28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

409


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 776/2006

tat-23 ta’ Mejju 2006

li jemenda l-Anness VII mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Laboratorji ta' Referenza Komunitarji

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 32.5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi l-kompiti, dmirijiet u rekwiżiti ġenerali għal-Laboratorji ta' Referenza Komunitarji għall-ikel u l-għalf u għas-saħħa ta' l-annimali. Il-Laboratorji ta' Referenza Komunitarji huma elenkati fl-Anness VII ma' dan ir-Regolament. Il-lista fiha l-Laboratorji ta' Referenza Komunitarji kollha għall-għalf u l-ikel li kienu ddeżinjati qabel f'atti oħra.

(2)

Id-deżinjazzjoni tal-Laboratorji ta' Referenza Komunitarji għandhom jikkontribwixxu għal kwalità u uniformità għolja tar-riżultati analitiċi.

(3)

L-attivitajiet tal-Laboratorji ta' Referenza Komunitarji għandhom ikopru l-oqsma kollha fil-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-ikel u fis-saħħa ta' l-annimali, partikolarment dawk l-oqsma fejn hemm il-ħtieġa għal riżultati analitiċi u dijanjostiċi preċiżi.

(4)

F'għadd ta' setturi fejn tapplika l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-ikel, l-għalf u s-saħħa ta' l-anninali, hemm il-ħtieġa li jkunu ddeżinjati Laboratorji ta' Referenza Komunitarji addizzjonali f'oqsma fejn għadhom ma jeżistux, partikorlament, fir-rigward tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, il-bruċellożi, il-Listeria monocytogenes, stafilokokki koagulażi-pożittivi, l-Escherichia coli, inkluża dik li tipproduċi l-verotossini (VTEC), il-Campylobacter, il-parassiti (partikolarment it-Trichinella, l-Echinococcus, l-Anisakis), ir-resistenzi antimikrobiċi, proteini ta' l-annimali fl-għalf, residwi mill-pestiċidi, mikotossini fl-ikel u l-għalf, metalli tqal fl-ikel u l-għalf, dijossini u PCBs fl-ikel u l-għalf u l-idrokarburi poliċikliċi aromatiċi (PAH).

(5)

F'Lulju 2005 l-Kummissjoni nediet sejħa għall-għażla u d-deżinjazzjoni ta' Laboratorji ta' Referenza Komunitarji ġodda. Il-valutazzjoni ta' l-applikazzjoni ntemmet f'Diċembru 2005 u r-riżultati ġew innotifikati lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati. Wara li tkun saret il-valutazzjoni l-Kummissjoni tqis li jkunu ddeżinjati bħala Laboratorji ta' Referenza Komunitarji ġodda l-kanditati li għaddew f'kull qasam.

(6)

Jinħtieġ l-aġġornament ta' ċerta informazzjoni speċifika dwar il-Laboratorji ta' Referenza Komunitarji eżistenti fl-Anness VII mar-Regolament (KE) 882/2004.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VII mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 huwa mibdul bit-test fl-Annes ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta’ Mejju 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1; verżjoni korretta fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.


ANNESS

L-Anness VII mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jiġi ssostitwit b’li ġej:

“ANNESS VII

LABORATORJI TA' REFERENZA KOMUNITARJI

I.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-għalf u l-ikel

1.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

AFSSA- Laboratoire d'études et de recherches sur la qualité des aliments et sur les procédés agroalimentaires (LERQAP)

F-94700 Maisons-Alfort

Franza

2.   Laboratorji ta' Referenza Komunitarji għall-analiżi u l-ittestjar għaż-żoonożi (salmonella)

Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM)

3720 BA Bilthoven

L-Olanda

3.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-monitoraġġ tal-bijotossini tal-baħar

Agencia Española de Seguridad Alimentaria (AESA)

36200 Vigo

Spanja

4.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-monitoraġġ tal-kontaminazzjoni virali u batterjoloġika tal-molluski bivalvi

The laboratory of the Centre for Environment, Fisheries and Aquaculture Science (CEFAS)

Weymouth

Ir-Renju Unit

XXXXXXXXX

5.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għal-Listeria monocytogenes

AFSSA- Laboratoire d'études et de recherches sur la qualité des aliments et sur les procédés agroalimentaires (LERQAP)

F-94700 Maisons-Alfort

Franza

6.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-istafilokokki coagulażi-pożittivi, inkluż l-iStaphylococccus aureus

AFSSA- Laboratoire d'études et de recherches sur la qualité des aliments et sur les procédés agroalimentaires (LERQAP)

F-94700 Maisons-Alfort

Franza

7.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-Escherichia coli, inkluża dik li tipproduċi l-verotossini (VTEC)

Istituto Superiore di Sanità (ISS)

I-00161 –Roma

LItalja

8.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-Campylobacter

Statens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA)

SE-751 89 Uppsala

L-Iżvezja

9.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-parassiti (partikolarment it-Trichinella, l-Echinococcus u l-Anisakis)

Istituto Superiore di Sanità (ISS)

I-00161 –Roma

L-Italja

10.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għar-resistenza antimikrobika

Danmarks Fødevareforskning (DFVF)

DK-1790 Copenhagen

Id-Danimarka

11.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-proteini ta' l-annimali fl-għalf

Centre Wallon de Recherches agronomiques (CRA-W)

B-5030 Gembloux

Il-Belġju

12.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għar-residwi mill-mediċini veterinarji u aġenti kontaminanti fl-ikel li joriġina mill-annimali

