31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

757


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/98/KE

ta' l-20 ta’ Novembru 2006

li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tat-tassazzjoni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 56 ta' l-Att ta' Adeżjoni, fejn l-atti ta' l-istituzzjonijiet jibqgħu validi wara l-1 ta' Jannar 2007, u jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa m'humiex previsti fl-Att ta' Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, l-atti meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, dment li l-Kummissjoni ma tkunx adottat l-att oriġinali.

(2)

L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet it-Trattat ta' Adeżjoni indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lil-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni, ikkompletati u aġġornati fejn meħtieġ biex jittieħed kont ta' l-evoluzzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni.

(3)

Id-Direttivi 69/335/KEE (2), 77/388/KEE (3), 77/799/KEE (4), 79/1072/KEE (5), 83/182/KEE (6) 90/434/KEE (7), 90/435/KEE (8), 2003/48/KE (9), u 2003/49/KE (10) għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttivi 69/335/KEE, 77/388/KEE, 77/799/KEE, 79/1072/KEE, 83/182/KEE, 90/434/KEE, 90/435/KEE, 2003/48/KE u 2003/49/KE għandhom għalhekk jiġu emendati kif imniżżel fl-Anness.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mid-data ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għall-Unjoni Ewropea. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew tali riferenza għandha takkumpanjahom meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi ta’ kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ soġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


(1)  ĠU L 157, 21.6.2005, p. 11.

(2)  ĠU L 249, 3.10.1969, p. 25.

(3)  ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1.

(4)  ĠU L 336, 27.12.1977, p. 15.

(5)  ĠU L 331, 27.12.1979, p. 11.

(6)  ĠU L 105, 23.4.1983, p. 59.

(7)  ĠU L 225, 20.8.1990, p. 1.

(8)  ĠU L 225, 20.8.1990, p. 6.

(9)  ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38.

(10)  ĠU L 157, 26.6.2003, p. 49.


ANNESS

TASSAZZJONI

1.

31969 L 0335: Id-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE tas-17 ta’ Lulju 1969 li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 249, 3.10.1969, p. 25), kif emendata minn:

11972 B: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit (ĠU L 73, 27.3.1972, p. 14),

31973 L 0079: Id-Direttiva tal-Kunsill 73/79/KEE tad-9.4.1973 (ĠU L 103, 18.4.1973, p. 13),

31974 L 0553: Id-Direttiva tal-Kunsill 74/553/KEE tas-7.11.1974 (ĠU L 303, 13.11.1974, p. 9),

11979 H: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ellenika (ĠU L 291, 19.11.1979, p. 17),

31985 L 0303: Id-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE ta' l-10.6.1985 (ĠU L 156, 15.6.1985, p. 23),

11985 I: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Portugiża (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 23).

11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta’ l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),

12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

Dan li ġej jiżdied ma’ l-Artikolu 3 (1)(a):

“Kumpanniji taħt il-liġi tal-Bulgarija magħrufa bħala:

‘Акционерно дружество’

‘Командитно дружество с акции’

‘Дружество с ограничена отговорност’;

Kumpanniji taħt il-liġi tar-Rumanija magħrufa bħala:

‘societăți în nume colectiv’

‘societăți în comandită simplă’

‘societăți pe acțiuni’

‘societăți în comandită pe acțiuni’

‘societăți cu răspundere limitată’”.

2.

31977 L 0388: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1), kif emendata minn:

11979 H: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ellenika (ĠU L 291, 19.11.1979, p. 95),

31980 L 0368: Id-Direttiva tal-Kunsill 80/368/KEE tas-26.3.1980 (ĠU L 90, 3.4.1980, p. 41),

31984 L 0386: Id-Direttiva tal-Kunsill 84/386/KEE tal-31.7.1984 (ĠU L 208, 3.8.1984, p. 58),

11985 I: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Portugiża (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 167),

31989 L 0465: Id-Direttiva tal-Kunsill 89/465/KEE tat-18.7.1989 (ĠU L 226, 3.8.1989, p. 21),

31991 L 0680: Id-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE tas-16.12.1991 (ĠU L 376, 31.12.1991, p. 1),

31992 L 0077: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/77/KEE tad-19.10.1992 (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 1),

31992 L 0111: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/111/KEE ta' l-14.12.1992 (ĠU L 384, 30.12.1992, p. 47),

