29.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

182


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 247/2006

tat-30 ta' Jannar 2006

li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod ta' l-Unjoni

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 36, 37 u 299(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (3),

Billi:

(1)

Is-sitwazzjoni ġeografika partikolari tar-reġjuni l-aktar il-bogħod timponi spejjeż ta' trasport addizzjonali fil-provvista ta' prodotti li huma essenzjali għall-użu tal-bniedem, għall-ipproċessar jew bħala addizzjonijiet agrikoli. Aktar minn hekk, fatturi oġġettivi li jirriżultaw mill-insularità u d-distanza jimponu aktar rabtiet għall-kumpanniji u l-produtturi tar-reġjuni l-aktar il-bogħod li jolqtu l-attivitajiet tagħhom b'mod ferm negattiv. F'xi każi, l-operaturi u l-produtturi jbatu minn insularità doppja. Dawn in-nuqqasijiet jistgħu jitranġaw billi jitbaxxa l-prezz ta' dawn il-prodotti essenzjali. Għaldaqstant jaqbel li jiġu introdotti arranġamenti speċifiċi ta' provvista biex jiggarantixxu l-provvista lir-reġjuni l-aktar il-bogħod u jikkumpensaw għall-ispejjeż addizzjonali maħluqa mid-distanza, l-insularità u l-post imbiegħed.

(2)

Għaldaqstant, minkejja l-Artikolu 23 tat-Trattat, importazzjonijiet ta' ċerti prodotti agrikoli minn pajjiżi terzi għandhom ikunu eżenti mid-dazji applikabbli. Sabiex jiġu kkunsidrati l-oriġini u t-trattament doganali tagħhom kif miftiehma skond id-disposizzjonijiet tal-Komunità, prodotti li jkunu daħlu fit-territorju doganali tal-Komunità taħt arranġamenti ta' proċessar intern jew ta' ħażniet doganali għandhom ikunu meqjusa bħala importazzjonijiet diretti, għall-għan li jingħataw il-benefiċċji għall-arranġamenti speċifiċi ta' provvista.

(3)

Sabiex jintlaħaq l-objettiv li jitbaxxew il-prezzijiet fir-reġjuni l-aktar il-bogħod u jitnaqqsu l-ispejjeż żejda tad-distanza, l-insularità u l-post imbiegħed filwaqt li tinżamm il-kompetittività tal-prodotti tal-Komunità, għandha tingħata għajnuna għall-provvista ta' prodotti ta' oriġini Komunitarja lir-reġjuni l-aktar il-bogħod. Tali għajnuna għandha tikkunsidra l-ispiża addizzjoni tat-trasport lejn ir-reġjuni l-aktar il-bogħod u l-prezzijiet applikati għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi, u fil-każ ta' addizzjonijiet agrikoli u prodotti maħsuba għall-ipproċessar, l-ispejjeż addizzjonali minħabba l-insularità u l-post imbiegħed.

(4)

Peress li l-kwantitajiet koperti mill-arranġamenti speċifiċi ta' provvista huma limitati għall-bżonnijiet ta' provvista fir-reġjuni l-aktar il-bogħod, dawk l-arranġamenti ma jfixklux il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Lanqas m'għandhom il-vantaġġi ekonomiċi ta' l-arranġamenti speċifiċi ta' provvista joħolqu devjazzjonijiet tal-kummerċ fil-prodotti konċernati. Għaldaqstant id-dispaċċ jew l-esportazzjoni ta' dawk il-prodotti mir-reġjuni l-aktar il-bogħod għandhom ikunu projbiti. Madankollu, dispaċċ jew esportazzjoni ta' dawk il-prodotti għandhom ikunu awtorizzati fejn il-vantaġġ li jirriżulta mill-arranġamenti speċifiċi ta' provvista jkun rimborsat jew, fil-każ ta' prodotti proċessati, biex ikun possibbli kummerċ reġjonali jew kummerċ bejn iż-żewġ reġjuni Portugiżi l-aktar il-bogħod. Għandu jittieħed kont ukoll tal-flussi tradizzjonali ta' kummerċ mal-pajjiżi terzi fir-reġjuni l-aktar il-bogħod kollha, u l-esportazzjonijiet ta' prodotti proċessati li jikkorrispondu ma' esportazzjonijiet tradizzjonali għal dawk ir-reġjuni kollha għandhom għaldaqstant ikunu awtorizzati. Lanqas m'għandha din ir-restrizzjoni tapplika għad-dispaċċ tradizzjonali ta' prodotti proċessati. Għal raġunijiet ta' ċarezza, il-perijodu ta' referenza biex jiġu ddefiniti dawk il-kwantitajiet esportati jew mibgħuta għandu jkun speċifikat.

(5)

Madankollu, miżuri xierqa għandhom jittieħdu biex jiġi permess ir-ristrutturar meħtieġ tas-settur ta' proċessar taz-zokkor fl-Azores. Dawn il-miżuri għandhom jieħdu kont li sabiex is-settur taz-zokkar fl-Azores ikun vijabbli ċertu livell ta' produzzjoni u proċessar jeħtieġ li jiġi żgurat. Barra minn hekk, il-Portugall se jkollu l-mezzi taħt dan ir-Regolament biex jappoġġa l-produzzjoni lokali tal-pitravi taz-zokkor. Kontra dan l-isfond, dispaċċi ta' żokkor mill-Azores lejn il-bqija tal-Komunità għandhom jitħallew bħala eċċezzjoni jeċċedu l-flussi tradizzjonali għal perijodu limitat ta' erba' snin, soġġett għal limiti annwali mnaqqsa progressivament. Minħabba li l-kwantitajiet li jistgħu jkunu s-soġġett ta' dispaċċ mill-ġdid se jkun proporzjonali u llimitat safejn meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-produzzjoni u l-ipproċessar lokali taz-zokkor, id-dispaċċ temporanju ta' zokkor mill-Azores ma jaffetwax b'mod kuntrarju s-suq intern tal-Komunità.

(6)

Fil-każ taz-zokkor C biex jiġu fornuti l-Azores, Madeira u l-Gżejjer Kanarji, l-arranġamenti għall-eżenzjoni mid-dazji fuq id-dħul previsti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2177/92 tat-30 ta' Lulju 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti ta' provvista speċifiċi g]all-Azores, il-Madeira u l-Gżejjer Kanarji fir-rigward taz-zokkor (4) għandhom jibqgħu japplikaw għall-perijodu stabbilit mill-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fiz-zokkor (5)

(7)

S'issa l-Gżejjer Kanarji kienu fornuti, taħt arranġamenti speċifiċi ta' provvista, bi preparazzjonijiet ibbażati fuq il-ħalib li jaqgħu taħt il-kodiċi CN 1901 90 99 u CN 2106 90 92 maħsuba għall-ipproċessar industrijali. Provvista ta' dawk il-prodotti għandha titħalla titkompla għal perijodu transizzjonali, sakemm tinbena industrija lokali.

(8)

Sabiex jintlaħqu l-miri ta' l-arranġament speċifiċi ta' provvista, il-vantaġġi ekonomiċi ta' l-arranġamenti għandhom ikunu jaqblu ma' l-ispejjeż ta' produzzjoni u għandhom ibaxxu l-prezzijiet sa' l-istadju ta' l-utent aħħari. Għalhekk huma għandhom jingħataw biss bil-kondizzjoni li fil-fatt jibqgħu jgħaddu minn stadju għall-ieħor, u għandhom isiru l-kontrolli adegwati.

(9)

Il-politika tal-Komunità biex tgħin il-produzzjoni lokali fir-reġjuni l-aktar il-bogħod inkludiet diversi prodotti u miżuri għall-produzzjoni, it-tqegħid fuq is-suq u l-ipproċessar tagħhom. Dawn il-miżuri rriżultaw li huma effettivi u żguraw li l-agrikultura tkompli u tiżviluppa. Il-Komunità għandha tkompli tappoġġa dawn il-linji ta' produzzjoni, li huma fattur ewlieni fl-ekwilibriju ambjentali, soċjali u ekonomiku tar-reġjuni l-aktar il-bogħod. L-esperjenza wriet li, bħal fil-każ tal-politika dwar l-iżvilupp rurali, sħubija aktar mill-qrib ma' l-awtoritajiet lokali tista' tgħin biex jiġu indirizzati aktar direttament kwistjonijiet partikolari li jolqtu lir-reġjuni konċernati. Għalhekk għandu jitkompla l-appoġġ għall-produzzjoni lokali permezz ta' programmi ġenerali fl-aktar livell ġeografiku adegwat, li għandhom ikunu sottomessi mill-Membri Stati konċernati lill-Kummissjoni.

