1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

143


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1114/2006

ta' l-20 ta' Lulju 2006

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura statistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u partikularment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jassigura applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hu neċessarju li jkunu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanziji li għalihom hemm referenza fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi sottodivizjonijiet addizzjonali magħha u li hi stabbilita permezz ta’ dispożizzjonijiet komunitarji speċifiċi, biex tkun implimentata t-tariffa jew miżuri oħra dwar il-kummerċ merkantili.

(3)

Skond dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanziji deskritti f’kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kowd NM indikata f’kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati f’kolonna 3.

(4)

Hu xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tat-tariffa li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhix skond dan ir-Regolament tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tkompli tkun evokata min minn iżommha, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kowd Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kowds Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Il-merkanzija deskritta f’kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kowd NM indikat fil-kolonna 2.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri, li mhiex skond dan ir-Regolament, tista’ tkompli tiġi evokata għal perjodu ta’ tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta' Lulju 2006.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 996/2006 (ĠU L 179, 1.7.2006, p. 26).

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Regolament kif finalment emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 648/2005 (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).


ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Prodott likwidu bbażat fuq tintura ta’ l-arnika (relazzjoni ta' 1:10 bejn l-arnika u l-estratt), mibjugħa bl-imnut fi flixkun b’volum ta’ 50 ml u b’saħħa alkoħolika bil-volum ta’ 45 %.

Skond il-pakkett, il-prodott maħsub għall-konsum mill-bniedem għal użi għajr il-produzzjoni tal-likuri.

Doża rakkomandata: minn 30 sa 50 qatra, imħallta f’nofs tazza ilma, darbtejn sa 3 darbiet kuljum

2208 90 69

Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 1 (d) tal-Kapitlu 13, u l-kliem tal-kodiċi NM 2208 , 2208 90 u 2208 90 69 .

Billi xarba, il-prodott ma jistax jiġi kklassifikat fil-Kapitlu 13.

Ma jistax jitqies bħala medikament tat-titlu 3004 , għaliex ma jissodisfax il-kriterji tan-Nota Addizzjonali 1 tal-kapitlu 30.

Il-prodott għandu jiġi kklassifikat bħala xorb spirituż tat-titlu 2208 (HSEN tat-titlu 2208 , it-tielet paragrafu, punt 16).

2.

Prodott likwidu mibjugħ bl-imnut fi flixkun b’volum ta’ 30ml u b’saħħa alkoħolika bil-volum ta’ 68 %, li fih:

weraq tal-lsien il-kelb (Plantago lanceolata) sagħtar (Thymus vulgaris) u fjuri ta’ l-elikrisum/sempreviva (Helichrysum italicum)

2,1 g

estratt niexef tal-propolis

84 mg

estratt imnixxef fil-friża tal-grindelja (Grindelia robusta)

45 mg

żejt essenjzali ta’ l-ewkaliptu (Eucalyptus globulus)

10,5 mg

Scotch pine (Pinus sylvestris) essential oil

10,5 mg

alkoħol

 

ilma

 

Skond il-pakkett, il-prodott jista’ jintuża biex itejjeb in-nifs u huwa maħsub għall-konsum mill-bniedem.

Doża rakkomandata: 25 qatra, imħallta f’daqsxejn ilma, 3 darbiet kuljum

2208 90 69

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 2208 , 2208 90 and 2208 90 69 .

Il-prodott ma jistax jitqies bħala medikament tat-titlu 3004 , għaliex ma jissodisfax il-kriterji tan-Nota Addizzjonali tal-Kapitlu 30.

Il-prodott għandu jiġi kklassifikat bħala xorb spirituż tat-titlu 2208 (HSEN tat-titlu 2208 , it-tielet paragrafu, punt 16).

3.

Prodott likwidu mibjugħ bl-imnut fi flixkun b’volum ta’ 30ml u b’saħħa alkoħolika bil-volum ta’ 70 %, li fih:

propolis (min 38 mg/ml flavonojdi totali espressi bħala galangin)

16 % bil-piż

alkoħol

 

ilma

 

Skond il-pakkett, il-prodott jista’ jintuża biex isaħħaħ id-difiża naturali tal-grieżem u huwa maħsub għall-konsum mill-bniedem.

