1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

162


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE, EURATOM) Nru 1248/2006

tas-7 ta' Awwissu 2006

li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tal-Kummissjoni li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-eżekuzzjoni tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill dwar ir-Regolament Finanzjaru applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 183 tiegħu,

Wara li kkonsultaw lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, il-Qorti ta' l-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman u s-sorveljatur tal-Protezzjoni tad-Data Ewropea,

Billi:

(1)

L-obbligu tal-Kummissjoni li tgħarraf lill-awtorità tal-baġit sal-15 ta’ April bil-kanċellament ta’ approprjazzjonijiet imħollija li ma ġewx impenjati sal-31 ta’ Marzu wera ruħu sever wisq u għalhekk dan għandu jiġi estiż b’ġimagħtejn sat-30 ta’ April.

(2)

Għandu jkun speċifikat li fejn is-sistema ta’ wieħed minn kull tnax-il parti provviżorja għandu jkun applikat, il-massimu f’termini ta’ l-approporjazzjonijiet allokati tas-sena finanzjarja preċedenti għandu jinftiehem bħala li jirreferi għal approporjazzjonijiet għas-sena finanzjarja wara l-aġġustament għal kwalunkwe trasferimenti magħmula matul dik is-sena finanzjarja.

(3)

Għandu jkun iċċarat li r-regoli dwar ir-rata ta’ bdil bejn l-euro u munita oħra pprovduti fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (2) japplikaw biss għall-bidliet imwettqa minnn uffiċjali awtorizzanti u mhux għal dawk imwettqa minn kuntratturi jew benefiċjarji, fuq il-bażi tar-regoli speċifiċi f'kuntratti jew ftehim għal għotjiet. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jkun awtorizzat iwaqqaf ir-rata mensili tal-kambju tal-kontabilità ta’ l-euro li għandha tintuża għall-finijiet tal-kontabilità. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta’ trasparenza u trattament indaqs ta’ l-uffiċjali tal-Komunità, fl-Artikolu 8 hi stabbilita regola speċifika dwar ir-rati ta’ qlib għan-nefqa ta’ l-istaff imħallsa f’munita oħra li mhix l-euro.

(4)

Għal dak li jikkonċerna l-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda, il-kontenut tal- valutazzjoni ex ante għandu jiġi ċċarat u l-iskop ta’ valutazzjoni ex ante, interim jew ex post għandhom ikunu mmirati aħjar, billi tingħata attenzjoni xierqa lill-prinċipju tal-proporzjonalità. B’hekk, il-prijoritajiet tal-valutazzjoni għandhom jiġu direzzjonati mill-ġdid sabiex jiffukaw fuq proposti b’impatt fuq il-kummerċ u/jew iċ-ċittadini u biex ikopru proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji li għandhom jitkomplew. Barra minn hekk, il-kumplimentarità għandha tiġi assigurata fejn proġetti jew azzjonijiet huma diġà soġġetti għal valutazzjoni (per eżempju inkarigi maqsuma bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri).

(5)

Għall-fini ta’ verifika ex ante għall-awtorizzazzjoni tan-nefqa, jistgħu jiġu kkunsidrati mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli bħala li jikkostitwixxu operazzjoni waħda biss serje ta’ transazzjonijiet individwali simili li jirrigwardaw nefqa ta’ rutina ta’ l-istaff fuq salarji, pensjonijiet, ħlas lura ta’ spejjeż ta’ missjonijiet u spejjeż mediċi. F’dan il-każ, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, skond il-valutazzjoni tiegħu tar-riskju, għandu jwettaq verifika ex post.

(6)

Huwa xieraq li jiġu inklużi f'dan ir-rapport dwar proċeduri nnegozjati l-każijiet biss ta' l-użu ta' proċeduri nnegozjati li jikkostitwixxu eċċezzjonijiet għall-proċedura normali ta' appalt.

(7)

Wara l-introduzzjoni tal-kontabilità fuq il-bażi tad-dovuti fl-1 ta’ Jannar 2005, u d-disponibbiltà ta’ data tal-kontabilità f’kwalunkwe ħin fis-sistema informatika, huwa aktar loġiku u ħafif li jitfassal il-bilanċ ta’ tqabbil fil-ġurnata li fiha l-uffiċjal tal-kontabilità jtemm l-inkarigu tiegħu. Jekk itemm l-inkarigu tiegħu f’xi 31 ta’ Diċembru, il-bilanċ ta’ tqabbil jista’ jiġi ppreparat l-istess ġurnata mingħajr stennija għall-finalizzazzjoni tal-kontijiet provviżorji.

(8)

Sabiex ir-responsabbiltà ta' uffiċjali awtorizzanti għall-ġestjoni tat-teżor issir waħda effettiva, dan għandu jkun awtorizzat jikkomunika lill-istituzzjonijiet finanzjarji li magħhom ikun fetaħ kontijiet, l-ismijiet u kopji tal-firem ta’ l-uffiċjali awtorizzati li jiffirmaw operazzjonijiet bankarji.

(9)

L-ammont massimu li jista’ jitħallas mill-amministratur Imprest għandu jiżdied minn EUR 30 000 għal EUR 60 000 meta pagamenti permezz ta’ proċeduri tal-baġit huma materjalment impossibbli jew anqas effettivi.

(10)

Fid-dawl ta’ l-Artikolu 21a tar-Regolamenti ta’ l-Istaff għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ l-Impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, l-uffiċjal awtorizzanti b’delega jew sub-delega għandu, f’każ ta’ konferma ta’ istruzzjoni, jitħalla ma jwettaqx l-istruzzjoni jekk din tkun manifestament illegali.

(11)

Meta wieħed jikkunsidra r-rwoli kumplimentari ta’ l-uffiċjal awtorizanti u ta’ l-uffiċjal tal-kontabilità fil-proċedura ta’ rkupru, sakemm konsultazzjoni bejniethom qabel it-tpattija tkun ġustifikata.

(12)

Fejn id-debitur ikun awtorità nazzjonali jew waħda mill-entitajiet amministrattivi tagħha, sabiex jieħu f’kunsiderazzjoni l-proċeduri eżistenti fuq il-livelli nazzjonali, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jinforma lill-Istat Membru kkonċernat mill-anqas għaxart ijiem qabel dwar l-intenzjoni tiegħu li jirrikorri għall-irkupru permezz tat-tpattija. Madankollu, bi qbil ma’ l-Istat Membru jew l-entità amministrattiva kkonċernata, l-uffiċjal tal-kontabilità kkonċernat għandu jipproċedi bl-irkupru permezz tat-tpattija qabel dik l-iskadenza.

(13)

Fejn id-dejn jitħallas qabel l-iskadenza le-ebda interessi awtomatiċi m'għandhom ikunu dovuti (“il-perjodu ta’ grazzja”) u l-irkupru permezz tat-tpattija qabel dik l-iskadenza għandu jkun limitat għall-każijiet fejn l-uffiċjal tal-kontabilità għandu raġunijiet ġustifikati biex jikkunsidra li l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet huma fir-riskju.

(14)

Biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, garanziji bankarji li jassiguraw talba tal-Komunità sakemm jinqata' l-appell dwar multa għandhom ikunu kompletament indipendenti mill-obbligu pprovdut fil-kuntratt.

(15)

Il-kontenut tad-deċiżjoni ta’ finanzjament għandu jiġi speċifikat ulterjorment. Għal għotjiet u appalti, il-kunċett ta’ “elementi essenzjali” ta’ azzjoni li tinvolvi nefqa mill-baġit għandu jkun definit f’aktar dettall. Barra minn hekk, għandu jiġi ċċarat li l-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, minn hawn imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”, jista’ jikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament sakemm din ikun fiha qafas suffiċjentement dettaljat.

(16)

Meta jsir impenn tal-baġit globali, kwalunkwe uffiċjal awtorizzanti — mhux biss l-uffiċjal awtorizzanti permezz ta’ delega — jista’ jkun responsabbli għall-impenji legali li jimplimentaw l-impenn globali.

(17)

Il-limiti taż-żmien għall-ħlas għal kuntratti u ftehim ta’ għotjiet li jiddependu fuq l-approvazzjoni ta’ rapport jew ċertifikat għandhom jiġu riveduti sabiex jaċċertaw li pagamenti jsiru fuq il-bażi ta’ rapport jew ċertifikat approvat. Barra minn hekk, il-limitu taż-żmien għall-approvazzjoni ta’ rapport li jirrigwarda ftehim ta’ għotja li jinvolvi azzjonijiet li huma partikolarment kumplessi biex tevalwahom għandu jsir konformi mal-limitu taż-żmien preżenti għal kuntratti ta' servizzi kumplessi.

(18)

Mingħajr ma jkunu modifikati l-limiti ta’ żmien globali kurrenti u affettwati d-drittijiet tal-benefiċjarji, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu wkoll, għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, ikun jistà jiddeċiedi li l-approvazzjoni tar-rapport jew ċertifikat u l-ħlasijiet jistgħu isiru f’terminu ta’ żmien wieħed.

(19)

Il-limiti għal kuntratti ta’ valur baxx, iffissat fl-1994, għandu jiġi aġġornat u miżjud minn EUR 50 000 għal EUR 60 000 u minn EUR 13 800 għal EUR 25 000 rispettivament. Barra minn hekk, għandu jiġi speċifikat li l-kuntratti kollha b’valur ugwali għal jew ta’ anqas minn EUR 60 000 jistgħu jiġu aġġudikati wara proċedura nnegozjata.

(20)

Barra minn hekk, ir-regoli ta’ implimentazzjoni għandhom jiddefinixxu b’mod aktar preċiż il-proċedura li għandha tiġi adottata għal ċerti kuntratti ta’ servizz ta’ riċerka u żvilupp u ċerti kuntratti ta' servizz intiżi għax-xandir esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (3). Fid-dawl tal-prinċipju tat-trasparenza, dawn il-kuntratti jistgħu jiġu aġġudikati wara proċedura nnegozjata wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ appalt.

(21)

Bil-għan li tkun simplifikata aktar il-ġestjoni tal-proċeduri ta' l-appalti, l-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fi proċedura fuq il-bażi ta’ dikjarazzjoni fuq l-unur li tgħid li dawn ma jinsabux f’waħda mis-sitwazzjonijiet li joħolqu raġunijiet għall-esklużjoni minn dik il-proċedura ta’ appalt, ħlief fil-każ ta’ proċedura ristretta, djalogu kompetittiv u proċedura nnegozjata wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt kull meta l-awtorità kontraenti tillimita n-numru ta' kandidati li għandhom ikunu mistiedna jinnegozjaw jew jissottomettu offerta. Madankollu, f’konformità mal-prinċipji tad-Direttiva 2004/18/KE u sabiex l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet jiġu mħarsa aħjar, għal kuntratti koperti mid-Direttiva 2004/18/KE u kuntratti b’valur għoli fil-kamp estern, l-operatur ekonomiku li jkun se jiġi aġġudikat il-kuntratt għandu madankollu jipprovdi evidenza li tikkonferma d-dikjarazzjoni inizjali. Kull meta kandidat jew appaltatur ikollu jipprovdi evidenza, l-awtorità kontraenti għandha tikkunsidra wkoll evidenza pprovduta minn dak il-kandidat jew appaltatur fi proċedura oħra ta’ appalt imnedija mill-istess awtorità kontraenti, sakemm m’għandhiex aktar minn sena mid-data tal-ħruġ tagħha u li tkun għadha valida.