(10)

Bħala għajnuna biex il-miri ta' żvilupp ta' produzzjoni agrikola lokali u l-provvista ta' prodotti agrikoli jintlaħqu, il-livell ta' programmazzjoni tal-provvisti lir-reġjuni konċernati għandu jkun armonizzat u l-approċċ ta' sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandu jkun sistematiku. Għaldaqstant il-programm ta' provvista għandu jkun stabbilit mill-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri u jkun sottomess lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

(11)

Bdiewa fir-reġjuni l-aktar il-bogħod għandhom ikunu mħajra biex jipprovdu prodotti ta' kwalità u t-tqegħid fuq is-suq ta' dawn il-prodotti għandu jkun megħjun. L-użu tas-simbolu grafiku introdott mill-Komunità jista' jkun ta' għajnuna għal dak il-għan.

(12)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u li jemenda u jirrevoka xi Regolamenti (6) jiddefinixxi l-miżuri ta' żvilupp rurali eliġibbli għall-appoġġ tal-Komunità u l-kondizzjonijiet biex jinkiseb dak l-appoġġ. L-istrutturi ta' xi rziezet jew kumpanniji ta' proċessar u tqegħid fuq is-suq fir-reġjuni l-aktar il-bogħod għandhom nuqqasijiet serji u jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet speċifiċi. B'hekk għandha ssir disposizzjoni għall-possibilità ta' derogi għal ċerti tipi ta' investiment mid-disposizzjonijiet li jillimitaw l-għoti ta' xi għajnuna strutturali prevista fir-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

(13)

L-Artikolu 29(3) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jillimita l-għoti ta' appoġġ forestali għal foresti u boskijiet li huma ta' proprjetà ta' sidien privati, muniċipalitajiet u assoċjazzjonijiet tagħhom. Partijiet mill-foresti u l-boskijiet li jinsabu fir-reġjuni l-aktar il-bogħod huma ta' proprjetà ta' l-awtoritajiet pubbliċi aktar milli tal-muniċipalitajiet. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu msemmi għandhom isiru aktar flessibbli.

(14)

L-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u l-Anness tiegħu jiddeterminaw l-ammonti massimi kull sena eliġibbli għall-għajnuna agro-ambjentali tal-Komunità. Biex jittieħed kont tas-sitwazzjoni ambjentali speċifika ta' ċerti mergħat sensittivi ħafna fl-Azores u l-preservazzjoni tal-pajsaġġ u l-karatteristiċi tradizzjoni ta' l-art agrikola, b'mod partikolari ż-żoni ta' kultivazzjoni mtarrġa f'Madeira, għandha ssir disposizzjoni għall-possibbiltà, f'każ ta' ċerti miżuri speċifiċi, li dawk l-ammonti jiżdiedu sakemm jirduppjaw.

(15)

Tista' tingħata deroga mill-politika kostanti tal-Kummissjoni li ma tawtorizzax l-għajnuna ta' l-Istat operattiva għall-produzzjoni, proċessar u tqegħid fuq is-suq ta' prodotti agrikoli koperti mill-Anness I tat-Trattat sabiex jittaffew ir-restrizzjonijiet speċifiċi dwar il-biedja fir-reġjuni l-aktar il-bogħod bħala riżultat tad-distanza, l-insularità u l-post imbiegħed tagħhom, iż-żona żgħira, l-art muntanjuża u l-klima u d-dipendenza ekonomika fuq numru żgħir ta' prodotti.

(16)

Is-saħħa tal-pjanti ta' prodotti agrikoli fir-reġjuni l-aktar il-bogħod hi suġġetta għal problemi partikolari assoċjati mal-klima u l-inadegwatezza tal-miżuri ta' kontroll li s'issa ġew applikati hemm. Għalhekk għandhom ikunu implimentati programmi biex organiżmi li jagħmlu ħsara jiġu miġġielda, inkluż permezz ta' metodi organiċi. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lejn tali programmi għandha tkun speċifikata.

(17)

Il-manutenzjoni ta' għelieqi tad-dwieli, li huma l-aktar kultivazzjoni mxerrda fir-reġjuni ta' Madeira u l-Gżejjer Kanarji u waħda importanti ħafna għal Azores, hi imperattiv ekonimiku u ambjentali. Bħala għajnuna għall-produzzjoni, f'dawn ir-reġjuni m'għandhomx jiġu applikati la premji għall-abbandun u lanqas mekkaniżmi tas-suq, iżda madankollu, fil-Gżejjer Kanarji, għandu jkun possibbli li jiġu applikati miżuri ta' distillazzjoni tal-kriżi f'każ ta' disturbi fis-suq maħluqa minn problemi ta' kwalità. Bl-istess mod, diffikultajiet tekniċi u soċjo-ekonomiċi fixklu l-konverżjoni kompleta, fil-limiti taż-żmien stipulat, fiż-żoni fir-reġjun ta' Madeira u l-Azores ta' dwieli b'varjetajiet ibridi projbiti mill-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid. L-inbid prodott minn dawn l-għelieqi tad-dwieli hu maħsub biss għall-konsum lokali tradizzjonali. Aktar żmien se jippermetti lil dawn l-għelieqi tad-dwieli biex ikunu kkonvertiti filwaqt li jinżamm it-tessut ekonomiku reġjonali li hu marbut sew mal-vitikoltura. Kull sena l-Portugall għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-progress li sar fil-konverżjoni taż-żoni kkonċernati.

(18)

Ir-ristrutturazzjoni tas-settur tal-ħalib għadha mhix kompluta fl-Azores. B'konformità mad-dipendenza qawwija ta' l-Azores fuq il-produzzjoni tal-ħalib, flimkien ma' nuqqasijiet oħra marbuta mal-post imbiegħed li jinsabu fih u n-nuqqas ta' linji ta' produzzjoni alternattivi li jħallu qligħ, jeħtieġ li tiġi kkonfermata d-deroga minn xi disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi dazju fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (7), introdotta mill-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1453/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal xi prodotti agrikoli għall-Azores u Madeira u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1600/92 (Poseima) (8) u aġġornat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 (9) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1453/2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għall-Azores u Madeira u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1600/92 (Poseima) fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' dazju supplementari fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fl-Azores.

(19)

L-appoġġ għall-produzzjoni tal-ħalib tal-baqar f'Madeira ma rnexxilux iżomm bilanċ bejn il-provvista domestika u dik esterna, primarjament minħabba diffikultajiet strutturali serji li jolqtu s-settur u l-kapaċità fqira tiegħu li jadatta għal ambjenti ekonomiċi ġodda. Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni għall-produzzjoni ta' ħalib UHT magħmul minn trab tal-ħalib li joriġina mill-Komunità għandha titkompla, bl-għan li l-konsum lokali jiġi kopert aktar bis-sħiħ.

(20)

Il-bżonn li tinżamm produzzjoni lokali permezz ta' inċentivi tiġġustifika l-fatt li r-Regolament (KE) Nru 1788/2003 mhux qiegħed ikun applikat fid-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi u f'Madeira. Għal Madeira din l-eżenzjoni għandha tkun suġġetta għal limitu ta' 4,000 tunnellata, bi qbil mal-produzzjoni attwali għal 2,000 tunnellata u li tippermetti possibilità raġonevoli ta' żieda fil-produzzjoni, li bħalissa hi stimata ta' mhux aktar minn 2,000 tunnellata.

(21)

Attivitajiet tradizzjonali ta' trobbija tal-bhejjem għandhom ikunu appoġġati. Sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet ta' konsum lokali fid-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi u f'Madeira, l-importazzjonijiet mingħajr dazji minn pajjiżi terzi ta' bovini rġiel intenzjonati għas-simna għandhom ikunu awtorizzati taħt ċerti kondizzjonijiet u sa limitu massimu annwali. Il-possibbiltà miftuħa taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (10) biex tippermetti li jiġu trasferiti drittijiet għall-premji għall-baqar li jreddgħu mill-Portugall (kontinentali) għall-Azores għandha tkun imġedda u dan l-istrument għandu jkun adegwat b'konformità ma' l-arranġamenti ta' appoġġ ġodda għar-reġjuni l-aktar il-bogħod.

(22)

It-tkabbir tat-tabakk hu ta' importanza storika għall-Gżejjer Kanarji. F'termini ekonomiċi, il-preparazzjoni tat-tabakk tibqa' waħda mill-attivtajiet industrijali ewlenin fir-reġjun. F'termini soċjali, il-kultivazzjoni tat-tabakk tinvolvi ħafna ħaddiema u ssir minn agrikolturi zgħar. Madankollu, peress li l-ħaxixa ma tħallix biżżejjed qligħ, tinsab fil-periklu li tispiċċa. Bħalissa t-tabakk hu kkultivat biss f'żona żgħira fuq il-gżira ta' La Palma, għall-manifattura fuq skala żgħira tas-sigarri. Għaldaqstant Spanja għandha tkun awtorizzata biex tkompli tagħti l-għajnuna flimkien ma' l-għajnuna Komunitarja sabiex din il-ħaxixa tradizzjonali tista' tibqa' tinżamm bil-għan li tiġi appoġġata l-attività artiġġjanli marbuta magħha. Barra minn hekk, biex tinżamm il-manifattura ta' prodotti tat-tabakk, importazzjonijiet fil-Gżejjer Kanarji ta' tabakk mhux maħdum u tabakk semi-manifatturat għandhom jibqgħu jkunu eżenti mid-dazji, sa limitu massimu annwali ta' 20,000 tunnellata ta' ekwivalenti ta' tabakk mhux maħdum mingħajr zokk.

