtorizzat id-differiment ta’ l-obbligi tat-transparenza ta’ wara n-negozju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrattaw lis-swieq irregolati kollha u lill-MTFs b’mod ugwali u mhux diskriminatorju, sabiex rinunzja jew differiment tingħata jew lis-swieq irregolati u lill-MTFs kollha li dawn jawtorizzaw skond id-Direttiva 2004/39/KE, jew lill-ebda wieħed. L-awtoritajiet kompetenti li jagħtu r-rinunzji jew id-differimenti m’għandhomx jimponu rekwiżiti addizzjonali.

(13)

Huwa xieraq li jitqies li, ġeneralment, algoritma tan-negozjar mħaddma minn suq irregolat jew minn MTF għandha tfittex li timmassimizza l-volum innegozjat, imma algoritimi tan-negozjar oħrajn għandhom ikunu possibbli.

(14)

Rinunzja minn obbligi ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozju li jirriżultaw skond l-Artikolu 29 jew 44 tad-Direttiva 2004/39/KE mogħtija minn awtorità kompetenti m’għandiex tippermetti li d-ditti ta’ investiment ikunu jistgħu jevitaw tali obbligi rigward dawk it-tranżazzjonijiet f’ishma likwidi li jikkonkludu fuq bażi bilterali skond ir-regoli ta’ suq irregolat jew ta’ MTF fejn, jekk jitwettqu barra mir-regoli ta’ suq irregolat jew ta’ MTF, dawk it-tranżazzjonijiet ikunu suġġetti għar-rekwiżiti biex jiġu ppubblikati l-kwotazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27 ta’ dik id-Direttiva.

(15)

Għandu jitqies li attività jkollha rwol kummerċjali materjali għal ditta ta’ investiment jekk l-attività tkun sors sinfikanti ta’ dħul, jew sors sinifikanti ta’ spejjeż. F’kull każ, valutazzjoni ta’ l-importanza għal dawn il-finijiet għandha tqis il-punt safejn l-attività titwettaq jew tiġi organizzata separatament, il-valur monetarju ta’ l-attività, u l-importanza komparattiva tagħha b’referenza kemm għan-negozju globali tad-ditta kif ukoll għall-attività globali tagħha fis-suq għas-sehem ikkonċernat fejn topera d-ditta. Għandu jkun possibbli li attività titqies bħala sors sinifikanti ta’ dħul għal ditta anki jekk fattur wieħed jew tnejn minn dawk li jissemmew biss ikun rilevanti f’każ partikolari.

(16)

L-ishma li ma jiġux innegozjati kuljum m’għandhomx jitqiesu bħala ishma li jkollhom suq likwidu għall-finijiet tad-Direttiva 2004/39/KE. Madankollu, jekk għal raġunijiet eċċezzjonali, in-negozjar f’sehem jiġi sospiż għal raġunijiet relatati mal-preservazzjoni ta’ suq organizzat jew ta’ force majeure u għalhekk sehem ma jiġix innegozjat matul uħud mill-jiem tan-negozjar, dan m’għandux ifisser li s-sehem ma jistax jitqies bħala sehem li għandu suq likwidu.

(17)

Ir-rekwiżit biex ċerti kwotazzjonijiet, ordnijiet jew tranżazzjonijiet isiru pubbliċi skond l-Artikoli 27, 28, 29, 30, 44 u 45 tad-Direttiva 2004/39/KE u skond dan ir-Regolament m’għandux iwaqqaf lis-swieq irregolati u lill-MTFs milli jeħtieġu li l-membri jew il-parteċipanti tagħhom jagħmlu pubblika informazzjoni oħra ta’ din ix-xorta.

(18)

L-informazzjoni li jeħtieġ li tkun disponibbli kemm jista’ jkun qrib taż-żmien reali għandha tkun disponibbli bl-aktar mod immedjat hekk kif ikun teknikament possibbli, dejjem jekk wieħed jassumi li jkun hemm livell raġonevoli ta’ effiċjenza u ta’ nfiq fuq sistemi min-naħa tal-persuna kkonċernata. L-informazzjoni għandha tkun ippubblikata biss qrib il-limitu massimu ta’ tliet minuti f’każi eċċezzjonali fejn is-sistemi disponibbli ma jaħsbux għal pubblikazzjoni f’perjodu iqsar ta’ żmien.

(19)

Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament rigward l-ammissjoni għan-negozjar f’suq irregolat ta’ titolu trasferibbli kif ġie ddefinit fl-Artikolu 4(1)(18)(c) tad-Direttiva 2004/39/KE, fil-każ ta’ titolu fit-tifsira tad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (2), għandu jitqies li jkun hemm informazzjoni suffiċjenti li tkun pubblikament disponibbli ta’ tip meħtieġ sabiex jingħata valur lil dak l-istrument finanzjarju.

(20)

L-ammissjoni għan-negozjar f’suq irregolat ta’ unitajiet maħruġa minn intrapriżi għal investiment kollettiv f’titoli trasferibbli m’għandux jippermetti li jiġu evitati d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (3), u b’mod partikolari l-Artikoli 44 sa 48 ta’ dik id-Direttiva.

(21)

Kuntratt derivattiv għandu jitqies bħala strument finanzjarju skond it-Taqsima C(7) ta’ l-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE biss jekk ikun relatat ma’ komodità u jissodisfa l-kriterji f’dan ir-Regolament biex ikun iddeterminat jekk kuntratt għandux jitqies bħala kuntratt li jkollu l-karatteristiċi ta’ strumenti finanzjarji derivattivi u li mhux għal finijiet kummerċjali. Kuntratt derivattiv għandu jitqies bħala strument finanzjarju skond it-Taqsima C(10) ta’ dak l-Anness biss jekk ikun relatat ma’ titolu sottostanti speċifikat fit-Taqsima C(10) jew f’dan ir-Regolament u jissodisfa l-kriterji f’dan ir-Regolament biex ikun iddeterminat jekk għandux jitqies bħala kuntratt li għandu l-karatteristiċi ta’ strumenti finanzjarji derivattivi oħrajn.

(22)

Jista’ jkun mistenni li l-eżenzjonijiet fid-Direttiva 2004/39/KE li jkunu relatati ma’ negozju proprju jew ma’ negozju jew ma’ provvista ta’ servizzi ta’ investiment oħrajn b’relazzjoni għal derivattivi ta’ komoditajiet koperti mit-Taqsimiet C(5), C(6) u C(7) ta’ l-Anness I għal dik id-Direttiva jew ma’ derivattivi koperti mit-Taqsima C(10) ta’ dak l-Anness I jeskludu numri sinifikanti ta’ prodotturi kummerċjali u ta’ konsumaturi ta’ l-enerġija u ta’ komoditajiet oħrajn, inklużi fornituri ta’ l-enerġija, negozjanti ta’ komoditajiet u l-kumpaniji sussidjarji tagħhom mill-ambitu ta’ dik id-Direttiva, u għalhekk tali parteċipanti mhux se jkunu meħtieġa japplikaw it-testijiet f’dan ir-Regolament sabiex jiddeterminaw jekk il-kuntratti li jinnegozjaw huma jkunux strumenti finanzjarji.

(23)

Skond it-Taqsima B(7) ta’ l-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, id-ditti ta’ investiment jistgħu jeżerċitaw il-libertà li jipprovdu servizzi anċillari fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru ta’ l-oriġini tagħhom, billi jwettqu servizzi u attivitajiet ta’ investiment u servizzi anċillari tat-tip inkluż fit-Taqsima A jew B ta’ dak l-Anness relatati mat-titolu sottostanti tad-derivattivi inklużi fit-Taqsimiet C(5), (6), (7) u (10) ta’ dak l-Anness, fejn dawk ikunu konnessi mal-provvista ta’ servizzi ta’ investimenti jew ta’ servizzi anċillari. Fuq din il-bażi, ditta li twettaq servizzi jew attivitajiet ta’ investiment, u negozjar konness fi spot contracts (kuntratti fejn l-oġġetti jinbiegħu għal flus kontanti u jiġu kkonsenjati immedjatament), għandha tkun tista’ tieħu vantaġġ mil-libertà li tipprovdi servizzi anċillari rigward dak in-negozjar konness.

(24)

Id-definizzjoni ta’ komodità m’għandha taffetwa l-ebda definizzjoni oħra ta’ dak it-terminu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u f’leġiżlazzjoni Komunitarja oħra. It-testijiet biex jiġi ddeterminat jekk kuntratt għandux jitqies bħala kuntratt li għandu l-karatteristiċi ta’ strumenti finanzarji derivattivi oħrajn u li mhux għal finijiet kummerċjali huma maħsuba biss sabiex jintużaw ħalli jiġi ddeterminat jekk il-kuntratti jaqgħux fit-Taqsima C(7) jew C(10) ta’ l-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE.

(25)

Kuntratt derivattiv għandu jinftiehem bħala kuntratt li jkun relatat ma’ komodità jew ma’ fattur ieħor fejn ikun hemm konnessjoni diretta bejn dak il-kuntratt u l-komodità jew il-fattur sottostanti rilevanti. Kuntratt derivattiv rigward il-prezz ta’ komodità għalhekk għandu jitqies bħala kuntratt derivattiv relatat mal-komodità, filwaqt li kuntratt derivattiv rigward l-ispejjeż tat-trasport għall-komodità m’għandux jitqies bħala kuntratt derivattiv relatat mal-komodità. Derivattiv li jkun relatat ma’ derivattiv ta’ komodità, bħala option fuq future ta’ komodità (derivattiv relatat ma’ derivattiv) għandu jikkostitwixxi investiment indirett f’komoditajiet u għalhekk xorta għandu jitqies bħala derivattiv ta’ komoditajiet għall-finijiet tad-Direttiva 2004/39/KE.

(26)

Il-kunċett ta’ komodità m’għandux jinkludi servizzi jew elementi oħra li ma jkunux oġġetti, bħal muniti jew drittijiet fi proprjetà ta’ beni immobbli, jew li jkunu għalkollox intanġibbli.

(27)

Il-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/527/KE (4), ġiet kkonsultat rigward pariri tekniċi.

(28)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Titoli Ewropej,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

ĠENERALI

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 4(1)(2), 4(1)(7), 13(6), 25, 27, 28, 29, 30, 40, 44, 45, 56 u 58 tad-Direttiva 2004/39/KE.

2.   L-Artikoli 7 u 8 għandhom japplikaw għall-kumpaniji ta’ ġestjoni skond l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 85/611/KEE.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“komodità” tfisser kwalunkwe oġġett ta’ natura funġibbli li jista’ jiġi kkonsenjat, inklużi l-metalli u l-minerali u l-ligi tagħhom, il-prodotti agrikoli, u l-enerġija, bħall-elettriku;

(2)

“persuna li toħroġ titoli jew strumenti finanzjarji oħrajn (issuer)” tfisser entità li toħroġ titoli trasferibbli, u fejn ikun xieraq, strumenti finanzjarji oħrajn;

(3)

“persuna Komunitarja li toħroġ titoli jew strumenti finanzjarji oħrajn” tfisser persuna li toħroġ titoli jew strumenti finanzarji oħrajn li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fil-Komunità;

(4)

“persuna f’pajjiż terz li toħroġ titoli jew strumenti finanzjarji oħrajn” tfisser persuna li toħroġ titoli jew strumenti finanzarji oħrajn li mhix persuna Komunitarja li toħroġ titoli jew strumenti finanzjarji oħrajn;

(5)

“sigħat normali tan-negozjar” għal sit tan-negozjar jew għal ditta ta’ investiment tfisser dawk is-sigħat li s-sit tan-negozjar jew id-ditta ta’ investiment jistabblixxi bil-quddiem u jagħmel pubbliċi bħala s-sigħat tan-negozjar tiegħu;

(6)

“negozju f'portafolji” tfisser tranżazzjoni f’aktar minn titolu wieħed fejn dawk it-titoli jiġu ggruppati u nnegozjati bħala lott wieħed bi prezz ta’ referenza speċifiku;

(7)

“awtorità kompetenti rilevanti” għal strument finanzjarju tfisser l-awtorità kompetenti ta’ l-aktar suq rilevanti f’termini ta’ likwidità għal dak l-istrument finanzjarju;

(8)

“sit tan-negozjar” tfisser suq irregolat, MTF jew internalizzatur sistematiku li jaġixxi fil-kapaċità tiegħu bħala tali u, fejn ikun xieraq, sistema barra mill-Komunità b’funzjonijiet simili għal suq irregolat jew MTF;

(9)

“fatturat”, b’relazzjoni għal strument finanzjarju, tfisser is-somma tar-riżultati meta n-numru ta’ unitajiet ta’ dak l-istrument skambjat bejn ix-xerrejja u l-bejjiegħa f’perjodu ddefinit ta’ żmien, skond tranżazzjonijiet li saru f’sit tan-negozjar jew band’oħra, jiġi mmultiplikat bil-prezz ta’ l-unità applikabbli għal kull tranżazzjoni ta’ din ix-xorta;

(10)

“tranżazzjoni ta’ finanzjament tat-titoli” tfisser każ ta’ self ta’ stokk jew ta’ self ta’ strumenti finanzjarji oħrajn, xiri mill-ġdid jew tranżazzjoni ta’ xiri mill-ġdid bil-maqlub (reverse repurchase transaction), jew tranżazzjoni ta’ xiri-bejgħ mill-ġdid jew ta’ bejgħ-xiri mill-ġdid.

Artikolu 3

It-tranżazzjonijiet relatati ma’ sehem individwali f’negozju f’portafolji u it-tranżazzjonijiet bi prezz medju mgħobbi skond il-volum

1.   Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 18(1)(b)(ii), tranżazzjoni relatata ma’ sehem individwali f’negozju f’portafolji għandha titqies bħala tranżazzjoni suġġetta għal kundizzjonijiet oħrajn għajr il-prezz kurrenti tas-suq.

Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 27(1)(b), għandha titqies ukoll bħala tranżazzjoni fejn l-iskambju ta’ l-ishma jiġi ddeterminat minn fatturi oħrajn li mhumiex il-valutazzjoni kurrenti tas-suq tas-sehem.

2.   Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 18(1)(b)(ii), tranżazzjoni bi prezz medju mgħobbi skond il-volum għandha titqies bħala tranżazzjoni suġġetta għal kundizzjonijiet oħrajn għajr il-prezz kurrenti tas-suq u, għall-finijiet ta’ l-Artikolu 25, bħala ordni suġġetta għal kundizzjonijiet għajr il-prezz kurrenti tas-suq.

Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 27(1)(b), għandha titqies ukoll bħala tranżazzjoni fejn l-iskambju ta’ l-ishma jiġi jiġi ddeterminat minn fatturi oħra għajr il-valutazzjoni kurrenti tas-suq tas-sehem.

Artikolu 4

Ir-referenzi għal jum tan-negozjar

1.   Referenza għal jum tan-negozjar b’relazzjoni għal sit tan-negozjar, jew b’relazzjoni għal informazzjoni ta’ wara n-negozju li għandha ssir pubblika skond l-Artikolu 30 jew 45 tad-Direttiva 2004/39/KE b’relazzjoni għal sehem, għandha tkun referenza għal kwalunkwe jum li matulu s-sit tan-negozjar ikkonċernat ikun miftuħ għan-negozjar.

Referenza għall-ftuħ tal-jum tan-negozjar għandha tkun referenza għall-bidu tas-sigħat normali tan-negozjar tas-sit tan-negozjar.

Referenza għal nofsinhar fil-jum tan-negozjar għandha tkun referenza għal nofsinhar fiż-żona temporali fejn ikun stabbilit is-sit tan-negozjar.

Referenza għal tmiem il-jum tan-negozjar għandha tkun referenza għal tmiem is-sigħat normali tan-negozjar tiegħu.

2.   Referenza għal jum tan-negozjar b’relazzjoni għall-aktar suq rilevanti f’termini ta’ likwidtà għal sehem, jew b’relazzjoni għal informazzjoni ta’ wara n-negozju li għandha ssir pubblika skond l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2004/39/KE b’relazzjoni għal sehem, għandha tkun referenza għal kwalunkwe jum normali tan-negozjar fis-siti tan-negozjar f’dak is-suq.

Referenza għall-ftuħ tal-jum tan-negozjar għandha tkun referenza għall-aktar bidu kmieni tan-negozjar normali f’dak is-sehem fis-siti tan-negozjar f’dak is-suq.

Referenza għal nofsinhar fil-jum tan-negozjar għandha tkun referenza għal nofsinhar fiż-żona temporali ta’ dak is-suq.

Referenza għal tmiem il-jum tan-negozjar għandha tkun referenza għall-aktar tmiem tard tan-negozjar normali f’dak is-sehem fis-siti tan-negozjar f’dak is-suq.

3.   Referenza għal jum tan-negozjar b’relazzjoni għal spot contract, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 38(2), għandha tkun referenza għal kwalunkwe jum normali tan-negozjar ta’ dak il-kuntratt fis-siti tan-negozjar.

Artikolu 5

Ir-referenzi għal tranżazzjoni

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, referenza għal tranżazzjoni hija referenza biss għax-xiri u għall-bejgħ ta’ strument finanzjarju. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għajr għall-Kapitolu II, ix-xiri u l-bejgħ ta’ strument finanzjarju ma jinkludu l-ebda fattur minn dawn li ġejjin:

(a)

tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli;

(b)

l-eżerċizzju ta’ options jew ta’ garanziji koperti;

(c)

tranżazzjonijiet primarji tas-suq (bħal ħruġ, allokazzjoni jew sottoskrizzjoni) fi strumenti finanzarji li jaqgħu taħt l-Artikolu 4(1)(18)(a) u (b) tad-Direttiva 2004/39/KE.

Artikolu 6

L-ewwel ammissjoni għan-negozjar ta’ sehem f’suq irregolat

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandu jitqies li l-ewwel ammissjoni għan-negozjar ta’ sehem f’suq irregolat li tissemma fl-Artikolu 40 tad-Direttiva 2004/39/KE saret fi żmien meta tapplika waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-sehem ma kienx ammess qabel għan-negozjar f’suq irregolat;

(b)

is-sehem kien ammess qabel għan-negozjar f’suq irregolat imma s-sehem jitneħħa min-negozjar f’kull suq irregolat li jkun ammettieh b’dan il-mod.

KAPITOLU II

IŹ-ŹAMMA TAR-REĠISTRI: L-ORDNIJIET TAL-KLIJENTI U T-TRANŹAZZJONIJIET

Artikolu 7

(Artikolu 13(6) tad-Direttiva 2004/39/KE)

Iż-żamma tar-reġistri ta’ l-ordnijiet tal-klijent u d-deċiżjonijiet li jsir negozju

B’relazzjoni għall kull ordni li tiġi riċevuta mingħand klijent, u b’relazzjoni għal kull deċiżjoni li jsir negozju meħuda sabiex ikun ipprovdut servizz ta’ ġestjoni tal-portafoll, ditta ta’ investiment għandha immedjatament tirreġistra d-dettalji li ġejjin, sal-punt li jkunu applikabbli għall-ordni jew għad-deċiżjoni li jsir negozju in kwistjoni:

(a)

l-isem jew denominazzjoni oħra tal-klijent;

(b)

l-isem jew denominazzjoni oħra ta’ kwalunke persuna rilevanti li qed taġixxi f’isem il-klijent;

(c)

id-dettalji speċifikati fil-punti 4 u 6 kif ukoll fil-punti 16 sa 19 tat-Tabella 1 ta’ l-Anness I;

(d)

in-natura ta’ l-ordni jekk ma tkunx ta’ xiri jew bejgħ;

(e)

it-tip ta’ l-ordni;

(f)

kwalunkwe dettal, kundizzjoni u struzzjoni partikolari oħra mill-klijent li jispeċifikaw kif trid titwettaq l-ordni;

(g)

id-data u l-ħin eżatt ta’ meta ġiet riċevuta l-ordni, jew tad-deċiżjoni li jsir negozju, mid-ditta ta’ investiment.

Artikolu 8

(Artikolu 13(6) tad-Direttiva 2004/39/KE)

Iż-żamma tar-reġistri tat-tranżazzjonjiet

1.   Immedjatament wara li titwettaq ordni ta’ klijent, jew, fil-każ ta’ ditti ta’ investiment li jittrażmettu l-ordnijiet lil persuna oħra biex jitwettqu, immedjatament wara li jirċievu konferma li ordni twettqet, id-ditti ta’ investimenti għandhom jirreġistraw id-dettalji li ġejjin tat-tranżazzjoni in kwistjoni:

(a)

l-isem jew denominazzjoni oħra tal-klijent;

(b)

id-dettalji speċifikati fil-punti 2, 3, 4 u 6, kif ukoll fil-punti 16 sa 21, tat-Tabella 1 ta’ l-Anness I;

(c)

il-prezz totali, li jkun ir-riżultat tal-prezz ta’ unità immultiplikat bil-kwantità;

(d)

in-natura tat-tranżazzjoni jekk ma tkunx ta’ xiri jew bejgħ;

(e)

il-persuna naturali li wettqet it-tranżazzjoni jew li tkun responsabbli biex titwettaq.

2.   Jekk ditta ta’ investiment tittrażmetti ordni lil persuna oħra biex twettaqha, id-ditta ta’ investiment għandha immedjatament tirreġistra d-dettalji li ġejjin wara li tagħmel it-trażmissjoni:

(a)

l-isem jew denominazzjoni oħra tal-klijent li ġiet tranżmessa l-ordni tiegħu;

(b)

l-isem jew denominazzjoni oħra tal-persuna li lilha ġiet trażmessa l-ordni;

(c)

it-termini ta’ l-ordni trażmessa;

(d)

id-data u l-ħin eżatt tat-trażmissjoni.

KAPITOLU III

IR-RAPPORTAĠĠ TAT-TRAŹMISSJONI

Artikolu 9

(It-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2004/39/KE)

Id-determinazzjoni ta’ l-aktar suq rilevanti f’termini ta’ likwidità

1.   L-aktar suq rilevanti f’termini ta’ likwidità għal strument finanzjarju li jiġi ammess għan-negozjar f’suq irregolat, li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ l-“aktar suq rilevanti”, għandu jkun iddeterminat skond il-paragrafi 2 sa 8.

2.   Fil-każ ta’ sehem jew ta’ titolu trasferibbli ieħor kopert mill-Artikolu 4(1)(18)(a) tad-Direttiva 2004/39/KE jew ta’ unità f’impriża ta’ investiment kollettiv, l-aktar suq rilevanti għandu jkun l-Istat Membru fejn is-sehem jew l-unità kien ammess għall-ewwel darba għan-negozjar f’suq irregolat.

3.   Fil-każ ta’ bond jew ta’ titolu trasferibbli ieħor kopert mill-Artikolu 4(1)(18)(b) tad-Direttiva 2004/39/KE jew ta’ strument tas-suq monetarju li, fi kwalunkwe każ, jinħareġ minn kumpanija sussidjarja, fit-tifsira tas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (5), ta’ entità li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru, l-aktar suq rilevanti għandu jkun l-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat ta’ l-entità parent.

4.   Fil-każ ta’ bond jew ta’ titolu trasferibbli ieħor kopert mill-Artikolu 4(1)(18)(b) tad-Direttiva 2004/39/KE jew ta’ strument tas-suq monetarju li, fi kwalunkwe każ, jinħareġ minn persuna Komunitarja li toħroġ titoli jew strumenti finanzjarji oħrajn u li mhux kopert mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-aktar suq rilevanti għandu jkun l-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat tal-persuna li toħroġ titoli jew strumenti finanzjarji oħrajn.

5.   Fil-każ ta’ bond jew ta’ titolu trasferibbli ieħor kopert mill-Artikolu 4(1)(18)(b) tad-Direttiva 2004/39/KE jew jew ta’ strument tas-suq monetarju li, fi kwalunkwe każ, jinħareġ minn persuna f’pajjiż terz li toħroġ titoli jew strumenti finanzjarji oħrajn u li mhux kopert mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-aktar suq rilevanti għandu jkun l-Istat Membru fejn dak it-titolu kien ammess għall-ewwel darba f’suq irregolat.

6.   Fil-każ ta’ kuntratt derivattiv jew ta’ kuntratt finanzjarju għal differenzi jew titolu trasferibbli kopert mill-Artikolu 4(1)(18)(c) tad-Direttiva 2004/39/KE, l-aktar suq rilevanti għandu jkun:

(a)

fejn it-titolu sottostanti jkun sehem jew titolu trasferibbli ieħor kopert mill-Artikolu 4(1)(18)(a) tad-Direttiva 2004/39/KE li jiġi ammess għan-negozjar f’suq irregolat, l-Istat Membru li jitqies li huwa l-aktar suq rilevant f’termini ta’ likwidità għat-titolu sottostanti, skond il-paragrafu 2;

(b)

fejn it-titolu sottostanti jkun bond jew titolu trasferibbli ieħor kopert mill-Artikolu 4(1)(18)(b) tad-Direttiva 2004/39/KE jew strument tas-suq monetarju li jiġi ammess għan-negozjar f’suq irregolat, l-Istat Membru li jitqies li huwa l-aktar suq rilevanti f’termini ta’ likwidità għal dak it-titolu sottostanti, skond il-paragrafu 3, 4 jew 5;

(c)

fejn it-titolu sottostanti jkun indiċi magħmul minn ishma li lkoll jiġu nnegozjati f’suq irregolat partikolari, l-Istat Membru fejn jinsab dak is-suq irregolat.

7.   Fi kwalunkwe każ li mhux kopert mill-paragrafi 2 sa 6, l-aktar suq rilevanti għandu jkun l-Istat Membru fejn jinsab is-suq irregolat li ammetta għan-negozjar għall-ewwel darba t-titolu trasferibbli jew il-kuntratt derivattiv jew il-kuntratt finanzjarju għad-differenzi.

8.   Fejn strument finanzjarju kopert mill-paragrafu 2, 5 jew 7, jew l-istrument finanzjarju sottostanti ta’ strument finanzjarju kopert mill-paragrafu 6 li għalih ikun rilevanti wieħed mill-paragrafi 2, 5 jew 7, kien ammess għall-ewwel darba għan-negozjar f’aktar minn suq irregolat wieħed fl-istess ħin, u dawk is-swieq irregolati kollha jikkondividu l-istess Stat Membru ta’ l-oriġini, dak l-Istat Membru għandu jkun l-aktar suq rilevanti.

Fejn is-swieq irregolati kkonċernati ma jikkondividux l-istess Stat Membru ta’ l-oriġini, l-aktar suq rilevanti f’termini ta’ likwidità għal dak l-istrument għandu jkun is-suq fejn il-fatturat ta’ dak l-istrument ikun l-ogħla.

Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ l-aktar suq rilevanti fejn il-fatturat ta’ l-istrument ikun l-ogħla, kull awtorità kompetenti li tkun awtorizzat wieħed mis-swieq irregolati kkonċernati għandha tikkalkula l-fatturat għal dak l-istrument fis-suq rispettiv tagħha għas-sena kalendarja preċedenti, sakemm l-istrument kien ammess għan-negozjar fil-bidu ta’ dik is-sena.

Fejn il-fatturat għall-istrument finanzjarju rilevanti ma jistax jiġi kkalkulat minħabba data insuffiċjenti jew mhux eżistenti u l-persuna li toħroġ titoli jew strumenti finanzjarji oħrajn jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru, l-aktar suq rilevanti għandu jkun is-suq ta’ l-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat tal-persuna li toħroġ titoli jew strumenti finanzjarji oħrajn.

Madankollu, meta l-persuna li toħroġ titoli jew strumenti finanzjarji oħrajn ma jkolliex l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru, l-aktar suq rilevanti għal dak l-istrument għandu jkun is-suq fejn il-fatturat tal-klassi rilevanti ta’ l-istrument ikun l-ogħla. Sabiex ikun iddeterminat dak is-suq, kull awtorità kompetenti li tkun awtorizzat wieħed mis-swieq irregolati kkonċernati għandha tikkalkula l-fatturat għall-istrumenti ta’ l-istess klassi fis-suq rispettiv tagħha għas-sena kalendarja preċedenti.

Il-klassijiet rilevanti ta’ l-istrument finanazjarju huma dawn li ġejjin:

(a)

ishma;

(b)

bonds jew forom oħra ta’dejn titolizzat (securitised debt);

(c)

kwalunkwe strument finanzjarju ieħor.

Artikolu 10

(It-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2004/39/KE)

Id-determinazzjoni alternattiva ta’ l-aktar suq rilevanti f’termini ta’ likwidità

1.   F’Jannar ta’ kull sena, awtorità kompetenti tista’ tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti għal strument finanzjarju partikolari li biħsiebha tikkontesta d-determinazzjoni, li saret skond l-Artikolu 9, ta’ l-aktar suq rilevanti għal dak l-istrument.