(22)

F’azzjonijiet esterni, il-proċedura nnegozjata kompetittiva għandha ssir aktar effiċjenti u l-proċedura nnegozjata għandha titħalla fil-każ ta' żewġ fallimenti ta' proċedura nnegozjata kompetittiva u fil-każ ta' falliment wieħed meta l-proċedura nnegozjata kompetittiva ssegwi l-użu bla suċċess ta’ kuntratt ta’ qafas. L-għażla li ma tkunx meħtieġa evidenza ta' kapaċità teknika u ekonomika għandha tiġi permessa sal-limiti xierqa f'dak il-qasam ta' politika speċifiku għal kull tip ta' kuntratt. F’dak il-każ ukoll, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jkun jista’ jiġġustifika l-għażla tiegħu. Il-kumitat ta’ valutazzjoni jew l-awtorità kontraenti għandu jkollu l-għażla li jitlob lill-kandidati jew appaltaturi sabiex jipprovdu dokumenti addizzjonali jew li jiċċaraw l-informazzjoni, kif ipprovdut fil-każ ta’ kuntratti aġġudikati mill-istituzzjonijiet f’isimhom.

(23)

F’azzjonijiet esterni, il-qafas legali għall-appalt għandu wkoll jiġi ssimplifikat rigward il-pubblikazzjoni ta’ l-avviż tal-pre-informazzjoni għal sejħiet internazzjonali għall-offerti u l-ħtieġa ta’ garanzija ta’ eżekuzzjoni. L-avviż ta’ pre-informazzjoni għandu jiġi ppubblikat kemm jista’ jkun kmieni u mhux bilfors qabel il-31 ta’ Jannar. Minbarra dan, il-garanzija tat-twettiq għandha tintalab biss fil-każ ta’ appalti ta’ valur għoli u l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jkollu l-possibbiltà li jwarrab l-obbligu ta’ garanzija fil-każ ta’ pre-finanzjament lil korp pubbliku, skond il-valutazzjoni tiegħu tar-riskju.

(24)

Rigward l-aġġudikament ta’ għotjiet, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, għandu jiġi aċċettat il-fatt li l-monopolju de jure jew de facto tal-benefiċjarju jista' jiġi ssostanzjat fid-deċiżjoni ta' aġġudikazzjoni.

(25)

L-obbligu li tiġi mehmuża verifika esterna ma’ l-applikazzjoni għandha tapplika biss għal applikazzjonijiet għal għotjiet b’valur ugwali jew ta’ aktar minn EUR 500 000 għal azzjonijiet u għal għotjiet operattivi b’valur ugwali jew ta’ aktar minn EUR 100 000.

(26)

Il-kofinanzjament f’oġġetti minn benefiċjarji għandu jiġi ffaċilitat, jekk ikun xieraq u meħtieġ, u l-kunċett ta' korpi li jsegwu għan ta' interess Ewropew ġenerali u li jistgħu jilqgħu għotjiet operattivi għandhom jinkludu korpi Ewropej involuti fil-promozzjoni taċ-ċittadinanza jew l-innovazzjoni.

(27)

L-applikanti għandhom ikunu infurmati mill-aktar fis possibbli dwar ir-rifjut ta’ l-applikazzjoni tagħhom.

(28)

Fil-każ ta’ għotjiet operattivi lil korpi li jsegwu għan ta' interess Ewropew ġenerali, l-implimentazzjoni tar-regola ta’ bla profitt għandha tkun limitata għall-persentaġġ ta’ ko-finanzjament li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-baġit operattiv sabiex jieħu f’kunsiderazzjoni d-drittijiet tal-kontributuri pubbliċi l-oħra li huma marbuta wkoll li jirkupraw il-persentaġġ tal-profitt annwali li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tagħhom. Għall-fini ta’ kalkolazzjoni ta’ l-ammont li għandu jiġi rkuprat, fil-baġit operattiv ma għandux jittieħed f’kunsiderazzjoni l-persentaġġ tal-kontribuzzjonijiet f’oġġetti.

(29)

Sabiex l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet jiġu protetti, il-ħtieġa ta’ garanziji għal pre-finanzjament għandhom japplikaw għal kwalunkwe pre-finanzjament li jeċċedi 80 % ta’ l-ammont ta’ l-għotja u EUR 60 000.

(30)

Fejn il-pre-finanzjament huwa maqsum, fejn il-konsum ta’ pre-finazjament preċedenti huwa ta’ anqas minn 70 %, pre-finanzjament ġdid għandu jkun possibbli iżda l-ammont tal-ħlas il-ġdid għandu jitnaqqas bl-ammonti mhux użati tal-ħlas ta’ qabel.

(31)

Għandu jkun speċifikat li fil-każ ta’ korpi pubbliċi, il-verifika jew iċ-ċertifikazzjoni esterna li għandhom ikunu marbuta ma’ applikazzjonijiet għal għotjiet jew talbiet għal ħlasijiet, jistgħu jitwettqu minn uffiċjal pubbliku indipendenti kompetenti u indipendenti.

(32)

Wara l-adozzjoni mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni f’Diċembru 2004, skond l-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju, tar-regoli u l-metodi tal-kontabilità u l-iskema armonizzata tal-kontijiet, it-Titolu dwar il-presentazzjoni tal-kontijiet u l-kontabilità għandu jiġi aġġornat billi jitneħħew dispożizzjonijiet li ma għadhomx meħtieġa.

(33)

Sabiex tieħu f’kunsiderazzjoni d-Deċiżjoni 2005/118/KE tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti ta’ l-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Ombudsman tas-26 ta’ Jannar 2005 li twaqqaf Skola ta’ l-Amministrazzjoni Ewropea (4), il-lista ta’ uffiċċji Ewropej għandha tkun aġġustata sabiex tirrifletti l-fatt li l-Iskola Amministrattiva Ewropea hija fil-preżent magħquda amministrattivament ma’ l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal.

(34)

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6(3), it-tieni paragrafu, “15 ta’ April” hu mibdul bi “30 ta’ April”.

(2)

Għandu jidħol l-Artikolu 6a li ġej:

“Artikolu 6a

Wieħed minn kull tnax-il parti provviżorji

(L-Artikolu 13(2) tar-Regolament Finanzjarju)

L-approprjazzjonijiet totali allokati tas-sena finanzjarja ta’ qabel, kif speċifikat fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament Finanzjarju, għandu jinftiehem li jirreferi għall-approporjazzjonijiet għas-sena finanzjarja msemmija fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, wara aġġustament għat-trasferimenti magħmula matul dik is-sena finanzjarja.”

(3)

Artikoli 7 u 8 jinbidlu b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Rata ta' kambjui bejn l-ewro u muniti oħrajn

(L-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Bla ħsara għal dispożizzjonijiet speċifiċi li joħorġu mill-applikazzjoni tar-regoli fl-oqsma, il-kambju bejn l-ewro u muniti oħrajn għandu jsir bir-rata ta' dakinhar ta' l-ewro ippubblikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Fejn il-kambju bejn l-euro u munita oħra jkollu jsir mill-kuntratturi jew benefiċjarji, l-arranġamenti speċifiċi għall-konverżjoni inklużi fil-kuntratti ta' l-appalti, ftehimiet ta' għoti jew ftehimiet ta' finanzjament għandhom japplikaw.

2.   Jekk ma tkun ġiet ippubblikata l-ebda rata tal-kambju tal-ġurnata ta’ l-euro fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-munita in kwistjoni, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu juża r-rata tal-kontabilità msemmija fil-paragrafu 3.

3.   Għall-finijiet tal-kontijiet stipulati fl-Artikoli 132 sa 137 tar-Regolament Finanzjarju u soġġetta għall-Artikolu 213 ta’ dan ir-Regolament, qlib bejn l-euro u munita oħra għandu jsir bl-użu tar-rata mensili tal-kambju tal-kontabilità ta’ l-euro. Dik ir-rata tal-kambju tal-kontabilità għandha tiġi stabbilita mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni permezz ta’ kwalunkwe sors ta’ informazzjoni li jikkunsidra bħala serja, fuq il-bażi tar-rata tal-kambju fil-ġurnata tax-xogħol ta’ qabel ta’ l-aħħar tax-xahar ta’ qabel dak li għalih tkun ġiet stabbilita r-rata.”

“Artikolu 8

Rata li għandha tintuża għall-kambju bejn l-ewro u muniti oħrajn

(L-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Bla preġudiżżju għal dispożizzjonijiet speċifiċi li joħorġu mill-applikazzjoni ta’ regolamenti dwar settur speċifiku, jew minn kuntratti speċifiċi ta’ appalt, ftehim ta’ għotjiet u ftehim finanzjarji, ir-rata li għandha tintuża għal qlib bejn l-euro u muniti oħra, f’każijiet fejn il-qlib isir mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, għandha tkun dik tal-ġurnata li fiha l-ordni għall-ħlas jew l-ordni għall-irkupru tkun tfasslet mid-dipartiment awtorizzanti.

2.   Fil-każ ta’ kontijiet imprest f’euro, ir-rata li għandha tintuża għall-qlib bejn l-euro u muniti oħra għandha tkun stabbilita mid-data tal-ħlas mill-bank.

3.   Għar-regolarizzazzjoni ta’ kontijiet imprest f’muniti nazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju, ir-rata li għandha tintuża għall-qlib bejn l-euro u muniti oħra għandha tkun dik tax-xahar tan-nefqa mill-kont imprest ikkonċernat.

4.   Għar-rimbors ta’ nefqa b’rata fissa, jew nefqa li toħroġ mir-Regolamenti ta’ l-Istaff ta’ l-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ‘il quddiem: ‘Regolamenti ta’ l-Istaff’) li hi ffissata f’limitu, u li titħallas f’munita oħra li mhix l-euro, ir-rata li għandha tintuża għandha tkun dik fis-seħħ meta jsir effettiv id-dritt.”

(4)

Artikolu 21 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 21

Evalwazzjoni

(L-Artikolu 27 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Il-proposti kollha għal programmi jew attivitajiet li jagħtu lok għal nefqa tal-baġit għandhom ikunu suġġetti għal valutazzjoni ex ante, li għandha tindirizza:

(a)

il-bżonn li għandu jintlaħaq fit-terminu qasir jew twil;

(b)

il-valur miżjud ta’ involviment tal-Komunità;

(c)

l-għanijiet li għandhom jinkisbu;

(d)

l-għażliet tal-politika disponibbli, inklużi r-riskji assoċjati magħhom;

(e)

ir-riżultati u impatti mistennija, b’mod partikulari impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali, u l-indikaturi u l-arranġament ta’ l-evalwazzjoni meħtieġa biex jiġu mkejla;

(f)

l-aktar metodu xieraq ta’ implimentazzjoni għall-għażla(għażliet) preferuti;

(g)

il-koerenza interna tal-programm jew attività proposta u r-relazzjonijiet tagħha ma’ strumenti oħra rilevanti;

(h)

il-volum ta’ approporjazzjonijiet, riżorsi umani u nefqa oħra amministrattiva li għandu jiġi allokat b'kunsiderazzjoni dovuta għall-prinċipju ta’ l-effikaċja ta’ l-ispiża;

(i)

il-leżżjonijiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat.