(23)

L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament m'għandiex tipperikola l-livell ta' appoġġ speċjali li s'issa bbenefikaw minnu r-reġjuni l-aktar il-bogħod. Għal din ir-raġuni, sabiex huma jkunu jistgħu jwettqu l-miżuri adegwati, l-Istati Membri għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom ammonti ekwivalenti għall-appoġġ diġà mogħti mill-Komunità taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal xi prodotti agrikoli għad-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi, li jemenda d-Direttiva 72/462/KEE u li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 525/77 u (KEE) Nru 3763/91 (Poseidom) (11), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1453/2001 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1454/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għall-Gżejjer Kanarji għal ċerti prodotti agrikoli u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1601/92 (Poseican) (12) u l-ammonti mogħtija lill-bdiewa stabbiliti f'dawk ir-reġjuni taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u tal-vitella (13), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2529/2001 tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż (14), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (15) u ammonti mogħtija għall-provvista tar-ross fid-dipartiment extra-Ewropew Franċiż ta' Réunion taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (16). Is-sistema ġdida għall-appoġġ tal-produzzjoni agrikola fir-reġjuni l-aktar il-bogħod stabbilita minn dan ir-Regolament għandha tkun koordinata bl-appoġġ għall-istess linji ta' produzzjoni li huma fis-seħħ fil-bqija tal-Komunità.

(24)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1452/2001, 1453/2001 u 1454/2001 għandhom ikunu rrevokati. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71, u (KE) Nru 2529/2001 ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2183/2005 (ĠU L 347, 30.12.2005, p. 56), u r-Regolament (KE) Nru 1785/2003 ukoll għandhom ikunu emendati biex jiżguraw koordinazzjoni ta' l-arranġamenti rispettivi.

(25)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (17).

(26)

Il-programmi previsti minn dan ir-Regolament għandhom jibdew japplikaw man-notifika ta' l-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni. Sabiex il-programmi jkunu jistgħu jibdew f'dik id-data, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri ta' tħejjija kollha bejn id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u dik ta' l-applikazzjoni tal-programmi.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU 1

SUĠĠETT

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri speċifiċi dwar l-agrikultura biex jiġu rimedjati diffikultajiet maħluqa mid-distanza, l-insularità, il-post imbiegħed, il-wiċċ ta' l-art żgħir, l-art, il-klima diffiċli u d-dipendenza minn numru limitat ta' prodotti tar-reġjuni ta' l-Unjoni msemmija fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat, minn issa l'quddiem “ir-reġjuni l-aktar il-bogħod”.

TITOLU II

ARRANĢAMENTI SPEČIFIČI TA' PROVVISTA

Artikolu 2

Stima tal-bilanċ tal-provvista

1.   Arranġamenti speċifiċi ta' provvista huma b'dan introdotti għall-prodotti agrikoli mniżżla fl-Anness I tat-Trattat li jistabbilixxi l-KE, li huma essenzjali, fir-reġjuni l-aktar il-bogħod, għall-konsum tal-bniedem, għall-manifattura ta' prodotti oħra jew bħala addizzjonijiet agrikoli

2.   Stima tal-bilanċ tal-provvista għandha titħejja b'dikjarazzjoni tal-kwantità tal-prodotti agrikoli msemmija fil-paragrafu 1 meħtieġa biex jintlaħqu l-ħtiġiet ta' provvista kull sena. Stima tal-bilanċ tal-provvista separata tista' titħejja għall-bżonnijiet tal-kumpanniji ta' l-ippakkjar u ta' l-ipproċessar ta' prodotti maħsuba għas-suq lokali, għal tqassim tradizzjonali fil-bqija tal-Komunità jew għal esportazzjoni bħala parti mill-kummerċ reġjonali jew flussi tradizzjonali tal-kummerċ.

Artikolu 3

Funzjonament ta' l-arranġamenti

1.   Fil-limitu tal-kwantitajiet determinati fl-istima tal-bilanċ tal-provvista, m'għandhomx japplikaw dazji għal importazzjonijiet diretti minn pajjiżi terzi fir-reġjuni l-aktar il-bogħod għall-prodotti koperti mill-arranġamenti speċifiċi ta' provvista.

Prodotti li jkunu daħlu fit-territorju doganali tal-Komunità taħt arranġamenti ta' proċessar intern jew ta' ħażna tad-dwana għandhom ikunu meqjusa bħala importazzjonijiet diretti minn pajjiżi terzi għall-għanijiet ta' dan it-Titolu.

2.   Biex jiġi żgurat li l-ħtiġiet stabbiliti b'konformità ma' l-Artikolu 2(2) f'termini ta' prezz u kwalità jinżammu, filwaqt li fl-istess ħin jinżamm is-sehem tal-Komunità fil-provvisti, għandha tingħata għajnuna għall-provvista fir-reġjuni l-aktar il-bogħod tal-Komunità ta' prodotti miżmuma f'maħżen ta' intervent pubbliku jew disponibbli fuq is-suq tal-Komunità.

Tali għajnuna għandha tkun iddeterminata għal kull tip ta' prodotti konċernat biex tikkunsidra l-ispiża addizzjonali tat-trasport lejn ir-reġjuni l-aktar il-bogħod u l-prezzijiet applikati għall-esportazzjonijiet lejn terzi pajjiżi, u fil-każ ta' prodotti maħsuba għall-ipproċessar u ta' addizzjonijiet agrikoli, l-ispejjeż addizzjonali minħabba l-insularità u l-post imbiegħed.

3.   Fl-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti speċifiċi ta' provvista, għandhom jitqiesu, b'mod partikolari, dawn li ġejjin:

(a)

il-bżonnijiet speċifiċi tar-reġjuni l-aktar il-bogħod u, fil-każ ta' prodotti maħsuba għall-ipproċessar u addizzjonijiet agrikoli, il-kondizzjonijiet ta' kwalità;

(b)

flussi ta' kummerċ mal-bqija tal-Komunità;

(ċ)

l-aspett ekonomiku ta' l-għajnuna proposta.

4.   Id-dritt għall-benefiċċju taħt l-arranġamenti speċifiċi ta' provvista għandu jkun suġġett għall-kondizzjoni li l-vantaġġ ekonomiku meħud jew mill-eżenzjoni tad-dazji jew mill-għajnuna jgħaddu realment għand l-utent aħħari.

Artikolu 4

Esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u dispaċċ lejn il-bqija tal-Komunità

1.   Prodotti koperti mill-arranġamenti speċifiċi ta' provvista jistgħu jkunu esportati lejn pajjiżi terzi jew mibgħuta lejn il-bqija tal-Komunità bil-kondizzjonijiet biss stabbiliti taħt il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

Dawk il-kondizzjonijiet għandhom jinkludu l-ħlas ta' dazji fuq il-prodotti msemmija fl-Artikolu 3(1) jew ir-rimbors ta' l-għajnuna riċevuta taħt l-arranġamenti speċifiċi ta' provvista għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 3(2).

Dawk il-kondizzjonijiet m'għandhomx japplikaw għall-flussi ta' kummerċ bejn id-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi.

2.   Ir-restrizzjoni prevista fil-paragrafu 1 m'għandiex tapplika għall-prodotti proċessati fir-reġjuni l-aktar il-bogħod minn prodotti li jkunu bbenefikaw minn arranġamenti speċifiċi ta' provvista li huma:

(a)

esportati lejn pajjiżi terzi jew mibgħuta lejn il-bqija tal-Komunità fil-limiti ta' l-esportazzjonijiet tradizzjonali u tad-dispaċċ tradizzjonali. Dawn il-kwantitajiet għandhom ikunu speċifikati mill-Kummissjoni b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26(2), abbażi ta' l-esportazzjonijiet jew dispaċċ medji matul is-snin 1989, 1990 u 1991;

(b)

esportati lejn pajjiżi terzi bħala parti mill-flussi reġjonali ta' kummerċ b'konformità mad-destinazzjonijiet u l-kondizzjonijiet speċifikati taħt il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2);

(ċ)

mibgħuta mill-Azores lejn Madeira jew viċi-versa;

(d)

mibgħuta mill-Madeira lill-Gżejjer Kanarji jew viċi-versa.

M'għandux jingħata rimbors ta' l-esportazzjoni għall-prodotti esportati b'dan il-mod.

