26.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

23


DIRETTIVA 2006/54/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-5 ta' Lulju 2006

dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 141(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE tad-9 ta' Frar 1976 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (3), u d-Direttiva tal-Kunsill 86/378/KEE ta’ l-24 ta' Lulju 1986 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa fi skemi okkupazzjonali ta' sigurtà soċjali (4) ġew emendati b'mod sinifikanti (5). Id-Direttiva tal-Kunsill 75/117/KEE ta’ l-10 ta' Frar 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ndaqs għall-irġiel u għan-nisa (6) u d-Direttiva tal-Kunsill 97/80/KE tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar il-dmir tal-prova f'każijiet ta' diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess (7) ukoll fihom dispożizzjonijiet li l-għan tagħhom huwa l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa. Issa li qed isiru emendi ġodda għad-Direttivi msemmija, ikun tajjeb, għal raġunijiet ta' ċarezza li d-dispożizzjonijiet in kwistjoni għandhom jitfasslu mill-ġdid billi jinġabru flimkien f’test wieħed id-dispożizzjonijiet ewlenin eżistenti f'dan il-qasam kif ukoll ċerti żviluppi li joħorġu mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropea (minn hawn aktar 'il quddiem imsejħa “il-Qorti tal-Ġustizzja”).

(2)

L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija prinċipju fundamentali tal-liġi tal-Komunità skond l-Artikoli 2 u 3(2) tat-Trattat u l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja. Dawk id-dispożizzjonijiet tat-Trattat jistqarru bħala “kompitu” u “mira” tal-Komunità l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u jimponu obbligu pożittiv għall-promozzjoni ta' dan fl-attivitajiet kollha tagħha.

(3)

Il-Qorti tal-Ġustizzja affermat li l-kamp ta' applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa ma jistax jiġi ristrett għall-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni bbażata fuq il-fatt li persuna tkun ta' sess jew ieħor. In vista ta' l-iskop tiegħu u n-natura tad-drittijiet li huwa jfittex li jħares dan japplika ukoll għad-diskriminazzjoni li tqum minħabba bidla fis-sess tal-persuna.

(4)

L-Artikolu 141 (3) tat-Trattat issa jipprovdi bażi legali speċifika għall-adozzjoni ta’ miżuri tal-Komunità biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u trattament ugwali fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, inkluż il-prinċipju ta’ paga ndaqs għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali.

(5)

L-Artikoli 21 u 23 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea jipprojbixxu wkoll kull diskriminazzjoni abbażi ta’sess u jinkorporaw id-dritt għal trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-oqsma kollha, inkluż l-impjieg, ix-xogħol u l-paga.

(6)

Il-fastidju u l-fastidju sesswali huma kontra l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa u jikkostitwixxu diskriminazzjoni abbażi ta’ sess għall-iskopijiet ta’din id-Direttiva. Dawn il-forom ta’diskriminazzjoni ma jiġrux biss fuq il-post tax-xogħol, iżda wkoll f’kuntest ta’ aċċess għall-impjiegi, it-taħriġ vokazzjonali u l-promozzjoni. Dawn għandhom għalhekk jiġu pprojbiti u għandhom jiġu suġġetti għal penali effettivi, proporzjonati u disważivi.

(7)

F’dan il-kuntest, min iħaddem u dawk responsabbli mit-taħriġ vokazzjonali għandhom jiġu mħeġġa li jieħdu miżuri sabiex jiġġieldu kull forma ta’ diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess u, partikolarment sabiex jieħdu miżuri preventivi kontra l-fastidju u l-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol u fl-aċċess għall-impjiegi, it-taħriġ vokazzjonali u l-promozzjoni, skond il-liġi u l-prattika nazzjonali.

(8)

Il-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali kif stabbilit fl-Artikolu 141 tat-Trattat affermat b' konsistenza fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja jikkostitwixxi aspett importanti mill-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa u parti essenzjali u indispensabbli mill-acquis communautaire, inkluża l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess. Huwa għalhekk xieraq li jsiru aktar dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tiegħu.

(9)

Skond il-każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex jiġi stmat jekk ħaddiema humiex jagħmlu xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali, għandu jiġi determinat jekk, meħud kont ta' firxa ta’ fatturi inklużi n-natura tax-xogħol u t-taħriġ u l-kondizzjonijiet tax-xogħol, dawk il-ħaddiema jistgħux jitqiesu li huma f’sitwazzjoni kumparabbli.

