1.9.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
248 |
Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2006 li jġib dispożizzjonijiet ġenerali fuq il-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni, u li jannulla r-Regolament (KE) Nru 1260/1999
( “Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea” L 210 tal-31 ta' Lulju 2006 )
F'paġna 76, l-Anness IV għandu jinqara kif ġej:
ANNESS IV
Kategoriji ta' nfiq
(imsemmija fl-Artikolu 9(3))
|
Objettivi: Konverġenza u Kompettitività Reġjonali u Impjiegi |
|
Objettiv: Konverġenza u r-reġjuni msemmija fl-Artikolu 8(2) mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni meħuda skond l-aħħar subparagrafu ta' l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006. |
Kodiċi |
Temi prijoritarji |
|
Riċerka u żvilupp teknoloġiku (R&TD), innovazzjoni u intraprenditorija |
01 |
Attivitajiet ta' R&TD f'ċentri ta' riċerka |
02 |
Infrastruttura R&TD (inkluż impjanti fiżiċi, strumentazzjoni u networks tal-komputers ta' veloċoità għolja li jikkollegaw ċentri ta' riċerka) u ċentri ta' kompetenza f'teknoloġija speċifika |
03 |
Trasferiment ta' teknoloġija u titjib f'networks ta' koperazzjoni bejn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), bejn dawn u negozji u universitajiet oħrajn, kull tip ta' stabbiliment ta' l-edukazzjoni post-sekondarja, awtoritajiet reġjonali, ċentri ta' riċerka u ċentri xjentifiċi u teknoloġiċi (parks xjentifiċi u teknoloġiċi, technopoles, eċċ) |
04 |
Għajnuna għal R&TD, b'mod partikolari fl-SMEs (inkluż aċċess għal servizzi R&TD f'ċentri ta' riċerka) |
05 |
Servizzi ta' sostenn avvanzat għal kumpanniji u gruppi ta' kumpanniji |
06 |
Għajnuna għal SMEs għall-promozzjoni ta' prodotti u proċessi ta' produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent (introduzzjoni ta' sistema effettiva għall-maniġġar ta' l-ambjent, adozzjoni u użu ta' teknoloġiji li jipprevjenu t-tniġġis, integrazzjoni ta' teknoloġiji nodfa fil-produzzjoni tal-kumpanniji) |
07 |
Investiment f'kumpanniji konnessi direttament mar-riċerka u l-innovazzjoni (teknoloġiji innovattivi, stabbiliment ta' kumpanniji ġodda minn universitajiet, ċentri u kumpanniji eżistenti ta' l-R&TD, eċċ) |
08 |
Investimenti oħrajn f'kumpanniji |
09 |
Miżuri oħra sabiex jistimulaw ir-riċerka u l-innovazzjoni u l-intraprenditorija fl-SMEs |
|
Is-soċjetà ta' l-informazzjoni |
10 |
Infrastrutturi tat-telefon (inkluż networks broadband) |
11 |
Teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (aċċess, sigurtà, interoperabbiltà, prevenzjoni tar-riskju, riċerka, innovazzjoni, e-content, eċċ.) |
12 |
Teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (TEN-ICT) |
13 |
Servizzi u applikazjonijiet għaċ-ċittadin (e-health, e-government, e-learning, e-inclusion eċċ) |
14 |
Servizzi u applikazjonijiet għal SMEs (e-commerce, edukazzjoni u taħriġ, networking, eċċ) |
15 |
Miżuri oħra sabiex jittejjeb l-aċċess għal u l-użu effiċjenti ta' l-ICT minn SMEs |
|
Trasport |
16 |
Ferroviji |
17 |
Ferroviji (TEN-T) |
20 |
Awtostradi |
21 |
Awtostradi (TEN-T) |
26 |
Trasport multimodali |
27 |
Trasport multimodali (TEN-T) |
28 |
Sistemi intelliġenti tat-trasport |
29 |
Ajruporti |
30 |
Portijiet |
32 |
Passaġġi fuq l-ilma interni (TEN-T) |
|
Enerġija |
34 |