3.   B'deroga mill-paragrafu 2(a), il-kwantitajiet massimi li ġejjin ta' zokkor (kodiċi CN 1701) jistgħu jiġu mibgħuta mill-Azores lill-bqija tal-Komunità għas-snin li ġejjin:

:

fl-2006

:

3 000 tunnellata metrika

:

fl-2007

:

2 285 tunnellata metrika

:

fl-2008

:

1 570 tunnellata metrika

:

fl-2009

:

855 tunnellata metrika

Artikolu 5

Zokkor

1.   Matul il-perijodu msemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001, zokkor C imsemmi fl-Artikolu 13 ta' dak ir-Regolament, esportat b'konformità mad-disposizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2670/81 ta’ l-14 ta’ Settembru 1981 li jippreskrivi regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni rigward il-produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota (18) u mdaħħal biex ikun ikkunsmat f'Madeira u fil-Gżejjer Kanarji fil-forma ta' zokkor abjad li jaqa' taħt il-kodiċi CN 1701 u li għandu jkun raffinat u kkunsmat fl-Azores fil-forma ta' zokkor mhux proċessat li jaqa' taħt il-kodiċi CN 1701 12 10, għandu jibbenefika, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, minn eżenzjoni tad-dazji fil-limiti ta' l-istima tal-bilanċ tal-provvista msemmija fl-Artikolu 2.

2.   Meta jiġu determinati l-ħtiġiet ta' zokkor mhux proċessat fl-Azores għandu jittieħed kont ta' l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali tal-pitravi. Il-kwantitajiet koperti mill-arranġamenti ta' provvista għandhom ikunu determinati sabiex jiġi żgurat li t-total tal-volum taz-zokkor proċessat fl-Azores ma jaqbiżx l-10,000 tunnellata kull sena.

Artikolu 6

Preparazzjonijiet abbażi tal-ħalib

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2, għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2006 u l-31 ta' Diċembru 2009, il-Gżejjer Kanarji jistgħu jibqgħu jirċievu provvisti ta' preparazzjonijiet abbażi tal-ħalib li jaqgħu taħt il-kodiċi CN 1901 90 99 u 2106 90 92 maħsuba għall-ipproċessar industrijali sa 800 tunnellata kull sena u 45 tunnellata kull sena rispettivament. Għajnuna mogħtija mill-Komunità għal provvisti ta' dawn iż-żewġ prodotti ma tistax teċċedi EUR 210 għal kull tunnellata u EUR 59 għal kull tunnellata rispettivament u għandha tkun inkluża fil-limitu stabbilit fl-Artikolu 23.

Artikolu 7

Importazzjonijiet ta' ross f'Réunion

M'għandhomx jitħallsu dazji fid-dipartiment extra-Ewropew Franċiż ta' Réunion fuq prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi CN 1006 10 u 1006 20 u 1006 40 00 importati għall-konsum hemm.

Artikolu 8

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan it-Titolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2). Tali regoli għandhom jiddefinixxu b'mod partikolari l-kondizzjonijiet li taħthom l-Istati Membri jistgħu jemendaw il-kwantitajiet tal-prodotti u r-riżorsi allokati kull sena għall-prodotti differenti eliġibbli taħt l-arranġamenti ta' provvista speċifiċi u, fejn hemm bżonn, jistabbilixxu sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni jew ċertifikati ta' konsenja.

TITOLU III

MIŽURI BIEX ISOSTNU L-PRODOTTI AGRIKOLI LOKALI

Artikolu 9

Programmi ta' appoġġ

1.   Programmi Komunitarji ta' appoġġ għar-reġjuni l-aktar il-bogħod għandhom jiġu stabbiliti u jinkludu miżuri speċifiċi biex jassistu linji lokali tal-produzzjoni agrikola skond it-termini tat-Titolu II tat-Tielet Parti tat-Trattat tal-KE.

2.   Programmi Komunitarji ta' appoġġ għandhom jiġu stabbiliti fuq il-livell ġeografiku li l-Istat Membru konċernat iqis bħala l-aktar adegwat. Huma għandhom jitħejjew mill-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istat Membru, li għandu jressaqhom quddiem il-Kummissjoni wara li l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet kompetenti jkunu ġew ikkonsultati fuq il-livell territorjali adegwat.

3.   Progamm Komunitarju ta' appoġġ wieħed biss għal kull reġjun l-iktar imbiegħed jista' jiġiimressaq.

Artikolu 10

Miżuri

Programmi Komunitarji ta' appoġġ għandhom jinkludu miżuri meħtieġa biex jiżguraw kontinwità u żvilupp tal-linji lokali ta' produzzjoni agrikola f'kull reġjun l-iktar imbiegħed.

Artikolu 11

Kompatibilità u konsistenza

1.   Miżuri meħuda taħt programmi ta' appoġġ għandhom ikunu konformi mal-liġi Komunitarja u jkunu konsistenti ma' politika oħra tal-Komunità u mal-miżuri meħuda taħt din il-politika.

2.   Konsistenza tal-miżuri meħuda taħt il-programmi ta' appoġġ b'miżuri implimentati taħt strumenti oħra tal-politika agrikola komuni, u b'mod partikolari fl-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq, l-iżvilupp rurali, il-kwalità tal-prodott, il-ħarsien ta' l-annimali u l-ħarsien ta' l-ambjent, trid tkun żgurata.

B'mod partikolari, l-ebda miżura taħt dan ir-Regolament m'għandha tkun iffinanzjata bħala:

(a)

appoġġ addizzjonali għal premium jew skemi ta' għajnuna taħt organizzazzjoni komuni tas-suq ħlief f'każi eċċezzjonali ġġustifikati minn kriterji oġġettivi;

(b)

appoġġ għal proġetti ta' riċerka, miżuri ta' appoġġ għal proġetti ta' riċerka u miżuri eliġibbli għall-finanzjament tal-Komunità taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE fuq in-nefqa fil-qasam veterinarju (19)

(ċ)

appoġġ għall-miżuri fit-termini tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru (20) dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD)

Artikolu 12

Kontenut tal-programmi Komunitarji ta' appoġġ

Programm Komunitarju ta' appoġġ għandu jinkludi:

(a)

deskrizzjoni kwantifikata tas-sitwazzjoni attwali tal-produzzjoni agrikola li tqis ir-riżultati tal-valutazzjonijiet disponibbli, li turi d-differenzi, in-nuqqasijiet u l-potenzjal għall-iżvilupp, ir-riżorsi finanzjarji użati u r-riżultati ewlenin ta' operazzjonijiet magħmula taħt ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nri 1452/2001, 1453/2001 u 1454/2001;

(b)

deskrizzjoni ta' l-istrateġija proposta, il-prioritajiet magħżula, l-objettivi kwantifikati tagħha u valutazzjoni li turi l-impatt ekonomiku, ambjentali u soċjali mistenni, inklużi l-effetti fuq l-impjiegi;

(ċ)

deskrizzjoni tal-miżuri maħsuba, u b'mod partikolari skemi ta' għajnuna għall-implimentazzjoni tal-programm, u, fejn adegwat, tagħrif dwar il-bżonnijiet għal xi studji, proġetti dimostrattivi, taħriġ jew operazzjonijiet ta' assistenza teknika marbuta mat-tħejjija, l-implimentazzjoni jew l-adozzjoni tal-miżuri konċernati;

(d)

skeda għall-implimentazzjoni tal-miżuri u tabella finanzjarja ġenerali indikattiva li turi r-riżorsi li għandhom jintużaw;

(e)

prova tal-kompatibilità u l-konsistenza bejn il-miżuri differenti taħt il-programmi u l-kriterji u l-indikaturi kwantitattivi li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni;

(f)

il-passi meħuda biex jiġi żgurat li l-programmi huma implimentati b'mod effettiv u adegwat, inklużi l-arranġamenti għall-pubbliċità, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, u sett speċifikat ta' indikaturi kwantifikati għall-użu fil-programm ta' evalwazzjoni u d-disposizzjonijiet għall-kontrolli u l-pieni;

(g)

il-ħatra ta' awtoritajiet u korpi kompetenti responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm u l-ħatra ta' awtoritajiet jew ta' korpi assoċjati u msieħba soċjo-ekonomiċi fil-livelli adegwati, u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet magħmula.

Artikolu 13

Is-sorveljanza

Il-proċeduri u l-indikaturi fiżiċi u finanzjarji biex jiġi żgurat monitoraġġ effettiv ta' l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Komunità għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26 (2).

TITOLU IV

MIŻURI TA’ AKKUMPANJAMENT

Artikolu 14

Simbolu grafiku

1.   Għandu jiġi introdott simbolu grafiku bil-għan li jiżgura aktar kuxjenza u konsum ta' prodotti agrikoli ta' kwalità, kemm naturali jew proċessati, speċifiċi għar-reġjuni l-aktar il-bogħod.