2.   Il-proposta għandha tistabbilixxi l-arranġamenti għall-monitoraġġ, rapportaġġ u valutazzjoni, billi tieħu f’kunsiderazzjoni r-responsabbiltajiet rispettivi tal-livelli kollha tal-gvern li għandhom ikunu involuti fl-implimentazzjoni tal-programm jew attività proposta.

3.   Il-programmi jew attivitajiet kollha, inklużi proġetti bi prova u azzjonijiet ta’ tħejjija, fejn ir-riżorsi mobilizzati jaqbżu l-EUR 5 000 000, għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni interim u/jew ex post tar-riżorsi umani u finanzjarji allokati u r-riżultati akkwistati sabiex jiġi vverifikat li dawn kienu konsistenti ma’ l-għanijiet stabbiliti, kif ġej:

(a)

ir-riżultati miksuba fit-twettiq ta’ programm multiannwali għandhom ikunu valutati perjodikament skond skeda li tippermetti li jittieħdu f’kunsiderazzjoni s-sejbiet ta’ dik il-valutazzjoni għal kull deċiżjoni dwar it-tiġdid, modifika jew sospensjoni tal-programm;

(b)

attivitajiet iffinanzjati fuq bażi annwali għandhom ikollhom ir-riżultati tagħhom valutati mill-anqas kull sitt snin.

Il-punti (a) u (b) ta’ l-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw għal kull wieħed mill-proġetti jew azzjonijiet imwettqa fi ħdan l-attivitajiet li għalihom il-ħtieġa tista' tintlaħaq mir-rapporti finali mibgħuta mill-korpi li wettqu l-azzjoni.

4.   Il-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandhom ikunu proporzjonati għar-riżorsi mobilizzati għall-programm u l-impatt tal-programm jew l-attività kkonċernata.”

(5)

L-Artikolu 45 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza hi mibdula b’li ġej:

“L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jiġi assistit fl-inkarigi tiegħu minn persuni koperti mir-Regolamenti ta’ l-Istaff (minn hawn ‘il quddiem ‘staff’) fdati, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, b’ċerti operazzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-baġit u l-produzzjoni ta’ l-informazzjoni finanzjarja u ta’ ġestjoni.”

(b)

Il-Paragrafu 2 huwa mibdul b'li ġej:

“2.   Kull istituzzjoni għandha tgħarraf lill-awtorità tal-baġit kull meta uffiċjal awtorizzanti b’delega jieħu l-inkarigi tiegħu, jibdel l-inkarigi jew itemm l-inkarigi tiegħu.”

(6)

L-Artikolu 47 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 3, huma miżjuda s-subparagrafi li ġejjin:

“Għall-fini ta’ verifika ex ante, serje ta’ tranżazzjonijiet individwali simili li jirrigwardaw nefqa ta’ rutina fuq salarji, pensjonijiet, ħlas lura ta’ spejjeż ta’ missjonijiet u spejjeż mediċi jistgħu jiġu kkunsidrati mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli bħala operazzjoni waħdanija.

Fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu, skond il-valutazzjoni tiegħu tar-riskju, iwettaq verifika ex post xierqa, skond il-paragrafu 4.”

(b)

Il-Paragrafu 5 huwa mibdul b'li ġej:

“5.   Il-membri ta’ l-istaff responsabbli mill-verifiki msemmija fil-paragrafi 2 u 4 għandhom ikunu differenti minn dawk il-membri ta’ l-istaff li jwettqu l-inkarigi ta’ inizjazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u dawn ma għandhomx ikunu subordinati għalihom.”

(7)

Fl-Artikolu 54, l-ewwel sentenza hi mibdula b’li ġej:

“Uffiċjali awtorizzanti b’delega għandhom jirreġistraw, għal kull sena finanzjarja, kuntratti konklużi taħt il-proċeduri nnegozjati msemmija fl-Artikoli 126 (1) a) sa g), 127 (1) a) sa d), 242, 244 u 246.”

(8)

Artikolu 56 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 56

Tmiem tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontijiet

(L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Għandu jitfassal bilanċ preliminari mingħajr dewmien fil-każ ta’ tmiem tad-doveri ta’ l-uffiċjal tal-kontabilità.

2.   Il-bilanċ preliminari, flimkien ma’ rapport tat-trażmissjoni ta’ l-inkarigu, għandu jiġi trasmess mill-uffiċjal tal-kontabilità li qed itemm id-doveri tiegħu jew, jekk dan m’huwiex possibbli, minn uffiċjal fid-dipartiment tiegħu lill-uffiċjal tal-kontabilità l-ġdid.

L-uffiċjal tal-kontabilità l-ġdid għandu jiffirma l-bilanċ preliminari bħala aċċettazzjoni fi żmien xahar mid-data ta’ trasmissjoni u dan jista’ jagħmel riżervi.

Ir-rapport tat-trażmissjoni ta’ l-inkarigu għandu jinkludi wkoll ir-riżultat tal-bilanċ preliminari u kull riżerva li ssir.

3.   Kull istituzzjoni għandha tgħarraf lill-awtorità tal-baġit bil-ħatra jew tmiem tad-doveri ta’ l-uffiċjal tal-kontabilità tagħha.”

(9)

Fl-Artikolu 60, it-tieni paragrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

“Għal dak l-għan, l-uffiċjal tal-kontabilità ta’ kull istituzzjoni għandu jikkomunika lill-istituzzjoniijiet finanzjarji li magħhom l-istituzzjoni kkonċernata tkun fetħet kontijiet l-ismijiet u l-mudell tal-firem tal-membri ta’ l-istaff awtorizzati.”

(10)

L-Artikolu 64 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Titolu jiġi mibdul b'dan li ġej:

Artikolu 64

Fajl ta’ l-Entitajiet Legali

(L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

(b)

Il-Paragrafu 1 huwa mibdul b'li ġej:

“1.   L-uffiċjal tal-kontabilità jista’ jagħmel ħlasijiet permezz ta’ trasferiment bi kreditu bankarju biss jekk id-dettalji tal-kont bankarju ta’ dak li jitħallas u l-informazzjoni li tikkonferma l-identità ta’ dak li jitħallas, jew kwalunkwe modifika, ikunu l-ewwelnett iddaħħlu f'fajl komuni mill-istituzzjoni.

Kwalunkwe entrata bħal din fil-fajl tad-dettalji legali ta’ dak li jitħallas u tal-kont bankarju tiegħu jew il-modifika ta’ dawk id-dettalji għandha tkun ibbażata fuq dokument sekondarju, li l-forma tiegħu għandha tkun definita mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni.”

(c)

Fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu hu mibdul b’li ġej:

“L-uffiċjali awtorizzanti għandhom jivverifikaw li d-dettalji legali u d-dettalji tal-kont bankarju kkomunikati minn dak li jitħallas jibqgħu validi matul il-ħajja tal-ftehim finanzjarju, tal-kuntratt jew tal-ftehim ta’ għotja konkluż mal-benefiċjarju.”

(11)

Fl-Artikolu 66, il-paragrafu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

“2.   L-amministratur ta’ l-imprest jista’ jinvalida u jħallas in-nefqa b’mod proviżorju, fuq il-bażi ta’ qafas dettaljat ipprovdut fl-istruzzjonijiet mill-uffiċjal awtorizzanti repsonsabbli. Dawn l-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw ir-regoli u l-kondizzjonijiet li taħthom għandhom jitwettqu l-validazzjoni u l-ħlasijiet proviżjorji u, fejn hu xieraq, it-termini għall-firma ta’ impenji legali fi ħdan it-tisfira ta’ l-Artikolu 94(1)(e).”

(12)

Fl-Artikolu 67(2), it-tieni subparagrafu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“L-ammont massimu li jista’ jitħallas mill-amministratur imprest fejn huwa materjalment impossibbli jew ineffiċjenti li l-operazzjonijiet ta’ ħlas isiru permezz ta’ proċeduri tal-baġit, m’għandux jaqbeż EUR 60 000 għal kull oġġett ta’ spiża.”

(13)

Fl-Artikolu 68, l-ewwel u t-tieni sentenza huma mibdulin b'li ġej:

“Amministraturi ta’ l-imprest għandhom jintgħażlu minn uffiċjali jew, jekk jinqala’ l-bżonn u biss f’każijiet sostanzjati b'mod xieraq, minn membri oħra ta’ l-istaff.”

(14)

L-Artikolu 70 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, it-tieni sentenza hi mibdula b'dan li ġej:

“Dikjarazzjonijiet ta’ dak il-kont għandhom ikunu aċċessibbli f’kull ħin għall-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u għandha titwaqqaf lista ta’ transazzjonijiet almenu darba fix-xahar u għandha tintbagħat fix-xahar ta' wara flimkien ma' dokumenti ta’ prova mill-amministratur imprest lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għall-ħlas ta' l-operazzjonijiet imprest.”

(b)

Fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hi mibdula b’li ġej:

“L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jwettaq, jew iġiegħel lil membru ta’ l-istaff fid-dipartiment tiegħu jew fid-dipartiment awtorizzanti bil-poter speċjali għal dak l-għan, li jwettaq verifiki, li bħala regola ġenerali għandhom isiru fuq il-post u bla twissija, biex tiġi verifikata l-eżistenza tal-fondi allokati lill-amministratur imprest u ż-żamma tal-kotba u biex jiġi verifikat li t-transazzjonijiet imprest ikunu tħallsu fil-limitu taż-żmien iffissat.”

(15)

Fl-Artikolu 73(1), it-tieni sentenza hija mibdula b’dan li ġej:

“Jekk dik l-istruzzjoni tiġi kkonfermata bil-miktub u dik il-konferma tasal fi żmien xieraq u tkun ċara biżżejjed, billi tirreferi espliċitament għall-punti li l-uffiċjal awtorizzanti b'delega jew subdelega jkun sfida, l-uffiċjal awtorizzanti ma jistax jinżamm responsabbli; dan għandu jwettaq l-istruzzjoni, sakemm din ma tkunx manifestament illegali jew tikkostitwixxi ksur ta’ l-istandards tas-sigurtà rilevanti.”