(10)

Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet illi, f'ċerti ċirkostanzi, il-prinċipju ta’ paga ugwali mhux limitat għal-sitwazzjonijiet fejn irġiel u nisa jaħdmu għall-istess persuna li tħaddem.

(11)

L-Istati Membri, f’kollaborazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali, għandhom ikomplu jindirizzaw il-problema tad-differenzi fil-pagi ibbażati fuq is-sess li għandhom jippersistu u s-segregazzjoni ċara bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol b'mezzi bħal ma huma arranġamenti għal ħinijiet tax-xogħol flessibbli, li jippermettu sew lill-irġiel u sew lin-nisa li jikkombinaw ir-responsabiltajiet tal-familja u tax-xogħol b’aktar suċċess. Dan jista' jinkludi arranġamenti xierqa għal leave tal-ġenituri li jista' jittieħed minn kwalunkwe ġenitur kif ukoll il-forniment ta' faċilitajiet ta' kura tat-tfal u ta' kura għal persuni dipendenti li jkunu aċċessibbli u bi prezzijiet li wieħed jistà jlaħħaq magħhom.

(12)

Għandhom jiġu adottati miżuri speċifiċi biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali fi skemi okkupazzjonali ta’ sigurtà soċjali u biex jiġi definit il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu b’mod aktar ċar.

(13)

Fis-sentenza tagħha tas-17 ta' Mejju 1990 fil-Każ C-262/88 (8) il-Qorti tal-Ġustizzja ddeterminat li l-forom kollha ta’ pensjoni tax-xogħol jikkostitwixxu element ta’ paga li jaqgħa fit-tifsira ta’ l-Artikolu 141 tat-Trattat.

(14)

Għalkemm il-kunċett ta’ paga fit-tifsira ta’ l-Artikolu 141 tat-Trattat ma jinkludix il-benefiċċji ta' sigurtà soċjali, issa huwa stabbilit b’mod ċar li skema ta’ pensjoni għal uffiċjali pubbliċi taqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali jekk il-benefiċċji li jitħallsu skond l-iskema jingħataw lill-impjegat minħabba r-relazzjoni ta’ l-impjieg tiegħu/tagħha ma’ min iħaddmu fis-settur pubbliku, minkejja l-fatt li skema bħal din tifforma parti minn skema ġenerali statutorja. Skond is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi C-7/93 (9) u C-351/00 (10), dik il-kondizzjoni tiġi sodisfatta jekk l-iskema ta' pensjoni tikkonċerna kategorija partikolari ta’ impjegati u l-benefiċċji tagħha huma relatati direttament mal-perjodu tas-servizz u huma kkalkulati permezz ta’ referenza għas-salarju aħħari ta’ l-uffiċjal pubbliku. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għalhekk huwa xieraq li ssir preparazzjoni speċifika għal dak il-għan.

(15)

Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li filwaqt li l-kontribuzzjonijiet ta’ ħaddiema maskili u femminili fi skema ta’ pensjoni b’benefiċċju definit huma koperti mill-Artikolu 141 tat-Trattat, kwalunkwe nuqqas ta’ ugwaljanza fil-kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem imħallsa taħt skemi iffinanzjati b’benefiċċju definit minħabba l-użu ta’ fatturi attwarjali li jvarjaw skond is-sess m’għandhiex titqies fid-dawl ta’ dik l-istess dispożizzjoni.

(16)

Bħala eżempju, fil-każ ta’ skemi ffinanzjati b'benefiċċji definiti, ċerti elementi bħal ma huma l-bdil f’somma kapitali ta’ parti minn pensjoni perjodika, it-trasferiment ta’ drittijiet tal-pensjoni, pensjoni tar-riverżjoni li titħallas lil dipendent talli tiġi ċeduta parti mill-pensjoni, jew pensjoni mnaqqsa fejn il-ħaddiem jagħżel li jirtira kmieni jistgħu ma jkunux ugwali fejn l-inugwaljanza ta' l-ammonti tirriżulta mill-effetti ta' l-użu ta' fatturi attwarji li jvarjaw skond is-sess fiż-żmien meta jiġi implimentat il-finanzjament ta' l-iskema.