2.   Il-kondizzjonijiet għall-użu tas-simbolu grafiku previst fl-ewwel paragrafu għandu jkun propost mill-organizzazzjonijiet ta' kummerċ konċernati. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom iressqu tali proposti, bl-opinjoni tagħhom, lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

L-użu tas-simbolu għandu jkun monitorat minn awtorità uffiċċjali jew minn korp approvat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Artikolu 15

Żvilupp Rurali

1.   Minkejja l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, fil-każ tar-reġjuni l-aktar il-bogħod, il-valur totali ta' l-għajnuna għall-investimenti maħsuba b'mod partikolari biex tħeġġeġ id-diversifikazzjoni, ristrutturazzjoni jew bidla lejn agrikoltura sostenibbli f'kumpanniji agrikoli ta' qies ekonomiku żgħir, li għandu jkun definit fil-kumplimenti għall-programmazzjoni msemmija fl-Artikoli 18(3) u 19(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi disposizzjonijiet ġenerali dwar il-fondi strutturali (21), espress bħala perċentwal tal-volum ta' l-investimenti eliġibbli, m'għandux jeċċedi l-75 %.

2.   Minkejja l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, fil-każ tar-reġjuni l-aktar il-bogħod, il-valur totali ta' l-għajnuna għall-investimenti f'intrapriżi responsabbli mill-ipproċessar u t-tqegħid fuq is-suq ta' prodotti agrikoli li jikkonsistu l-aktar fi prodotti lokali f'setturi li għandhom ikunu definiti fil-kumplimenti għall-programmazzjoni msemmija fl-Artikoli 18(3) u 19(4) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, espress bħala perċentwal tal-volum ta' l-investimenti eliġibbli, m'għandux jeċċedi l-65 %. Il-valur totali ta' l-għajnuna għall-intrapriżi żgħar u medji, li altrimenti huma suġġetti għall-istess kondizzjonijiet, m'għandux jeċċedi l-75 %.

3.   Ir-restrizzjoni prevista fl-Artikolu 29(3) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 m'għandhiex tapplika għal foresti tropikali jew sub-tropikali jew boskijiet li jinsabu fit-territorju tad-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi, l-Azores u Madeira

4.   Minkejja l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, l-ammonti massimi kull sena eliġibbli għall-għajnuna Komunitarja, kif stabbiliti fl-Anness ta' dak ir-Regolament, jistgħu jiżdiedu sad-doppju fil-każ tal-miżura għall-ħarsien tal-lagi fl-Azores u l-miżura biex jiġu ppreservati l-pajsaġġ u l-karatteristiċi tradizzjonali ta' l-art agrikola, b'mod partikolari l-konservazzjoni tal-ħitan tal-ġebel li jirfdu l-għelieqi mtarrġa f'Madeira.

5.   Deskrizzjoni tal-miżuri pjanifikati taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu inklużi, fejn xieraq, fil-programmi għal dawn ir-reġjuni msemmija fl-Artikoli 18 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

Artikolu 16

Għajnuna mill-Istat

1.   Għall-prodotti agrikoli koperti mill-Anness I tat-Trattat, li għalihom japplikaw l-Artikoli 87, 88 u 89 tiegħu, il-Kummissjoni tista' tawtorizza għajnuna operattiva fis-setturi tal-manifattura, l-ipproċessar u t-tqegħid fuq is-suq ta' dawk il-prodotti, bil-għan li jittaffew ir-restrizzjonijiet speċifiċi fuq il-biedja fir-reġjuni l-aktar il-bogħod bħala riżultat tad-distanza, l-insularità u l-post imbiegħed.

2.   L-Istati Membri jistgħu joffru finanzjar addizzjonali għall-implimentazzjoni tal-programmi ta' appoġġ tal-Komunità msemmija fit-Titolu III. F'tali każi huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-għajnuna ta' l-istat u l-Kummissjoni għandha tapprovaha b'konformità mar-Regolament tagħha bħala parti minn dawn il-programmi. Tali għajnuna notifikata għandha titqies bħala li qiegħda tkun notifikata fit-termini ta' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

Artikolu 17

Programmi dwar is-saħħa tal-pjanti

1.   Franza u l-Portugall għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni programmi għall-kontroll ta' organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti fid-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi u fl-Azores u Madeira rispettivament. Il-programmi għandhom jispeċifikaw b'mod partikolari l-objettivi li għandhom jintlaħqu, il-miżuri li għandhom jitwettqu, it-tul ta' żmien u n-nefqa tagħhom. Il-programmi mressqa skond dan l-Artikolu m'għandhomx jikkonċernaw il-ħarsien tal-banana.

2.   Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-iffinanzjar tal-programmi previsti fl-ewwel paragrafu fuq il-bażi ta' analiżi teknika tas-sitwazzjonijiet reġjonali.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità prevista fil-paragrafu 2 u l-ammont ta' għajnuna għandhom ikunu deċiżi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(1) u (3). Il-miżuri eliġibbli għall-finanzjament tal-Komunità għandhom ikunu definiti b'konformità ma' l-istess proċedura.

Tali kontribuzzjoni tista' tkopri sa 60 % tan-nefqa eliġibbli fid-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi u sa 75 % tan-nefqa eliġibbli fl-Azores u Madeira. Il-ħlas għandu jsir abbażi ta' dokumentazzjoni provduta mill-awtoritajiet Franċiżi u Portugiżi. Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jiġu organizzati kontrolli mill-Kummissjoni li jsiru f'isimha minn esperti, kif imsemmi fl-Artikolu 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunita' ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunita' (22)

Artikolu 18

Inbid

1.   Il-Kapitolu II tat-Titolu II u l-Kapitoli I u II tat-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid (23) u l-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2000 tal-31 ta’ Mejju 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid f’dak li jirrigwarda l-potenzjal tal-produzzjoni (24) m'għandhomx japplikaw fl-Azores u f'Madeira.

2.   Minkejja l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, għeneb li ġej minn varjetajiet projbiti ta' dwieli ibridi ta' produtturi diretti (Noah, Othello, Isabelle, Jacquez, Clinton u Herbemont) maħsuda fl-Azores u f'Madeira jista' jintuża għall-produzzjoni ta' inbid li jrid jibqa' f'dawk ir-reġjuni.

Sal-31 ta' Diċembru 2013 il-Portugall għandu jkun elimina gradwalment l-għelieqi tad-dwieli miżrugħa b'varjetajiet projbiti ta' dwieli ibridi ta' produtturi diretti, bl-appoġġ, fejn xieraq, previst fil-Kapitolu III tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

Kull sena l-Portugall għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-progress li sar fil-konverżjoni u r-ristrutturazzjoni taż-żoni miżrugħa b'varjetajiet projbiti ta' dwieli ibridi ta' produtturi diretti.

3.   Il-Kapitolu II tat-Titolu II u t-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u l-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 m'għandhomx japplikaw għall-Gżejjer Kanarji, ħlief għad-distillazzjoni tal-kriżi msemmija fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, jekk ikun hemm disturb eċċezzjonali tas-suq maħluq minn problemi ta' kwalità.

Artikolu 19

Ħalib

1.   Mis-sena ta' marketing 1999/2000 'il quddiem, bil-għan li jinqasam id-dazju addizzjonali bejn il-produtturi imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003, huma biss il-produtturi fis-sens ta' l-Artikolu 5(c) ta' dak ir-Regolament, stabbiliti u li jipproduċu fl-Azores, li jqiegħdu fuq is-suq kwantitajiet li jeċċedu l-kwantità ta' referenza miżjuda bil-perċentwal imsemmi fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu li se jitqiesu bħala li jkunu kkontibwixxew għall-produzzjoni żejda.

Id-dazju addizzjonali għandu jitħallas fuq kwantitajiet li jaqbżu l-kwantità ta' referenza kif miżjuda mill-perċentwal hawn fuq imsemmi, wara allokazzjoni mill-ġdid tal-kwantitajiet mhux użati fil-marġinu li jirriżulta minn din iż-żieda fost il-produtturi kollha fis-sens ta' l-Artikolu 5(c) tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 stabbiliti u li jipproduċu fl-Azores, u bi proporzjoni mal-kwantità ta' referenza disponibbli għal kull produttur.

Il-perċentwal imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun daqs ir-ratio bejn il-kwantitajiet rispettivament ta' 73,000 tunnellata għas-snin tal-marketing 1999/2000 sa 2004/2005 u ta' 23,000 tunnellata mis-sena tal-marketing 2005/2006 u t-total tal-kwantitajiet ta' referenza disponibbli fuq kull azjenda fil-31 ta' Marzu 2000. Hu għandu japplika biss għall-kwantitajiet ta' referenza disponibbli fil-31 ta' Marzu 2000.

2.   Il-kwanitatijiet ta' ħalib jew ekwivalenti tal-ħalib imqiegħda fuq is-suq li jeċċedu l-kwantitajiet ta' referenza iżda li jaqblu mal-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 1, wara l-allokazzjoni mill-ġdid imsemmija fl-istess paragrafu, m'għandhomx jitqiesu waqt li tiġi stabbilita kwalunkw produzzjoni żejda mill-Portugall kif ikkalkulata b'konformità ma' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003.

3.   L-iskema ta' dazju addizzjonali applikabbli għall-produtturi tal-ħalib tal-baqar prevista fir-Regolament (KE) Nru 1788/2003 m'għandhiex tapplika għad-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi jew, fil-limitu tal-produzzjoni lokali ta' 4,000 tunnellata ħalib, f'Madeira.