31994 L 0004: Id-Direttiva tal-Kunsill 94/4/KE ta' l-14.2.1994 (ĠU L 60, 3.3.1994, p. 14),

31994 L 0005: Id-Direttiva tal-Kunsill 94/5/KE ta' l-14.2.1994 (ĠU L 60, 3.3.1994, p. 16),

31994 L 0076: Id-Direttiva tal-Kunsill 94/76/KE tat-22.12.1994 (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 53),

31995 L 0007: Id-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE ta' l-10.4.1995 (ĠU L 102, 5.5.1995, p. 18),

31996 L 0042: Id-Direttiva tal-Kunsill 96/42/KE tal-25.6. 1996 (ĠU L 170, 9.7.1996, p. 34),

31996 L 0095: Id-Direttiva tal-Kunsill 96/95/KE ta' l-20.12.1996 (ĠU L 338, 28.12.1996, p. 89),

31998 L 0080: Id-Direttiva tal-Kunsill 98/80/KE tat-12.10.1998 (ĠU L 281, 17.10.1998, p. 31),

31999 L 0049: Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/49/KE tal-25.5.1999 (ĠU L 139, 2.6.1999, p. 27),

31999 L 0059: Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/59/KE tas-17.6.1999 (ĠU L 162, 26.6.1999, p. 63),

31999 L 0085: Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/85/KE tat-22.10.1999 (ĠU L 277, 28.10.1999, p. 34),

32000 L 0017: Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/17/KE tat-30.3.2000 (ĠU L 84, 5.4.2000, p. 24),

32000 L 0065: Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/65/KE tas-17.10.2000 (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 44),

32001 L 0004: Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/4/KE tad-19.1.2001 (ĠU L 22, 24.1.2001, p. 17),

32001 L 0115: Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/115/KE ta' l-20.12. 2001 (ĠU L 15, 17.1.2002, p. 24),

32002 L 0038: Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE tas-7.5.2002 (ĠU L 128, 15.5.2002, p. 41),

32002 L 0093: Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/93/KE tat-3.12.2002 (ĠU L 331, 7.12.2002, p. 27),

12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33),

32003 L 0092: Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/92/KE tas-7.10.2003 (ĠU L 260, 11.10.2003, p. 8),

32004 L 0007: Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/7/KE ta' l-20.1.2004 (ĠU L 27, 30.1.2004, p. 44),

32004 L 0015: Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/15/KE ta' l-10.2.2004 (ĠU L 52, 21.2.2004, p. 61),

32004 L 0066: Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE tas-26.4.2004 (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35),

32005 L 0092: Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/92/KE tat-12.12.2005 (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 19),

32006 L 0018: Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/18/KE ta' l-14.2.2006 (ĠU L 51, 22.2.2006, p. 12).

(a)

L-Artikolu 28m jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 28m

Rata ta' kambju

Biex jiġu determinati l-ekwivalenti fil-valuti nazzjonali tagħhom ta' l-ammonti espressi f'ecus f'dan it-Titolu, l-Istati Membri għandhom jużaw ir-rata ta' kambju applikabbli fis-16 ta' Diċembru 1991. Madankollu, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja għandhom jużaw ir-rata ta' kambju applikabbli fid-data ta' l-adeżjoni tagħhom.”.

(b)

It-titolu tat-TITOLU XVIċ jinbidel b'dan li ġej:

“TITOLU XVIċ

Il-miżuri transitorji applikabbli fil-kuntest ta’ l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja fl-1 ta’ Jannar 1995, tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja fl-1 ta’ Mejju 2004, u tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta' Jannar 2007”.

(ċ)

Fit-TITOLU XVIċ, it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 28p(1) jinbidel b'dan li ġej:

“—

‘Stati Membri ġodda’ għandha tfisser it-territorju ta’ l-Istati Membri li aderixxew għall-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 1995, fl-1 ta’ Mejju 2004 u fl-1 ta' Jannar 2007, kif definit għal kull wieħed minn dawk l-Istati Membri fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva,”.