2.   Fi żmien erba’ ġimgħat minn meta tintbagħat in-notifika, iż-żewġ awtoritajiet għandhom jikkalkulaw il-fatturat għal dak l-istrument finanzjarju fis-swieq rispettivi tagħhom tul il-perjodu tas-sena kalendarja preċedenti.

Jekk ir-riżultati ta’ dak il-kalkolu jindikaw li l-fatturat huwa ogħla fis-suq ta’ l-awtorità kompetenti kontestanti, dak is-suq għandu jkun l-aktar suq rilevanti għal dak l-istrument finanzjarju. Fejn dak l-istrument finanzjarju jkun ta’ tip speċifikat fl-Artikolu 9(6)(a) jew (b), dak is-suq wkoll għandu jkun l-aktar suq rilevanti għal kwalunkwe kuntratt derivattiv jew għal kuntratt finanzjarju għal differenzi jew għal titolu trasferibbli li jkun kopert mill-Artikolu 4(1)(18)(c) tad-Direttiva 2004/39/KE u li fir-rigward tiegħu dak l-istrument finanzjarju huwa l-istrument finanzjarju sottostanti.

Artikolu 11

(Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2004/39/KE)

Il-lista ta’ l-istrumenti finanzjarji

L-awtorità kompetenti rilevanti għal strument finanzjarju wieħed jew aktar għandhom ikunu żguri li tkun stabbilita u miżmuma lista aġġornata ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji. Dik il-lista għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-awtorità kompetenti waħdanija magħżula bħala punt ta’ kuntatt minn kull Stat Membru skond l-Artikolu 56 tad-Direttiva 2004/39/KE. Dik il-lista għandha tkun disponibbli għall-ewwel darba fl-ewwel jum tan-negozjar f’Ġunju 2007.

Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jiġu mgħejjuna jkunu konformi ma’ l-ewwel sottoparagrafu, kull suq irregolat għandu jressaq data ta’ referenza ta’ identifikazzjoni dwar kull strument finanzjarju ammess għan-negozjar f’format elettroniku u standardizzat quddiem l-awtorità kompetenti ta’ l-oriġini tiegħu. Din l-informazzjoni għandha titressaq għal kull strument finanzjarju qabel ma jibda n-negozjar f’dak l-istrument partikolari. L-awtorità kompetenti ta’ l-oriġini għandha tkun żgura li d-data tiġi trażmessa lill-awtorità kompetenti rilevanti għall-istrument finanzjarju kkonċernat. Id-data ta’ referenza għandha tkun aġġornata kulmeta jkun hemm bidliet fid-data rigward strument. Ir-rekwiżiti f’dan is-sottoparagrafu jistgħu jiġu rrinunzjati jekk l-awtorità kompetenti rilevanti għal dak l-istrument finanzjarju tikseb id-data ta’ referenza rilevanti b’mezzi oħrajn.

Artikolu 12

(Artikolu(Artikolu 25(5) tad-Direttiva 2004/39/KE)

Il-mezzi ta’ rapportaġġ

1.   Ir-rapporti dwar it-tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji għandhom isiru f’forma elettronika ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn jista’ jsiru b’mezz li jaħseb għall-ħażna ta’ l-informazzjoni b’mod li jkun aċċessibbli għal referenza futura mill-awtoritajiet kompetenti għajr minn forma elettronika, u l-metodi li permezz tagħhom isiru dawk ir-rapporti għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jiżguraw is-sigurtà u l-kunfidenzjalità tad-data rrapportata;

(b)

jinkorporaw mekkaniżmi għall-identifikazzjoni u għall-korrezzjoni ta’ l-iżbalji f’rapport dwar tranżazzjonijiet;

(c)

jinkorporaw mekkaniżmi biex ikun awtentikat is-sors tar-rapport dwar it-tranżazzjonijiet;

(d)

jinkludu miżuri prekawzjonarji xierqa sabiex, fil-każ ta’ ħsara fis-sistema, ir-rapportaġġ ikun jista’ jerġa’ jibda fi żmien xieraq;

(e)

ikunu jistgħu jirrapportaw l-informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 13 fil-format meħtieġ mill-awtorità kompetenti u skond dan il-paragrafu, fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2004/39/KE.

2.   Sistema ta’ tqabbil tan-negozju jew ta’ rapportaġġ għandha tkun approvata mill-awtorità kompetenti għall-finijiet ta’ l-Artikolu 25(5) tad-Direttiva 2004/39/KE jekk l-arranġamenti għar-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet stabbiliti minn dik is-sistema jkunu konformi mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u jkunu suġġetti għal monitoraġġ minn awtorità kompetenti rigward il-konformità kontinwa tagħhom.

Artikolu 13

(Artikolu 25(3) u (5) tad-Direttiva 2004/39/KE)

Il-kontenut tar-rapport dwar it-tranżazzjonijiet

1.   Ir-rapporti dwar it-tranżazzjonijiet li jissemmew fl-Artikolu 25(3) u (5) tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jinkludu l-informazzjoni speċifikata fit-Tabella 1 ta’ l-Anness I għal dan ir-Regolament li tkun rilevanti għat-tip ta’ strument finanzjarju in kwistjoni u li l-awtorità kompetenti tiddikjara li mhux diġà qiegħda fil-pussess tagħha jew mhix qiegħda għad-dispożizzjoni tagħha b’mezzi oħrajn.

2.   Sabiex tkun identifikata kontroparti għat-tranżazzjoni li hija suq irregolat, MTF jew kontroparti ċentrali oħra, kif ġie speċifikat fit-Tabella 1 ta’ l-Anness I, kull awtorità kompetenti għandha tagħmel pubblikament disponibbli lista ta’ kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tas-swieq irregolati u ta’ l-MTFs li għalihom, f’kull każ, hija tkun l-awtorità komptenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini u ta’ kwalunkwe entità li tagħmilha ta’ kontroparti ċentrali għal swieq irregolati u MTFs ta’ din ix-xorta.

3.   L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li r-rapporti magħmula skond l-Artikolu 25(3) u (5) tad-Direttiva 2004/39/KE ikunu jinkludu informazzjoni relatata mat-tranżazzjonijiet in kwistjoni li tkun addizzjonali għal dik speċifikata fit-Tabella 1 ta’ l-Anness I fejn dik l-informazzjoni hija meħtieġa sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ timmonitorja l-attivitajiet tad-ditti ta’ investiment sabiex ikun żgurat li dawn jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali u b’mod li jippromwovi l-integrità tas-suq, u sakemm jiġi sodisfatt wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

l-istrument finanzjarju li huwa s-suġġett tar-rapport ikollu karatteristiċi li jkuu speċifiċi għal strument ta’ dik ix-xorta u li ma jkunux koperti mill-elementi ta’ l-informazzjoni speċifikati f’dik it-tabella;

(b)

il-metodi ta’ negozjar li jkunu speċifiċi għas-sit ta’ negozjar fejn saret it-tranżazzjoni jinvolvu karatteristiċi li mhumiex koperti mill-elementi ta’ l-informazzjoni speċifikati f’dik it-tabella.

4.   L-Istati Membri jistgħu wkoll jeħtieġu li rapport ta’ tranżazzjoni magħmul skond l-Artikolu 25(3) u (5) tad-Direttiva 2004/39/KE jidentifika l-klijenti li f’isimhom id-ditta ta’ investiment tkun wettqet dik it-tranżazzjoni.

Artikolu 14

(Artikolu 25(3) u (5) tad-Direttiva 2004/39/KE)

L-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu arranġamenti mfassla sabiex jiżguraw li l-informazzjoni riċevuta skond l-Artikolu 25(3) u (5) tad-Direttiva 2004/39/KE tkun disponibbli għal dawn li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti rilevanti għall-istrument finanzjarju in kwistjoni;

(b)

fil-każ ta’ fergħat, l-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat lid-ditta ta’ investiment biex tipprovdi l-informazzjoni, mingħajr preġudizzju għad-dritt tagħha li ma tirċevix din l-informazzjoni skond l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2004/39/KE;

(c)

kwalunkwe awtorità kompetenti oħra li titlob l-informazzjoni ħalli twettaq b’mox xieraq id-dmirjiet superviżorji tagħha skond l-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 2004/39/KE.

2.   L-informazzjoni li għandha tkun disponibbli skond il-paragrafu 1 għandha tinkludi l-elementi ta’ l-informazzjoni li ġew deskritti fit-Tabelli 1 u 2 ta’ l-Anness I.

3.   L-informazzjoni li tissemma fil-paragafu 1 għandha tkun disponibbli mill-aktar fis possibbli.

B’effett mill-1 ta’ Novembru 2008, dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta’ ħidma segwenti ta’ l-awtorità kompetenti li tkun irċeviet l-informazzjoni jew it-talba wara l-jum meta l-awtorità kompetenti tkun irċeviet l-informaazjoni jew it-talba.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoordinaw dan li ġej:

(a)

it-tfassil u l-istabbiliment ta’ arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti kif inhu meħtieġ mid-Direttiva 2004/39/KE u minn dan ir-Regolament;

(b)

kwalunkwe aġġornament futur ta’ l-arranġamenti.

5.   Qabel l-1 ta’ Frar 2007, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapprotaw lill-Kummissjoni, li għandha tinforma lill-Kumitat tat-Titoli Ewropej, dwar it-tfassil ta’ l-arranġamenti li għandhom ikunu stabbliti skond il-paragrafu 1.

Dawn għandhom jirrapportaw ukoll lill-Kummissjoni, li għandha tinforma lill-Kumitat tat-Titoli Ewropej, kulmeta jkunu proposti bidliet sinifikanti f’dawk l-arranġamenti.

Artikolu 15

(Artikolu 58(1) tad-Direttiva 2004/39/KE)

It-talba għal kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni

1.   Fejn awtorità kompetenti tixtieq li awtorità kompetenti oħra tipprovdi jew tiskambja informazzjoni skond l-Artikolu 58(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, hija għandha tressaq talba bil-miktub quddiem dik l-awtorità kompetenti li tkun tinkludi dettalji suffiċjenti sabiex tkun tista’ tipprovdi l-informazzjoni mitluba.

Madankollu, f’każ ta’ urġenza, it-talba tista’ tiġi trażmessa oralment sakemm tkun ikkonfermata bil-miktub.

L-awtorità kompetenti li tirċievi talba għandha tagħti avviż li rċevietha hekk kif ikun prattikabbli.

2.   Fejn l-informazzjoni mitluba skond il-paragrafu 1 titqiegħed għad-dispożizzjoni interna ta’ l-awtorità kompetenti li tirċievi t-talba, dik l-awtorità għandha titrażmetti l-informazzjoni mitluba mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti li għamlet it-talba.

Madankollu, jekk l-awtorità kompetenti li tirċievi t-talba ma jkolliex jew ma tikkontrollax l-informazzjoni mitluba, hija għandha immedjatament tieħu l-passi meħteġa sabiex tikseb dik l-informazzjoni u tikkonforma b’mod sħiħ mat-talba. Dik l-awtorità kompetenti għandha tinforma wkoll lill-awtorità kompetenti li għamlet it-talba bir-raġunijiet għaliex ma tistax tibgħat immedjatament l-informazzjoni mitluba.

Artikolu 16

(Artikolu 56(2) tad-Direttiva 2004/39/KE)

Id-determinazzjoni ta’ l-importanza sostanzjali ta’ l-operazzjonijiet ta’ suq irregolat fi Stat Membru ospitant

Għandu jitqies li l-operazzjonijiet ta’ suq irregolat fi Stat Membru ospitant ikunu ta’ importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u għall-protezzjoni ta’ l-investituri f’dak l-Istat ospitant fejn jiġi sodisfatt wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru ospitant kien preċedentement l-Istat Membru ta’ l-oriġini tas-suq irregolat in kwistjoni;

(b)

is-suq irregolat in kwistjoni akkwista permezz ta’ amalgamazzjoni, teħid ta’ kontroll jew kwalunkwe forma oħra ta’ trasferiment in-negozju ta’ suq irregolat li kellu l-uffiċċju rreġistrat jew l-uffiċċju prinċipali tiegħu fl-Istat Membru ospitant.

KAPITOLU IV

IT-TRASPARENZA TAS-SWIEQ

TAQSIMA 1

It-trasparenza ta’ qabel in-negozju għas-swieq irregolati u għall-MTFs

Artikolu 17

(Artikoli 29 u 44 tad-Direttiva 2004/39/KE)

L-obbligi ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozju

1.   Ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq li jopera MTF jew suq irregolat, rigward kull sehem ammess għan-negozjar f’suq irregolat li jiġi nnegozjat f’sistema operata minnha u li ġie speċifikat fit-Tabella 1 ta’ l-Anness II, għandha tagħmel pubblika l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafi 2 sa 6.

2.   Fejn waħda mill-entitajiet li tissemma fil-paragrafu 1 topera sistema ta’ negozjar b’irkanti kontinwi permezz ta’ ktieb ta’ l-ordnijiet, għal kull sehem kif ġie speċifikat fil-paragrafu 1, din għandha tagħmel pubbliku kontinwament matul is-sigħat normali ta’ negozjar kollha tagħha n-numru aggregat ta’ l-ordnijiet u ta’ l-ishma li jirrappreżentaw dawk l-ordnijiet fuq kull livell ta’ prezzijiet, għall-aħjar ħames livelli ta’ prezzijiet ta’ offerti.

3.   Fejn waħda mill-entitajiet li tissemma fil-paragrafu 1 topera sistema ta’ negozjar bbażati fuq il-kwotazzjonijiet, għal kull sehem kif ġie speċifikat fil-paragrafu 1, din għandha tagħmel pubblika kontinwament matul is-sigħat normali ta’ negozjar kollha tagħha l-aħjar offerta skond il-prezz ta’ kull market maker (sensar jew bank li jzomm prezz sod ta’ offerta u ta’ talba f’titolu partikolari billi jkun lest u kapaci jixtri jew ibigh bi prezzijiet ikkwotati pubblikament (making a market)) f’dak is-sehem, flimkien mal-volumi marbuta ma’ dawk il-prezzijiet.

Il-kwotazzjonijiet li saru pubbliċi għandhom ikunu dawk li jirrappreżentaw impenji vinkolanti sabiex jinxtraw u jinbiegħu l-ishma u li jindikaw il-prezz u l-volum ta’ l-ishma fejn il-market makers irreġistrati jkunu lesti jbigħu jew jixtru.