4.   Minkejja l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/97 tat-18 ta’ Diċembru 1997 li jiddetta regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib għall-ħalib tax-xorb (25), il-produzzjoni f'Madeira ta' ħalib UHT magħmul minn trab tal-ħalib li joriġina mill-Komunità għandha tkun awtorizzata fil-limiti tal-ħtiġiet ta' konsum lokali, sakemm din il-miżura tiżgura li l-ħalib prodott lokalment jinġabar u jsib postijiet tal-bejgħ. Dan il-prodott għandu jintuża biss għall-konsum lokali.

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2). Ir-regoli dettaljati għandhom jiddeterminaw, b'mod partikolari, il-kwantità ta' ħalib frisk prodott lokalment li għandha tkun inkorporata f'ħalib UHT magħmul imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 20

Trobbija tal-bhejjem

1.   Sakemm il-kwantità lokali ta' bovini rġiel żgħar tilħaq livell suffiċjenti biex tiżgura l-manutenzjoni u l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali tal-laħam taċ-ċanga fid-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi u f'Madeira, għandha tiġi introdotta l-possibbiltà li jiġu importanti annimali bovini minn pajjiżi terzi, mingħajr l-applikazzjoni tad-dazji msemmija fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, għas-simna u l-konsum fid-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi u f'Madeira.

L-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 4(1) għandhom japplikaw għall-annimali li jikkwalifikaw għall-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

2.   Il-kwantità ta' annimali li jikkwalifikaw għall-eżenzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tkun determinata meta l-ħtieġa għall-importazzjoni hija ġġustifikata bil-konsiderazzjoni ta' l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali. Dawn il-kwantitajiet, u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inkluż b'mod partikolari t-tul minimu tal-perijodu tas-simna għandhom jiġu ffissati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2). Priorità għal tali annimali għandha tingħata għal produtturi li jżommu annimali għas-simna li minnhom mill-anqas 50 % huma ta' oriġini lokali.

3.   Fejn l-Artikolu 67 u l-Artikolu 68(2)(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma applikati, il-Portugall jista' jnaqqas il-limitu nazzjonali għall-ħlas tad-drittijiet tal-premium ta' nagħaġ u mogħoż u ta' baqar li jreddgħu. F'tali każ, b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2), l-ammont korrispondenti għandu jkun trasferit mil-limiti stabbiliti taħt id-disposizzjonijiet hawn fuq imsemmija għar-riżorsi finanzjarji msemmija fit-tieni inċiż fl-Artikolu 23(2).

Artikolu 21

Għajnuna statali għall-produzzjoni tat-tabakk

Permezz ta' dan Spanja hi awtorizzata tagħti għajnuna għall-produzzjoni tat-tabakk fil-Gżejjer Kanarji b'żieda mal-premium previst fit-Titolu I tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk (26). L-għoti ta' din l-għajnuna ma jistax jirriżulta f'diskriminazzjoni bejn il-produtturi fil-gżejjer.

L-ammont ta' għajnuna ma jistax jeċċedi EUR 2 980,62 għal kull tunnellata. L-għajnuna addizzjonali għandha titħallas għal massimu ta' 10 tunnellati kull sena.

Artikolu 22

Eżenzjoni mid-dazju għat-tabakk

1.   L-ebda dazju m'għandu jiġi applikat għal importazzjonijiet diretti fil-Gżejjer Kanarji ta' tabakk mhux maħdum u semi-maħdum li jaqa', rispettivament, taħt:

(a)

Kodiċi CN 2401, u

(b)

s-subtitoli li ġejjin:

2401 10 Tabakk, mhux maħdum/mingħajr zokk

2401 20 Tabakk, totalment jew parzjalment mhux maħdum/mingħajr zokk,

ex 2401 20 Qxur ta' barra għas-sigarri ppreżentati fuq appoġġi f'rukkelli għall-manifattura tat-tabakk,

2401 30 skart tat-Tabakk,

ex 2402 10 Sigarri mhux kompluti mingħajr kisja,

ex 2403 10 Biċċiet ta' tabakk (taħlit finalizzat ta' tabakk għall-manifattura ta' sigaretti, sigarri, sigarri ħoxnin miftuħin miż-żewġt'itruf u sigarri żgħar),

ex 2403 91 Tabakk omoġenizzat jew rikostitwit, kemm jekk imqiegħed f'forma ta' folja jew fi strixxi kif ukoll jekk le,

ex 2403 99 Tabakk imwessa'.

L-eżenzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika għall-prodotti maħsuba għall-manifattura lokali ta' prodotti tat-tabakk, sa limitu annwali ta' importazzjoni ta' 20,000 tunnellata ta' l-ekwivalenti ta' tabakk mhux maħdum mingħajr zokk.

2.   Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

TITOLU V

DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 23

Riżorsi finanzjarji

1.   Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, ħlief għall-Artikolu 15, għandhom jikkostitwixxu intervent maħsub biex jistabbilizza s-swieq agrikoli fis-sens ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (27)  (28) għall-perijodu sal-31 ta' Diċembru 2006. B'effett mill-1 ta' Jannar 2007 l-istess miżuri għandhom jikkostitwixxu intervent biex jirregolaw is-swieq fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni.

2.   Il-Komunità għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fit-Titoli II u III ta' dan ir-Regolament sa massimu annwali kif ġej:

:

Dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi

:

EUR 84,7 miljun,

:

Azores u Madeira

:

EUR 77,3 miljun,

:

Gżejjer Kanarji

:

EUR 127,3 miljun.

3.   L-ammonti allokati annwalment għall-programmi previsti fit-Titolu II ma jistgħux jeċċedu:

:

Dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi

:

EUR 20,7 miljun,

:

Azores u Madeira

:

EUR 17,7 miljun,

:

Gżejjer Kanarji

:

EUR 72,7 miljun.

4.   Għall-2006, l-ammont annwali msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu mnaqqsa mill-ammonti ta' kwalunkwe infiq magħmul taħt il-miżuri implimentati skond ir-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 29.

TITOLU VI

DISPOSIZZJONIJIET ĢENERALI U FINALI

Artikolu 24

1.   L-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni abbozz ta' programm ġenerali fil-qafas ta' l-allokazzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 23(2) u (3) mhux aktar tard minn xaharejn wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-iktar tard.

L-abbozz ta' programm għandu jinkludi abbozz ta' stima tal-bilanċ tal-provvista msemmija fl-Artikolu 2(2) li jindika l-prodotti, il-kwantitajiet tagħhom u l-ammont ta' għajnuna għall-provvista mill-Komunità flimkien ma' abbozz ta' programm ta' appoġġ għall-produzzjoni lokali msemmi fl-Artikolu 9(1).

2.   Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-programmi ġenerali proposti u tiddeċiedi dwar l-approvazzjoni tagħhom fi żmien erba' xhur mid-data li jkunu tressqu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

3.   Kull programm ġenerali għandu japplika mid-data tan-notifika tal-Kummissjoni ta' l-approvazzjoni tagħha mill-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 25

Regoli ta' Implimentazzjoni

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26 (2). Huma għandhom jinkludu b’mod partikolari:

il-kondizzjonijiet li taħthom l-Istati Membri jistgħu jemendaw il-kwantitajiet u l-livelli ta' għajnuna għall-provvista u l-miżuri ta' appoġġ jew l-allokazzjoni tar-riżorsi allokati biex isostnu l-produzzjoni lokali,

id-disposizzjonijiet marbuta ma' l-ispeċifikazzjonijiet minimi tal-kontrolli u l-pieni li l-Istati Membri għandhom japplikaw,

l-iffissar ta' miżuri u ammonti eliġibbli, taħt l-Artikolu 23(1), għall-istudji, il-proġetti dimostrattivi, it-taħriġ jew l-operazzjonijiet ta' assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 12(ċ), u perċentwali massima għall-finanzjament ta' dawn il-miżuri, ikkalkolati mill-ammont totali ta' kull programm.

Artikolu 26

Kumitat ta' Tmexxija

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta' Tmexxija dwar il-Ħlasijiet Diretti stabbilit mill-Artikolu 144 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ħlief għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament, li għalih għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar l-Istrutturi Agrikoli u l-Iżvilupp Rurali stabbilit mill-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, u għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament, li għalih għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti stabbilit mid-Deċiżjoni 76/894/KEE (29).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun tliet xhur.

Artikolu 27

Miżuri nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw konformità ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward ta' kontrolli u sanzjonijiet amministrattivi, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

Artikolu 28

Komunikazzjonijiet u rapporti

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull sena mhux aktar tard mill-15 ta' Frar kull sena dwar l-approprazzjonijiet li jkunu saru disponibbli għalihom li huma fi ħsiebhom jonfqu matul is-sena ta' wara fuq l-implimentazzjoni tal-programmi koperti minn dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni, mhux aktar tard mit-31 ta' Lulju kull sena, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament fuq is-sena ta' qabel.

