|
25.9.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
32 |
DIRETTIVA 2006/68/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-6 ta' Settembru 2006
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE, fir-rigward tal-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 44(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
|
(1) |
It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE tat-13 ta’ Diċembru 1976 dwar il-koordinazzjoni tas-salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi tal-membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpanniji skond it-tifsira tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 58 tat-Trattat, fir-rigward tal-formazzjoni ta' kumpanniji pubbliċi ta’ responsabiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-ħsieb li tagħmel it-tali salvagwardji ekwivalenti (3), tistabbilixxi l-ħtiġijiet meħtieġa għad-diversi miżuri relatati mal-kapital meħuda minn dawn il-kumpanniji. |
|
(2) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-21 ta' Mejju 2003 lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew imsejjaħ “Modernizzazzjoni tal-Liġi tal-Kumpanniji u Tisħiħ tal-Governabilità tal-Kumpanniji fl-Unjoni Ewropea – Pjan biex Nimxu ‘l Quddiem” il-Kummissjoni kkonkludiet li s-simplifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tad-Direttiva 77/91/KEE tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-promozzjoni ta’ l-effiċjenza u l-kompetitività tal-kummerċ mingħajr ma tnaqqas il-protezzjoni offruta lill-azzjonisti u l-kredituri. Dawk l-objettivi għandhom l-ewwel prijorità iżda ma jaffettwawx il-ħtieġa li jsir mingħajr dewmien stħarriġ ġenerali tal-fattibilità ta' sistemi alternattivi għal dawk għaż-żamma tal-kapital li jipproteġu b'mod adegwat l-interessi tal-kredituri u ta' l-azzjonisti ta' kumpanniji pubbliċi b'responsabiltà limitata. |
|
(3) |
L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jippermettu lill-kumpanniji pubbliċi b'responsabiltà limitata li jassenja ishma fuq konsiderazzjonijet li mhumiex fi flus kontanti għall-kapital tagħhom mingħajr ma jkollhom jirreferu għall-valutazzjoni speċjali ta' espert f’każijiet fejn ikun hemm punt ċar ta' referenza għall-valutazzjoni tat-tali konsiderazzjoni. Madanakollu, id-dritt ta’ l-azzjonisti ta’ minoranza li jitolbu tali valutazzjoni għandu jkun garantit. |
|
(4) |
Kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata għandhom jitħallew jakwistaw l-ishma tagħhom stess sal-limitu tar-riservi tal-kumpannija li jistgħu jitqassmu u l-perjodu li għaliha t-tali akwiżizzjoni tista’ tiġi awtorizzata mil-laqgħa ġenerali għandha tittawwal sabiex titkabbar il-flessibilità u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-kumpanniji li għandhom jirreaġixxu b’mod immedjat għall-iżviluppi fis-suq li jaffetwaw l-prezz ta’ l-ishma tagħhom. |
|
(5) |
L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jippermettu lil kumpanniji pubbliċi b’responsabiltà limitata li jagħtu għajnuna finanzjarja bil-ħsieb ta’ l-akkwiżizzjoni ta’ l-ishma tagħhom minn parti terza sal-limitu tar-riservi tal-kumpannija li jistgħu jitqassmu sabiex iżidu l-flessibilità fir-rigward tat-tibdil fl-istruttura tas-sidien ta’ l-ishma tal-kapital tal-kumpanniji. Din il-possibilità għandha tkun suġġetta għas-salvagwardji xierqa, waqt li jittieħed kont ta' l-għanijiet ta' din id-Direttiva għall-protezzjoni kemm ta' l-azzjonisti kif ukoll tal-partijiet terzi. |
|
(6) |
Sabiex itejbu l-protezzjoni standardizzata tal-kreditur fl-Istati Membri kollha, il-kredituri għandhom ikunu jistgħu jirreferu, taħt ċerti kundizzjonijiet, għall-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi fejn it-talbiet tagħhom huma fir-riskju bħala konsegwenza ta’ tnaqqis tal-kapital ta’ kumpannija pubblika b’responabbiltà limitata. |
|
(7) |
Sabiex jiġi assigurat li jiġi evitat l-abbuż fis-suq, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont, għall-iskop ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, id-disposizzjonjiet tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (4), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2003 tat-22 ta' Diċembru 2003 li jimplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-eżenzjonijiet għall-programmi ta’ xiri mill-ġdid u s-stabbilizzazzjoni ta’ l-istrumenti finanzjarji (5) u tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/72/KE tad-29 ta’ April 2004 li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prattiki tas-suq aċċettati, id-definizzjoni ta’ l-informazzjoni ta’ ġewwa b’relazzjoni mad-derivati dwar il-prodotti primarji, it-tfassil ta’ lista ta’ insiders, in-notifika tat-tranżazzjonijiet imwettqa minn persuni b’responsabiltajiet ta’ amministrazzjoni u n-notifika tat-tranżazzjonijiet suspettużi (6). |