Madankollu, f’kundizzjonijiet eċċezzjonali tas-swieq, prezzijiet indikattivi jew f’direzzjoni waħda jistgħu jkunu permessi għal perjodu limitat.

4.   Fejn waħda mill-entitajiet li tissemma fil-paragrafu 1 topera sistema ta’ nnegozjar b’irkanti perjodiċi, għal kull sehem li ġie speċifikat fil-paragrafu 1, din għandha tagħmel pubbliku kontinwament matul is-sigħat normali ta’ nnegozjar tagħha kollha l-prezz li għandu jissodisfa bl-aħar mod l-algoritma tan-negozjar u l-volum tas-sistema li potenzjalment jistgħu jitwettqu b’dak il-prezz mill-parteċipanti f’dik is-sistema.

5.   Fejn waħda mill-entitajiet li tissemma fil-paragrafu 1 topera sistema ta’ negozjar li mhix koperta għalkollox mill-paragrafu 2 jew 3 jew 4, jew għaliex hija sistema ibrida li taqa’ taħt aktar minn wieħed minn dawk il-paragrafi jew għaliex il-proċess tad-determinazzjoni tal-prezz għandu natura differenti, din għandha żżomm standard ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozju li jiżgura li ssir pubblika informazzjoni adegwata rigward il-livell tal-prezzijiet ta’ l-ordnijiet jew tal-kwotazzjonijiet għal kull sehem speċifikat fil-paragrafu 1, kif ukoll rigward il-livell ta’ l-interess fin-negozjar f’dak is-sehem.

B’mod partikolari, l-aħjar ħames livelli tal-prezzijiet ta’ l-offerti u/jew il-kwotazzjonijiet f’żewġ direzzjonijiet ta’ kull market maker f’dak is-sehem għandhom isiru pubbliċi, jekk il-karatteristiċi tal-mekkaniżmu ta’ skoperta tal-prezz jippermetti dan.

6.   Sommarju ta’ l-informazzjoni li għandha ssir pubblika skond il-paragrafi 2 sa 5 ġie speċifikat fit-Tabella 1 ta’ l-Anness II.

Artikolu 18

(Artikoli 29(2) u 44(2) tad-Direttiva 2004/39/KE)

Ir-rinunzji bbażati fuq il-mudell tas-suq u fuq it-tip ta’ ordni jew ta’ tranżazzjoni

1.   Ir-rinunzji skond l-Artikoli 29(2) u 44(2) tad-Direttiva 2004/39/KE jistgħu jingħataw mill-awtoritajiet kompetenti għal sistemi operati minn MTF jew minn suq irregolat, jekk dawk is-sistemi jissodisfaw wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

iridu jkunu bbażati fuq metodoloġija ta’ negozjar li permezz tagħha l-prezz jiġi ddeterminat skond prezz ta’ referenza ġġenerat minn sistema oħra, fejn il-prezz ta’ referenza jkun ippubblikat b’mod wiesa’ u ġeneralment jitqies mill-parteċipanti fis-suq bħala prezz affiddabbli ta’ referenza;

(b)

jifformalizzaw it-tranżazzjonijiet innegozjati, b’kull waħda tissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(i)

issir bi jew fil-firxa kurrenti mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) bil-volum riflessa fil-ktieb ta’ l-ordnijiet jew fil-kwotazzjonijiet tal-market markers tas-suq irregolat jew ta’ l-MTF li joperaw dik is-sistem jew, fejn is-sehem ma jiġix innegozjat b’mod kontinwu, f’perċentwali ta’ prezz xieraq ta’ referenza, li jkunu perċentwali u prezz ta’ referenza ffissati bil-quddiem mill-operatur tas-sistema;

(ii)

tkun suġġetta għal kundizzjonijiet oħrajn għajr il-prezz kurrenti tas-suq tas-sehem.

Għall-finijiet tal-punt (b), il-kundizzjonijiet l-oħra speċifikati fir-regoli tas-suq irregolat jew ta’ l-MTF għal tranżazzjoni ta’ dan it-tip ukoll iridu jkunu ġew sodisfatti.

Fil-każ li s-sistemi jkollhom funzjonalità oħra għajr kif ġie deskritt fil-punt (a) jew (b), ir-rinunzja m’għandiex tapplika għal dik il-funzjonalità l-oħra.

2.   Ir-rinunzji skond l-Artikoli 29(2) u 44(2) tad-Direttiva 2004/39/KE, ibbażati fuq it-tip ta’ ordnijiet, jistgħu jingħataw biss b’relazzjoni għall-ordnijiet miżmuma f’faċilità ta’ ġestjoni ta’ l-ordnijiet miżmuma mis-suq irregolat jew mill-MTF sakemm jiġu żvelati lis-suq.

Artikolu 19

(Artikoli 29(2) u 44(2) tad-Direttiva 2004/39/KE)

Ir-referenzi għat-tranżazzjoni nnegozjata

Għall-fini ta’ l-Artikolu 17(1)(b), tranżazzjoni nnegozjata għandha tfisser tranżazzjoni li tinvolvi membri jew parteċipanti ta’ suq irregolat jew ta’ MTF li tiġi nnegozjata privatament imma li titwettaq fis-suq irregolat jew fl-MTF u fejn dak il-membru jew dak il-parteċipant meta jagħmel dan ikun qed iwettaq wieħed mill-kompiti li ġejjin:

(a)

jinnegozja għalih innifsu ma’ membru jew ma’ parteċipant ieħor li jaġixxi f’isem klijent;

(b)

jinnegozja ma’ membru jew ma’ parteċipant ieħor, fejn it-tnejn qed iwettqu ordnijiet għalihom stess;

(c)

jaġixxi f’isem kemm ix-xerrej kif ukoll il-bejjiegħ;

(d)

jaġixxi f’isem ix-xerrej, fejn membru jew parteċipant ieħor jaġixxi f’isem il-bejjiegħ;

(e)

jinnegozja għalih innifsu fil-konfront ta’ ordni ta’ klijent.

Artikolu 20

(Artikoli 29(2) u 44(2), u l-ħames sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2004/39/KE)

Ir-rinunzji b’relazzjoni għat-tranżazzjonijiet li jkunu ta’ skala kbira

Għandu jitqies li ordni tkun ta’ skala kbira meta pparagunata ma’ daqs normali tas-suq jekk tkun daqs jew akbar mid-daqs minimu ta’ l-ordni speċifikat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I. Sabiex ikun iddeterminat jekk ordni tkunx ta’ skala kbira meta pparagunata ma’ daqs normali tas-suq, l-ishma kollha ammessi għan-negozjar f’suq irregolat għandhom jiġu kklassifikati skond il-fatturat medju ta’ kuljum tagħhom, li għandu jkun ikkalkulat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 33.

TAQSIMA 2

It-trasparenza ta’ qabel in-negozju għall-internalizzaturi sistematiċi

Artikolu 21

(Artikolu 4(1)(7) tad-Direttiva 2004/39/KE)

Il-kriterji biex ikun iddeterminat jekk ditta ta’ investiment tkunx internalizzatur sistematiku

1.   Fejn ditta ta’ investiment tinnegozja għaliha nfisha billi twettaq l-ordnijiet tal-klijenti barra minn suq irregolat jew MTF, din għandha tiġi ttrattata bħala internalizzatur sistematiku jekk tissodisfa l-kriterji li ġejjin li jindikaw li twettaq dik l-attività fuq bażi organizzata, frekwenti u sistematika:

(a)

l-attività jkollha rwol kummerċjal materjali għad-ditta, u titwettaq skond regoli u proċeduri mhux diskrezzjonarji;

(b)

l-attività titwettaq minn persunal, jew permezz ta’ sistema teknika awtomatizzata, assenjata għal dak il-fini, irrispettivament minn jekk dak il-persunal jew dik is-sistema jintużax esklussivament għal dak il-fini;

(c)

l-attività tkun għad-dispożizzjoni tal-klijenti fuq bażi regolari jew kontinwa.

2.   Ditta ta’ investiment għandha tieqaf tkun internalizzatur sistematiku f’sehem wieħed jew iktar jekk tieqaf twettaq l-attività li ġiet speċifikata fil-paragrafu 1 rigward dawk l-ishma, sakemm tkun ħabbret bil-quddiem li biħsiebha twaqqaf dik l-attività billi tuża l-istess mezzi ta’ pubblikazzjoni għal dik it-tħabbira li tuża biex tippubblika l-kwotazzjonijiet tagħha jew, fejn dak ma jkunx possibbli, billi tuża mezz li jkun ugwalment aċċessibbli għall-klijenti tagħha u għal parteċipanti oħra fis-suq.

3.   L-attività li wieħed jinnegozja għalih innifsu billi jwettaq l-ordnijiet tal-klijenti m’għandiex tiġi ttrattata bħala attività li titwettaq fuq bażi organizzata, frekwenti u sistematika fejn japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-attività titwettaq fuq bażi bilaterali ad hoc u irregolari ma’ kontropartijiet tal-bejgħ bl-ingrossa bħala parti minn relazzjonijiet tan-negozju li huma stess huma kkaraterizzati minn negozju ’l fuq mid-daqs standard tas-suq;

(b)

it-tranżazzjonijiet jitwettqu barra mis-sistemi li s-soltu jintużaw mid-ditta kkonċernata għal kwalunke negozju li twettaq bħala internalizzatur sistematiku.

4.   Kull awtorità kompetenti għandha tkun żgura miż-żamma u mill-pubblikazzjoni ta’ lista ta’ l-internalizzaturi sistematiċi kollha, rigward l-ishma ammessi għan-negozjar f’suq irregolat, li thija kun awtorizzat bħala ditti ta’ investiment.

Għandha tkun żgura li l-lista hija kurrenti billi tirrevediha mill-inqas kull sena.

Il-lista għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej. Għandha titqies bħala ppubblikata mill-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej skond l-Artikolu 34(5).

Artikolu 22

(Artikolu 27 tad-Direttiva 2004/39/KE)

Id-determinazzjoni ta’ l-ishma likwidi

1.   Għandu jitqies li sehem ammess għan-negozjar f’suq irregolat ikollu suq likwidu jekk is-sehem jiġi nnegozjat kuljum, bi flotazzjoni libera, mhux inqas minn EUR 500 miljun, u tiġi sodisfatta wieħed mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

in-numru medju ta’ kuljum ta’ tranżazzjonijiet fis-sehem ma jkunx inqas minn 500;

(b)

il-fatturat medju ta’ kuljum għas-sehem ma jkunx inqas minn EUR 2 miljuni.

Madankollu, Stat Membru, rigward l-ishma li għalihom ikun l-aktar suq rilevanti, jista’ jispeċifika b’avviż li għandhom japplikaw ż-żewġ kundizzjonijiet t’aktar ’il fuq. Dak l-avviż għandu jsir pubbliku.

2.   Stat Membru jista’ jispeċifika n-numru minimu ta’ ishma likwidi għal dak l-Istat Membru. In-numru minimu m’għandux ikun ikbar minn ħamsa. L-ispeċifikazzjoni għandha ssir pubblika.

3.   Fejn, skond il-paragrafu 1, Stat Membru ikun l-aktar suq rilevanti għal inqas ishma likwidi min-numru minimu speċifikat skond il-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għal dak l-Istat Membru tista’ tagħżel sehem likwidu addizzjonali wieħed jew aktar, sakemm in-numru totali ta’ l-ishma, li konsegwentement jitqiesu bħala ishma likwidi li għalihom dak l-Istat Membru jkun l-aktar suq rilevanti, ma jaqbiżx in-numru minimu speċifikat minn dak l-Istat Membru.

L-awtorità kompetenti għandha tagħżel l-ishma likwidi addizzjonali suċċessivamnet f’ordni mill-kbir għaż-żgħir tal-fatturat medju ta’ kuljum minn fost l-ishma li għalihom tkun l-awtorità kompetenti rilevanti li jiġu ammessi għan-negozjar f’suq irregolat u jiġu nnegozjati kuljum.

4.   Għall-finijiet ta’ l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 1, il-kalkolu tal-flotazzjoni libera ta’ sehem għandu jeskludi holdings li jaqbżu l-5 % tad-drittijiet totali ta’ votazzjoni tal-persuna li toħroġ titoli jew strumenti finanzjarji oħrajn, ħlief jekk tali holding jinżamm minn impriża ta’ investiment kollettiv jew minn fond pensjonistiku.

Id-drittijiet ta’ votazzjoni għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta’ l-ishma kollha li magħhom ikunu marbuta drittijiet ta’ votazzjoni, anki jekk l-eżerċizzju ta’ tali dritt ikun sospiż.

5.   M’għandux jitqies li sehem ikollu suq likwidi għall-finijiet ta’ l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2004/39/KE sakemm jgħaddu sitt ġimgħat wara l-ewwel ammissjoni għan-negozjar tiegħu f’suq irregolat, jekk l-istima tal-kapitalizzazzjoni totali tas-suq għal dak is-sehem fil-bidu ta’ l-ewwel jum tan-negozjar wara dik l-ammissjoni, ipprovduta skond l-Artikolu 33(3), tkun inqas minn EUR 500 miljun.

6.   Kull awtorità kompetenti għandha tkun żgura miż-żamma u mill-pubblikazzjoni ta’ lista ta’ l-ishma likwidi kollha li għalhom tkun l-awtorità kompetenti rilevanti.

Għandha tkun żgura li l-lista tkun kurrenti billi tirrivediha mill-inqas kull sena.

Il-lista għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej. Għandha titqies bħala ppubblikata meta tiġi ppubblikata mill-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej skond l-Artikolu 34(5).

Artikolu 23

(Ir-raba’ sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2004/39/KE)

Id-daqs standard tas-suq

Sabiex ikun iddeterminat id-daqs standard tas-suq għall-ishma likwidi, dawk l-ishma għandhom ikunu ggruppati fi klassijiet f’termini tal-valur medju ta’ l-ordnijiet imwettqa skond it-Tabella 3 ta’ l-Anness II.

Artikolu 24

(Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2004/39/KE)

Il-kwotazzjonijiet li jirriflettu l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq

Għal kull sehem likwidu li għalih ikun internalizzatur sistematiku, internalizzatur sistematiku għandu jżomm dawn li ġejjin:

(a)

kwotazzjoni jew kwotazzjonijiet li tkun qrib fil-prezz għal kwotazzjonijiet paragunabbli għall-istess sehem f’siti oħrajn ta’ negozjar;

(b)

reġistru tal-prezzijiet ikkwotati tiegħu, li għandu jżomm għal perjodu ta’ 12-il xahar jew perjodu itwal ta’ din ix-xorta hekk kif iqis li jkun xieraq.