3.   Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009, u sussegwentement għal ħames snin, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ġenerali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li juri l-impatt ta' l-azzjoni meħuda taħt dan ir-Regolament, flimkien ma' proposti adegwati, fejn applikabbli.

Artikolu 29

Revoki

Ir-Regolamenti (KE) Nri 1452/2001, 1453/2001 u 1454/2001 huma b'dan irrevokati.

Referenzi għar-Regolamenti revokati għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness I.

Artikolu 30

Miżuri transizzjonali

Taħt il-proċedura prevista fl-Artikolu 26(2), il-Kummissjoni tista' tadotta l-miżuri transizzjonali neċessarji biex tiżgura transizzjoni bla xkiel bejn l-arranġamenti fis-seħħ fl-2005 u l-miżuri introdotti minn dan ir-Regolament.

Artikolu 31

Emenda għar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003

Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 70 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1(b) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

il-ħlasijiet diretti l-oħra kollha mniżżla fl-Anness VI mogħtija lill-bdiewa matul il-perijodu ta' referenza fid-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi, fl-Azores u f'Madeira, fil-Gżejjer Kanarji u fil-Gżejjer ta' l-Eġew u l-ħlasijiet diretti mogħtija matul il-perijodu ta' referenza taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93.”

;

(a)

il-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93, l-Istati Membri għandhom joffru l-ħlasijiet diretti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sal-limiti stipulati b'konformità ma' l-Artikolu 64(2) ta' dan ir-Regolament, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu IV, Kapitoli 3,6 u minn 7 sa 13, ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93 rispettivament.”

;

2.

l-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 71(2) għandu jiġi sostiwit b’dan li ġej:

“2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 70(2) ta' dan ir-Regolament, matul il-perijodu transizzjonali l-Istat Membru konċernat għandu jħallas kull wieħed mill-ħlasijiet diretti msemmija fl-Anness VI taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu IV, Kapitoli 3,6 u minn 7 sa 13, ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93 rispettivament, sal-limiti baġitarji li jikkorrispondu għall-komponent ta' dawn il-ħlasijiet diretti fil-limitu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 41 ta' dan ir-Regolament, stabbilit b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) ta' dan ir-Regolament.”

;

3.

L-Annessi I u VI għandhom ikunu emendati kif stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 32

Emenda għar-Regolament (KE) Nru. 1785/2003

Ir-Regolament (KE) Nru 1785/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 5 għandu jiġi mħassar;

2.

L-Artikolu 11(3) għandu jiġi mħassar.

Artikolu 33

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Madankollu, għandu japplika għal kull Stat Membru kkonċernat mid-data li fiha l-Kummissjoni tinnotifika l-approvazzjoni tagħha tal-programm ġenerali msemmi fl-Artikolu 24(1), ħlief fir-rigward ta' l-Artikoli 24, 25, 26, 27 u 30, li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu u l-Artikolu 4(3), li għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-30 ta' Jannar 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

U. PLASSNIK


(1)  Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Ara nota Nru 1 f"qiegħ il-paġna.

(3)  ĠU C 231, 20.9.2005, p. 75.

(4)  ĠU L 217, 31.7.1992, p. 71. Regolament imħassar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 21/2002 (ĠU L 8, 11.1.2002, p. 15).

(5)  ĠU L 178, 30.6.2001, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 39/2004 (ĠU L 6, 10.1.2004, p. 16).

(6)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2223/2004 (ĠU L 379, 24.12.2004, p. 1).

(7)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 123. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 2217/2004 (ĠU L 375, 23.12.2004, p. 1).

(8)  ĠU L 198, 21.7.2001, p. 26. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1690/2004 (ĠU L 305, 1.10.2004, p. 1).

(9)  ĠU L 8, 14.1.2004, p. 1.

(10)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2183/2005 (ĠU L 347, 30.12.2005, p. 56).

(11)  ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 11. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1690/2004 (ĠU L 305, 1.10.2004, p. 1).

(12)  ĠU L 198, 21.7.2001, p. 45. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1690/2004.

(13)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005. (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(14)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 3. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005.

(15)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005. (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(16)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96.

(17)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(18)  ĠU L 262, 16.9.1981, p. 14. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 95/2002 (ĠU L 17, 19.1.2002, p. 37).

(19)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(20)  ĠU L 277, 21.10.2005, p 1.

(21)  ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 173/2005 (ĠU L 29, 2.2.2005, p. 3).

(22)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/77/KE (ĠU L 296, 12.11.2005, p. 17).

(23)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.

(24)  ĠU L 143, 16.6.2000, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2005 (ĠU L 199, 29.7.2005, p. 32).

(25)  ĠU L 351, 23.12.1997, p. 13. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1602/1999 (ĠU L 189, 22.7.1999, p. 43).

(26)  ĠU L 215, 30.7.1992, p. 70. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 41679/2005 (ĠU L 271, 15.10.2005, p. 1).

(27)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103.

(28)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(29)  ĠU L 340, 9.12.1976, p. 25.


ANNESS I

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 1452/2001

Regolament (KE) Nru 1453/2001

Regolament (KE) Nru 1454/2001

Regolament (KE) Nru 1785/2003

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 1

 

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 2

 

Artikolu 2

Artikolu 3(1) sa (4)

Artikolu 3(1) sa (4)

Artikolu 3(1) sa (4)

 

Artikolu 3

Artikolu 3 (5)

Artikolu 3 (5)

Artikolu 3 (5)

 

Artikolu 4

 

it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 3(6)

 

 

Artikolu 5

 

 

 

Artikolu 11 (3)

Artikolu 7

l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' l-Artikolu 3(6)

l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' l-Artikolu 3(6)

l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' l-Artikolu 3(6)

 

Artikolu 8

Artikolu 5

 

 

 

Artikolu 6

 

 

 

Artikolu 8

 

 

 

Artikolu 9

 

 

 

Artikolu 11

 

 

 

Artikolu 12

 

 

 

Artikolu 13

 

 

 

Artikolu 14

 

 

 

Artikolu 15

 

 

 

Artikolu 16

 

 

 

Artikolu 17

 

 

 

Artikolu 18

 

 

 

 

Artikolu 5

 

 

 

Artikolu 6

 

 

 

Artikolu 7

 

 

 

Artikolu 9

 

 

Artikolu 19

Artikolu 11

Artikolu 18

 

Artikolu 14

 

Artikolu 13

 

 

 

Artikolu 14

 

 

 

Artikolu 15

 

 

 

Artikolu 16

 

 

 

Artikolu 17

 

 

 

Artikolu 18

 

 

 

Artikolu 19

 

 

 

Artikolu 20

 

 

 

Artikolu 22 (1) (2), l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 3, paragrafu 4 u paragrafu 5

 

 

 

Artikolu 24

 

 

 

Artikolu 25

 

 

 

Artikolu 26

 

 

 

Artikolu 27

 

 

 

Artikolu 28

 

 

 

Artikolu 30

 

 

 

 

Artikolu 4

 

 

 

Artikolu 5

 

 

 

Artikolu 7

 

 

 

Artikolu 8

 

 

 

Artikolu 9

 

 

 

Artikolu 10

 

 

 

Artikolu 11

 

 

 

Artikolu 13

 

 

 

Artikolu 14

 

 

 

Artikolu 17

 

 

Artikolu 31

 

 

Artikolu 21 (1) u (2)

Artikolu 33 (1) u (2)

Artikolu 19 (1) u (2)

 

Artikolu 15 (1) u (2)

Artikolu 21 (3)

Artikolu 33 (3)

 

 

Artikolu 15 (3)

 

Artikolu 33 (5)

 

 

Artikolu 15 (4)

Artikolu 21 (5)

Artikolu 33 (6)

Artikolu 19 (4)

 

Artikolu 15 (5)

Artikolu 24

Artikolu 36

Artikolu 22

 

Artikolu 16 (1)

 

 

 

 

Artikolu 16 (2)

Artikolu 20

Artikolu 32

 

 

Artikolu 17

 

Artikolu 8

 

 

Artikolu 18 (1)

 

Artikolu 10

 

 

Artikolu 18 (2)

 

 

Artikolu 12

 

Artikolu 18 (3)

 

Artikolu 23

 

 

Artikolu 19 (1) u (2)

Artikolu 10 (2)

Artikolu 15 (3)

 

 

Artikolu 19 (3)

 

Artikolu 15 (4)

 

 

Artikolu 19 (4)

Artikolu 7

Artikolu 12

 

 

Artikolu 20 (1) u (2)

 

it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 22(3)

 

 

Artikolu 20 (3)

 

 

Artikolu 15

 

Artikolu 21

 

 

Artikolu 16

 

Artikolu 22

Artikolu 25

Artikolu 37

Artikolu 23

 

Artikolu 23 (1)

 

 

 

 

Artikolu 23 (2), (3) u (4)

Artikolu 22

Artikolu 34

Artikolu 20

 

Artikolu 25

Artikolu 23

Artikolu 35

Artikolu 21

 

Artikolu 26

Artikolu 26

Artikolu 38

Artikolu 24

 