(d)

Fit-TITOLU XVIċ, l-aħħar subparagrafu ta’ l-Artikolu 28p(7) jinbidel b'dan li ġej:

“Din il-kondizzjoni għandha titqies li ġiet imwettqa fil-każijiet li ġejjin:

fejn, fir-rigward ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, id-data ta’ l-ewwel użu tal-mezzi tat-trasport kienet qabel l-1 ta’ Jannar 1987;

fejn, fir-rigward tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, id-data ta’ l-ewwel użu tal-mezzi tat-trasport kienet qabel l-1 ta’ Mejju 1996;

fejn, fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija, id-data ta’ l-ewwel użu tal-mezzi tat-trasport kienet qabel l-1 ta’ Jannar 1999;

fejn l-ammont ta’ taxxa dovuta minħabba l-importazzjoni hija insinifikanti.”.

3.

31977 L 0799: Id-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1977 dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta, u t-tassazzjoni fuq primjums ta' l-assigurazzjoni (ĠU L 336, 27.12.1977, p. 15), kif emendata minn:

11979 H: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ellenika (ĠU L 291, 19.11.1979, p. 17),

31979 L 1070: Id-Direttiva tal-Kunsill 79/1070/KEE tas-6.12.1979 (ĠU L 331, 27.12.1979, p. 8),

11985 I: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Portugiża (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 23),

31992 L 0012: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25.2.1992 (ĠU L 76, 23.3.1992, p. 1),

11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta’ l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),

12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33),

32003 L 0093: Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/93/KE tas-7.10.2003 (ĠU L 264, 15.10.2003, p. 23),

32004 L 0056: Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/56/KE tal-21.4.2004 (ĠU L 127, 29.4.2004, p. 70),

32004 L 0106: Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/106/KE tas-16.11.2004 (ĠU L 359, 4.12.2004, p. 30).

(a)

Dan li ġej jiżdied ma’ l-Artikolu 1(3):

“fil-Bulgarija:

данък върху доходите на физическите лица

корпоративен данък

данъци, удържани при източника

алтернативни данъци на корпоративния данък

окончателен годишен (патентен) данък

fir-Rumanija:

impozitul pe venit

impozitul pe profit

impozitul pe veniturile obținute din România de nerezidenți

impozitul pe veniturile microîntreprinderilor

impozitul pe clădiri

impozitul pe teren”.

(b)

Dan li ġej jiżdied ma’ l-Artikolu 1(5):

“fil-Bulgarija:

Изпълнителният директор на Националната агенция за приходите

fir-Rumanija:

Ministerul Finanțelor Publice jew rappreżentant awtorizzat”.

4.

31979 L 1072: It-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE tas-6 ta’ Diċembru 1979 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m'humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (ĠU L 331, 27.12.1979, p. 11), kif emendata minn:

11985 I: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Portugiża (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 23),

31986 L 0560: It-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill 86/560/KEE tas-17.11.1986 (ĠU L 326, 21.11.1986, p. 40),

11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta’ l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),

12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

(a)

Dan li ġej jiżdied mal-Punt D ta’ l-Anness Ċ:

“—

Il-Bulgarija: …;

Ir-Rumanija: …”.

(b)

Dan li ġej jiżdied ma’ l-ewwel paragrafu tal-punt I ta’ l-Anness Ċ:

“BGN …

RON …”.

(ċ)

Dan li ġej jiżdied mat-tieni paragrafu tal-punt I ta’ l-Anness Ċ:

“BGN …

RON …”.

5.

31983 L 0182: Id-Direttiva tal-Kunsill 83/182/KEE tat-28 ta’ Marzu 1983 dwar eżenzjonijiet mit-taxxa ġewwa l-Komunita għal ċerti mezzi ta’ trasport temporanjament importati fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor (ĠU L 105, 23.4.1983, p. 59), kif emendata minn:

11985 I: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Portugiża (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 23),

31991 L 0680: Id-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE tas-16.12.1991 (ĠU L 376, 31.12.1991, p. 1),

11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta’ l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),

12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

Dan li ġej jiżdied ma’ l-Anness:

“IL-BULGARIJA

данък върху превозните средства

IR-RUMANIJA

taxa asupra mijloacelor de transport (Codul Fiscal — art. 261-265)

accize pentru autoturisme și autoturisme de teren inclusive rulate (Codul Fiscal — art. 208, alin. 5 și art. 210, alin 1(b))”.

6.

31990 L 0434: Id-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti (ĠU L 225, 20.8.1990, p. 1), kif emendata minn:

11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta’ l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),

12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33),

32005 L 0019: Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/19/KE tas-17.2.2005 (ĠU L 58, 4.3.2005, p. 19).

(a)

Dan li ġej jiżdied ma’ l-Artikolu 3 (ċ):

“—

корпоративен данък in Bulgaria,

impozit pe profit in Romania,”.