L-obbligu stabbilit fil-punt (b) huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu tad-ditta ta’ investiment skond l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2004/39/KE li żżomm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtorità kompetenti, għal mill-inqas ħames snin, id-data rilevanti relatata mat-tranżazzjonijiet kollha li tkun wettqet.

Artikolu 25

(Il-ħames sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 27(3) u l-Artikolu 27(6) tad-Direttiva 2004/39/KE)

It-twettiq ta’ l-ordnijiet minn internalizzaturi sistematiċi

1.   Għall-finijiet tal-ħames sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 2004/39/KE, it-twettiq f’diversi titoli għandu jitqies bħala parti minn tranżazzjoni waħda jekk dik it-tranżazzjoni waħda tkun negozju f’portafolji li jinvoli 10 titoli jew aktar.

Għall-istess finijiet, ordni suġġetta għal kundizzjonijiet għajr il-prezz kurrenti tas-suq tfisser kwalunkwe ordni li la hija ordni għat-twettiq ta’ tranżazzjoni f’ishma bil-prezz prevalenti tas-suq, u lanqas ordni ta’ limitu.

2.   Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 27(6) tad-Direttiva 2004/39/KE, in-numru jew il-volum ta’ l-ordnijiet għandu jitqies bħala numru li jaqbeż konsiderevolment in-norma jekk internalizzatur sistematiku ma jistax iwettaq dawk l-ordnijiet mingħajr ma jesponi lilu nnifsu għal riskju żejjed.

Sabiex ikunu identifikati n-numru u l-volum ta’ l-ordnijiet li jista’ jitwettaq mingħajr ma jesponi lilu nnifsu għal riskju żejjed, internalizzatur sistematiku għandu jżomm u jimplimenta bħala parti mill-politika ta’ ġestjoni tar-riskji tiegħu skond l-Artikolu 7 ta’ [id-Direttiva Implimentattiva] (6) politika mhux diskriminatorja li tqis il-volum tat-tranżazzjonijiet, il-kapital li d-ditta jkollha disponibbli sabiex tkopri r-riskju għal dak it-tip ta’ negozju, u l-kundizzjonijiet prevalenti fis-suq fejn qed topera d-ditta.

3.   Fejn, skond l-Artikolu 27(6) tad-Direttiva 2004/39/KE, ditta ta’ investiment tillimita n-numru jew il-volum ta’ l-ordnijiet li timpenja ruħha li twettaq, hija għandha tistabbilixxi bil-miktub, u tqiegħed għad-dispożizzjonijiet tal-klijenti u tal-klijenti potenzjali, l-arranġamenti mfassla sabiex ikun żgurat li tali limitu ma jirriżultax fi trattament diskriminatorju tal-klijenti.

Artikolu 26

(Ir-raba’ sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 2004/39/KE)

Id-daqs tal-bejgħ bl-imnut

Għall-finijiet tar-raba’ sottoparagafu ta’ l-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 2004/39/KE, ordni għandha titqies bħala ordni li tkun ta’ daqs ikbar mid-daqs li investitur tal-bejgħ bl-imnut is-soltu jidħol għalih jekk taqbeż EUR 7 500.

TAQSIMA 3

It-trasparenza ta’ wara n-negozju għas-swieq irregolati, għall-MTFs u għad-ditti ta’ investiment

Artikolu 27

(Artikoli 28, 30 u 45 tad-Direttiva 2004/39/KE)

L-obbligu ta’ trasparenza ta’ wara n-negozju

1.   Id-ditti ta’ investiment, is-swieq irregolati u d-ditti ta’ investiment u l-operaturi tas-swieq li joperaw MTF, rigward tranżazzjonijiet li jikkonċernaw ishma ammessi għan-negozjar fi swieq irregolati konklużi minnhom jew, fil-każ ta’ swieq irregolati jew ta’ MTFS, fis-sistemi tagħhom, għandhom jagħmlu pubbliċi d-dettalji li ġejjin:

(a)

id-dettalji speċifikati fil-punti 2, 3, 6, 16, 17, 18, u 21 tat-Tabella 1 ta’ l-Anness I;

(b)

fejn ikun applikabbli, indikazzjoni li l-iskambju ta’ l-ishma jiġi ddeterminat minn fatturi oħrajn għajr il-valutazzjoni kurrenti tas-suq tas-sehem;

(c)

fejn ikun applikabbli, indikazzjoni li n-negozju kien negozju nnegozjat;

(d)

fejn ikun applikabbli, kwalunkwe emenda għall-informazzjoni li kienet żvelata preċedentement.

Dawk id-dettalji għandhom isiru pubbliċi jew b’referenza għal kull tranżazzjoni jew f’forma li taggrega l-volum u l-prezz tat-tranżazzjonijiet kollha fl-istess sehem li qed jitwettqu bl-istess prezz fl-istess ħin.

2.   Bħala eċċezzjoni, internalizzatur sistematiku għandu jkollu d-dritt li juża l-akronomu “SI” minflok l-identifikazzjoni tas-sit li tissemma fil-paragrafu 1(a) rigward tranżazzjoni f’sehem li titwettaq fil-kapaċità tiegħu ta’ internalizzatur sistematiku rigward dak is-sehem.

L-internalizzatur sistematiku jista’ jeżerċita dak id-dritt biss sakemm iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku d-data aggregata ta’ kull tliet xhur rigward it-tranżazzjonijiet imwettqa fil-kapaċità tiegħu ta’ internalizzatur sistematiku rigward dak is-sehem relatat ma’ l-aktar tliet xhur kalendarji reċeenti, jew parti min tliet xhur kalendarji, li matulhom id-ditta għamlitha ta’ internalizzatur sistematiku rigward dak is-sehem. Dik id-data għandha tkun disponibbli mhux aktar tard minn xahar wara t-tmiem ta’ kull tliet xhur kalendarji.

Jista’ wkoll jeżerċita dak id-dritt matul il-perjodu bejn id-data speċifikata fl-Artikolu 41(2), jew id-data meta d-ditta tibda tkun internalizzatur sistematiku b’relazzjoni għal sehem, liema minnhom hija l-aktar tard, u d-data li d-data aggregata ta’ kull tliet xhur b’relazzjoni għal sehem mistennija tiġi ppubblikata għall-ewwel darba.

3.   Id-data aggregata ta’ kull tliet xhur li tissemma fit-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 2 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja għas-sehem rigward kull jum tan-negozjar tat-tliet xhur kalendarji kkonċernati:

(a)

l-ogħla prezz;

(b)

l-aktar prezz baxx;

(c)

il-prezz medju;

(d)

in-numru totali ta’ l-ishma nnegozjati;

(e)

in-numru totali ta’ tranżazzjonijiet;

(f)

informazzjoni oħra ta’ din ix-xorta li l-internalizzatur sistematiku jiddeċiedi li jagħmel disponibbli.

4.   Fejn it-tranżazzjoni titwettaq barra r-regoli ta’ suq irregolat jew ta’ MTF, waħda mid-ditti ta’ investiment li ġejjin, bi ftehim bejn il-partijiet, għandha tagħmel arranġamenti sabiex l-informazzjoni ssir pubblika:

(a)

id-ditta ta’ investiment li tbigħ is-sehem ikkonċernat;

(b)

id-ditta ta’ investiment li taġixxi f’isem jew tagħmel arranġamenti għat-tranżazzjoni għall-bejjiegħ;

(c)

id-ditta ta’ investiment li taġixxi f’isem jew tagħmel arranġamenti għat-tranżazzjoni għax-xerrej;

(d)

id-ditta ta’ investiment li tixtri s-sehem ikkonċernat.

Fin-nuqqas ta’ tali ftehim, l-informazzjoni għandha tagħmilha pubblika d-ditta ta’ investiment li ġiet iddeterminata skond proċedura sekwenzjali mill-punt (a) sal-punt (d) sa l-ewwel punt li japplika għall-każ in kwistjoni.

Il-partijiet għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli sabiex ikunu żguri li t-tranżazzjoni ssir pubblika bħala tranżazzjoni waħda. Għal dawk il-finijiet, żewġ negozji li jaqblu li jsiru fl-istess ħin u bl-istess prezz ma’ parti waħda interposta għandhom jitqiesu bħala tranżazzjoni waħda.

Artikolu 28

(Artikoli 28, 30 u 45 tad-Direttiva 2004/39/KE)

Il-pubblikazzjoni differita ta’ tranżazzjonijiet kbar

Il-pubblikazzjoni ddiferita ta’ l-informazzjoni rigward it-tranżazzjonijiet tista’ tiġi awtorizzata, għal perjodu mhux itwal mill-perjodu speċifikat fit-Tabella 4 ta’ l-Anness II għall-klassi tas-sehem u tat-tranżazzjoni kkonċernati, sakemm jiġu sodisfatti l-kriterji li ġejjin:

(a)

it-tranżazzjoni tkun bejn ditta ta’ investiment li qed tinnegozja għaliha nfisha u klijent ta’ dik id-ditta;

(b)

id-daqs tat-tranżazzjoni ikun daqs jew jaqbeż id-daqs minimu ta’ kwalifika rilevanti, kif ġie speċifikat fit-Tabella 4 ta’ l-Anness II.

Sabiex ikun iddeterminat id-daqs minimu ta’ kwalifika rilevanti għall-finijiet tal-punt (b), l-ishma kollha ammessi għan-negozjar f’suq irregolat għandhom ikunu kklassifikati skond il-fatturat medju ta’ kuljum tagħhom li għandu jkun ikkalkolat skond l-Artikolu 33.

TAQSIMA 4

Id-dispożizzjonijiet komuni għat-trasparenza ta’ qabel u ta’ wara n-negozju

Artikolu 29

(Artikoli 27(3), 28(1), 29(1), 44(1) u 45(1) tad-Direttiva 2004/39/KE)

Il-pubblikazzjoni u d-disponibbiltà tad-data dwar it-trasparenza ta’ qabel u ta’ wara n-negozju

1.   Suq irregolat, MTF jew internalizzatur sistematiku għandu jitqies li jippubblika informazzjoni ta’ qabel in-negozju fuq bażi kontinwa matul is-sigħat normali tan-negozjar jekk dik l-informazzjoni tiġi ppubblikata hekk kif issir disponibbli matul is-sigħat normali tan-negozjar tas-suq irregolat, ta’ l-MTF jew ta’ linternalizzatur sistematiku ikkonċernat, u tibqa’ disponibbli sakemm tiġi aġġornata.

2.   L-informazzjoni ta’ qabel in-negozju u l-informazzjoni ta’ wara n-negozju relatata mat-tranżazzjonijiet li qed isiru fis-siti tan-negozjar u fis-sigħat normali tan-negozjar, għandha tkun disponibbli l-eqreb possibbli taż-żmien reali. L-informazzjoni ta’ wara n-negozju relatata ma’ tali tranżazzjonijiet għandha tkun disponibbli fi kwalunkwe jkaż fi tliet minuti mit-tranżazzjoni rilevanti.

3.   L-informazzjoni relatata ma’ negozju f’portafolji għandha tkun disponibbli rigward kull tranżazzjoni kostitwenti l-eqreb possibbli taż-żmien reali, billi titqies il-ħtieġa li jiġu allokati l-prezzijiet lil ishma partikolari. Kull tranżazzjoni kostitwenti għandha tiġi vvalutata separatament sabiex jiġi ddeterminat jekk il-pubblikazzjoni ddiferita rigward dik it-tranżazzjoni tkunx disponibbli skond l-Artikolu 28.

4.   L-informazzjoni ta’ wara n-negozju relatata ma’ tranżazzjonijiet li qed isiru f’sit ta’ negozjar immabarra mis-sigħat normali tan-negozjar għandha ssir pubbika qabel il-ftuħ tal-jum tan-negozjar li jmiss tas-sit tan-negozjar fejn qed issir it-tranżazzjoni.

5.   Għat-tranżazzjonijiet li jsiru barra minn sit tan-negozjar, l-informazzjoni ta’ wara n-negozju għandha ssir pubblika:

(a)

jekk it-tranżazzjoni ssir matul jum ta’ negozjar ta’ l-aktar suq rilevanti għas-sehem ikkonċernat, jew matul is-sigħat normali tan-negozjar tad-ditta ta’ investiment, l-eqreb possibbli taż-żmien reali. L-informazzjoni ta’ wara n-negozju relatata ma’ tali tranżazzjonijiet għandha tkun disponibbli fi kwalunkwe każ fi tliet minuti mit-tranżazzjoni rilevanti;

(b)

f’każ mhux kopert mill-punt (a), immedjatament malli jibdew is-sigħat normali tan-negozjar tad-ditta ta’ investiment jew mhux aktar tard minn qabel ma jiftaħ il-jum segwenti tan-negzojar fl-aktar suq rilevanti għal dak is-sehem.

Artikolu 30

(Artikoli 27, 28, 29, 30, 44 u 45 tad-Direttiva 2004/39/KE)

Id-disponibbiltà pubblika ta’ l-informazzjoni ta’ qabel u ta’ wara n-negozju

Għall-finijiet ta’ l-Artikoli 27, 28, 29, 30, 44 u 45 tad-Direttiva 2004/39/KE u ta’ dan ir-Regolament, l-informazzjoni ta’ qabel u ta’ wara n-negozju għandha titqies bħala informazzjoni li saret pubblika jew li hija disponibbli għall-pubbliku jekk tkun ġeneralment disponibbli permezz ta’ waħda mill-possibbiltajiet li ġejjin lill-investituri li jinsabu fil-Komunità:

(a)

il-faċilitajiet ta’ suq irregolat jew MTF;

(b)

il-faċilitajiet ta’ parti terza;

(c)

l-arranġamenti proprjetarji.

Artikolu 31

(Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2004/39/KE)

L-iżvelar ta’ ordnijiet ta’ limitu ta’ klijent

Għandu jitqies li ditta ta’ investiment tiżvela l-ordnijiet ta’ limitu ta’ klijent li ma jkunux jistgħu jitwettqu immedjatament jekk titrażmetti l-ordni lil suq irregolat jew MTF li jopera sistema ta’ negozjar permezz ta’ ktieb ta’ l-ordnijiet, jew tkun żgura li l-ordni ssir pubblika u tista’ titwettaq faċilment hekk kif jippermettu l-kundizzjonijiet tas-suq.