(17)

Huwa stabbilit sew li l-benefiċċji li jitħallsu taħt skemi okkupazzjonali ta’ sigurtà soċjali m’għandhomx jitqiesu bħala rimunerazzjoni sakemm dawn jistgħu jiġu attribwiti għal perjodi ta’ impjieg qabel is-17 ta' Mejju 1990, ħlief fil-każ ta’ ħaddiema jew dawk bi pretensjonijiet ġejjin minnhom li bdew proċeduri legali jew ressqu talba ekwivalenti taħt il-liġi nazzjonali applikabbli qabel dik id-data. Għalhekk huwa neċessarju li tiġi limitata l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali skond dan.

(18)

Il-Qorti tal-Ġustizzja affermat b' konsistenza li l-Protokoll Barber (11) ma jaffettwax id-dritt ta’ sħubija fi skema ta’ pensjoni tax-xogħol u li l-limitazzjonijiet ta’ l-effetti fiż-żmien tas-sentenza fil-Każ C-262/88 ma tapplikawx għad-dritt ta’ sħubija fi skema ta’ pensjoni tax-xogħol. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet wkoll li r-regoli nazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-limiti ta' żmien sabiex jittieħdu azzjonijiet taħt il-liġi nazzjonali jistgħu jintużaw kontra ħaddiema li jasserixxu d-dritt tagħhom li jissieħbu fi skema ta' pensjoni okkupazzjonali, kemm-il darba ma jkunux inqas favorevoli għal dik it-tip ta’ azzjoni milli għal azzjonijiet simili ta natura domestika u li ma jirrendux l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mil-liġi tal-Komunità impossibli fil-prattika. Il-Qorti tal-Ġustizzja issenjalat ukoll li l-fatt li ħaddiem jista' jitlob retroattivament li jissieħeb fi skema ta’ pensjoni tax-xogħol ma jħallix lill-ħaddiem jevita li jħallas il-kontribuzzjonijiet relatati mal-perjodu ta’ sħubija kkonċernat.

(19)

Li jkun żgurat aċċess ugwali għall-impjiegi u għat-taħriġ vokazzjonali li jwassal għalhekk huwa fundamentali għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjieg u xogħol. Kwalunkwe eċċezzjoni għal dan il-prinċipju għandha għalhekk tiġi llimitata għal dawk l-attivitajiet ta’ xogħol li jeħtieġu l-impjieg ta’ persuna ta’ sess partikolari minħabba n-natura tagħhom jew il-kuntest li fih jitwettqu, kemm-il darba l-għan li jrid jintlaħaq ikun leġittimu u jikkonforma mal-prinċipju ta' proporzjonalità.

(20)

Din id-Direttiva ma’ tippreġudikax id-dritt ta’ sħubija, inkluż id-dritt li jiġu mwaqqfa unions ma' oħrajn u ta' sħubija f'unions sabiex wieħed jiddefendi d-drittijiet tiegħu. Miżuri fis-sens ta’ l-Artikolu 141(4) tat-Trattat jistgħu jinkludu sħubija jew il-kontinwazzjoni ta’ l-attività ta’organizzazjonijiet jew unions li l-objettiv prinċipali tagħhom huwa l-promozzjoni, fil-prattika, tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa.

(21)

Il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni għandha tkun bla preġudizzju għaż-żamma jew l-adozzjoni ta’ miżuri maħsuba sabiex jimpedixxu jew jikkumpensaw għal żvantaġġi sofferti minn grupp ta’ persuni ta’ l-istess sess. Miżuri tali jippermettu lil organizzazjonijiet ta’ persuni ta’ l-istess sess fejn l-objettiv ewlieni hija l-promozzjoni tal-ħtiġijiet speċjali ta' dawk il-persuni u l-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa.

(22)

Skond l-Artikolu 141(4) tat-Trattat, bil-ħsieb li tiġi żgurata ugwaljanza sħiħa fil-prattika bejn l-irġiel u n-nisa fil-ħajja tax-xogħol, il-prinċipju ta’ trattament ugwali ma jżommx l-Istati Membri milli jżommu jew jadottaw miżuri li jipprovdu għal vantaġġi speċifiċi sabiex jagħmluha aktar faċli għas-sess sotto-rappreżentat milli jsegwi xi attività vokazzjonali jew sabiex timpedixxi jew tikkumpensa għal żvataġġi fil-karrieri professjonali. Magħrufa s-sitwazzjoni attwali u meħud kont tad-Dikjarazzjoni Nru 28 mat-Trattat ta’ Amserdam, l-Istati Membri għandhom, fl-ewwel post, jimmiraw sabiex itejbu s-sitwazzjoni tan-nisa fil-ħajja tax-xogħol.