(b)

Dan li ġej jiżdied ma’ l-Anness:

“(aa)

kumpanniji taħt il-liġi tal-Bulgarija magħrufa bħala: ‘събирателното дружество’, ‘командитното дружество’, ‘дружеството с ограничена отговорност’, ‘акционерното дружество’, ‘командитното дружество с акции’, ‘кооперации’, ‘кооперативни съюзи’, ‘държавни предприятия’ kostitwiti taħt il-liġi tal-Bulgarija u li jwettqu attivitajiet kummerċjali;”

(ab)

kumpanniji taħt il-liġi tar-Rumanija magħrufa bħala: “societăți pe acțiuni”, “societăți în comandită pe acțiuni”, “societăți cu răspundere limitată.”

7.

31990 L 0435: Id-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU L 225, 20.8.1990, p. 6), kif emendata minn:

11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta’ l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),

12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33),

32003 L 0123: Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/123/KE tat-22.12.2003 (ĠU L 7, 13.1.2004, p. 41).

(a)

Dan li ġej jiżdied ma’ l-Artikolu 2(1)(ċ):

“—

корпоративен данък in Bulgaria,

impozit pe profit in Romania,”.

(b)

L-Anness jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS

LISTA TA' KUMPANNIJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)(A)

(a)

kumpanniji inkorporati taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta' Ottubru 2001 dwar l-Istatut ta' kumpannija Ewropea (SE) u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat-8 ta’ Ottubru 2001 li tissupplimenta l-Istatut għal kumpannija Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema u soċjetajiet kooperattivi inkorporati taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta’ Lulju 2003 li tissupplementa l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward ta’ l-involviment ta’ l-impjegati;

(b)

kumpanniji taħt il-liġi Belġjana magħrufa bħala ‘société anonyme’/‘naamloze vennootschap’,‘société en commandite par actions’/‘commanditaire vennootschap op aandelen’, ‘société privée à responsabilité limitée’/‘besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid’, ‘société coopérative à responsabilité limitée’/‘coöperatieve vennootschap met beperkte aansprakelijkheid’, ‘société coopérative à responsabilité illimitée’/‘coöperatieve vennootschap met onbeperkte aansprakelijkheid’, ‘société en nom collectif’/‘vennootschap onder firma’, ‘société en commandite simple’/‘gewone commanditaire vennootschap’, impriżi pubbliċi li adottaw waħda mill-forom legali msemmija hawn fuq, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Belġjana soġġetti għat-taxxa korporattiva Belġjana;

(ċ)

kumpanniji taħt il-liġi tal-Bulgarija magħrufa bħala: ‘събирателното дружество’, ‘командитното дружество’, ‘дружеството с ограничена отговорност’, ‘акционерното дружество’, ‘командитното дружество с акции’, ‘неперсонифицирано дружество’, ‘кооперации’, ‘кооперативни съюзи’‘държавни предприятия’ kostitwiti taħt il-liġi tal-Bulgarija u li jwettqu attivitajiet kummerċjali;

(d)

kumpanniji taħt il-liġi Ċeka magħrufa bħala: ‘akciová společnost’, ‘společnost s ručením omezeným’;

(e)

kumpanniji taħt il-liġi Daniża magħrufa bħala ‘aktieselskab’ u ‘anpartsselskab’. Kumpanniji oħra soġġetti għat-taxxa taħt l-Att dwar Taxxa Korporattiva, safejn id-dħul taxxabbli tagħhom jiġi kkalkulat u intaxxat skond ir-regoli tal-leġislazzjoni tat-taxxa ġenerali applikabbli għal ‘aktieselskaber’;

(f)

kumpanniji taħt il-liġi Ġermaniża magħrufa bħala ‘Aktiengesellschaft’, ‘Kommanditgesellschaft auf Aktien’, ‘Gesellschaft mit beschränkter Haftung’, ‘Versicherungsverein auf Gegenseitigkeit’, ‘Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaft’, ‘Betriebe gewerblicher Art von juristischen Personen des öffentlichen Rechts’, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Ġermaniża soġġetti għat-taxxa korporattiva Ġermaniża;