Artikolu 32

(Artikolu 22(2), 27, 28, 29, 30, 44 u 45 tad-Direttiva 2004/39/KE)

L-arranaġmenti biex l-informazzjoni ssir pubblika

Kwalunkwe arranġament biex l-informazzjoni ssir pubblika, li ġie adottat għall-finijiet ta’ l-Artikoli 30 u 31, għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

irid jinkludi l-passi raġonevoli kollha meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni li għandha tkun ippubblikata tkun affidabbli, tiġi mmonitorjata kontinwament għall-iżbalji, u tkun korretta hekk kif jiġu skoperti l-iżbalji;

(b)

irid jiffaċilta l-konsolidament tad-data b’data simili minn sorsi oħrajn;

(c)

irid iqiegħed l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq bażi kummerċjali mhux diskriminatorja bi spiża raġonevoli.

Artikolu 33

(Artikoli 27, 28, 29, 30, 44 u 45 tad-Direttiva 2004/39/KE)

Il-kalkoli u l-istimi għall-ishma ammessi għan-negozjar f’suq irregolat

1.   Rigward kull sehem li jiġi ammess għan-negozjar f’suq irregolat, l-awtorità kompetenti rilevanti għal dak is-sehem għandha tkun żgurata li l-kalkoli li ġejjin rigward dak is-sehem isiru fil-pront wara t-tmiem ta’ kull sena kalendarja:

(a)

il-fatturat medju ta’ kuljum;

(b)

in-numru medju ta’ kuljum ta’ tranżazzjonijiet;

(c)

għal dawk l-ishma li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22(1)(a) jew (b) (kif ikun applikabbli), il-flotazzjoni libera mill-31 ta’ Diċembru;

(d)

jekk is-sehem ikun sehem likwidu, il-valur medju ta’ l-ordnijiet imwettqa.

Dan il-paragrafu u l-paragrafu 2 m’għandhomx japplikaw għal sehem li jiġi ammess għall-ewwel darba għan-negozjar f’suq irregolat erba’ ġimgħat jew inqas qabel tmiem is-sena kalendarja.

2.   Il-kalkolu tal-fatturat medju ta’ kuljum, tal-valur medju ta’ l-ordnijiet imwettqa u tan-numru medju ta’ kuljum ta’ tranżazzjonijiet għandhom iqisu l-ordnijiet kollha mwettqa fil-Komunità rigward is-sehem in kwistjoni bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti, jew, fejn ikun applikabbli, dik il-parti tas-sena li matulha s-sehem kien ammess għan-negozjar f’suq irregolat u ma kienx sospiż min-negozjar f’suq irregolat.

Fil-kalkoli tal-fatturat medju ta’ kuljum, il-valur medju ta’ l-ordnijiet imwettqa u n-numru medju ta’ kuljum ta’ tranżazzjonijiet ta’ sehem kif ukoll il-jiem mhux tan-negozjar fl-Istat Membru ta’ l-awtorità kompetenti rilevanti għal dak is-sehem għandhom jiġu esklużi.

3.   Qabel l-ewwel ammissjoni ta’ sehem għan-negozjar f’suq irregolat, l-awtorità kompetenti rilevanti għal dak is-sehem għandha tkun żgura li, rigward dak is-sehem, ikunu pprovduti stimi tal-fatturat medju ta’ kuljum, tal-kapitalizzazzjoni tas-suq kif se tkun fil-bidu ta’ l-ewwel jum tan-negozjar u, fejn l-istima tal-kapitalizzazzjoni tas-suq tkun ta’ EUR 500 miljun jew aktar:

(a)

in-numru medju ta’ kuljum ta’ tranżazzjonijiet u, għal dawk l-ishma li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22(1)(a) jew (b) (kif ikun applikabbli), il-flotazzjoni libera;

(b)

fil-każ ta’ sehem li jiġi stmat bħala sehem likwidu, il-valur medju ta’ l-ordnijiet imwettqa.

L-istimi għandhom ikunu relatati mal-perjodu ta’ sitt ġimgħat wara l-ammissjoni għan-negozjar, jew ma’ tmiem dak il-perjodu, kif ikun applikabbli, u għandhom iqisu kwalunkwe storja ta’ negozjar preċedenti tas-sehem, kif ukoll dik ta’ l-ishma li jitqies li għandhom karatteristiċi simili.

4.   Wara l-ewwel ammissjoni ta’ sehem għan-negozjar f’suq irregolat, l-awtorità kompetenti rilevanti għal dak is-sehem għandha tkun żgura li, rigward dak is-sehem, il-figuri li jissemmew fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 jiġu kkalkulati billi tintuża data relatata man-negozjar ta’ l-ewwel erba’ ġimgħat, bħallikieku referenza fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għall-31 ta’ Diċembru kienet referenza għat-tmiem tan-negozjar ta’ l-ewwel erba’ ġimgħat, hekk kif ikun prattikkabbli wara li dik id-data tkun disponibbli, u jkun xi jkun il-każ qabel tmiem il-perjodu ta’ sitt ġimgħat li jissemma fl-Artikolu 22(5).

5.   Matul sena kalendarja, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jiżguraw irwieħhom mir-reviżjoni u fejn ikun meħtieġ, mill-kalkolu mill-ġdid tal-fatturat medju ta’ kuljum, mill-valur medju ta’ l-ordnijiet imwettqa, min-numru medju ta’ kuljum ta’ tranżazzjonijiet imwettqa u mill-flotazzjoni libera kulmeta jkun hemm bidla b’relazzjoni għas-sehem jew għall-persuna li toħroġ titoli jew strumenti finanzjarji oħrajn li b’mod sinifikanti taffetwa l-kalkoli preċedenti fuq bażi kontinwa.

6.   Il-kalkoli li jissemmew fil-paragrafi 1 sa 5 li għandhom jiġu ppubblikati fi jew qabel l-ewwel jum tan-negozjar f’Marzu 2009 għandhom isiru fuq il-bażi tad-data relatata mas-suq irregolat jew mas-swieq irregolati ta’ l-Istat Membru li huwa l-aktar suq rilevanti f’termini ta’ likwidità għas-sehem in kwistjoni. Għal dawk il-finijiet, it-tranżazzjonijiet innegozjati fit-tifsira ta’ l-Artikolu 19 għandhom jiġu esklużi mill-kalkoli.

Artikolu 34

(Artikoli 27, 28, 29, 30, 44 u 45 tad-Direttiva 2004/39/KE)

Il-pubblikazzjoni u l-effett tar-riżultati tal-kalkoli u ta’ l-istimi meħtieġa

1.   Fl-ewwel jum tan-negozjar ta’ Marzu ta’ kull sena, kull awtorità kompetenti, b’relazzjoni għal kull sehem li għalih tkun l-awtorità kompetenti rilevanti li kien ammess għan-negozjar f’suq irregolat fi tmiem is-sena kalendarja preċedenti, għandha tiżgura l-pubblikazzjoni ta’ l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-fatturat medju ta’ kuljum u n-numru medju ta’ kuljum ta’ tranżazzjonijiet, kif ġie kkalkulat skond l-Artikolu 33(1) u (2);

(b)

il-flotazzjoni libera u l-valur medju ta’ l-ordnijiet imwettqa, fejn ikunu kkalkolati skond l-Artikolu 33(1) u (2).

Dan il-paragrafu m’għandux japplika għall-ishma li għalihom japplika t-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 33(1).

2.   Ir-riżultati ta’ l-istimi u tal-kalkoli meħtieġa skond l-Artikolu 33(3), (4) jew (5) għandhom ikunu ppubblikati hekk kif ikun prattikkabli wara li jiġi kkompletat il-kalkolu jew tiġi kkompletata l-istima.

3.   L-informazzjoni li tissemma fil-paragrafu 1 jew 2 għandha titqies bħala ppubblikata meta tiġi ppubblikata mill-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej skond il-paragrafu 5.

4.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika dan li ġej:

(a)

il-klassifikazzjoni bbażata fuq il-pubblikazzjoni li tissemma fil-paragrafu 1 għandha tapplika għall-perjodu ta’ 12-il xahar li jibda fl-1 ta’ April wara l-pubblikazzjoni u jintemm fil-31 ta’ Marzu segwenti;

(b)

il-klassifikazzjoni bbażata fuq l-istimi pprovduti fl-Artikolu 33(3) għandha tapplika mill-ewwel ammissjoni għan-negozjar rilevanti sa tmiem il-perjodu ta’ sitt ġimgħat li jissemma fl-Artikolu 22(5);

(c)

il-klassifikazzjoni bbażata fuq il-kalkoli speċifikati fl-Artikolu 33(4) għandha tapplika minn tmiem il-perjodu ta’ sitt ġimgħat li jissemma fl-Artikolu 22(5), sa:

(i)

fejn tmiem dak il-perjodu ta’ sitt ġimgħat jaħbat bejn il-15 ta’ Jannar u l-31 ta’ Marzu (it-tnejn li huma inklużi) f’sena partikolari, il-31 ta’ Marzu tas-sena segwenti;

(ii)

inkella, il-31 ta’ Marzu segwenti wara tmiem dak il-perjodu.

Madankollu, il-klassifikazzjoni bbażata fuq il-kalkoli mill-ġdid li ġew speċifikati fl-Artikolu 33(5) għandha tapplika mid-data tal-pubblikazzjoni u, sakemm ma terġax tiġi kkalkulata mill-ġdid skond l-Artikolu 33(5), sal-31 ta’ Marzu segwenti.

5.   Il-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej, fuq il-bażi tad-data pprovduta lilu minn jew f’isem l-awtoritajiet kompetenti, għandu jippubblika fuq is-sit web tiegħu listi konsolidati u regolarment aġġornati ta’:

(a)

kull internalizzatur sistematiku rigward sehem ammess għan-negozjar f’suq irregolat;

(b)

kull sehem ammess għan-negozjar f’suq irregolat, fejn jiġu speċifikati:

(i)

il-fatturat medju ta’ kuljum, in-numru medju ta’ kuljum ta’ tranżazzjonijiet u, għal dawk l-ishma li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22(1)(a) jew (b) (kif ikun applikabbli), il-flotazzjoni libera;

(ii)

fil-każ ta’ sehem likwidu, il-valur medju ta’ l-ordnijiet imwettqa u d-daqs standard tas-suq għal dak is-sehem;

(iii)

fil-każ ta’ sehem likwidu li ntgħażel bħala sehem likwidu addizzjonali skond l-Artikolu 22(3), l-isem ta’ l-awtorità kompetenti li għamlet din l-għażla; u

(iv)

l-awtorità kompetenti rilevanti.

6.   Kull awtorità kompetenti għandha tiżgura l-ewwel pubblikazzjoni tad-dettalji li jissemmew fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 fl-ewwel jum tan-negozjar f’Lulju 2007, fuq il-bażi tal-perjodu ta’ referenza ta’ bejn l-1 ta’ April 2006 u l-31 ta’ Marzu 2007. Bħala deroga mill-paragrafu 4, il-klassifikazzjoni bbażata fuq dik il-pubblikazzjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ ħames xhur li jibda mill-1 ta’ Novembru 2007 u jintemm fil-31 ta’ Marzu 2008.

KAPITOLU V

L-AMMISSJONI TA’ L-ISTRUMENTI FINANZJARJI GĦAN-NEGOZJAR

Artikolu 35

(Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2004/39/KE)

It-titoli trasferibbli

1.   Għandu jitqies li t-titoli trasferibbli jkunu liberament negozjabbli għall-finijiet ta’ l-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2004/39/KE jekk ikunu jistgħu jiġu nnegozjati bejn il-partijiet għal tranżazzjoni, u sussegwentement jiġu ttrasferiti mingħajr restrizzjoni, u jekk it-titoli kollha fl-istess klassi bħat-titolu in kwistjoni jkunu funġibbli.

2.   It-titoli trasferibbli li jkunu suġġetti għal restrizzjoni għat-trasferiment m’għandhomx jitqiesu bħala liberament negozjabbli sakemm mhux probabbli li dik ir-restrizzjoni tiddisturba s-suq.

3.   It-titoli trasferibbli li ma jkunux imħallsa għalkollox jistgħu jitqiesu bħala liberament negozjabbli jekk saru arranġamenti sabiex ikun żgurat li n-negozjabbiltà ta’ tali titoli ma tkunx ristretta u li tkun pubblikament disponibbli informazzjoni adegwata rigward il-fatt li t-titoli ma ġewx imħallsa għalkollox, u rigward l-implikazzjonijiet ta’ dak il-fatt għall-azzjonisti.

4.   Meta jeżerċita d-diskrezzjoni tiegħu dwar jekk jammettix sehem għan-negozjar, suq irregolat, meta jivvaluta jekk is-sehem jistax jiġi nnegozjat b’mod ġust, ordnat u effiċjenti, għandu jqis dan li ġej:

(a)

id-distribuzzjoni ta’ dawk l-ishma lill-pubbliku;

(b)

tali informazzjoni finanzjarja storika, informazzjoni dwar il-persuna li toħroġ it-titoli jew strumenti finanzjarji oħrajn, u informazzjoni li tipprovdi stampa ġenerali tan-negozju kif inhu meħtieġ biex ikun ippreparat skond id-Direttiva 2003/71/KE, jew tkun jew se tkun pubblikament disponibbli b’mod ieħor.

5.   Titolu trasferibbli li jkun uffiċjalment elenkat skond id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u li l-elenkazzjoni tiegħu ma tkunx sospiża, għandu jitqies bħala liberament negozjabbli u li jista’ jiġi nnegozjat b’mod ġust, ordnat u effiċjent.

6.   Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, meta jiġi vvaluat jekk titolu trasferibbli li jissemma fl-Artikolu 4(1)(18)(c) ta’ dik id-Direttiva jistax jiġi nnegozjat b’mod ġust, ordnat u effiċjenti, is-suq irregolat għandu jqis, jiddependi min-natura tat-titolu li qed jiġi ammess, jekk il-kriterji li ġejjin hux qed jiġu sodisfatti:

(a)

it-termini tat-titolu jkunu ċari u mhux ambigwi u jaħsbu għal korrelazzjoni bejn il-prezz tat-titolu u l-prezz jew kejl ieħor tal-valur tat-titolu sottostanti;

(b)

il-prezz jew kejl ieħor tal-valur tat-titolu sottostanti ikun afidabbli u pubblikament disponibbli;

(c)

ikun hemm informazzjoni pubblikament disponibbli suffiċjenti ta’ tip meħtieġ sabiex ikun ivvalutat it-titolu;

(d)

l-arranġamenti biex ikun iddeterminat il-prezz tal-ħlas tat-titolu jiżguraw li dan il-prezz jirrifletti b’mod xieraq il-prezz jew kejl ieħor tal-valur tat-titolu sottostanti;

(e)

fejn il-ħlas tat-titolu jeħtieġ jew jipprovdi għall-possibbiltà tal-konsenja ta’ titolu jew ta’ assi sottostanti aktar milli għall-ħlas bi flus kontanti, ikun hemm proċeduri adegwati ta’ ħlas u ta’ konsenja għal dak it-titolu jew assi sottostanti kif ukoll aranġamenti adegwati sabiex tinkiseb informazzjoni rilevanti dwar dak it-titolu jew l-assi sottostanti.