(16)

Fl-Artikolu 78 (3), il-punti b) sa e) huma mibdulin b'dan li ġej:

“b)

jekk il-ħlas ta’ debitu jsir qabel id-data ta’ l-għeluq speċifikat, ma jkun dovut l-ebda interess awtomatiku;

c)

fin-nuqqas ta’ ħlas sad-data ta’ l-għeluq msemmija fil-punt b) id-debitu għandu jipproduċi imgħax bir-rata msemmija fl-Artikolu 86, bla ebda preġudizzju għal kwalunkwe regolamenti speċifiċi applikabbli;

d)

fin-nuqqas ta’ ħlas sad-data ta’ l-għeluq imsemmija fil-punt b), l-istituzzjoni għandha teffettwa l-irkupru bi tpattija jew b’infurzar ta’ kwalunkwe garanzija ddepożitata bil-quddiem;

e)

l-uffiċjal tal-kontabilità jista’ jeffettwa rkupru permezz ta’ tpattija qabel id-data ta’ l-għeluq imsemmija fil-punt b), fejn jeħtieġ li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet meta jkollu raġunijiet ġustifikati għalfejn jemmen li l-ammont dovut lill-Kummissjoni jkun se jintilef, wara li d-debitur ikun ġie infurmat dwar ir-raġunijiet u d-data għall-irkupru permezz ta’ tpattija;”

(17)

Fl-Artikolu 81(1), il-punt f) hu mibdul b’li ġej:

“f)

l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 78(3)(b);”

(18)

Artikolu 83 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 83

Irkupru permezz ta' tpattija

(L-Artikolu 73 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Fejn id-debitur għandu pretensjoni fuq il-Komunitajiet li hi ċerta, ta’ ammont fiss u dovuta, fir-rigward ta’ somma stabbilita permezz ta' ordni ta' ħlas, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu, wara l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 78(3)(b) jirkupra ammonti stabbiliti li jistgħu jiġu rċevuti permezz ta’ tpattija.

F’ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn jeħtieġ li jiġu salvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, meta l-uffiċjal tal-kontabilità għandu raġunijiet ġustifikati għalfejn jemmen li l-ammont dovut lill-Komunitajiet ikun se jintilef, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jirkupra permezz ta’ tpattija qabel id-data ta’ l-għeluq imsemmija fl-Artikolu 78(3)(b).

2.   Qabel ma jipproċedi bi kwalunkwe rkupru skond il-paragrafu 1, l-uffiċjal awtorizzanti għandu jikkonsulta l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u jgħarraf lid-debituri kkonċernati.

Fejn id-debitur huwa awtorità nazzjonali jew waħda mill-entitajiet amministrattivi tagħha, L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jinforma lill-Istat Membru kkonċernat mill-anqas għaxart ijiem qabel dwar l-intenzjoni tiegħu li jirrikorri għall-irkupru permezz tat-tpattija. Madankollu, bi qbil ma’ l-Istat Membru jew l-entità amministrattiva kkonċernata, l-uffiċjal tal-kontabilità kkonċernat jista’ jipproċedi bl-irkupru permezz tat-tpattija qabel dik l-iskadenza.

3.   It-tpattija msemmija fil-paragrafu 1 għandha jkollha l-istess effett daqs ħlas u għandha teħles lill-Komunitajiet għall-ammont tad-dejn u, fejn xieraq, mill-imgħax dovut.”

(19)

Fl-Artikolu 84, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“1.   Bla preġudizzju għall-Artikolu 83, jekk l-ammont sħiħ ma jkunx irkuprat sa l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 78(3)(b) u speċifikat fin-nota tad-debitu, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jgħarraf lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u għandu bla dewmien iniedi l-proċedura għall-irkupru permezz ta’ kwalunkwe mezz ipprovdut mil-liġi, inkluż fejn hu xieraq, permezz ta’ infurzar ta’ kwalunkwe garanzija ddepożitata minn qabel.”

(20)

Fl-Artikolu 85, il-punt a) ta’ l-ewwel paragrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

“(a)

id-debitur jintrabat li jħallas l-imgħax bir-rata speċifikata fl-Artikolu 86 għall-perjodu addizzjonali sħiħ permess, li jibda mill-iskadenza msemmija fl-Artikolu 78(3)(b);”

(21)

Għandu jidħol l-Artikolu 85a li ġej:

“Artikolu 85a

L-irkupru ta’ multi, pagamenti perjodiċi ta’ penalità u penalità oħra

(L-Artikoli 73 u 74 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Fejn tinġieb azzjoni quddiem qorti tal-Komunità kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa, pagament perjodiku ta’ penalità jew penalità oħra taħt it-Trattat tal-KE jew it-Trattat Euratom u sa tali żmien li jkunu ġew eżawriti r-rimedji legali kollha, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jiġbor b'mod provviżorju mid-debitur l-ammonti kkonċernati jew jitolbu jipprovdi garanzija finanzjarja. Il-garanzija mitluba għandha tkun indipendenti mill-obbligu li titħallas il-multa, pagament ta’ penalità perjodika jew penalità oħra u għandha tkun inforzabbli ma’ l-ewwel sejħa. Dik il-garanzija għandha tkopri it-talba tal-prinċipal u ta’ l-imgħax dovut kif speċifikat fl-Artikolu 86(5).

2.   Wara li jkunu ġew eżawriti r-rimedji legali kollha, l-ammonti miġbura proviżorjament u l-interessi li jkunu ġġeneraw għandhom jiddaħħlu fil-baġit jew imħallsa lura lid-debitur. Fil-każ ta’ garanzijia finanzjarja, din għandha tiġi infurzata jew meħlusa.”

(22)

L-Artikolu 86 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafi 1, 2 u 3 huma mibdulin b'dan li ġej:

“1.   Bla ħsara għal dispożizzjonijiet speċifiċi ġejjin mill-applikazzjoni tar-regoli speċifiċi għal kull settur, kull ammont li għandu jitħallas li ma jitħallasx meta għandu jitħallas jeħel imgħax skond il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Ir-rata ta' imgħax fuq ammonti li għandhom jitħallsu li ma jitħallasux fl-iskadenza indikata fl-Artikolu 78(3) (b) għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fl-operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih ikun hemm l-iskadenza, u mizjuda hekk:

(a)

seba' punti perċentwali fejn l-avveniment li jobbliga hu kuntratt ta' forniment jew servizz pubbliku imsemmi fit-Titolu V;

(b)

tliet punti perċentwali u nofs fil-każi l-oħrajn kollha.

3.   L-imgħax għandu jiġu kkalkulat mill-ġurnata kalendarja ta’ wara l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 78(3)(b) u speċifikata fin-nota ta’ debitu sal-ġurnata kalendarja li fiha d-debitu hu mħallas b’mod sħiħ.”

(b)

Il-Paragrafu 5 huwa mibdul b'li ġej:

“5.   Fil-każ ta’ multi, fejn id-debitur jipprovdi garanzija finanzjarja li tkun aċċettata mill-uffiċjal tal-kontabilità minflok ħlas provviżorju, ir-rata ta' l-imgħax applikabbli mill-iskadenza msemmija fl-Artikolu 78(3)(b) għandha tkun ir-rata msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu miżjuda biss b'punt perċentwali u nofs.”

(23)

Artikolu 90 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 90

Deċiżjoni ta' finanzjament

(L-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Id-deċiżjoni ta’ finanzjament għandha tipprovdi l-elementi essenzjali ta’ azzjoni li tinvolvi nefqa mill-baġit.

2.   Għal għotjiet, id-deċiżjoni li tadotta l-programm ta’ ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju għandha tiġi kkunsidrata bħala d-deċiżjoni ta’ finanzjament fit-tifsira ta’ l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju, sakemm din tikkostitwixxi qafas suffiċjentement dettaljat.

Rigward l-appalt, fejn l-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet korrispondenti hi pprovduta minn programm ta' ħidma annwali li jikkostitwixxi qafas suffiċjentement dettaljat, dan il-programm ta' ħidma għandu jiġi kkunsidrat ukoll bħala deċiżjoni ta' finanzjament għall-kuntratti ta' appalt involuti.

3.   Sabiex ikun ikkunisdrat bħala qafas suffiċjentement dettaljat, dan il-programm ta’ ħidma adottat mill-Kummissjoni għandu jipprovdi dan li ġej:

(a)

Għal għotjiet:

(i)

ir-referenza għall-att bażiku u l-linja tal-baġit;

(ii)

il-prijoritajiet tas-sena, l-għanijiet li għandhom jintlaħqu u r-riżultati mbassra għall-approporjazzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja;

(iii)

il-kriterji essenzjali ta’ selezzjoni u ta’ aġġudikazzjoni li għandhom jintużaw biex jintgħażlu l-proposti;

(iv)

ir-rata massima possibbli ta’ kofinanzjament u jekk huma mbassra rati differenti l-kriterji li għandhom jiġu segwiti għal kull rata;

(v)

l-iskeda u l-ammont indikattiv tas-sejħiet għal proposti.

(b)

Għal appalti:

(i)

il-pakkett tal-baġit globali riżervat għall-appalti matul is-sena;

(ii)

in-numru indikattiv u t-tip ta’ kuntratti mbassra u jekk hu possibbli s-suġġett tagħhom f’termini ġeneriċi;

(iii)

il-qafas ta’ żmien indikattiv għat-tnedija tal-proċeduri ta' appalt.

Jekk il-programm ta’ ħidma annwali ma jipprovdix dan il-programm dettaljat, għal azzjoni waħda jew aktar, dan għandu jiġi modifikat kif imiss, jew għandha tiġi adottata deċiżjoni ta’ finanzjament speċifiku li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ l-ewwel subparagrafu għall-azzjonijiet involuti.

4.   Kwalunkwe bidla sostanzjali f’deċiżjoni finanzjarja diġà adottata għandha ssegwi l-istess proċedura bħad-deċiżjoni iniżjali.”

(24)

Fl-Artikolu 94(1), il-punti (d) u (e) huma mibdulin b'dan li ġej:

“(d)

fejn l-impenn globali huwa implimentat b’numru ta’ impenji legali, li għalihom huma responsabbli uffiċjali awtorizzanti differenti;

(e)

fejn, b’konnessjoni ma’ kontijiet imprest disponibbli għal azzjoni esterna, impenji legali għandhom jiġu ffirmati minn membri ta' l-istaff ta' l-unitajiet lokali msemmija fl-Artikolu 254 dwar l-istruzzjonijiet ta' l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, li jibqa', madankollu, responsabbli b'mod sħiħ għat-transazzjonijiet tal-qiegħ;”

(25)

L-Artikolu 100 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Punti (b) u (c) huma mibduli b’li ġej:

“(b)

rigward remunerazzjonijiet oħra bħal staff imħallsa bis-siegħa jew bil-ġurnata: dikjarazzjoni ffirmata mill-membru ta’ l-istaff awtorizzat li turi l-ġranet u sigħat maħduma;

(c)

rigward is-sahra: dikjarazzjoni ffirmata mill-membru ta’ l-istaff awtorizzat li tiċċertifika l-ammont ta’ sahra maħduma;”

(b)

Fil-Punt (d), il-punt (ii) hu mibdul b’li ġej:

“(ii)

id-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż tal-missjoni, iffirmata mill-membru ta’ l-istaff fuq missjoni u mis-superjur amministrattiv bil-poteri xierqa delegati lilu, u li turi b'mod partikulari, il-post tal-missjoni, id-dati u l-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla fil-post tal-missjoni, l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar, l-ispejjeż tas-sussistenza, u spejjeż oħra awtorizzati kif jixraq fuq il-prezentazzjoni ta’ dokumenti ta’ prova;”

(26)

Artikolu 101 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 101

Forma materjali għall-‘mgħoddi għall-pagament’

(L-Artikolu 79 tar-Regolament Finanzjarju)

F’sistema mhux kompjuterizzata, ‘mgħoddi għall-ħlas’ għandu jieħu l-forma ta’ timbru li jinkorpora l-firma ta’ l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jew ta’ membru ta’ l-istaff kompetenti teknikament, li ngħata l-poter minn uffiċjal awtorizzanti responsabbli skond l-Artikolu 97. F’sistema kompjuterizzata, ‘mgħoddi għall-ħlas’ għandu jieħu l-forma ta’ validazzjoni assigurata elettronikament mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jew minn membru ta’ l-istaff kompetenti teknikament, li ngħata l-poter mill-uffiċjal responsabbli awtorizzat.”