(g)

kumpanniji taħt il-liġi Estonjana magħrufa bħala: ‘täisühing’, ‘usaldusühing’, ‘osaühing’, ‘aktsiaselts’, ‘tulundusühistu’;

(h)

kumpanniji taħt il-liġi Griega magħrufa bħala ‘ανώνυμη εταιρεία’, ‘εταιρεία περιορισμένης ευθύνης (Ε.Π.Ε.)’ u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Griega soġġetti għat-taxxa korporattiva Griega;

(i)

kumpanniji taħt il-liġi Spanjola magħrufa bħala: ‘sociedad anónima’, ‘sociedad comanditaria por acciones’, ‘sociedad de responsabilidad limitada’, dawk il-korpi ta' liġi pubblika li joperaw taħt il-liġi privata. Entitajiet oħra kostitwiti taħt il-liġi Spanjola soġġetti għat-taxxa korporattiva Spanjola (‘Impuesto sobre Sociedades’);

(j)

kumpanniji taħt il-liġi Franċiża magħrufa bħala ‘société anonyme’, ‘société en commandite par actions’, ‘société à responsabilité limitée’, ‘sociétés par actions simplifiées’, ‘sociétés d'assurances mutuelles’, ‘caisses d'épargne et de prévoyance’, ‘sociétés civiles’ li huma awtomatikament soġġetti għat-taxxa korporattiva, ‘coopératives’, ‘unions de coopératives’, stabbilimenti u impriżi pubbliċi industrijali u kummerċjali, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Franċiża soġġetti għat-taxxa korporattiva Franċiża;

(k)

kumpanniji inkorporati jew eżistenti taħt il-liġi Irlandiża, korpi reġistrati taħt l-‘Industrial and Provident Societies Act’, ‘building societies’ inkorporati taħt il-‘Building Societies Acts’ u ‘trustee savings banks’ fit-tifsira tat-‘Trustee Savings Banks Act’, 1989;

(l)

kumpanniji taħt il-liġi Taljana magħrufa bħala ‘società per azioni’, ‘società in accomandita per azioni’, ‘società a responsibilità limitata’, ‘società cooperative’, ‘società di mutua assicurazione’, u entitajiet privati u pubbliċi li l-attività tagħhom hija interament jew prinċipalment kummerċjali;

(m)

taħt il-liġi Ċiprijotta: ‘εταιρείες’ kif definita fil-liġijiet dwar it-Taxxa fuq id-Dħul;

(n)

kumpanniji taħt il-liġi Latvjana magħrufa bħala: ‘akciju sabiedrība’, ‘sabiedrība ar ierobežotu atbildību’;

(o)

kumpanniji inkorporati taħt il-liġi tal-Litwanja;

(p)

kumpanniji taħt il-liġi tal-Lussemburgu magħrufa bħala ‘société anonyme’, ‘société en commandite par actions’, ‘société à responsabilité limitée’, ‘société coopérative’, ‘société coopérative organisée comme une société anonyme’, ‘association d'assurances mutuelles’, ‘association d'épargne-pension’, ‘entreprise de nature commerciale, industrielle ou minière de l'Etat, des communes, des syndicats de communes, des établissements publics et des autres personnes morales de droit public’, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi tal-Lussemburgu soġġetti għat-taxxa korporattiva tal-Lussemburgu;

(q)

kumpanniji taħt il-liġi Ungeriża magħrufa bħala: ‘közkereseti társaság’, ‘betéti társaság’, ‘közös vállalat’, ‘korlátolt felelősségű társaság’, ‘részvénytársaság’, ‘egyesülés’, ‘szövetkezet’;

(r)

kumpanniji taħt il-liġi Maltija magħrufa bħala: ‘Kumpaniji ta’ Responsabilita' Limitata’, ‘Soċjetajiet en commandite li l-kapital tagħhom maqsum f’azzjonijiet’;

(s)

kumpanniji taħt il-liġi Olandiża magħrufa bħala ‘naamloze vennnootschap’, ‘besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid’, ‘Open commanditaire vennootschap’, ‘Coöperatie’, ‘onderlinge waarborgmaatschappij’, ‘Fonds voor gemene rekening’, ‘vereniging op coöperatieve grondslag’, ‘vereniging welke op onderlinge grondslag als verzekeraar of kredietinstelling optreedt’, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Olandiża soġġetti għat-taxxa korporattiva Olandiża;