Artikolu 36

(Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2004/39/KE)

L-unitajiet f’intrapriżi ta’ investiment kollettiv

1.   Suq irregolat, meta jammetti unitajiet ta’ negozjar f’impriża ta’ investiment kollettiv, kemm jekk dik l-impriża tkun ġiet ikkostitwita skond id-Direttiva 85/611/KEE jew le, għandu jkun sodisfatt li l-impriża ta’ investiment kollettiv tkun konformi jew kienet konformi mal-proċeduri ta’ reġistrazzjoni, ta’ notifika jew ta’ xort’oħra, li huma prerekwiżit meħtieġ għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ l-impriża ta’ investiment kollettiv fil-ġuriżdizzjoni tas-suq irregolat.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 85/611/KEE jew għal kwalunkwe leġiżlazzjoni Komunitarja jew liġi nazzjonali oħra relatata ma’ impriżi ta’ investiment kollettiv, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-konformità mar-rekwiżiti li jissemmew fil-paragrafu 1 ma tkunx prerekwiżit meħtieġ għall-ammissjoni ta’ l-unitajiet f’impriża ta’ investiment kollettiv għan-negozjar f’suq irregolat.

3.   Meta jiġi vvalutat jekk l-unitajiet f’impriża ta’ investiment kollettiv bla ebda limitu ta’ żmien jistgħu jiġu nnegozjati b’mod ġust, ordnat u effiċjenti skond l-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, is-suq irregolat għandu jqis l-aspetti li ġejjin:

(a)

id-distribuzzjoni ta’ dawk l-unitajiet lill-pubbliku;

(b)

jekk hemmx arranġamenti xierqa ta’ market-making, jew jekk il-kumpanija ta’ ġestjoni ta’ l-iskema tipprovdix arranġamenti alternattivi xierqa biex l-unitajiet jinfdew mill-investituri;

(c)

jekk il-valur ta’ l-unitajiet ikunx suffiċjentement trasparenti għall-investituri permezz tal-pubblikazzjoni perjodika tal-valur nett ta’ l-assi.

4.   Meta jiġi vvalutat jekk l-unitajiet f’impriża ta’ investiment kollettiv għal żmien limitat ikunux jistgħu jiġu nnegozjati b’mod ġust, ordnat u effiċjenti skond l-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, is-suq irregolat għandu jqis l-aspetti li ġejjin:

(a)

id-distribuzzjoni ta’ dawk l-unitajiet lill-pubbliku;

(b)

jekk il-valur ta’ l-unitajiet ikunx suffiċjentement trasparenti għall-investituri, jew bil-pubblikazzjoni ta’ l-informazzjoni dwar l-istrateġija ta’ investiment tal-fond jew bil-pubblikazzjoni perjodika tal-valur nett ta’ l-assi.

Artikolu 37

(Artikolu 40(1) u (2) tad-Direttiva 2004/39/KE)

Id-derivattivi

1.   Meta jamettu għan-negozjar strument finanzjarju ta’ tip elenkat fil-punti tat-TaqsimietC(4) to (10) ta’ l-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, is-swieq irregolati għandhom jivverifikaw li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-termini tal-kuntratt li jistabbilixxi l-istrument finanzjarju jridu jkunu ċari u mhux ambigwi, u jippermettu korrelazzjoni bejn il-prezz ta’ l-istrument finanzjarju u l-prezz jew kejl ieħor tal-valur tat-titolu sottostanti;

(b)

il-prezz jew kejl ieħor tal-valur tat-titolu sottostanti jrid ikun affidabbli u pubblikament disponibbli;

(c)

trid tkun pubblikament disponibbli informazzjoni suffiċjenti ta’ tip meħtieġ sabiex ikun ivvalutat id-derivattiv;

(d)

l-arranġamenti biex ikun iddeterminat il-prezz tal-ħlas tal-kuntratt iridu jkunu tali li l-prezz jirrifletti b’mod xieraq il-prezz jew kejl ieħor tal-valur tat-titolu sottostanti;

(e)

fejn il-ħlas tad-derivattiv jeħtieġ jew jipprovdi għall-possibbiltà tal-konsenja ta’ titolu jew ta’ assi sottostanti aktar milli ta’ ħlas bi flus kontanti, irid ikun hemm arranġamenti adegwati sabiex il-parteċipanti fis-suq ikunu jistgħu jiksbu informazzjoni rilevanti dwar dak it-titolu jew dak l-assi sottostanti kif ukoll proċeduri adegwati ta’ ħlas u ta’ konsenja għat-titolu jew għall-assi sottostanti.

2.   Fejn l-istrumenti finanzjarji kkonċernati jkunu ta’ tip elenkata fit-Taqsimiet C (5), (6), (7) jew (10) ta’ l-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, il-punt (b) tal-paragrafu 1 m’għandux japplika jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kuntratt li jistabbilixxi dak l-istrument irid ikun probabbli biex jipprovdi mezz ta’ żvelar lis-suq, jew jippermetti li s-suq jivvaluta l-prezz jew kejl ieħor tal-valur tat-titolu sottostanti, fejn il-prezz jew il-kejl tal-valur ma jkunx disponibbli pubblikament b’xi mod ieħor;

(b)

is-suq irregolat irid jiżgura li jkunu ġew stabbiliti arranġamenti superviżorji xierqa sabiex ikunu mmonitorjati n-negozjar u l-ħlas f’tali strumenti finanzjarji;

(c)

is-suq irregolat irid jiżgura li l-ħlas u l-konsenja, kemm jekk konsenja fiżika jew bi ħlas bi flus kontanti, jistgħu jsiru skond it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji.

KAPITOLU VI

L-ISTRUMENTI FINANZJARJI DERIVATTIVI

Artikolu 38

(Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2004/39/KE)

Il-karatteristiċi ta’ strumenti finanzarji derivattivi oħrajn

1.   Għall-finijiet tat-Taqsima C(7) ta’ l-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, kuntratt li ma jkunx spot contract fit-tifsira tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u li ma jkunx koperti mill-paragrafu 4 għandu jitqies bħala kuntratt li għandu l-karatteristiċi ta’ strumenti finanzarji derivattivi oħrajn u li mhux għal finijiet kummerċjali jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jissodisfa wieħed mis-settijiet ta’ kriterji li ġejjin:

(i)

jiġi nnegozjat f’faċilità tan-negozjar ta’ pajjiż terz li twettaq funzjoni simili għal suq irregolat jew MTF;

(ii)

ikun espliċitament iddikjarat sabiex isir negozju dwaru, jew ikun suġġett għar-regoli ta’ suq irregolat, ta’ MTF jew ta’ faċilità tan-negozjar ta’ parti terza ta’ din ix-xorta;

(iii)

ikun espliċitament iddikjarat li huwa ekwivalenti għal kuntratt innegozjat f’suq irregolat, MTF jew f’faċilità tan-negozjar ta’ parti terza ta’ din ix-xorta;

(b)

jiġi kklerjat minn clearing house jew minn entità oħra li twettaq l-istess funzjonijiet bħal kontroparti ċentrali, jew ikun hemm arranġamenti għall-pagament jew għall-provvista ta’ marġni b’relazzjoni għall-kuntratt;

(c)

jiġi standardizzat sabiex, b’mod partikolari, il-prezz, il-lott, id-data tal-konsenja jew termini oħrajn jiġu ddeterminati b’mod prinċipali b’referenza għal prezzijiet ippubblikati regolarment, lottijiet standard jew dati standard ta’ kosenja.

2.   Spot contract għall-finijiet tal-paragrafu 1 tfisser kuntratt għall-bejgħ ta’ komodità, assi jew dritt, li skond it-termini tiegħu il-konsenja tkun skedata biex issir fl-itwal mill-perjodi li ġejjin:

(a)

jumejn tan-negozjar;

(b)

il-perjodu ġeneralment aċċettat fis-suq għal dik il-komodità, assi jew dritt bħala l-perjodu standard ta’ konsenja.

Madankollu, kuntratt mhux spot contract jekk, irrispettivament mit-termini espliċiti tiegħu, ikun hemm arranġament bejn il-partijiet għall-kuntratt li l-konsenja tat-titolu sottostanti għandha tiġi posposta u m’għandiex titwettaq fil-perjodu li jissemma fl-ewwel sottoparagrafu.

3.   Għall-finijiet tat-Taqsima C(10) ta’ l-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, kuntratt derivattiv relatat ma’ titolu sottostanti li jissemma f’dik it-Taqsima jew fl-Artikolu 39 għandu jitqies bħala kuntratt li għandu l-karatteristiċi ta’ strumenti finanzjari derivattivi oħrajn jekk tiġi sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dak il-kuntratt jitħallas bi flus kontanti jew jista’ jitħallas bi flus kontanti skond kif tagħżel parti waħda jew aktar, għal raġuni oħra għajr minħabba nuqqas ta’ ħlas jew avveniment ieħor ta’ tmiem;

(b)

dak il-kuntratt jiġi nnegozjat f’suq irregolat jew MTF;

(c)

il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ġew sodisfatti b’relazzjoni għal dak il-kuntratt.

4.   Kuntratt għandu jitqies li huwa għal finijiet kummerċjali għall-finijiet tat-Taqsima C(7) ta’ l-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, u bħala kuntratt li m’għandux il-karatteristiċi ta’ strumenti finanzarji derivattivi oħrajn għall-finijiet tat-Taqsimiet C(7) u (10) ta’ dak l-Anness, jekk parti tidħol għalih ma’ jew jidħol għalih operatur jew amministratur ta’ gradilja tat-tranżmissjoni ta’ l-enerġija, ta’ mekkaniżmu ta’ bbilanċjar ta’ l-enerġija jew ta’ netwerk ta’ katusi, u ikun meħtieġ sabiex il-provvisti u l-użi ta’ l-enerġiji fi żmien partikolari jinżammu f’bilanċ.

Artikolu 39

(Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2004/39/KE)

Id-derivattivi fit-Taqsima C(10) ta’ l-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE

Minbarra l-kuntratti derivattivi ta’ tip li jissemma fit-Taqsima C(10) ta’ l-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, kuntratt derivattiv relatat ma’ kwalunkwe fattur milli ġejjin għandu jaqa’ taħt dik it-Taqsima jekk jissodisfa l-kriterji stabbiliti f’dik it-Taqsima u fl-Artikolu 38(3):

(a)

il-bandwith tat-telekomunikazzjonijiet;

(b)

il-kapaċità għall-ħażna tal-komoditajiet;

(c)

il-kapaċità għat-tranżmissjoni jew għat-trasport relatata mal-komoditajiet, kemm jekk kejbil, katusa jew mezzi oħrajn;

(d)

konċessjoni, kreditu, permess, dritt jew assi simili li tkun direttament konnessa mal-provvista, mad-distribuzzjoni jew mal-konsum ta’ l-enerġija li ġejja minn riżorsi rinnovabbli;

(e)

varjabbli ġeoloġika, ambjentali jew fiżika oħra;

(f)

kwalunkwe assi jew dritt ieħor ta’ natura funġibbli, għajr dritt li jiġi riċevut servizz, li jista’ jiġi ttrasferit;

(g)

indiċi jew miżura relatata mal-prezz jew mal-valur ta’, jew mal-volum ta’ tranżazzjoni fi kwalunkwe assi, dritt, servizz jew obbligu.

KAPITOLU VII

ID-DISPOŹIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 40

L-eżamijiet mill-ġdid

1.   Mill-inqas darba kull sentejn, u wara li tikkonsulta lill-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid id-definizzjoni ta’ “tranżazzjoni” għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-Tabelli inklużi fl-Anness II, kif ukoll il-kriterji għad-determinazzjoni ta’ l-ishma likwidi inklużi fl-Artikolu 22.

2.   Wara li tikkonsulta lill-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 38 u 39 relatati mal-kriterji sabiex ikun iddeterminat liema strumenti għandhom jiġu ttrattati bħala strumenti li għandhom il-karatteristiċi ta’ strumenti finanzjarji derivattivi oħrajn, jew bħala strumenti li huma għal finijiet kummerċjali, jew li jaqgħu taħt it-Taqsima C(10) ta’ l-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE jekk il-kriterji l-oħra stabbiliti f’dik it-Taqsima jiġu sodisfatti b’relazzjoni għalihom.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin waqt li tagħmel ir-rapporti tagħhom skond l-Artikolu 65(3)(a) u (d) tad-Direttiva 2004/39/KE.

3.   Mhux aktar tard minn sentejn wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni wara li tikkonsulta lill-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej, għandha teżamina mill-ġdid it-Tabella 4 ta’ l-Anness II u tirrapporta dwar ir-riżultati ta’ dan l-eżami mill-ġdid lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 41

Id-dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2007, ħlief l-Artikoli 11 u 34(5) u (6), li għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ġunju 2007.

3.   Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2006/31/KE (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 60).

(2)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

(3)  ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9).

(4)  ĠU L 191, 13.7.2001, p. 43

(5)  ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.

(6)  Ara p. 26 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(7)  ĠU L 184, 6.7.2001, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE.


ANNESS I

Tabella 1

Lista ta’ l-oqsma għal finijiet ta’ rapportaġġ

L-Identifikatur tal-Qasam

Deskrizzjoni

1.

L-Identifikazzjoni tad-Ditta li Qed Tirrapporta

Kodiċi uniku biex tkun identifikata d-ditta li wettqet it-tranżazzjoni.

2.

Il-Jum tan-Negozjar

Il-jum tan-negozjar meta twettqet it-tranżazzjoni.

3.