(27)

L-Artikolu 106(3) hu mibdulb’li ġej:

“3.   Għal kuntratti u ftehim ta’ għotjiet li taħthom il-ħlas jiddependi fuq l-approvazzjoni ta’ rapport jew ta’ ċertifikat, dan il-limitu taż-żmien għall-finijiet tal-perijodi ta’ ħlas imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandux jibda jiddekorri qabel l-approvazzjoni tar-rapport jew ċertifikat in kwistjoni. Il-benefiċjarju għandu jkun infurmat mingħajr dewmien.

Iż-żmien permess għall-approvazzjoni ma jistax jaqbeż:

(a)

20 ġurnata kalendarja għal kuntratti mhux ikkumplikati li jirrigwardaw il-provvista ta’ oġġetti u servizzi;

(b)

45 ġurnata kalendarja għal kuntratti oħra u ftehim ta’ għotjiet;

(c)

60 ġurnata kalendarja għal kuntratti u ftehim ta’ għotjiet li jinvolvu servizzi jew azzjonijiet tekniċi li huma partikularment kumplessi biex jiġu valutati.

L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jgħarraf lill-benefiċjarju permezz ta’ dokument formali bi kwalunkwe sospensjoni tal-perjodu permess għall-approvazzjoni tar-rapport jew ċertifikat.

L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista' jiddeċiedi li għandu japplika limitu ta' żmien wieħed għall-approvazzjoni tar-rapport jew iċ-ċertifikat. Dan il-limitu ta’ żmien wieħed ma jistax jaqbeż il-perjodi massimi applikabbli aggregati għall-approvazzjoni tar-rapport jew ċertifikat u għall-ħlasijiet.”

(28)

Fl-Artikolu 114, ir-raba’ paragrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

“Skond ir-rapport u s-smigħ, l-istituzzjoni taddotta deċiżjoni meqjusa li ttemm id-diskussjonijiet jew deċiżjoni meqjusa skond l-Artikoli 22 u 86 u l-Anness IX tar-Regolamenti ta’ l-Istaff. Deċiżjonijiet li jimponu miżuri ta' dixxiplina jew penalitajiet finanzjarji għandhom jiġu nnotifikati lill-parti interessata u għandha tkun ikkomunitata, għal finijiet ta’ informazzjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-Qorti ta’ l-Awdituri.”

(29)

Fl-Artikolu 116, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“1.   Kuntratti ta’ bini jkopru x-xiri, il-kiri fit-tul, l-użufrutt, il-kiri jew ix-xiri bin-nifs, bl-għazla jew mingħajr l-għażla tax-xiri, ta’ art, bini eżistenti jew propjetà immobbli oħra.”

(30)

Fl-Artikolu 118(3), it-tieni sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu 1 hi mibdula b’li ġej:

“Bla ħsara għal kuntratti konklużi wara proċedura nnegozjata msemmija fl-Artikolu 126, l-avviż tal-kuntratt għandu jkun obbligatorju għall-kuntratti li ġejjin: kuntratti ta' valur stmat li hu daqs jew iktar mil-limiti preskritti fil-punti (a) u (c) ta' l-Artikolu 158(1); kuntratti ta’ riċerka u żvilupp elenkati fil-kategorija 8 ta’ l-anness II A tad-Direttiva 2004/18/KE b’valur stmat ta’ daqs jew aktar mil-limitu stabbilit fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 158(1) għall-kuntratti tar-riċerka u l-iżvilupp imniżżla.”

(31)

Fl-Artikolu 119(1), il-punt (b) hu mibdul b’li ġej:

“(b)

il-pubblikazzjoni annwali ta’ lista ta’ kuntratturi, li tispeċifika s-suġġett u l-valur tal-kuntratt aġġudikat, għal kuntratti b’valur ugwali jew ta’ aktar minn EUR 25 000.”

(32)

Fl-Artikolu 126(1), it-tieni subparagrafu hu mibdul b’li ġej:

“L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw ukoll il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt fil-każ ta’ kuntratti b’valur ta’ anqas minn jew ugwali għal EUR 60 000.”

(33)

Fl-Artikolu 127 (1), il-punti (f) u (g) li ġejjin huma miżjuda:

“(f)

għal servizzi ta’ riċerka u ta’ żvilupp minbarra dawk fejn il-benefiċċji jakkumulaw esklussivament lill-awtorità kontraenti għall-użu tagħha fit-twettiq ta’ l-affarijiet tagħha, b'kondizzjoni li s-servizz ipprovdut ikun imħallas b'mod sħiħ mill-awtorità kontraenti;

(g)

għal kuntratti ta’ servizz għall-akkwist, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-kooperazzjoni ta’ materjal għall-programm intiż għax-xandir minn xandara u kuntratti għal ħin tax-xandir.”

(34)

Fl-Artikolu 128, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“1.   Sejħa għall-espressjoni ta’ interess għandha tikkostitwixxi mezz ta’ pre-selezzjoni ta’ kandidati li għandhom jissejħu sabiex jissottomettu offerti bi tweġiba għal stedin għall-offerti futuri ristretti għal kuntratti b’valur ta’ aktar minn EUR 60 000 suġġett għall-Artikoli 126 u 127.”

(35)

Artikolu 129 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 129

Kuntratti ta' valur baxx

(L-Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Proċedura nnegozjata b’konsultazzjoni ta’ mill-anqas ħames kandidati tista’ tintuża għal kuntratti b’valur ta’ anqas jew ugwali għal EUR 60 000.

Jekk, wara konsultazzjoni mal-kandidati, l-awtorità kuntrattwali tirċievi offerta waħda biss li tkun valida f’sens amministrattiv u tekniku, il-kuntratt jista’ jiġi aġġudikat sakemm ikunu ntlaħqu l-kriterji ta’ l-aġġudikazzjoni.

2.   Għal kuntratti b’valur ta’ anqas jew ugwali għal EUR 25 000, il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tintuża b’konsultazzjoni ta’ mill-anqas tliet kandidati.

3.   Kuntratti b’valur ta’ anqas minn jew ugwali għal EUR 3 500 jistgħu jiġu aġġudikati fuq il-bażi ta’ offerta waħda biss.

4.   Pagamenti li jikkonċernaw oġġetti tan-nefqa għal ammont ta’ anqas minn jew ugwali għal EUR 200 jistgħu jikkonsistu sempliċement fi ħlas b'fatturi, mingħajr aċċettazzjoni bil-quddiem ta' offerta.”

(36)

Artikolu 134 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 134

Evidenza

(L-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Il-kandidati u l-appaltaturi għandhom jipprovdu dikjarazzjoni fuq l-unur, iffirmata u ddatata kif imiss, li tistqarr li huma ma jinstabux f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju.

Madankollu, fil-każ ta’ proċedura ristretta, djalogu kompetittiv u proċedura nnegozjata wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta’ kuntratt, kull meta l-awtorità kontraenti tillimita n-numru ta' kandidati li għandhom jiġu mistiedna jinnegozjaw jew jissottomettu offerta, il-kandidati kollha għandhom jipprovdu ċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 3.

2.   L-appaltatur li lilu jkun se jiġi aġġudikat il-kuntratt għandu jipprovdi, fil-limitu ta’ żmien definit mill-awtorità kontraenti u qabel il-firma tal-kuntratt, l-evidenza msemmija fil-paragrafu 3, li tikkonferma d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fil-każijiet li ġejjin:

(a)

għal kuntratti, aġġudikati mil-istituzzjonijiet f’isimhom, b’valur ta’ daqs jew aktar mil-limiti msemmija fl-Artikolu 158,

(b)

għal kuntratti fil-qasam ta’ l-azzjonijiet esterni, b’valur ta’ daqs jew aktar mil-limiti msemmija fl-Artikolu 241(1) (a), l-Artikolu 243(1) (a) jew l-Artikolu 245(1) (a).

Għal kuntratti b’valur ta’ anqas mil-limiti msemmija fil-punti (a) u (b), l-awtorità kontraenti tista', fejn ikollha dubji jekk l-appaltatur li lilu l-kuntratt ikun se jiġi aġġudikat ikunx f'waħda mis-sitwazzjonijiet ta' esklużjoni, tobbligah li jipprovdi l-evidenza msemmija fil-paragrafu 3.

3.   L-awtorità kontraenti għandha taċċetta estratt riċenti minn rekord ġudizzjarju, jew fin-nuqqas ta' dan, dokument ekwivalenti riċenti maħruġ mill-awtorità ġudizzjarja jew amminstrattiva fil-pajjiż ta' l-oriġini jew tal-provenjenza, bħala evidenza soddisfaċenti li l-kandidat jew min qed jitfa' l-offerta ma jinsabx f'waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fil-punt (a), (b) jew (e) ta' l-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju, li juri li dawk il-kundizzjonijiet huma ssodisfati. L-awtorità kontraenti għandha taċċetta ċertifikat riċenti maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat ikkonċernat bħala evidenza li l-kandidat jew min qed jitfa' l-offerta ma jinsabx fis-sitwazzjoni deskritta fil-punt (d) ta' l-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Meta d-dokument jew ċertifikat imsemmi fis-subparagrafu 1 ma jkunx inħareġ fil-pajjiż ikkonċernat u għall-każijiet l-oħra ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikoli 93 tar-Regolament Finanzjarju, jista' jsir ġurament minfloku jew, fin-nuqqas ta' dak, dikjarazzjoni solenni mill-parti interessata quddiem awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, nutar jew entità professjonali ikkwalifikata fil-pajjiż ta' l-oriġini jew provenjenza tal-parti interessata.

4.   Skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż li fih hu stabbilit min jitfa' l-offerti, id-dokumenti msemmijin fil-paragrafi 1 u 3 jirrelataw ma' persuni legali u/jew persuni naturali inklużi, fejn jitqies meħtieġ mill-awtorità ta' l-appalti, diretturi tal-kumpanija jew kwalunkwe persuna li għandha poteri ta' rappreżentazzjoni, teħid ta’ deċiżjonijiet jew kontroll fir-rigward tal-kandidat jew appaltatur.