(23)

Huwa ċar mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja li trattament mhux favorevoli ta’ mara relatat mat-tqala jew mal-maternità jikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta minħabba s-sess. Trattament bħal dan għalhekk għandu jiġi espressement kopert minn din id-Direttiva.

(24)

Il-Qorti tal-Ġustizzja konsistement irrikkonoxxiet il-leġittimità, rigward il-prinċipju tat-trattament ugwali, li jipproteġi l-kondizzjoni bijoloġika tal-mara waqt it-tqala u l-maternità, u li jiġu introdotti miżuri ta’ protezzjoni għall-maternità bħala mezz biex tintlaħaq ugwaljanza sostanzjali. Din id-Direttiva għandha għalhekk tkun bla preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta' mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (12). Din id-Direttiva għandha wkoll tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE tat-3 ta' Ġunju 1996 dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż bejn l-UNICE, s-CEEP u l-ETUC (13).

(25)

Għal raġunijiet ta’ kjarezza, huwa wkoll xieraq li tagħmel dispozizzjonijiet espressi għall-protezzjoni tad-drittijiet tax-xogħol tan-nisa dwar il-leave tal-maternità u partikolarment id-dritt tagħhom li jirritornaw għall-istess post jew għal post ekwivalenti u li ma jsofru ebda detriment fil-pattijiet u l-kondizzjonijiet bħala riżultat li jieħdu dak il-leave u li jibbenefikaw minn kull titjib fil-kondizzjonijiet tax-xogħol li għalihom kienu jkunu intitolati waqt l-assenza tagħhom.

(26)

Fir-Riżoluzzjoni tal-laqgħa tal-Kunsill u tal-Ministri għall-Impjiegi u l-Politika Soċjali, f'laqgħa fil-Kunsill, tad-29 ta' Ġunju 2000 dwar il-parteċipazzjoni bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fil-ħajja tal-familja u tax-xogħol (14), l-Istati Membri kienu inkoraġġati sabiex jikkunsidraw li jeżaminaw il-kamp ta' applikazzjoni tas-sistemi legali rispettivi dwar l-għoti lil ħaddiema irġiel ta’ dritt individwali u mhux transferibbli għal leave tal-paternità, filwaqt li jżommu d-drittijiet tagħhom relatati max-xogħol.

(27)

Konsiderazzjonijiet simili japplikaw għall-għoti mill-Istati Membri tad-dritt individwali u mhux trasferibbli għal leave wara ta’ l-adozzjoni ta' tfal lil irġiel u nisa. Ikunu l-Istati Membri li jiddeterminaw jekk jagħtux jew le tali dritt għal paternita jew/u leave għall-adozzjoni u wkoll li jiddeterminaw kwalunkwe kondizzjoni, ħlief għal tkeċċija u ritorn għax-xogħol, li huma barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta’din id-Direttiva.

(28)

L-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju ta’ trattament ugwali jirrikjedi li l-Istati Membri jkollhom il-proċeduri xierqa.

(29)

Għall-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju ta’ trattament ugwali huwa essenzjali li jkunu provduti proċeduri ġudizzjarji u amministrattivi adegwati għall-infurzar ta’ l-obbligi imposti minn din id-Direttiva.

(30)

L-adozzjoni ta’ regoli fuq id-dmir tal-prova jilgħab irwol sinifikanti sabiex jassigura li l-prinċipju ta’ trattament ugwali jista' jkun effettivament infurzat. Bħalma ddeċidiet il-Qorti tal-Gustizzja iddeċidiet, għalhekk għandhom jittieħdu dispozizzjonijiet li jiżguraw li d-dmir tal-prova jmur fuq il-konvenut fejn ikun hemm każ prima facie ta’diskriminazzjoni, barra meta jkun hemm proċeduri fejn huwa għall-qorti jew organi nazzjonali oħra kompetenti sabiex jinvestigaw il-fatti. Huwa għalhekk neċessarju li tiċċara li l-apprezzament tal-fatti minn fejn jista jkun maħsub li kien hemm diskriminazzjoini diretta jew indiretta tibqa materja għall-organu nazzjonali relevanti bi qbil mal-prattika u l-liġi nazzjonali. Il-quddiem huwa għall-Istati Membri li jintroduċu, skond proċeduri xierqa, regoli ta' evidenza li huma aktar favorevoli għall-atturi.