Il-Ħin tan-Negozjar

Il-ħin meta twettqet it-tranżazzjoni, irrapportat fil-ħin lokali ta’ l-awtorità kompetenti li lilha se tiġi rrapporta t-tranżazzjoni, u l-bażi li fuqha t-tranżazzjoni tiġi rrapporta espressa bħala Ħin Universali Kkoordinat (UTC) +/- sigħat.

4.

Indikatur ta’ Xiri/Bejgħ

Jidentifika jekk it-tranżazzjoni kinitx ta’ xiri jew bejgħ mill-perspettiva tad-ditta ta’ investiment li qed tirrapporta jew, fil-każ ta’ rapport lil klijent, tal-klijent.

5.

Il-Kapaċità tan-Negozjar

Tidentifika jekk id-ditta wettqitx it-tranżazzjoni:

għaliha stess (jew f’isimha jew f’isem klijent);

għal, u f’isem klijent.

6.

L-Identifikazzjoni ta’ Strument

Din għandha tikkonsisti fi:

kodiċi uniku, li għandu jkun deċiż mill-awtorità kompetenti (jekk ikun hemm) li lilha jsir ir-rapport fejn jiġi identifikat l-istrument finanzjarju li jkun is-suġġett tat-tranżazzjoni;

jekk l-istrument finanzjarju in kwistjoni ma jkollux kodiċi ta’ identifikazzjoni uniku, ir-rapport irid jinkludi l-isem ta’ l-istrument jew, fil-każ ta’ kuntratt derivattiv, il-karatteristiċi tal-kuntratt.

7.

It-Tip ta’ Kodiċi ta’ l-Istrument

It-tip ta’ kodiċi li ntuża sabiex jiġi rrapportat l-istrument

8.

L-Identifikazzjoni ta’ l-Istrument Sottostanti

L-identifikazzjoni ta’ l-istrument applikabbli għat-titolu li huwa l-assi sottostanti f’kuntratt derivattiv kif ukoll it-titolu trasferibbli li jaqa’ fl-ambitu ta’ l-Artikolu 4(1)(18)(c) tad-Direttiva 2004/39/KE.

9.

It-Tip ta’ Kodiċi ta’ Identifikazzjoni ta’ l-Istrument Sottostanti

It-tip ta’ kodiċi li ntuża sabiex jiġi rrapportat l-istrument sottostanti.

10.

It-Tip ta’ Strument

Il-klassifikazzjoni armonizzata ta’ l-istrument finanzjarju li huwa s-suġġett tat-tranżazzjoni. Id-deskrizzjoni trid tindika għallinqas jekk l-istrument jappartjenix lil waħda mill-kategoriji ta’ l-ogħla livell kif inhu pprovdut minn standard uniformi li jiġi aċċettat fuq livell internazzjonali għall-klassifikazzjoni ta’ l-istrumenti finanzarji.

11.

Id-Data tal-Maturità

Id-data tal-maturità ta’ bond jew ta’ forma oħra ta’ dejn titolizzat, jew id-data ta’ l-eżerċizzju/data tal-maturità ta’ kuntratt derivattiv.

12.

It-Tip ta’ Derivattiv

Id-deskrizzjoni armonizzata tat-tip ta’ derivattiv għandha ssir skond waħda mill-kategoriji ta’ l-ogħla livell kif inhu pprovdut minn standard uniformi li jiġi aċċettat fuq livell internazzjonali għall-klassifikazzjoni ta’ l-istrumenti finanzjarji.

13.

Put/Call

Speċifikazzjoni jekk option jew kwalunkwe strument finanzjarju ieħor ikunx put jew call.

14.

Strike Price

L-istrike price ta’ option jew ta’ strument finanzjarju ieħor.

15.

Il-Multiplatur tal-Prezzijiet

In-numru ta’ unitajiet ta’ l-istrument finanzjarju in kwistjoni li jkunu inklużi f’lot ta’ negozjar; pereżempju, in-numru ta’ derivattivi jew ta’ titoli rrappreżentati minn kuntratt wieħed.

16.

Il-Prezz għal kull Unità

Il-prezz għal kull titolu jew kuntratt derivattiv ħlief il-kummissjoni u (fejn ikun rilevanti) l-imgħax akkumulat. Fil-każ ta’ strument ta’ dejn, il-prezz jista’ jkun espress jew f’termini ta’ munita jew bħala perċentwali.

17.

In-Notazzjoni tal-Prezz

Il-munita li biha jiġi espress il-prezz. Jekk, fil-każ ta’ bond jew ta’ forma oħra ta’ dejn titolizzat, il-prezz jiġi espress bħala perċentwali, dik il-perċentwali għandha tkun inkluża.

18.

Il-Kwantità

In-numru ta’ unitajiet ta’ l-istrumenti finanzjarji, il-valur nominali tal-bons, jew in-numru ta’ kuntratti derivattivi inklużi fit-tranżazzjoni.

19.

In-Notazzjoni tal-Kwantità

Indikazzjoni rigward jekk il-kwantità hiex in-numru ta’ unitajiet ta’ strumenti finanzarji, il-valur nominali tal-bonds jew in-numru ta’ kuntratti derivattivi.

20.

Il-Kontroparti

L-identifikazzjoni tal-kontroparti għat-tranżazzjoni. Dik l-identifikazzjoni għandha tikkonsisti fi:

fejn il-kontroparti tkun ditta ta’ investimenti, kodiċi uniku għal dik id-ditta, li għandu jkun iddeterminat mill-awtorità kompetenti (jekk ikun hemm) li liha jsir ir-rapport;

fejn il-kontroparti tkun suq irregolat jew MTF jew entità li qed tagħmilha tal-kontroparti ċentrali tiegħu, il-kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni armonizzat għal dak is-suq, għal dik l-MTF jew għall-entità li qed tagħmilha ta’ kontroparti ċentrali, kif ġie speċifikat fil-lista ppubblikata mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini ta’ dik l-entità skond l-Artikolu 13(2);

fejn il-kontroparti ma tkunx ditta ta’ investiment, suq irregolat, MTF jew entità li qed tagħmilha ta’ kontroparti ċentrali, għandha tkun identifikata bħala “parruċan/klijent” tad-ditta ta’ investiment li wettqet it-tranżazzjoni.

21.

L-Identifikazzjoni tas-Sit

L-identifikazzjoni tas-sit fejn twettqet it-tranżazzjoni. Dik l-identifikazzjoni għandha tikonsisti fi:

fejn is-sit ikun sit tan-negozjar: il-kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni armonizzat tiegħu;

inkella: il-kodiċi “OTC”.

22.

In-Numru ta’ Referenza tat-Tranżazzjoni

Numru uniku ta’ identifikazzjoni għat-tranżazzjoni pprovdut mid-ditta ta’ investiment jew minn parti terza li qed tirrapporta f’isimha.

23.

Marka ta’ Kanċellazzjoni

Indikazzjoni dwar jekk it-tranżazzjoni ġietx ikkanċellata.

Tabella 2

Aktar dettalji għall-użu ta’ l-awtoritajiet kompetenti

L-Identifikatur tal-Qasam

Deskrizzjoni

1.

L-Identifikazzjoni tad-Ditta li Qed Tirrapporta

Jekk kodiċi uniku, kif jissemma fit-Tabella 1 ta’ l-Anness I, ma jkunx suffiċjenti sabiex tkun identifikata l-kontroparti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżviluppaw miżuri adewgati li jiżguraw l-identifikazzjoni tal-kontroparti.

6.

L-Identifikazzjoni ta’ Strument

Għandu jintuża l-kodiċi uniku, miftiehem bejn l-awtoritjaiet kompetenti kollha, applikabbli għall-istrument finanzjarju in kwistjoni.

20.

Il-Kontroparti

Jekk kodiċi uniku jew kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni armonizzat, kif jissemma fit-Tabella 1 ta’ l-Anness I, ma jkunx suffiċjenti sabiex tkun identifikata l-kontroparti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżviluppaw miżuri adewgati li jiżguraw l-identifikazzjoni tal-kontroparti.


ANNESS II

Tabella 1

L-informazzjoni li għandha ssir pubblika skond l-Artikolu 17

It-tip ta’ sistema

Deskrizzjoni tas-sistema

Sommarju ta’ l-informazzjoni li għandha ssir pubblika skond l-Artikolu 17

sistema ta’ negozjar b’irkanti kontinwi permezz ta’ ktieb ta’ l-ordnijiet

sistema li permezz ta’ ktieb ta’ l-ordnijiet u algoritma tan-negozjar imħaddma mingħajr l-intervent ta-bniedem tqabbel l-ordnijiet għall-bejgħ ma’ l-ordnijiet għax-xiri li jaqblu magħhom fuq il-bażi ta’ l-aħjar prezz disponibbli fuq bażi kontinwa

in-numru aggregat ta’ ordnijiet u l-ishma li jirrappreżentaw f’kull livell ta’ prezzijiet, għal mill-inqas l-aħjar ħames livelli ta’ prezzijiet ta’ l-offerti

sistema ta’ negozjar bbażata fuq il-kwotazzjonijiet

sistema fejn it-tranżazzjonijiet jiġu konklużi fuq il-bażi ta’ kwotazzjonijiet sodi li jitqiegħdu kontinwament għad-dispożizzjoni tal-parteċipanti, li teħtieġ li l-market makers iżommu l-kwotazzjonijiet f’daqs li jibbilanċja l-ħtiġiet tal-membri u tal-parteċipant biex jagħmlu negozju f’daqs kummerċjali u r-riskju li għalih jesponi ruħu l-marker maker

l-aħjar offerta skond il-prezz ta’ kull market maker f’dak is-sehem, flimkien mal-volumi marbuta ma’ dawk il-prezzijiet

sistema ta’ negozjar bi rkanti perjodiċi

sistema li tqabbel l-ordnijiet fuq il-bażi ta’ rkant perjodiku u algoritma tan-negozjar imħaddma mingħajr l-intervent tal-bniedem

il-prezz li bih is-sistema tan-negozjar bi rkanti tissodisfa bl-aħjar mod l-algoritma tan-negozjar tagħha u l-volum li potenzjalment jista’ jitwettaq b’dak il-prezz

sistema ta’ negozjar li mhix koperta mill-ewwel tliet ringieli

sistema ibrida li taqa’ fi tnejn jew aktar mill-ewwel tliet ringieli jew sistema fejn il-proċess ta’ determinazzjoni tal-prezz għandu natura differenti minn dik applikabbli għat-tipi ta’ sistema koperti mill-ewwel tliet ringieli

informazzjoni adegwata rigward il-livell ta’ l-ordnijiet jew tal-kwotazzjonijiet u ta’ l-interess tan-negozjar; b’mod partikolari, l-aħjar ħames livelli tal-prezzijiet ta’ l-offerti u/jew il-kwotazzjoijiet f’żewġ direzzjonijiet ta’ kull market maker fis-sehem, jekk il-karatteristiċi tal-mekkaniżmu ta’ skoperta tal-prezz jippermetti dan

Tabella 2

Ordnijiet ta’ skala kbira meta pparagunati mad-daqs normali tas-suq

(EUR)

Il-klassi f’termini ta’ fatturat medju ta’ kuljum

(ADT)

ADT < 500 000

500 000 ≤ ADT < 1 000 000

1 000 000 ≤ ADT < 25 000 000

25 000 000 ≤ ADT < 50 000 000

ADT ≥ 50 000 000

Id-daqs minimu ta’ ordni li tikkwalifika bħala ta’ skala kbira meta pparagunata mad-daqs normali tas-suq

€ 50 000

€ 100 000

€ 250 000

€ 400 000

€ 500 000

Tabella 3

Id-daqsijiet standard tas-suq

(EUR)

Il-klassi f’termini tal-valur medju tat-tranżazzjonijiet

(AVT)

AVT < 10 000

10 000 ≤ AVT < 20 000

20 000 ≤ AVT < 30 000

30 000 ≤ AVT < 40 000

40 000 ≤ AVT < 50 000

50 000 ≤ AVT < 70 000

70 000 ≤ AVT < 90 000

Eċċ.

Id-daqs standard tas-suq

€ 7 500

€ 15 000

€ 25 000

€ 35 000

€ 45 000

€ 60 000

€ 80 000

Eċċ.

Tabella 4

Il-limiti u d-dewmien tal-pubblikazzjonijiet iddiferiti

It-tabella t’hawn taħt turi, għal kull dewmien permess għall-pubblikazzjoni u għal kull klassi ta’ ishma f’termini tal-fatturat medju ta’ kuljum (ADT), id-daqs minimu ta’ kwalifika tat-tranżazzjoni li se tikkwalifika għal dawk id-dewmien rigward sehem ta’ dak it-tip.

 

Il-klassi ta’ l-ishma f’termini tal-fatturat medju ta’ kuljum (ADT)

ADT < EUR 100 000

EUR 100 000 ≤ ADT < EUR 1 000 000

EUR 1 000 000 ≤ ADT < EUR 50 000 000

ADT ≥ EUR 50 000 000

Id-daqs minimu ta’ kwalifika tat-tranżazzjoni għad-dewmien permess

Dewmien permess għall-pubblikazzjoni

60 minuta

€10 000

Ikbar minn 5 % ta’ l-ADT u €25 000

Inqas minn 10 % ta’ l-ADT u €3 500 000

Inqas minn 10 % ta’ l-ADT u €7 500 000

180 minuta

€ 25 000

Ikbar minn 15 % ta’ l-ADT u €75 000

Inqas minn 15 % ta’ l-ADT u €5 000 000

Inqas minn 20 % ta’ l-ADT u €15 000 000

Sa tmiem il-jum tan-negozjar (jew roll-over sa nofsinhar tal-jum tan-negozjar segwenti jekk in-negozju jitwettaq fl-aħħar sagħtejn tal-jum tan-negozjar)

€ 45 000

Ikbar minn 25 % ta’ l-ADT u €100 000

Inqas minn 25 % ta’ l-ADT u €10 000 000

Inqas minn 30 % ta’ l-ADT u €30 000 000

Sa tmiem il-jum tan-negozjar segwenti wara n-negozju

€ 60 000

Ikbar minn 50 % ta’ l-ADT u €100 000

Ikbar minn 50 % ta’ l-ADT u €1 000 000

100 % ta’ l-ADT

Sa tmiem it-tieni jum tan-negozjar segwenti wara n-negozju

€ 80 000

100 % ta’ l-ADT

100 % ta’ l-ADT

250 % ta’ l-ADT

Sa tmiem it-tielet jum tan-negozjar segwenti wara n-negozju

 

250 % ta’ l-ADT

250 % ta’ l-ADT