(a)   Għar-residwi mniżżla fl-Anness I, Grupp A 1, 2, 3, 4, Grupp B 2 (d) u Grupp B 3 (d) mad-Direttiva 96/23/KE

Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM)

3720 BA Bilthoven

L-Olanda

(b)   Għar-residwi mniżżla fl-Anness I, Grupp B 1 u B 3 (e) mad-Direttiva 96/23/KE u l- u l-

Laboratoires d'études et de recherches sur les médicaments vétérinaires et les désinfectants

AFSSA - Site de Fougères

BP 90203

Franza

(c)   Għar-residwi mniżżla fl-Anness I, Grupp A 5 u Grupp B 2 (a), (b), (e) mad-Direttiva 96/23/KE

Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit (BVL)

D-12277 Berlin

Il-Ġermanja

(d)   Għar-residwi mniżżla fl-Anness I, Grupp B 3 (c) mad-Direttiva 96/23/KE

Instituto Superiore di Sanità

I-00161 –Roma

L-Italja

13.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs)

Il-laboratorju msemmi fl-Anness X, Kapitolu B mar-Regolament (KE) Nru 999/2001

The Veterinary Laboratories Agency

Woodham Lane

New Haw

Addlestone

Surrey KT15 3NB

Ir-Renju Unit

14.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni ta' l-annimali

Il-laboratorju msemmi fl-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1)

Iċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea

Geel

Il-Belġju

15.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-organiżmi modifikati ġenetikament (GMOs)

Il-laboratorju msemmi fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (2)

Iċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea

Ispra

L-Italja

16.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-materjal maħsub biex jiġi f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel

Iċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea

Ispra

L-Italja

17.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għar-residwi mill-pestiċidi

(a)   Ċereali u għalf

Danmarks Fødevareforskning (DFVF)

DK-1790 Copenhagen

Id-Danimarka

(b)   Ikel li joriġina mill-annimali u prodotti b'kontenut ta' xaħam għoli

Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Freiburg

Postfach 100462

79123 Freiburg

Il-Ġermanja

(c)   Frott u ħaxix, inklużi l-prodotti b'kontenut ta' ilma għoli u kontenut ta' aċdu għoli

Laboratorio Agrario de la Generalitat Valenciana (LAGV)

Grupo de Residuos de Plaguicidas de la Universidad de Almería (PRRG)

LAGV: 46100 Burjassot-Valencia

PRRG: 04120 Almería

Spanja

(d)   Metodi għal residwi singoli

Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Stuttgart

Postfach 1206

70702 Fellbach

Il-Ġermanja

18.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-metalli tqal fl-għalf u l-ikel

Iċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea

Geel

Il-Belġju

19.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-mikotossini

Iċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea

Geel

Il-Belġju

20.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-Idrokarburi Poliċikliċi Aromatiċi (PAH)

Iċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea

Geel

Il-Belġju

21.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għad-dijossini u PCBs fl-għalf u l-ikel

Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Freiburg

Postfach 100462

79123 Freiburg

Il-Ġermanja

II.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għas-saħħa ta' l-annimali u annimali ħajjin

1.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għad-deni klassiku tal-ħnieżer

Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (3).

2.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-marda Afrikana taż-żwiemel

Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta' April 1992 li tistabbilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel (4).

3.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-influwenza tat-tjur

Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2005 miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur u li tirrevoka d-Direttiva 92/40/KEE (5).

4.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-marda Newcastle

Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KE ta' l-14 ta' Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda Newcastle (6).

5.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-marda vexxikolari tal-ħnieżer

Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta’ ċertu mard ta’ l-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (7).

6.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-mard tal-ħut

Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE ta' l-24 ta' Ġunju 1993 li tintroduċi miżuri minimi Komunitarji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-ħut (8).

7.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-mard li jaffettwa l-mollusku bivalvi

Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE tat-23 ta' Diċembru 1995 għall-kontroll ta' xi mard li jaffettwa l-molluski bivalvi (9).

8.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-monitoraġġ ta' l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija

Il-laboratorju msemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KEE ta' l-20 ta' Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandarizazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (10).

9.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-bluetongue

Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta' l-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue  (11).

10.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għad-deni Afrikan tal-qżieqeż

Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deniAfrikan tal-qżieqeż u temenda id-Direttiva 92/119/KE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (12).

11.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għaż-żooteknika

Il-laboratorju msemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/436/KEE tat-23 ta' Lulju 1996 li tinnomina l-korp ta' riferenza responsabbli biex jikkollabora ħalli jagħmel l-istess il-metodi ta' l-ittestjar u l-evalwazzjoni tar-riżultati għal annimali ta' razza pura ta’ l-ispeċi tal-bovini (13).

12.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer

Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta' Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka id-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE and 91/665/KEE u tammenda d-Direttiva 92/46/KEE (14).

13.   Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-bruċellożi

AFSSA- Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses

F-94700 Maisons-Alfort

Franza


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Reglament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Direttiva kif emendata bl-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

(4)  ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(5)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(6)  ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

(7)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

(8)  ĠU L 175, 19.7.1993, p. 2. Direttiva kif emendata bl-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

(9)  ĠU L 332, 30.12.1995, p. 33. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

(10)  ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/60/KE (ĠU L 23, 28.1.2003, p. 30).

(11)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 7.

(12)  ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

(13)  ĠU L 192, 2.8.1996, p. 19.

(14)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/615/KE (ĠU L 213, 18.8.2005, p. 14).”