5.   Fejn ikollhom dubji dwar jekk kandidati jew appaltaturi jkunux f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu huma stess jirreferu għall-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 sabiex jiksbu kwalunkwe informazzjoni li jkunu jikkunsidraw neċessarja dwar dik is-sitwazzjoni.

6.   L-awtorità kontraenti tista’ tirrinunzja l-obbligu ta’ kandidat jew ta’ appaltatur li jissottometti l-evidenza dokumentata msemmija fil-paragrafu 3 jekk tali evidenza tkun diġà ġiet sottomessa lilha għall-finijiet ta’ proċedura oħra ta’ appalt u sakemm id-dokumenti m’għandhomx aktar minn sena mid-data tal-ħruġ tagħhom u jkunu għadhom validi.

F'dan il-każ, il-kandidat jew appaltatur għandu jiddikjara fuq l-unur tiegħu li l-evidenza dokumentata diġà ġiet ipprovduta fi proċedura ta’ appalt ta’ qabel u jikkonferma li ma kien hemm l-ebda bidliet fis-sitwazzjoni tiegħu.”

(37)

L-Artikolu 135 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Paragrafu 2 huwa mibdul b'li ġej:

“2.   Il-kriterji ta’ selezzjoni għandhom japplikaw f’kull proċedura ta’ appalt għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja, ekonomika, teknika u professjonali tal-kandidat jew appaltatur.

L-awtorità kontraenti tista’ tfassal livelli minimi ta’ kapaċità li taħthom il-kandidati ma jkunux jistgħu jiġu selezzjonati.”

(b)

Il-Paragrafu 6 huwa mibdul b'li ġej:

“6.   L-awtorità kontraenti tista’, skond il-valutazzjoni tagħha tar-riskji, tiddeċiedi li ma teħtieġx provi tal-kapaċità finanzjarja, ekonomika, teknika u professjonali tal-kandidati jew appaltaturi fil-każ tal-kuntratti li ġejjin:

(a)

kuntratti aġġudikati mill-istituzzjonijiet f’isimhom, b’valur ta’ anqas minn jew egwali għal EUR 60 000,

(b)

kuntratti aġġudikati fil-qasam ta’ l-azzjonijiet esterni, b’valur ta’ anqas mil-limiti msemmija fl-Artikolu 241(1)(a), l-Artikolu 243(1)(a) jew l-Artikolu 245(1)(a).

Fejn l-awtorità kontraenti tiddeċiedi li ma teħtieġx provi tal-kapaċità finanzjarja, ekonomika, teknika u professjonali tal-kandidati jew appaltaturi, ma għandu jsir l-ebda pre-finanzjament sakemm ma tiġix provduta garanzija finanzjarja għal ammont ekwivalenti.”

(38)

Fl-Artikolu 138(1), il-kliem tad-dħul huma mibdula b’li ġej:

“Bla ħsara għall-Artikolu 94 tar-Regolament Finanzjarju, il-kuntratti għandhom jiġu aġġudikati b'wieħed minn dawn iż-żewġ modi:”

(39)

Fl-Artikolu 145(2), l-ewwel sub-paragrafu hu mibdul b’li ġej:

“Fejn il-valur ta’ kuntratt jeċċedi l-limitu stabbilit fl-Artikolu 129(1), l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jaħtar kumitat sabiex jiftaħ l-offerti.”

(40)

Fl-Artikolu 146(1), it-tieni subparagrafu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“Dak il-kumitat għandu jinħatar mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli li jagħti opinjoni dwar kuntratti b'valur ta’ ‘l fuq mil-limiti msemmija fl-Artikolu 129(1).”

(41)

Artikolu 152 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 152

Garanzija għall-finanzjament minn qabel

(L-Artikolu 102 tar-Regolament Finanzjarju)

Biex isir ħlas ta' finanzjament bil-quddiem ta' iktar minn EUR 150 000 jew fil-każ imsemmi fl-Artikolu 135(6) it-tieni subparagrafu trid tingħata garanzija.

Madankollu, fejn il-kuntrattur tkun entità pubblika, l-uffiċjal awtorizzanti jista’, skond il-valutazzjoni tiegħu tar-riskju, jirrinunzja dak l-obbligu.

Il-garanzija tinħall kif u meta l-finanzjament minn qabel jitnaqqas mill-pagamenti temporanji jew ħlas ta' bilanċi lill-kuntrattur skond it-termini tal-kuntratt.”

(42)

Fl-Artikolu 155, it-titolu huwa mibdul b'dan li ġej:

Artikolu 155

Kuntratti separati u kuntratti bil-lottijiet

(L-Artikoli 91 u 105 tar-Regolament Finanzjarju)

(43)

Fl-Artikolu 157, il-punt (b) jiġi mibdul b'dan li ġej:

“(b)

EUR 5 278 000 għal appalti ta' xogħlijiet.”

(44)

L-Artikolu 158(1) jiġi mibdul b'dan li ġej:

“1.   Il-limiti msemmijin fl-Artikolu 105 tar-Regolament Finanzjarju għandhom ikunu:

(a)

EUR 137 000 għall-kuntratti ta' forniment u servizzi elenkati fl-Anness II A tad-Direttiva 2004/18/KE, minbarra għall-kuntratti ta' riċerka u żvilupp fil-kategorija 8 ta' dak l-Anness;

(b)

EUR 211 000 għall-kuntratti ta' servizzi fl-Anness II B tad-Direttiva 2004/18/KE u għall-kuntratti ta' servizzi ta' riċerka u żvilupp fil-kategorija 8 ta' l-Anness II A għad-Direttiva 2004/18/KE;

(c)

EUR 5 278 000 għal kuntratti ta' xogħlijiet.”

(45)

Fl-Artikolu 162, il-punt (a) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(a)

Korp Ewropew involut fl-edukazzjoni, it-taħriġ, l-informazzjoni, l-innovazzjoni jew ir-riċerka u l-istudju dwar politiki Ewropej, kwalunkwe attività li tikkontribwixxi għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza jew id-drittijiet tal-bniedem, jew korp Ewropew ta’ l-istandards,”

(46)

Fl-Artikolu 164, jidħol il-paragrafu 1a li jmiss:

“1a.   Il-ftehim ta’ għotja jista’ jistipula l-arranġamenti u l-limiti taż-żmien għas-sospensjoni b’konformità ma’ l-Artikolu 183.”

(47)

Fl-Artikolu 165, hu miżjud il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Fil-każ ta’ għotjiet operattivi lil korpi ta' interess Ewropew ġenerali, il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tirkupra l-persentaġġ tal-profitt annwali li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni komunitarja għall-baġit operattiv tal-korpi kkonċernati fejn dawn il-korpi huma wkoll iffinanzjati minn awtoritajiet pubbliċi li huma obbligati li jirkupraw il-persentaġġ tal-profitt annwali li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tagħhom. Għall-fini tal- kalkolazzjoni ta’ l-ammont li għandu jiġi rkuprat, ma għandux jittieħed f’kunsiderazzjoni fil-baġit operattiv il-persentaġġ li jikkorrispondi għall-kontribuzzjonijiet f'oġġetti.”

(48)

Fl-Artikolu 168(1), il-punt (c) hu mibdul b’li ġej:

“(c)

lil korpi b’monopolju de jure jew de facto, issostanzjat kif imiss fid-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni;”

(49)

L-Artikolu 172 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hi mibdula b’li ġej:

“L-uffiċjal awtorizzanti jista’ jaċċetta ko-finanzjament f' oġġetti, jekk dan jitqies neċessarju jew xieraq.”

(b)

Il-paragrafu 3 li ġej hu miżjud:

“3.   Għal għotjiet b’valur totali ta’ anqas minn jew ugwali għal EUR 25 000, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’, skond il-valutazzjoni tiegħu tar-riskju, jwarrab l-obbligu li jipprovdi l-evidenza għall-kofinanzjament msemmija fil-paragrafu 1.

Fejn benefiċjarju wieħed jingħata diversi għotjiet f’sena finanzjarja, il-limitu ta’ EUR 25 000 għandu japplika għat-total ta’ dawk l-għotjiet.”

(50)

L-Artikolu 173 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Paragrafu 2 huwa mibdul b'li ġej:

“2.   L-applikazzjoni għandha turi l-istatus legali ta’ l-applikant u l-kapaċità finanzjarja u operattiva tiegħu li jwettaq l-azzjoni proposta jew il-programm ta’ ħidma, skond l-Artikolu 176(4).

Għal dak l-iskop, l-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni fuq l-unur tiegħu u, għal applikazzjonijiet għal għotja li taqbeż l-EUR 25 000, kwalunkwe dokumenti ta’ prova mitluba, fuq il-bażi ta’ l-istima tiegħu tar-riskju, mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli. It-talba għal dawn id-dokumenti għandha tkun indikata fis-sejħa għall-proposti.

Id-dokumenti ta’ appoġġ għandhom jikkonsistu b’mod partikolari fil-kont tal-qligħ u t-telf u l-karta tal-bilanċ għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha l-kontijiet ikunu ngħalqu.”

(b)

Il-paragrafu 4 hu emendat kif ġej:

(i)

L-ewwel subparagrafu hu mibdul b'li ġej:

“Fejn l-applikazzjoni tittratta għotjiet għal azzjoni li għaliha l-ammont jeċċedi EUR 500 000 jew għotjiet operattivi li jaqbżu EUR 100 000, għandu jkun ippreżentat rapport ta’ verifika esterna prodott minn awditur estern approvat. Dak ir-rapport għandu jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli.”

(ii)

Ir-raba' u l-ħames subparagrafi huma mibdulin b'li ġej:

“Fil-każ ta' sħubiji msemmijin fl-Artikolu 163, ir-rapport tal-verifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, li tkopri l-aħħar sentejn finanzjarji disponibbli għandha tkun konkluża qabel il-ftehim ta’ qafas ikun konkluż.

L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’, skond l-analiżi tiegħu tar-riskju, iwarrab l-obbligu ta’ verifika msemmi fl-ewwel subparagrafu għal stabbilimenti ta’ edukazzjoni sekondarja u għolja u benefiċjarji li aċċettaw obbligi in solidum fil-każ ta’ ftehimiet ma’ numru ta’ benefiċjarji.”

(iii)

Is- subparagrafu li ġej hu miżjud:

“L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal korpi pubbliċi u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 43(2).”

(51)

L-Artikolu 176 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Paragrafu 3 huwa mibdul b'li ġej:

“3.   Il-kapaċà finanzjarja u operattiva għandha tkun ivverifikata b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ analiżi tad-dokumenti ta' sostenn imsemmija fl-Artikolu 173 u mitluba mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli fis-sejħa għall-proposti.”

(b)

Fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

“Il-verifika tal-kapaċità finanzjarja b’konformità mal-paragrafu 3 ma għandhiex tapplika għal persuni naturali li rċevew boroż ta’ studju, għal korpi pubbliċi jew għal organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 43(2).”

