31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

933


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/110/KE

ta' l-20 ta’ Novembru 2006

li tadatta d-Direttivi 95/57/KE u 2001/109/KE fil-qasam ta' l-istatistika, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 56 ta' l-Att ta' Adeżjoni, fejn l-atti ta' l-istituzzjonijiet jibqgħu validi wara l-1 ta' Jannar 2007 u jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa mhumiex previsti fl-Att ta' Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, l-atti meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx adottat l-att oriġinali.

(2)

L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet it-Trattat ta' Adeżjoni indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lil-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni, ikkompletati u aġġornati kif meħtieġ bix jittieħed kont ta' l-evoluzzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni.

(3)

Id-Direttivi 95/57/KE (2) u 2001/109/KE (3) għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttivi 95/57/KE u 2001/109/KE għandhom jiġu emendati kif stipulat fl-Anness.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mid-data ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew tali riferenza għandha takkumpanjahom meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ soġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


(1)  ĠU L 157, 21.6.2005, p. 11.

(2)  ĠU L 291, 6.12.1995, p. 32.

(3)  ĠU L 13, 16.1.2002, p. 21.


ANNESS

STATISTIKA

1.

31995 L 0057: Id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE tat-23 ta’ Novembru 1995 dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika fil-qasam tat-turiżmu (ĠU L 291, 6.12.1995, p. 32), kif emendata bi:

12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33),

32003 R 1882: Ir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29.9.2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1),

32004 D 0883: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/883/KE ta' l-10.12.2004 (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 69).

Fl-Anness, it-taqsima intitolata “Tqassim skond iż-żoni ġeografiċi” qed tiġi mibdula b’dan li ġej:

“TQASSIM SKOND IŻ-ŻONI ĠEOGRAFIĊI

1.   Statistika tan-naħa tal-forniment

Total dinji

Total taż-Żona Ekonomika Ewropea

Total ta' l-Unjoni Ewropea (27)

Il-Belgju

Il-Bulgarija

Ir-Repubblika Ċeka

Id-Danimarka

Il-Ġermanja

L-Estonja

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Irlanda

L-Italja

Ċipru

Il-Latvja

Il-Litwanja

Il-Lussemburgu

L-Ungerija

Malta

L-Olanda

L-Awstrija

Il-Polonja

Il-Portugall

Ir-Rumanija

Is-Slovenja

Is-Slovakkja

Il-Finlandja

L-Isvezja

Ir-Renju Unit

Total ta' l-EFTA

L-Islanda

In-Norveġja

L-Isvizzera (inkl. il-Liechtenstein)

Total ta' pajjiżi Ewropej oħra

li minnu:

 

ir-Russja

 

it-Turkija

 

l-Ukraina

Total ta' l-Afrika

li minnu:

 

l-Afrika t'Isfel

Total ta' l-Amerika ta' Fuq

li minnu:

 

l-Istati Uniti ta’ l-Amerika

 

il-Kanada

Total ta' l-Amerika t'Isfel u Ċentrali

li minnu:

 

il-Brażil

Total ta' l-Asja

li minnu:

 

ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

 

il-Ġappun

 

ir-Repubblika tal-Korea t'Isfel

Total ta' l-Awstralja, l-Oċeana u territorji oħra

li minnu:

 

l-Awstralja

Mhux speċifikat

2.   Statistika tan-naħa tad-domanda

Total dinji

Total taż-Żona Ekonomika Ewropea

Total ta' l-Unjoni Ewropea (27)

Il-Belgju

Il-Bulgarija

Ir-Repubblika Ċeka

Id-Danimarka

Il-Ġermanja

L-Estonja

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Irlanda

L-Italja

Ċipru

Il-Latvja

Il-Litwanja

Il-Lussemburgu

L-Ungerija

Malta

L-Olanda

L-Awstrija

Il-Polonja

Il-Portugall

Ir-Rumanija

Is-Slovenja

Is-Slovakkja

Il-Finlandja

L-Isvezja

Ir-Renju Unit

Total ta' l-EFTA

L-Islanda

In-Norveġja

L-Isvizzera (inkl. il-Liechtenstein)

Total ta' pajjiżi Ewropej oħra

li minnu:

 

ir-Russja

 

it-Turkija

Total ta' l-Afrika

li minnu:

 

l-Afrika t'Isfel

 

il-pajjiżi tal-Maghreb

Total ta' l-Amerika ta' Fuq

li minnu:

 

l-Istati Uniti ta’ l-Amerika

Total ta' l-Amerika t'Isfel u Ċentrali

li minnu:

 

l-Arġentina

 

il-Brażil

Total ta' l-Asja

li minnu:

 

ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

 

il-Ġappun

 

ir-Repubblika tal-Korea t'Isfel

Total ta' l-Awstralja, l-Oċeana u territorji oħra

li minnu:

 

l-Awstralja

Mhux speċifikat”

2.

32001 L 0109: Id-Direttiva 2001/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2001 dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq mill-Istati Membri sabiex jiġi ddeterminat il-potenzjal tal-produzzjoni ta’ pjantazzjonijiet ta’ xi speċje ta’ siġar tal-frott (ĠU L 13, 16.1.2002, p. 21), kif emendata bi:

12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33),

32006 D 0128: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/128/KE tat-3.2.2006 (ĠU L 51, 22.2.2006, p. 21).

L-Anness jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS

SPEĊI LI DWARHOM SAR STĦARRIĠ FID-DIVERSI STATI MEMBRI

 

Tuffieħ

Lanġas

Ħawħ

Berquq

Larinġ

Lumi

Frott irqiq

taċ-Ċitru

Il-Belgju

x

x

 

 

 

 

 

Il-Bulgarija

x

x

x

x

 

 

 

Ir-Repubblika Ċeka

x

x

x

x

 

 

 

Id-Danimarka

x

x

 

 

 

 

 

Il-Ġermanja

x

x

 

 

 

 

 

L-Estonja

x

 

 

 

 

 

 

Il-Greċja

x

x

x

x

x

x

x

Spanja

x

x

x

x

x

x

x

Franza

x

x

x

x

x

x

x

L-Irlanda

x

 

 

 

 

 

 

L-Italja

x

x

x

x

x

x

x

Ċipru

x

x

x

x

x

x

x

Il-Latvja

x

x

 

 

 

 

 

Il-Litwanja

x

x

 

 

 

 

 

Il-Lussemburgu

x

x

 

 

 

 

 

L-Ungerija

x

x

x

x

 

 

 

Malta

 

 

x

 

x

x

 

L-Olanda

x

x

 

 

 

 

 

L-Awstrija

x

x

x

x

 

 

 

Il-Polonja

x

x

x (*)

x (*)

 

 

 

Il-Portugall

x

x

x

x

x

x

x

Ir-Rumanija

x (*)

x (*)

x (*)

x (*)

 

 

 

Is-Slovenja

x

x

x

x

 

 

 

Is-Slovakkja

x

x

x

x

 

 

 

Il-Finlandja

x

 

 

 

 

 

 

L-Isvezja

x

x

 

 

 

 

 

Ir-Renju Unit

x

x

 

 

 

 

 


(*)  ma jsir l-ebda stħarriġ dwar: l-età tas-siġar, id-densità tal-pjantazzjoni, il-varjetà tal- frott”