|
(8) |
Id-Direttiva 77/91/KEE għandha għalhekk tiġi emendata għaldaqstant. |
|
(9) |
Skond il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (7), l-Istati Membri huma mħeġġa biex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom li juru, kemm jista' jkun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' trasposizzjoni, u jippubblikawhom. |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 77/91/KEE hi emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1(1), il-21 inċiż għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
. |
|
2) |
l-Artikoli li ġejjin huma mdaħħla: “Artikolu 10a 1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu biex ma japplikawx l-Artikolu 10(1), (2) u (3) fejn, wara deċiżjoni tal-korp amministrattiv jew il-korp tat-tmexxija, titoli trasferibbli kif definiti fil-punt (18) ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (*) jew strumenti tas-suq tal-flus kif definiti fil-punt (19) ta' l-Artikolu 4(1) ta' dik id-Direttiva, huma kontribwiti bħala konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti, u dawk it-titoli jew strumenti tas-suq tal-flus huma valutati bil-prezz medju mwieżen li bih ġew negozjati f'suq wieħed jew aktar regolati kif definiti fil-punt (14) ta' l-Artikoli 4(1) ta’ dik id-Direttiva tul perjodu suffiċjenti, li għandu jiġi deċiż skond il-liġi nazzjonali, li jippreċedi d-data effettiva tal-kontribuzzjoni tal-konsiderazzjoni rispettiva għajr fi flus kontanti. Madanakollu, fejn dak il-prezz ġie affettwat minn ċirkostanzi eċċezzjonali li jibdlu b’mod sinifikattiv il-valur ta’ l-assi fid-data effettiva tal-kontribuzzjoni tagħha, inklużi sitwazzjonijiet fejn is-suq għat-tali titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus spiċċa b'nuqqas ta' likwidità, għandha terġà ssir evalwazzjoni mill-ġdid fuq l-inizjattiva u taħt ir-responsabiltà tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija. Għall-għanijiet ta' din l-evalwazzjoni mill-ġdid, l-Artikoli 10(1), (2) u (3) għandhom japplikaw. 2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 10(1), (2) u (3) fejn, fuq deċiżjoni tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija, assi ħlief titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus imsemmija fil-paragrafu 1 huma kontribwiti bħala konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti li diġà kienu suġġetti għal opinjoni ta’ valur ġust minn espert rikonoxxut indipendenti u fejn il-kondizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:
Fil-każ ta’ ċirkustanzi ġodda kwalifikanti, li jbiddlu b’mod sinifikattiv il-valur ġust ta’ l-assi fid-data effettiva tal-kontribuzzjoni tagħha, evalwazzjoni mill-ġdid għandha ssir fuq l-inizjattiva u taħt ir-responsabiltà tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija. Għall-għanijiet ta' din l-evalwazzjoni mill-ġdid, l-Artikoli 10(1), (2) u (3) għandhom japplikaw. Fin-nuqqas ta' tali evalwazzjoni mill-ġdid, azzjonist wieħed jew aktar li jkollhom persentaġġ aggregat ta’ mill-anqas 5 % tal-kapital sottoskritt tal-kumpannija fil-ġurnata li fiha tittieħed id-deċiżjoni fuq iż-żieda tal-kapital jistgħu jitolbu evalwazzjoni minn espert indipendenti, f’liema każ l-Artikolu 10(1), (2) u (3) għandu japplika. Tali azzjonist(i) jistgħu jissottomettu talba sad-data effettiva tal-kontribuzzjoni ta' l-assi, bil-kondizzjoni li, fid-data tat-talba, l-azzjonist(i) involut(i) ikun għad għandhom persentaġġ aggregat ta' mill-inqas 5 % tal-kapital sottoskritt tal-kumpannija, kif kien fil-ġurnata meta ttieħdet id-deċiżjoni fuq iż-żieda tal-kapital. 3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 10(1), (2) u (3) fejn, fuq deċiżjoni tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija, assi ħlief titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus imsemmija fil-paragrafu 1 huma kontribwiti bħala konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti li l-valur ġust tagħhom hu derivat minn assi individwali minn kontijiet statutorji tas-sena finanzjarja ta’ qabel sakemm il-kontijiet statutorji kienu soġġetti għal verifika b’mod konformi mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji ta’ kontijiet annwali u kontijiet konsolidati (**). It-tieni u t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis. Artikolu 10b 1. Fejn konsiderazzjoni għajr flus kontanti kif imsemmija fl-Artikolu 10a sseħħ mingħajr ir-rapport ta’ l-espert imsemmi fl-Artikolu 10(1), (2) u (3), barra mill-ħtiġijiet stabbiliti fil-punt (h) ta' l-Artikolu 3 u sa xahar wara d-data effettiva tal-kontribuzzjoni ta' l-assi, għandha tiġi ppubblikata dikjarazzjoni li jkun fiha dan li ġej:
