9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

299


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 643/2006

tas-27 ta' April 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta’ prattiċi u proċessi enoloġiċi, u r-Regolament (KE) Nru 884/2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati tal-applikazzjoni li jikkonċerna d-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr ta’ prodotti tal-inbid u r-rekords li għandhom ikunu miżmuma fis-settur tal-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(1) u l-Artikolu 70(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 (2) partikolarment jistabbilixxi l-limiti u ċerti kundizzjonijiet għall-użu tas-sustanzi li l-użu tagħhom huwa awtorizzat bir-Regolament (KE) Nru 1493/1999. Il-limiti tal-użu tas-sustanzi msemmija jidhru fl-Anness IV tiegħu. Wara ż-żieda fil-lista tal-prattiċi enoloġiċi awtorizzati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, biż-żieda ta’ aċidu assorbiku u ta’ dimethyl dicarbonate, hu meħtieġ li jiġu ffissati l-limiti u l-kundizzjonijiet ta’ użu għal dawn is-sustanzi.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2001 (3) jistabbilixxi r-regoli relatati maż-żamma tar-reġistri tad-dħul u tal-ħruġ u jipprevedi notevolment l-indikazzjoni ta’ ċerti manipulazzjonijiet fir-reġistri. Il-karatteristiċi partikolari taż-żieda tal-dimethyl dicarbonate fl-inbejjed jeħtieġu li l-użu tagħha jkun indikat fir-reġistri.

(3)

Hemm lok li jiġu emendati r-Regolamenti (KE) Nru 1622/2000 u (KE) Nru 884/2001 bħala konsegwenza.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Immaniġġjar għall-Inbid,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1622/2000 emendat skont kif ġej:

1)

L-Artikolu 15(a) li ġej hu inserit:

“Artikolu 15a

Dimethyl dicarbonate

Iż-żieda tad-dimethyl dicarbonate, prevista fl-Anness IV il-paragrafu 3 il-punt zc) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, ma jistax jitwettaq ħlief fil-limiti stabbiliti fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament u jekk din tisssodisfa l-preskrizzjonijiet li jidhru fl-Anness IX(a) ta’ dan ir-Regolament.”

2)

L-Anness IV qed jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

3)

It-test li qed jidher fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament hu mdaħħal bħala l-Anness Ixa.

Artikolu 2

Fl-Artikolu 14(1), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 884/2001, għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

iż-żieda ta’ dimethyl dicarbonate (DMDC) mal-inbejjed”

Artikolu 3

Din ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2006.

Mill-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2165/2005 (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 194, 31.7.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1163/2005 (ĠU L 188, 20.7.2005, p. 3).

(3)  ĠU L 128, 10.5.2001, p. 32. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 908/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 56).


ANNESS I

“ANNESS IV

Restrizzjonijiet dwar l-użu ta’ ċerti sustanzi

(L-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament)

Il-limiti massimi għall-użu tas-sustanzi msemmija fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, u fil-kundizzjonijiet imsemmija, huma li ġejjin:

Sustanzi

Użu għall-għeneb frisk, most tal-għeneb, most tal-għeneb fil-fermentazzjoni, most tal-għeneb fil-fermentazzjoni magħmul minn għeneb imqadded, most konċentrati tal-għeneb u nbid ġdid li jkun għadu fil-fermentazzjoni

Użu għall-most tal-għeneb li jkun parzjalment iffermentat użat għall-konsum dirett mill-bnedmin bħala tali, inbid addattat għall-produzzjoni tal-inbid tal-mejda, inbid tal-mejda, inbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid semi-frizzanti, inbid semi-frizzanti bil-gass, inbid likuruż u nbejjed ta’ kwalità psr

Tħejjija tal-qoxra taċ-ċellola tal-ħmira

40  g/hl

40  g/hl

Dijossidu tal-karbonju

 

il-kontenut massimu tal-inbid ittrattat b’dan il-mod: 2 g/l

Aċidu L-assorbiku

250  mg/l

250 mg/l; il-kontenut massimu tal-inbid ittrattat b’dan il-mod ma għandux ikun aktar minn 250 mg/l

Aċidu ċitriku

 

il-kontenut massimu tal-inbid ittrattat b’dan il-mod: 1 g/l

Aċidu metatartariku

 

100  mg/l

Sulfat tar-ram

 

1 g/hl bil-kundizzjoni li l-prodott ittrattat b’dan il-mod ma jkollux kontenut ta’ ram li jkun aktar minn 1 mg/l

Faħam għal użu oenoloġiku

100 g tal-prodott xott għal kull hl

100 g tal-prodott xott għal kull hl

Imluħa nutrittivi, dijammonju fosfat, jew ammonju sulfat

1 g/l (espress bħala melħ) (*)

0,3 g/l (espress bħala melħ), għat-tħejjija ta’ nbejjed frizzanti

Ammonju sulfit jew ammonju bisulfit

0,2 g/l (espress bħala melħ) (*)

 

Fatturi ta’ tkabbir: Tiamina fil-forma ta’ tiamina idroklorida

0,6 mg/l (espress bħala tiamina)

0,6 mg/l (espress bħala tiamina), għat-tħejjija ta’ nbejjed frizzanti

Polyvinylpolypyrrolidone

80  g/hl

80  g/hl

Tartrat tal-kalċju

 

200  g/hl

Fitjat tal-kalċju

 

8  g/hl

Lysozyme

500  mg/l (**)

500  mg/l (**)

Dimethyl dicarbonate

 

200 mg/l; residwi mhux traċċabbli fl-inbejjed imqiegħda fis-suq.


(*)  Dawn il-prodotti jistgħu jkunu wkoll użati flimkien mal-limitu globali ta’ 1 g/l, bla ħsara għal-limitu ta’ 0,2 g/l ikkwotat.

(**)  Meta ż-żieda titwettaq fil-most u fl-inbid, il-kwantità akkumulata ma tistax tkun aktar mil-limitu ta’ 500 mg/l.”


ANNESS II

“ANNESS IXa

Rekwiżiti għad-dimethyl dicarbonate

(L-Artikolu 15(a) ta’ dan ir-Regolament)

QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Id-dimethyl dicarbonate jista’ jiżdied mal-inbid bl-għan li ġej: li tiġi żgurata l-istabbilizzazzjoni mikrobijoloġika tal-inbid fil-flixkun li jkollu zokkor li jista’ jiffermenta.

REKWIŻITI

Iż-żieda għandha ssir biss ftit tal-ħin qabel it-tqegħid fil-flixken

It-trattament ma jistax japplika għall-inbejjed li għandhom kontenut ta’ zokkor li jkun ugwali jew aktar minn 5 g/l.

Id-doża massima ta’ użu hi stabbilita fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament u l-prodott ma jistax ikun traċċabbli fl-inbid li jitqiegħed fis-suq.

Il-prodott użat għandu jirrispetta l-kriterji ta’ purità stipulati fid-Direttiva 96/77/KE.

Dan it-trattament għandu jiġi rrekordjat fir-reġistru li għalih jirreferi l-Artikolu 70(2) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.”