(t)

kumpanniji taħt il-liġi Awstrijaka magħrufa bħala ‘Aktiengesellschaft’, ‘Gesellschaft mit beschränkter Haftung’, ‘Versicherungsvereine auf Gegenseitigkeit’, ‘Erwerbs- und Wirtschaftsgenossenschaften’, ‘Betriebe gewerblicher Art von Körperschaften des öffentlichen Rechts’, ‘Sparkassen’, u kumpanniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Awstrijaka soġġetti għat-taxxa korporattiva Awstrijaka;

(u)

kumpanniji taħt il-liġi Pollakka magħrufa bħala: ‘spółka akcyjna’, ‘spółka z ograniczoną odpowiedzialnością’;

(v)

kumpanniji kummerċjali jew kumpanniji tal-liġi ċivili li għandhom forma kummerċjali u kooperattivi u impriżi pubbliċi inkorporati skond il-liġi Portugiża;

(w)

kumpanniji taħt il-liġi tar-Rumanija magħrufa bħala: ‘societăți pe acțiuni’, ‘societăți în comandită pe acțiuni’, ‘societăți cu răspundere limitată’;

(x)

kumpanniji taħt il-liġi Slovena magħrufa bħala: ‘delniška družba’, ‘komanditna družba’, ‘družba z omejeno odgovornostjo’;

(y)

kumpanniji taħt il-liġi Slovakka magħrufa bħala: ‘akciová spoločnosť’, ‘spoločnosť s ručením obmedzeným’, ‘komanditná spoločnosť’;

(z)

kumpanniji taħt il-liġi Finlandiża magħrufa bħala ‘osakeyhtiö’/‘aktiebolag’, ‘osuuskunta’/‘andelslag’,‘säästöpankki’/‘sparbank’ u ‘vakuutusyhtiö’/‘försäkringsbolag’;

(aa)

kumpanniji taħt il-liġi Svediża magħrufa bħala ‘aktiebolag’, ‘försäkringsaktiebolag’, ‘ekonomiska föreningar’, ‘sparbanker’, ‘ömsesidiga försäkringsbolag’;

(ab)

kumpanniji inkorporati taħt il-liġi tar-Renju Unit.”.

8.

32003 L 0048: Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta’ riżervi fuq id-dħul fil-forma ta’ pagamenti ta’ mgħax (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38), kif emendata minn:

32004 L 0066: Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE tas-26.4.2004 (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35),

32004 D 0587: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/587/KE tad-19.7.2004 (ĠU L 257, 4.8.2004, p. 7).

Fl-Anness, dan li ġej jiddaħħal bejn l-entrati għall-Belġju u Spanja:

“Il-Bulgarija

Общините (muniċipalitajiet)

Социалноосигурителни фондове (Fondi tas-SigurtàSoċjali)”

u, bejn l-entrati għall-Portugall u s-Slovakkja:

“Ir-Rumanija

autoritățile administrației publice locale (awtoritajiet ta' l-amministrazzjoni pubblika lokali)”.

9.

32003 L 0049: Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KEE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' mgħax u ta' royalties bejn kumpanniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 49), kif emendata minn:

32004 L 0066: Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE tas-26.4.2004 (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35),

32004 L 0076: Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/76/KE tad-29.4.2004 (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 106).

(a)

Dan li ġej jiżdied ma’ l-Artikolu 3(a)(iii):

“—

корпоративен данък fil-Bulgarija,

impozit pe profit, impozitul pe veniturile obținute din România de nerezidenți fir-Rumanija,”.

(b)

Dan li ġej jiżdied ma’ l-Anness:

“(aa)

kumpanniji taħt il-liġi tal-Bulgarija magħrufa bħala: ‘събирателното дружество’, ‘командитното дружество’, ‘дружеството с ограничена отговорност’, ‘акционерното дружество’, ‘командитното дружество с акции’, ‘кооперации’, ‘кооперативни съюзи’, ‘държавни предприятия’ kostitwiti taħt il-liġi tal-Bulgarija u li jwettqu attivitajiet kummerċjali;

(ab)

kumpanniji taħt il-liġi tar-Rumanija magħrufa bħala: ‘societăți pe acțiuni’, ‘societăți în comandită pe acțiuni’, ‘societăți cu răspundere limitată’.”