Dik il-publikazzjoni għandha ssir bil-mod stipulat mil-liġijiet ta' kull Stat Membru b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151/KEE. 2. Fejn konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti hija proposta li ssir mingħajr rapport ta’ l-espert kif imsemmi fl-Artikolu 10(1), (2) u (3) fir-rigward ta' żieda fil-kapital proposta biex issir skond l-Artikolu 25(2), għandu jiġi ppubblikat avviż li jkun fih id-data ta' meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar iż-żieda u l-informazzjoni elenkat fil-paragrafu 1, bil-mod stipulat mil-liġijiet ta' kull Stat Membru b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151/KEE, qabel ma l-kontribuzzjoni ta' l-assi bħala konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti tidħol fis-seħħ. F'dak il-każ, id-dikjarazzjoni skond il-paragrafu 1 għandha tkun limitata għall-istqarrija dwar il-fatt li ma seħħew l-ebda ċirkustanzi kwalifikanti ġodda minn meta l-avviż ġie ppubblikat. 3. Kull Stat Membru għandu jipprovdi salvagwardji xierqa li jaċċertaw il-konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 10a u f'dan l-Artikolu fejn kontribuzzjoni għal konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti ssir mingħajr rapport ta’ l-espert kif imsemmi fl-Artikolu 10(1), (2) u (3). (*) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/31/KE (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 60)." |
|
3) |
Fl-Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu hu emendat kif ġej:
|
|
4) |
fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1, hu mibdul b’dan li ġej: “1. Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ trattament l-istess ta’ l-azzjonisti kollha li jkunu fl-istess posizzjoni, u għad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar insider dealing u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (***), l-Istati Membri jistgħu jippermettu li kumpannija takkwista l-ishma tagħha, hi stess jew permezz ta’ persuna li taġixxi f’isimha iżda fl-interess tal-kumpannija. Sakemm l-akkwisti huma permessi, l-Istati Membri għandhom jagħmlu dawn l-akkwisti suġġetti għall-kondizzjonjiet li ġejjin:
Minnbarra hekk, l-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu akkwisti soġġetti għat-tifsira ta’ l-ewwel subparagrafu għal xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
5) |
Fl-Artikolu 20(3), il-kliem “Artikolu 15(1)(a)” għandhom jinbidlu bil-kliem “Artikolu 15(1), punti (a) u (b)”; |
|
6) |
Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 1, hu mibdul b’dan li ġej: “1. Fejn l-Istati Membri jippermettu li kumpannija, b'mod dirett jew indirett, tavvanza fondi, tagħti self jew tipprovdi sigurtà, bil-ħsieb li takkwista l-ishma tagħha minn parti terza, għandhom jissoġġettaw dawn it-tranżazzjonijiet għall-kondizzjonijiet stipulati fit-tieni, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames subparagrafi. It-tranżazzjonijiet għandhom isiru taħt ir-responsabiltà tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija fil-kondizzjonijiet xierqa tas-suq, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-imgħax li tirċievi l-kumpannija u fir-rigward tas-sigurtà pprovduta lill-kumpannija għas-self u l-avvanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu. L-istanding tal-kreditu tal-parti terza jew, f'każ ta' tranżazzjonijiet ta' iktar minn parti waħda, ta' kull kontraparti tagħha, għandu jkun investigat kif xieraq. It-tranżazzjonijiet għandhom jkunu sottomessi mill-korp amministrattiv jew tat-tmexxija lil-laqgħa ġenerali għal approvazzjoni minn qabel, li fiha għandha taġixxi b’mod konformi mar-regoli tal-kworum u l-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 40. Il-korp amministrattiv jew ta’ tmexxija jrid jippreżenta rapport bil-miktub lil-laqgħa ġenerali, li fih jindika r-raġunijiet għat-tranżazzjoni, l-interess tal-kumpannija li tidħol f'tali tranżazzjoni, il-kondizzjonijiet li fuqhom daħlu fit-tranżazzjoni, ir-riskji involuti fit-tranżazzjoni għal-likwidità u s-solvenza tal-kumpannija u l-prezz li biha l-parti terza għandha