Doża rakkomandata: 40 sa 60 qatra kuljum f’kuċċarina zokkor jew għasel.

2208 90 69

Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 1 (a) tal-Kapitlu 30, u l-kliem tal-kodiċi NM 2208 , 2208 90 u 2208 90 69 .

Il-prodott ma jistax jitiqes bħala medikament tal-Ktlu 30.

Il-prodott għandu jiġi kklassifikat bħala xorb spirituż tat-titlu 2208 (HSEN tat-titlu 2208 , it-tielet paragrafu, punt 16).

4.

Prodott likwidu mibjugħ bl-imnut fi flixkun b’volum ta’ 30ml u b’saħħa alkoħolika bil-volum ta’ 70 %, li fih:

estratt idroalkoħoliku tal-propolis (standardizzat b’estratt nattiv niexef tal-propolis)

0,6 g

alkoħol

 

ilma

 

Skond il-pakkett, il-prodott maħsub għall-konsum mill-bniedem b’doża rakkomandata ta’ 25 qatra darba jew darbtejn kuljum, imħallta ma' nofs tazza ilma. Jista’ wkoll jintuża għall-ħasil tal-ħalq, b’25 qatra mħallta fl-ilma kif mixtieq.

2208 90 69

Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3 tal-Kapitlu 33, u l-kliem tal-kodiċi NM 2208 , 2208 90 u 2208 90 69 .

Il-prodott ma jistax jitqies bħala ħasil il-ħalq tat-titlu 3306 għaliex mhuwiex f’forma speċjalizzata b’mod ċar għal dak l-użu (HSEN Ġenerali, ir-raba’ paragrafu (b) tal-Kapitlu 33).

Il-prodott għandu jiġi kklassifikat bħala xorb spirituż tat-titlu 2208 (HSEN tat-titlu 2208 , it-tielet paragrafu, punt 16).

5.

Prodott likwidu bbażat fuq maċerat tal- gliċerna taż-żahar tar-ribes (Ribes Nigrum) (relazzjoni ta’ 1:20 bejn id-droga u l-estratt), mibjugħa bl-imnut fi flixkun b’volum ta’ 100 ml u b’saħħa alkoħolika bil-volum ta’ 38 %.

Skond il-pakkett, il-prodott maħsub għall-konsum mill-bniedem għal użi għajr il-produzzjoni tal-likuri.

Doża rakkomandata: 50 sa 150 qatra, imħallta f’daqsxejn ilma, kuljum

2208 90 69

Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 1 (d) tal-Kapitlu 13, u l-kliem tal-kodiċi NM 2208 , 2208 90 u 2208 90 69 .

Billi xarba, il-prodott ma jistax jiġi kklassifikat fil-Kapitlu 13.

Il-prodott għandu jiġi kklassifikat bħala xorb spirituż tat-titlu 2208 (HSEN tat-titlu 2208 , it-tielet paragrafu, punt 16).

6.

Prodott likwidu mibjugħ bl-imnut fi flixkun ta’ l-isprej b’volum ta’ 30ml u b’saħħa alkoħolika bil-volum ta’ 20 %, li fih:

estratt idroalkoħoliku tal-propolis

86,75 %

għasel

13 %

togħma naturali (lumi)

0,1 %

xanthan gum

0,1 %

żejt essenzjali tal-lumi (Citrus limonium)

0,05 %

Il-prodott huma imballat bħala sprej għall-ħalq għall-iġjene orali. Tisprejjah direttament fil-ħalq.

3306 90 00

Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2 għas-Sezzjoni VI tal-Kapitlu 33, u mill-kliem tal-kodiċi NM 33, 3306 u 3306 90 00 .

Il-prodott huwa f’forma speċjalizzata b’mod ċar biex jintuża għall-iġjene orali (HSEN tal-kapitlu 33, Ġenerali, ir-raba’ paragrafu, punt (b)).