1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

146


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1125/2006

tal-21 ta' Lulju 2006

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura statistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u partikularment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jassigura applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hu neċessarju li jkunu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanziji li għalihom hemm referenza fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi sottodivizjonijiet addizzjonali magħha u li hi stabbilita permezz ta’ dispożizzjonijiet komunitarji speċifiċi, biex tkun implimentata t-tariffa jew miżuri oħra dwar il-kummerċ merkantili.

(3)

Skond dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanziji deskritti f’kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikata f’kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati f’kolonna 3 ta’ dik it-tabella.

(4)

Hu xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tat-tariffa li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhix skond dan ir-Regolament tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tkompli tkun invokata minn min iżommha, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kowd Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Il-merkanzija deskritta f’kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri, li mhiex skond dan ir-Regolament, tista’ tkompli tiġi invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta' Lulju 2006.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 996/2006 (ĠU L 179, 1.7.2006, p. 26).

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Regolament kif finalment emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 648/2005 (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).


ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Fdalijiet tal-widnejn tal-qażquż imnixxfin li huma tajbin għall-ikel, saħansitra meta użati bħala għalf għall-annimali.

0210 99 49

Il-klassifikazzjoni hija determinata skond ir-Regoli Ġenerali 1 u 6 fuq l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda, Nota tal-Kapitlu 1(a) għal Kapitlu 5 tan-NM u il-kliem użat f’subtitli 0210 , 0210 99 u 0210 99 49 .

Peress li huma fdalijiet tajbin għall-ikel, il-widnejn imnixxfin tal-qżieqeż iridu jkunu kklassifikati f’Kapitlu 2 u mhux f’Kapitlu 5, li ma jkoprix prodotti tajbin għall-ikel (Nota tal-Kapitlu 1(a) għall-Kapitlu 5 tas-SA).

It-tnixxif tal-widnejn tal-qżieqeż ma jbiddilx il-karatteristiċi essenzjali ta’ l-oriġini tagħhom kif stipulat fin-Nota 1 għall-Kapitlu 23.

It-tnixxif tal-widnejn tal-qżieqeż ma jbiddilx l-adattament għall-konsum mill-bniedem (Noti ta’ Spjega SA għall-Kapitlu 2, Ġenerali, it-tielet paragrafu, il-punt (1) u r-raba’ paragrafu).

2.

Il-fdalijiet tal-widnejn tal-qażquż imnixxfin li ma jkunux tajbin għall-konsum mill-bniedem.

0511 99 90

Il-klassifikazzjoni hija determinata skond ir-Regoli Ġenerali 1 u 6 fuq l-interpretazzjoni tan-NM, tan-Nota tal-Kapitlu 1(a) għall-Kapitlu 2 tan-NM u l-kliem użat f’subtitli 0511 , 0511 99 u 0511 99 90 tan-NM.

Peress li huma fdalijiet tajbin għall-ikel, il-widnejn imnixxfin tal-qżieqeż iridu jkunu klassifikati f’Kapitlu 5 u mhux f’Kapitlu 2, li ma jkoprix prodotti li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem (in-Nota 1(a) għall-Kapitlu 2 tan-NM.).

It-tnixxif tal-widnejn tal-qżieqeż ma jbiddilx il-karatteristiċi essenzjali ta’ l-oriġini tagħhom kif stipulat fin-Nota 1 għall-Kapitlu 23.