takkwista l-ishma. Dan ir-rapport għandu jkun sottomess lir-reġistru għall-pubblikazzjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151/KEE. L-għajnuna finanzjarja aggregata mogħtija lill-partijiet terzi m'għandha fl-ebda ħin tirriżulta fi tnaqqis ta' l-assi netti inqas mill-ammont speċifikat fl-Artikolu 15(1), punti (a) u (b), u għandha tagħti kont ukoll ta' kull tnaqqis ta' l-assi netti li seta' jkun seħħ permezz ta' l-akkwist, mill-kumpannija jew f'isem il-kumpannija, ta' l-ishma tagħha skond l-Artikolu 19(1). Il-kumpannija għandha tinkludi, fost ir-responsabiltajiet fil-karta tal-bilanċ, riserva, li ma tkunx disponibbli għad-distribuzzjoni, ta' l-ammont ta' l-għajnuna finanzjarja aggregata. Fejn ishma proprji tal-kumpannija fit-tifsira ta' l-Artikolu 19(1) huma akkwistati jew fejn ishma maħruġa fil-kors ta’ żieda fil-kapital sottoskritt ikunu sottoskritti minn parti terza permezz ta' għajnuna finanzjarja minn kumpannija, dan l-akkwist jew sotoskrizzjoni għandu jsir bi prezz ġust.” , |
|
7) |
l-Artikolu li ġej għandu jiġi mdaħħal: “Artikolu 23a Fil-każijiet fejn membri individwali tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija tal-kumpannija li tkun parti mit-transazzjoni msemmija fl-Artikolu 23 (****), jew membri individwali tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija ta’ intrapriża prinċipali fit-tifsira ta’ l-Artikoli 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 dwar il-kontijiet konsolidati* jew tat-tali intrapriża prinċipali nfisha, jew individwi li jaġixxi taħt isimhom proprju, imma għall-membri tat-tali korpi jew f'isem it-tali intrapriża, huma kontropartijiet mit-tali transazzjoni, l-Istati Membri għandhom jassiguraw permezz ta' salvagwardji adegwati li tali transazzjoni ma’ tmurx kontra l-aħjar interessi tal-kumpannija. (****) ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1. Direttiva kif emedata l-aħħar bid-Direttiva 2006/43/KE.”;" |
|
8) |
Fl-Artikolu 27(2), it-tieni subparagrafu hu mibdul b’dan li ġej: “L-Artikolu 10(2) u (3) u l-Artikoli 10a u 10b għandhom japplikaw.” ; |
|
9) |
Fl-Artikolu 32, il-paragrafu 1 hu mibdul b’dan li ġej: “1. Fil-każ ta’ tnaqqis fil-kapital sottoskritt, għall-inqas il-kredituri li t-talbiet tagħhom kienu saru qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni biex issir tnaqqis għandhom mill-inqas ikollhom id-dritt li jakwistaw sigurtà għat-talbiet li ma jkunux dovuti sad-data tal-pubblikazzjoni. L-Istati Membri jistgħu ma jwarbux tali dritt sakemm il-kreditur ikollu salwagwardji adegwati, jew sakemm tali salvagwardji ma jkunux neċessarji meta jitqiesu l-assi tal-kumpannija. L-Istati Membri għandhom ifasslu l-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt imsemmi taħt l-ewwel subparagrafu. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kredituri huma awtorizzati li japplikaw lill-awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja kompetenti għal salvagwardji adegwati sabiex huma jistgħu juru b’mod kredibli li minħabba t-tnaqqis fil-kapital sottoskritt l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom huwa mnaqqas u li l-kumpannija ma tagħhomx salvagwardji adegwati.” ; |
|
10) |
Fl-Artikolu 41 il-paragrafu 1 għandu jibidel b’dan li ġej: “1. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-Artikolu 9(1), l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 19(1)(a), u mill-Artikoli 25, 26 u 29 sakemm it-tali deroga hija neċessarja għall-adozzjoni jew l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet maħsuba biex iħeġġu l-parteċipazzjoni ta’ l-impjegati, jew ta’ gruppi oħrajn ta' persuni definiti mil-liġi nazzjonali, fil-kapital ta’ l-impriżi.” . |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-15 ta’ April 2008.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw li metodi ta' kif issir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testijiet tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, is-6 ta’ Settembru 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLEs
Għall-Kunsill
Il-President
P. LEHTOMÄKI
(1) ĠU C 294, 25.11.2005, p. 1.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Marzu 2006 (għada mhux ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Lulju 2006.
(3) ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' l-Adeżjoni ta’ l-2003.
(4) ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.
(5) ĠU L 336, 23.12.2003, p. 33.
(6) ĠU L 162, 30.4.2004, p. 70.
(7) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.