Elettriċità (TEN-E) |
36 |
Gass naturali (TEN-E) |
38 |
Prodotti petroliferi (TEN-E) |
39 |
Enerġija li tiġġedded: riħ |
40 |
Enerġija li tiġġedded: mix-xemx |
41 |
Enerġija li tiġġedded: bijomassa |
42 |
Enerġija li tiġġedded: idroelettriċità, ġeotermali u oħrajn |
43 |
Effiċjenza ta' l-enerġija, ko-ġenerazzjoni, ġestjoni ta' l-enerġija |
|
Ħarsien ta' l-ambjent u prevenzjoni tar-riskju |
52 |
Promozzjoni ta' trasport urban nadif |
|
Żieda fl-adattabbiltà ta' ħaddiema u kumpanniji, intrapriżi u intraprendituri |
62 |
Żvilupp ta' sistemi u strateġiji ta' tagħlim tul il-ħajja f'kumpanniji; taħriġ u servizzi għal impjegati sabiex itejbu l-adattabbiltà tagħhom għall-bidla; promozzjoni ta' l-intraprenditorija u l-innovazzjoni |
63 |
Tfassil u disseminazzjoni ta' metodi innovattivi u aktar produttivi għall-organizzazzjoni tax-xogħol |
64 |
Żvilupp ta' servizzi speċifiċi għall-impjieg, taħriġ u sostenn in konnessjoni mar-ristrutturazzjoni ta' setturi u kumpanniji, u l-iżvilupp ta' sistemi sabiex jiġu antiċipati bidliet ekonomiċi u ħtiġijiet futuri f'termini ta' impjiegi u ħiliet |
|
Titjib ta' l-aċċess għall-impjiegi u sostenibbiltà |
65 |
Modernizzar u tisħiħ ta' l-istituzzjonijiet tas-suq tx-xogħol |
66 |
Implementazzjoni ta' miżuri attivi u ta' prevenzjoni fis-suq tax-xogħol |
67 |
Miżuri li jinkoraġġixxu xjuħija attiva u li jtawlu l-ħajja tax-xogħol |
68 |
Sostenn għall-impjieg indipendenti u għall-ftuħ ta' negozji |
69 |
Miżuri li jtejbu l-aċċess għall-impjiegi u jżidu l-parteċipazzjoni u l-progress sostenibbli tan-nisa fl-impjiegi sabiex titnaqqas is-segregazzjoni abbażi tas-sessi fis-suq tax-xogħol u sabiex ix-xogħol u l-ħajja privata jiġu rikonċiljati, bħall-faċilitazzjoni ta' l-aċċess għall-kura tat-tfal u l-kura għal persuni dipendenti |
70 |
Azzjoni speċifika sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni ta' migranti fl-impjiegi u b'hekk tissaħħaħ l-integrazzjoni soċjali tagħhom |
|
Titjib ta' l-inklużjoni soċjali għal persuni aktar żvantaġġati |
71 |
Trejqiet għall-integrazjoni u d-dħul mill-ġdid fl-impjieg għal persuni żvantaġġati; il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fl-aċċess għal u l-progress fis-suq tax-xogħol u l-promozzjoni ta' l-aċċettazzjoni tad-diversità fuq il-post tax-xogħol |
|
Titjib tal-kapital uman |
72 |
It-tfassil, l-introduzzjoni u l-implementazzjoni ta' riformi fis-sistemi ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ sabiex tiġi żviluppata l-possibiltà ta' impjieg, tiġi mtejba r-rilevanza tas-suq tax-xogħol fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali tal-bidu u jiġu aġġornati l-ħiliet tal-persunal li jħarreġ bil-ħsieb ta' innovazzjoni u ekonomija bbażata fuq l-għarfien. |
73 |
Miżuri sabiex iżidu l-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja, inkluż b'azzjoni sabiex jinkisbu tnaqqis fin-numru ta' tfal li jħallu l-iskola kmieni, is-segregazzjoni ta' suġġetti bbażata fuq is-sess u aktar aċċess għal u kwalità akbar ta' l-edukazzjoni tal-bidu, vokazzjonali u terzjarja u t-taħriġ |
74 |
L-iżvilupp tal-potenzjal uman fl-ambitu tar-riċerka u l-innovazzjoni, b'mod partikolari permezz ta' studju post-graduate u t-taħriġ ta' riċerkaturi, u attivitajiet ta' networking bejn universitajiet, ċentri ta' riċerka u negozji |