(52)

Artikolu 179 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 179

Tagħrif għall-applikanti

(L-Artikolu 116 tar-Regolament Finanzjarju)

L-applikanti għandhom jiġu mgħarrfa kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ fi żmien 15-il ġurnata kalendarja wara li d-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni tkun intbagħtet lill-benefiċjarji.”

(53)

L-Artikolu 180 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 jiġi mibdul b'dan li ġej:

“1.   Għal kull għotja, il-prefinanzjament jista' jinqasam f’diversi porzjonijiet.

Il-ħlas sħiħ tal-ħlas il-ġdid tal-prefinanzjament għandu jkun suġġett għal konsum ta' mill-inqas 70 % ta' l-ammont kollu ta' kull prefinanzjament ieħor preċedenti.

Fejn il-konsum tal-prefinazjament preċedenti huwa ta’ anqas minn 70 %, l-ammont tal-ħlas il-ġdid tal-prefinanzjament għandu jitnaqqas bl-ammonti mhux użati tal-ħlas preċedenti ta’ prefinanzjament.

Id-dikjarazzjoni tal-ħruġ tal-benefiċjarju għandha tingħata bħala sostenn ta’ kwalunkwe talba għal ħlas ġdid.”

(b)

Il-paragrafu 2 hu emendat kif ġej:

(i)

L-ewwel subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

“Ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet sottostanti, prodott minn awditur approvat jew fil-każ ta' korpi pubbliċi, minn uffiċjal pubbliku kompetenti u indipendenti, jista' jintalab mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli bħala sostenn għal kull ħlas fuq il-bażi ta' l-istima tiegħu tar-riskji. Fil-każ ta' għotja għal azzjoni jew għotja operattiva, iċ-ċertifikat għandu jkun mehmuż mat-talba għall-ħlas. Iċ-ċertifikat għandu jiċċertifika, f’konformità mal-metodoloġija approvata mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, li l-ispejjeż dikjarati mill-benefiċjarju fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji li fuqhom it-talbiet għall-ħlas ikunu bbażati huma reali, irreġistrati b’mod preċiż u eliġibbli skond il-ftehim ta’ l-għotja.”

(ii)

Fit-tieni -subparagrafu, il-kliem tad-dħul huma mibdulin b’li ġej:

“Minbarra fil-każ ta’ somom ta’ darba u finanzjament b’rata fissa, iċ-ċertifikat fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet sottostanti għandhom ikunu obbligatorji għal ħlasijiet interim għal kull sena finanzjara u għal ħlasijiet ta’ bilanċi fil-każijiet li ġejjin:”

(iii)

Fis-subparagrafu 3, il-kliem tad-dħul huma mibdulin b’li ġej:

“Fuq il-bażi ta’ l-istima tiegħu tar-riskji, L-uffiċċjal awtorizzanti responsabbli, jista' wkoll ineħħi l-obbligu li jkun ipprovdut dan iċ-ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet sottostanti fil-każ ta':”

(54)

L-Artikolu 182 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Paragrafu 1 huwa mibdul b'li ġej:

“1.   Sabiex jillimita r-riskji finanzjarji konnessi mal-ħlas tal-pre-finanzjament, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’, fuq il-bażi ta’ l-istima tiegħu tar-riskji, jew jobbliga lill-benefiċjarju li jiddepożita garanzija bil-quddiem, għall-istess ammont bħall-pre-finanzjament, jew jaqsam il-ħlas f’diversi porzjonijiet.

Madankollu, għal għotjiet b’valur ta’ anqas minn jew ugwali għal EUR 10 000, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jobbliga lill-benefiċjarju jiddepożita garanzija bil-quddiem biss f’każijiet sostanzjati kif jixraq.

Din il-garanzija tista' wkoll tintalab mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, skond l-istima tiegħu tar-riskji, fid-dawl tal-metodu tal-finanzjament stabbilit fil-ftehim ta' l-għotja.

Meta tkun meħtieġa garanzija, din tkun suġġetta għall-istima u l-approvazzjoni ta’ l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.”

(b)

Fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

“Fejn il-prefinanzjament jirrappreżenta aktar minn 80 % mill-ammont totali ta’ l-għotja u jeċċedi EUR 60 000, tkun meħtieġa garanzija.”

(55)

L-Artikoli 195, 196, 197, 198, 200 u 202 huma mħassra.

(56)

Artikolu 211 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 211

Rikonċiljazzjonijiet tal-kontabilità

(L-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Id-data fil-ktieb ġenerali għandha tinżamm u tkun organizzata b'tali mod li tiġġustifika l-kontenut ta' kull wieħed mill-kontijiet inklużi fil-bilanċ ta' prova.

2.   Għal dak li jikkonċerna l-inventarju ta’ assi fissi, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 220 sa 227 għandhom japplikaw.”

(57)

L-Artikolu 212 hu rrevokat.

(58)

L-Artikolu 213 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, ir-rabà subparagrafu hu mibdul b’li ġej

“Ir-rata li għandha tintuża għall-kambju bejn l-ewro u munita oħra biex titħejja l-karta tal-bilanċ fil-31 ta' Diċembru tas-sena N tkun dik ta' l-aħħar ġurnata tax-xogħol tas-sena N”.

(b)

Il-paragrafu 3 li ġej hu miżjud:

“3.   Ir-regoli tal-kontabilità adottati taħt l-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju għandhom jispeċifikaw ir-regoli tal-kambju u valutazzjoni mill-ġdid li għandhom jiġu pprovduti għall-finijiet ta' kontabilità fuq il-bażi tad-dovuti.”

(59)

Artikolu 222 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 222

Id-dħul ta' oġġetti fl-inventarju

(L-Artikolu 138 tar-Regolament Finanzjarju)

L-oġġetti kollha b’perjodu ta’ l-użu ta’ aktar minn sena, li ma humiex oġġetti ta’ konsum, u li għandhom prezz tax-xiri jew spiża tal-produzzjoni li huwa ogħla minn dak indikat fir-regoli tal-kontabilità adottati taħt l-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju għandhom jiddaħħlu fl-inventarju u jiġu rreġistrati fil-kontijiet ta’ l-assi fissi.”

(60)

Fl-Artikolu 240, il-paragrafu 1 jiġi mibdul b'li ġej:

“1.   L-avviż ta’ pre-informazzjoni għal sejħiet interni għall-offerti għandu jintbagħat lill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kmieni kemm jista’ jkun għal kuntratti ta' provvista u servizz u kemm jista' jkun malajr wara d-deċiżjoni li tawtorizza l-programm għal kuntratti ta' xogħol.”

(61)

L-Artikolu 241 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:

(i)

Fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a) hu mibdul b’li ġej:

“(a)

għal kuntratti b’valur ta’ EUR 200 000 jew aktar: stedina internazzjonali ristretta għall-offerti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 122(2) u l-punt (a) ta’ l-Artikolu 240(2);”

(ii)

It-tieni subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

“Kuntratti b’valur ta’ anqas minn jew ugwali għal EUR 5 000 jistgħu jiġu aġġudikati fuq il-bażi ta’ offerta waħda biss.”

(b)

Fil-Paragrafu 2, hu miżjud is-subparagrafu li ġej:

“Jekk in-numru ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji ta’ selezzjoni jew il-livelli minimi ta' kapaċità huma anqas min-numru minimu, l-awtorità kontraenti tista' tistieden sabiex jitfgħu offerta biss lil dawk il-kandidati li jissodisfaw il-kriterji sabiex jitfgħu offerta.”

(c)

Il-Paragrafu 3 huwa mibdul b'li ġej:

“3.   Taħt il-proċedura msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità kontraenti għandha tfassal lista ta' mill-anqas tliet appaltaturi ta' l-għażla tagħha. Il-proċedura tinvolvi offerti kompetittivi, mingħajr ma jkun ippubblikat avviż u tissejjaħ proċedura kompetittiva nnegozjata mhux koperta mill-Artikolu 124.

Offerti għandhom jinfetħu u jiġu valutati minn kumitat ta’ valutazzjoni bil-kompetenza teknika u amministrattiva meħtieġa. Il-membri tal-kumitat ta’ valutazzjoni għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni ta’ imparzjalità.

Jekk wara konsultazzjoni ma’ l-appaltaturi, l-awtorità kontraenti tirċievi offerta waħda biss li tkun valida f’sens amministrattiv u tekniku, il-kuntratt jista’ jiġi aġġudikat sakemm ikunu ntlaħqu l-kriterji ta’ l-aġġudikazzjoni.”

(62)

L-Artikolu 242 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:

(i)

L-ewwel subparagrafu, hu emendat kif ġej:

Il-kliem tad-dħul humamibdula b’li ġej:

“Għal kuntratti ta’ servizz, awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw il-proċedura nnegozjata b’offerta waħda biss fil-każijiet li ġejjin:”

Hu miżjud il-punt (g) li ġej:

“(g)

fil-każ li tentattiv wieħed għall-użu tal-proċedura kompetittiva nnegozjata wara l-użu bla suċċess ta’ kuntratt ta’ qafas ikun falla. F’dan il-każ, wara li tkun ġiet ikkanċellata l-proċedura kompetittiva nnegozjata, l-awtorità kontraenti tista’ tinnegozja ma’ appaltatur wieħed jew aktar ta’ l-għażla tagħha, minn fost dawk li ħadu sehem fis-sejħa għall-offerti, sakemm it-termini oriġinali tal-kuntratt ma jkunux inbidlu sostanzjalment.”

(ii)

Is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

“Fejn il-Kummissjoni ma tkunx l-awtorità kontraenti, l-użu tal-proċedura nnegozjata hi soġġetta għall-kunsens minn qabel ta' l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.”

(b)

Il-paragrafu 2 hu emendat kif ġej:

(i)

il-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu hu mibdul b’li ġej:

“(b)

servizzi addizzjonali li jikkonsistu fir-repetizzjoni ta’ servizzi simili fdati lill-kuntrattur li jipprovdi servizzi taħt l-ewwel kuntratt, sakemm:

(i)

avviż ta’ kuntratt kien ippubblikat għall-provvista ta’ l-ewwel servizz u l-possibbiltà li tintuża l-proċedura nnegozjata għal servizzi ġodda għall-proġett u l-ispiża stmata kienu ġew indikati b’mod ċar fl-avviż tal-kuntratt ippubblikat għall-ewwel servizz;

(ii)

l-estensjoni tal-kuntratt hija waħda biss u għal valur u tul ta’ żmien li ma jeċċedix il-valur u t-tul ta’ żmien tal-kuntratt inizjali.”

(ii)

it-tieni subparagrafu hu mħassar.

(63)

L-Artikolu 243 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej

(i)

Fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b) huma mibdulin b’li ġej:

“a)

għal kuntratti b’valur ta’ EUR 150 000 jew aktar: stedina miftuħa internazzjonali għall-offerti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 122(2) u l-punt (a) ta’ l-Artikolu 240(2);

b)

għal kuntratti b’valur ta’ EUR 30 000 jew aktar iżda anqas minn EUR 150 000: sejħa miftuħa lokali għall-offerti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 122(2) u punt (b) ta’ l-Artikolu 240(2);”

(ii)

it-tieni subparagrafu qed jiġi mibdul b'dan li ġej:

“Kuntratti b’valur ta’ anqas minn jew ugwali għal EUR 5 000 jistgħu jiġu aġġudikati fuq il-bażi ta’ offerta waħda biss.”