Artikolu 27

Artikolu 27

Artikolu 39

Artikolu 25

 

Artikolu 28

 

 

 

 

Artikolu 29

 

 

 

 

Artikolu 31

 

 

 

 

Artikolu 32

Artikolu 29

Artikolu 41

Artikolu 27

 

Artikolu 33


ANNESS II

L-Annessi I u VI għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma emendati kif ġej:

1)

L-Anness I għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS I

Lista ta' skemi ta' appoġġ li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1

Settur

Bażi legali

Rimarki

Ħlas uniku

Titolu III ta' dan ir-Regolament

Ħlas separat (ara l-Anness VI) (**)

Ħlas uniku għal kull żona

Titolu IVa, Artikolu 143b ta’ dan ir-Regolament

Ħlas separat li jissostitwixxi l-ħlasijiet diretti imsemmija f’dan l-Anness

Qamħ durum

Titolu IV, Kapitolu 1 ta' dan ir-Regolament

Ħlas għal kull żona (premium ta' kwalità)

Ħxejjex li fihom il-proteini

Titolu IV, Kapitolu 2 ta' dan ir-Regolament

Ħlas għal kull żona

Ross

Titolu IV, Kapitolu 3 ta' dan ir-Regolament

Ħlas għal kull żona

Ġewż

Titolu IV, Kapitolu 4 ta' dan ir-Regolament

Ħlas għal kull żona

Ħxejjex li jagħtu l-enerġija

Titolu IV, Kapitolu 5 ta' dan ir-Regolament

Ħlas għal kull żona

Lamtu tal-patata

Titolu IV, Kapitolu 6 ta' dan ir-Regolament

Għajnuna għall-produzzjoni

Ħalib u Prodotti tal-ħalib

Titolu IV, Kapitolu 7 ta' dan ir-Regolament

Premium għall-prodotti tal-ħalib u ħlas addizzjonali

Uċuħ tar-raba' maħruta fil-Finlandja u f'ċerti reġjuni ta' l-Isvezja

Titolu IV, Kapitolu 8 ta' dan ir-Regolament (****)  (*****)

Għajnuna reġjonali speċjali għal uċuħ tar-raba' maħruta

Żrieragħ

Titolu IV, Kapitolu 9 ta' dan ir-Regolament (****)  (*****)

Għajnuna għall-produzzjoni

Uċuħ tar-raba' maħruta

Titolu IV, Kapitolu 10 ta' dan ir-Regolament (***)  (*****)

Ħlas għal kull żona, inkluż ħlas għaż-żoni li m'għadhomx jintużaw għall-produzzjoni, ħlas ta' għalf magħmul minn ħaxix ħażin, ammonti supplementari (****), kif ukoll is-suppliment għall-qamħ durum u għajnuna speċjali

Laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż

Titolu IV, Kapitolu 11 ta' dan ir-Regolament (***)  (*****)

Premium għan-nagħaġ u għall-mogħoż, premium supplementari u ċerti ħlasijiet addizzjonali

Ċanga u vitella

Titolu IV, Kapitolu 12 ta' dan ir-Regolament (*****)

Premium speċjali (***), premium għad-destaġunalizzazzjoni, premium għall-baqar li jreddgħu (inkluż meta mħallas għall-għoġġiela u inkluż il-premium addizzjonali nazzjonali għall-baqar li jreddgħu meta ffinanzjat parzjalment) (***), premium għat-tbiċċir (***), estensjoni tal-ħlas, ħlasijiet addizzjonali

Legumi taż-żerriegħa

Titolu IV, Kapitolu 13 ta' dan ir-Regolament (*****)

Ħlas għal kull żona

Tipi speċifiċi ta' biedja u produzzjoni ta' kwalità

Artikolu 69 ta’ dan ir-Regolament (****)

 

Għalf imnixxef

Artikolu 71 it-tieni subparagrafu ta’ dan ir-Regolament (*****)

 

Skema għall-bdiewa ż-żgħar

Artikolu 2a

tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999

Għajnuna taż-żona transizzjonali għal bdiewa li jirċievu anqas minn EUR 1 250

Żejt taż-żebbuġa

Titolu IV, Kapitolu 10b, ta' dan ir-Regolament

Ħlas għal kull żona

Dud tal-ħarir

Artikolu 1

tar-Regolament (KEE) Nru 845/72

Għajnuna biex titħeġġeġ it-trobbija

Banana

Artikolu 12

tar-Regolament (KEE) Nru 404/93

Għajnuna għall-produzzjoni

Għeneb imnixxef

Artikolu 7(1)

tar-Regolament (KE) Nru 2201/96.

Ħlas għal kull żona

Tabakk

Titolu IV, Kapitolu 10c, ta' dan ir-Regolament

Għajnuna għall-produzzjoni

Ħops

Titolu IV, Kapitolu 10d ta' dan ir-Regolament (***)  (*****)

Ħlas għal kull żona

Posei

Titolu III tar-Regolament Nru 247/2006 (******)

Ħlasijiet diretti fis-sens ta' l-Artikolu 2, taħt il-miżuri stabbiliti fil-programmi

Gżejjer ta' l-Eġew

Artikoli 6 (****)  (*****), 8, 11 u 12

tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93

Setturi: ċanga u vitella; patata; żebbuġ; għasel

Qoton

Titolu IV, Kapitolu 10a, ta' dan ir-Regolament

Ħlas għal kull żona

2)

L-Anness VI għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“ANNESS VI

Lista ta' ħlasijiet diretti marbuta mal-ħlas uniku msemmi fl-Artikolu 33

Settur

Bażi legali

Rimarki

Uċuħ tar-raba' maħruta

Artikoli 2, 4 u 5

tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999

Ħlas għal kull żona, inkluż ħlas għaż-żoni li m'għadhomx jintużaw għall-produzzjoni, ħlas ta' għalf magħmul minn ħaxix ħażin, ammonti supplementari (*******), suppliment għall-qamħ durum u għajnuna speċjali

Lamtu tal-patata

Artikolu 8(2)

tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92

Ħlas għall-bdiewa li jipproduċu patata għall-manifattura ta' lamtu tal-patata

Legumi taż-żerriegħa

Artikolu 1

tar-Regolament (KE) Nru 1577/96

Ħlas għal kull żona

Ross

Artikolu 6

tar-Regolament (KE) Nru 3072/95

Ħlas għal kull żona

Żrieragħ (*******)

Artikolu 3

tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71

Għajnuna għall-produzzjoni

Ċanga u vitella

Artikoli 4, 5, 6, 10, 11, 13 u 14

tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999

Premium speċjali, premium għad-destaġunalizzazzjoni, premium għall-baqar li jreddgħu (inkluż meta mħallas għall-għoġġiela u inkluż il-premium addizzjonali nazzjonali għall-baqar li jreddgħu meta ffinanzjat parzjalment), premium għat-tbiċċir, estensjoni tal-ħlas, ħlasijiet addizzjonali

Ħalib u Prodotti tal-ħalib

Titolu IV, Kapitolu 7 ta' dan ir-Regolament

Premium għall-prodotti tal-ħalib u ħlas addizzjonali (********)

Laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż

Artikolu 5

Regolament (KE) Nru 2467/98

Artikolu 1

Regolament (KEE) Nru 1323/90

Artikoli 4, 5 u 11(1) u (2), l-ewwel, it-tieni u r-raba' inċiżi

Regolament (KE) Nru 2529/2001

Premium għan-nagħaġ u għall-mogħoż, premium supplementari u ċerti ħlasijiet addizzjonali

Gżejjer ta' l-Eġew (*******)

Artikolu 6(2) u (3)

tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93

Setturi: ċanga u vitella

Għalf imnixxef

Artikolu 3

tar-Regolament (KE) Nru 603/95

Ħlas għall-prodotti proċessati (kif applikat skond l-Anness VII punt D ta' dan ir-Regolament)

Qoton

Paragrafu 3 tal-Protokoll Nru 4 dwar il-Qoton anness ma' l-Att ta' Sħubija tal-Greċja

Appoġġ taħt forma ta' ħlas għal qoton mhux imfesdaq

Żejt taż-żebbuġa

Artikolu 5 tar-Regolament Nru 136/66/KEE

Għajnuna għall-produzzjoni

Tabakk

Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2075/92/KEE

Għajnuna għall-produzzjoni

Ħops

Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71

Ħlas għal kull żona

Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1098/98

Għajnuna għal waqfien temporanju


(*)  Bi tnedija fl-1 ta' Jannar 2005 jew aktar tard fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 71. Għall-2004, jew aktar tard fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 71, il-ħlasijiet diretti mniżżla fl-Anness VI huma inklużi fl-Anness I ħlief għall-għalf imnixxef.

(**)  Fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 70.

(***)  Fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 66, 67, 68 jew 68a.

(****)  Fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 69.

(*****)  Fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 71.

(******)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1.”

(*******)  Ħlief fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 70.

(********)  Bi tnedija fl-2007, ħlief fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 62.”