(b)

Il-Paragrafu 2 huwa mibdul b'li ġej:

“2.   Taħt il-proċedura msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1, l-awtorità kontraenti għandha tfassal lista ta' mill-anqas tliet fornituri ta' l-għażla tagħha. Il-proċedura tinvolvi offerti kompetittivi, mingħajr ma jkun ippubblikat avviż u tissejjaħ proċedura kompetittiva nnegozjata mhux koperta mill-Artikolu 124.

Offerti għandhom jinfetħu u jiġu valutati minn kumitat ta’ valutazzjoni bil-kompetenza teknika u amministrattiva meħtieġa. Il-membri tal-kumitat ta’ valutazzjoni għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni ta’ imparzjalità.

Jekk wara konsultazzjoni mal-fornituri, l-awtorità kontraenti tirċievi offerta waħda biss li tkun valida f’sens amministrattiv u tekniku, il-kuntratt jista’ jiġi aġġudikat sakemm ikunu ntlaħqu l-kriterji ta’ l-aġġudikazzjoni.”

(64)

L-Artikolu 244(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-kliem tad-dħul huma mibdula b'dan li ġej:

“Kuntratti ta’ forniment jistgħu jiġu aġġudikati permezz ta’ proċedura nnegozjata b’offerta waħda biss fil-każijiet li ġejjin:”;

(b)

Il-punt (e) li ġej hu miżjud:

“(e)

fejn wara żewġ tentattivi l-proċedura għall-offerti kompetittiva nnegozjata tkun mingħajr suċċess, jiġifieri, fejn l-ebda offerta valida f’sens amministrattiv u tekniku jew fejn ma tkunx waslet l-ebda offerta siewja f'sens kwalitattiv u/jew finanzjarju, f’liema każ, wara li l-proċedura kompetittiva nnegozjata tkun tħassret, l-awtorità kontraenti tista’ tinnegozja ma’ appaltatur wieħed jew aktar ta’ l-għażla tagħha, minn fost dawk li ħadu sehem fis-sejħa għall-offerti, sakemm it-termini oriġinali tal-kuntratt ma jkunux inbidlu sostanzjalment.”

(c)

Is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

“Fejn il-Kummissjoni ma tkunx l-awtorità kontraenti, l-użu tal-proċedura nnegozjata hi soġġetta għall-kunsens minn qabel ta' l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.”

(65)

L-Artikolu 245 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:

(i)

Fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b) huma mibdulin b’li ġej:

“(a)

għal kuntratti b’valur ta’ EUR 5 000 000 jew aktar:

(i)

stedina miftuħa internazzjonali għall-offerti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 122(2) u l-punt (a) ta’ l-Artikolu 240 (2);

(ii)

eċċezzjonalment, minħabba fil-karatteristiċi ta’ ċerti xogħlijiet u wara l-qbil ta’ l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jekk il-Kummissjoni mhix l-awtorità kontraenti, sejħa internazzjonali ristretta għall-offerti fit-tifsira ta' l-Artikolu 122(2) u punt (a) ta' l-Artikolu 240(2).

(b)

għal kuntratti b’valur ta’ EUR 300 000 jew aktar iżda anqas minn EUR 5 000 000: sejħa miftuħa lokali għall-offerti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 122(2) u punt (b) ta’ l-Artikolu 240(2);”

(ii)

it-tieni subparagrafu qed jiġi mibdul b'dan li ġej:

“Kuntratti b’valur ta’ anqas minn jew ugwali għal EUR 5 000 jistgħu jiġu aġġudikati fuq il-bażi ta’ offerta waħda biss.”

(b)

Il-Paragrafu 2 huwa mibdul b'li ġej:

“2.   Taħt il-proċedura msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1, l-awtorità kontraenti għandha tfassal lista ta' mill-anqas tliet kuntratturi ta' l-għażla tagħha. Il-proċedura tinvolvi offerti kompetittivi, mingħajr ma jkun ippubblikat avviż u tissejjaħ proċedura kompetittiva nnegozjata mhux koperta mill-Artikolu 124.

Offerti għandhom jinfetħu u jiġu valutati minn kumitat ta’ valutazzjoni bil-kompetenza teknika u amministrattiva meħtieġa. Il-membri tal-kumitat ta’ valutazzjoni għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni ta’ imparzjalità.

Jekk wara konsultazzjoni mal-kuntratturi, l-awtorità kontraenti tirċievi offerta waħda biss li tkun valida f’sens amministrattiv u tekniku, il-kuntratt jista’ jiġi aġġudikat sakemm ikunu ntlaħqu l-kriterji ta’ l-aġġudikazzjoni.”

(66)

Fl-Artikolu 246(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

L-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

(i)

Il-kliem tad-dħul huma mibdulin b'dan li ġej:

“Kuntratti tax-xogħol jistgħu jiġu aġġudikati permezz ta’ proċedura nnegozjata b’offerta waħda biss fil-każijiet li ġejjin:”;

(ii)

għandu jiġi miżjud il-punt (d) li ġej:

“(d)

fejn wara żewġ tentattivi l-proċedura għall-offerti kompetittiva nnegozjata tkun mingħajr suċċess, jiġifieri fejn ma tkun waslet fejn l-ebda offerta valida f’sens amministrattiv u tekniku jew l-ebda offerta siewja f'sens kwalitattiv u/jew finanzjarju. F’dak il-każ, wara li l-proċedura kompetittiva nnegozjata tkun tħassret, l-awtorità kontraenti tista’ tinnegozja ma’ appaltatur wieħed jew aktar ta’ l-għażla tagħha, minn fost dawk li jkunu ħadu sehem fis-sejħa għall-offerti, sakemm it-termini oriġinali tal-kuntratt ma jitbiddlux sostanzjalment.”

(b)

Is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

“Fejn il-Kummissjoni ma tkunx l-awtorità kontraenti, l-użu tal-proċedura nnegozjata hi soġġetta għall-kunsens minn qabel ta' l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.”

(67)

Fl-Artikolu 250, paragrafi 3 u 4 huma mibdulin b'dan li ġej:

“3.   Fejn il-prefinanzjament jeċċedi EUR 150 000 għandha tkun meħtieġa garanzija. Madankollu, fejn il-kuntrattur tkun entità pubblika, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’, skond il-valutazzjoni tiegħu tar-riskju, iwarrab dak l-obbligu.

Il-garanzija tinħall kif u meta l-finanzjament minn qabel jitnaqqas mill-pagamenti temporanji jew ħlas ta' bilanċi lill-kuntrattur skond it-termini tal-kuntratt.

4.   Garanzija ta’ eżekuzzjoni tista’ tkun meħtieġa mill-awtorità kontraenti għal ammont ipprovdut fil-fajl ta’ l-offerta u li jikkorrispondi l-aktar għal bejn 5 u 10 % tal-valur totali tal-kuntratt. Din il-garanzija għandha tkun determinata fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi bħat-tip u l-valur tal-kuntratt.

Madankollu, garanzija ta’ l-eżekuzzjoni għandha tkun meħtieġa fejn jinqabżu l-limiti li ġejjin:

(i)

EUR 345 000 għal kuntratti ta' xogħlijiet,

(ii)

EUR 150 000 għal kuntratti ta' xogħlijiet.

Il-garanzija għandha tibqa’ valida almenu sa' l-aċċettazzjoni finali tal-provvisti u x-xogħlijiet. Jekk il-kuntratt ma jiġix eżegwit kif jixraq, il-garanzija għandha tinżamm fit-totalità tagħha.”

(68)

Fl-Artikolu 252(3), it-tieni subparagrafu li ġej hu miżjud:

“Madankollu, il-kumitat ta’ valutazzjoni jew l-awtorità kontraenti tista’ titlob lill-kandidati jew lill-appaltaturi sabiex jipprovdu materjal addizzjonali jew li jiċċaraw id-dokumenti ta’ prova sottomessi b’konnessjoni mal-kriterji ta' esklużjoni u ta’ selezzjoni, fil-limitu taż-żmien li jispeċifikaw u b'kunsiderazzjoni tal-prinċipju ta' trattament indaqs.”

(69)

Fl-Artikolu 257, il-punt (c) ta’ l-ewwel paragrafu hu mibdul b’li gej:

“(c)

l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal u l-Iskola Amministrattiva Ewropea magħquda amministrattivament miegħu;”

(70)

Fl-Artikolu 260, it-tieni paragrafu hu mħassar.

(71)

Fl-Artikolu 262, huma miżjuda l-paragrafi li ġejjin:

“Impenji tal-baġit li jikkorrispondu għal approprjazzjonijiet amministrattivi ta' tip komuni għat-titoli kollha u li huma amministrati globalment jistgħu jiġu rreġistrati globalment fil-kontabilità tal-baġit wara l-klassifikazzjoni fil-qosor skond it-tip kif ipporvdut fl-Artikolu 27.

In-nefqa korrispondenti għandha tiddaħħal għal-linji tal-baġit ta’ kull titolu skond l-istess distribuzzjoni bħal fil-każ ta’ l-approprjrazzjonijiet.”

(72)

Fl-Artikolu 264, hu miżjud il-paragrafu li ġej:

“Madankollu, fejn, għal tranżazzjonijiet f’pajjiżi terzi, m’huwiex possibbli li jintuża kwalunkwe wieħed minn dawn il-forom ta’ garanzija fuq il-kiri, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jaċċetta forom oħra sakemm dawk il-forom jassiguraw protezzjoni ekwivalenti ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet.”

(73)

Fl-Artikolu 271, il-paragrafi 1 u 2 huma mibdulin b'dan li ġej:

“1.   Il-limiti u l-ammonti stipulati fl-Artikoli 54, 67, 119, 126, 128, 129, 130, 135, 151, 152, 164, 172, 173, 180, 181, 182, 226, 241, 243, 245 u 250 għandhom jiġu aġġornati kull tliet snin skond iċ-ċaqliq fl-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur fil-Komunità.

2.   Il-limiti msemmijin fil-punt (b) ta' l-Artikolu 157 u fl-Artikolu 158(1) għall-appalti għandhom ikunu aġġustati kull sentejn skond l-Artikolu 78(1) tad-Direttiva 2004/18/KE.”

Artikolu 2

Proċeduri ta’ appalti pubbliċi u dawk ta’ l-aġġudikazzjoni ta’ għotjiet imnedija qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom ikomplu jkunu suġġetti għar-regoli applikabbli meta dawk il-proċeduri kienu mnedija.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Awwissu 2006

Għall-Kummissjoni

Dalia GRYBAUSKAITĖ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

(3)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2083/2005 (ĠU L 333, 20.12.2005, p. 28).

(4)  ĠU L 37, 10.2.2005, p. 14.