(31)

Bil-ħsieb li jittejjeb aktar il-livell tal-ħarsien offrut minn din id-Direttiva, assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet u korpi legali oħra għandhom ukoll jingħataw il-poter li jinvolvu rwieħhom fi proċeduri, kif jiddeterminaw l-Istati Membri, jew f’isem jew b’appoġġ ta’ min qed jagħmel l-ilment, mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali ta’ proċedura li jikkonċernaw ir-rappreżentazzjoni u d-difiża.

(32)

Meħuda in konsiderazzjoni n-natura fundamentali tad-dritt għall-protezzjoni legali effettiva, huwa xieraq li tassigura li l-ħaddiema jibqgħu jgawdu tali protezzjoni anke wara li r-relazzjoni li tat bidu għall-allegat ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali spiċċa. Impjegat li qed jiddefendi jew qed jixhed f’isem persuna protetta taħt din id-Direttiva għandu jkun intitolat għall-istess protezzjoni.

(33)

Kien deċiż b’mod ċar mill-Qorti tal-Ġustizzja li, sabiex ikun effettiv, il-prinċipju ta’ trattament ugwali jimplika li, il-kumpens mogħti għal kwalunkwe ksur irid ikun adegwat skond il-ħsara mġarrba. Huwa għalhekk xieraq li jiġi eskluż l-iffissar ta’ xi limitu minn qabel għal tali kumpens, ħlief meta min iħaddem jista jipprova li l-unika ħsara li l-applikant ġarrab bħala riżultat ta’ diskriminazzjoni fis-sens ta’ din id-Direttiva tkun ir-rifjut li tiġi kkunsidrata l-applikazzjoni għax-xogħol tiegħu.

(34)

Biex tittejjeb l-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu d-djalogu bejn is-sħab soċjali u, fi ħdan il-qafas ta’ prattika nazzjonali, ma’ organizzazzjonijiet non-governattivi.

(35)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fil-każ ta’ ksur ta’ l-obbligi skond din id-Direttiva.

(36)

Minħabba li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(37)

Għall-iskop li jinftiehem aħjar it-trattament differenti bejn irġiel u nisa f’materji ta’ xogħol u impjieg, għandhom jibqgħu jiġu żviluppati, analiżżati u magħmula disponibbli fil-livelli xierqa, statistiċi kumparabbli maqsuma skond is-sess.

(38)

Trattament ugwali ta’ l-irgiel u n-nisa f’materja ta’ xogħol u impjieg ma jistax jiġi ristrett għal miżuri leġizlattivi. Minflok, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom ikomplu jippromwovu t-tqajjim ta' kuxjenza pubblika dwar il-kwistjoni tad-diskriminazzjoni fil-pagi u għat-tibdil ta' attitudnijiet pubbliċi, li jinvolvi l-partijiet kollha konċernati f’livell pubbliku u privat bl-akbar mod possibbli. Id-djalogu bejn il-partijiet soċjali jista' jkollu rwol importanti f’dan il-proċess.

(39)

L-obbligu ta' transpożizzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun ristrett għad-dispożizzjonijiet li jikkostitwixxu tibdil ta' sustanza meta mqabbel mad-Direttivi ta' qabel. L-obbligu għat-transpożizzjoni ta' dispożizzjonijiet mhux emendati jirriżulta minn direttivi ta' qabel.

(40)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u għall-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fil-Parti B ta’ l-Anness I.

(41)

Skond il-paragrafu 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (15), l-Istati Membri huma mħeġġa li jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom li, sa fejn hu possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn id-Direttivi u l-miżuri ta' traspożizzjoni u jagħmluhom pubbliċi.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jiġi żgurat li jkun implimentat il-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol.

Għal dan il-għan, hi fiha dispożizzjonijiet biex jiġi implimentat il-prinċipju ta’ trattament ugwali f’relazzjoni ma':

(a)

l-aċċess għall-impjiegi, inkluża l-promozzjoni, u t-taħriġ vokazzjonali;

(b)

il-kondizzjonijiet tax-xogħol, inkluża l-paga;

(ċ)

l-iskemi okkupazzjonali ta’ sigurtà soċjali.

Hi fiha wkoll dispożizzjonijiet biex ikun żgurat li din l-implimentazzjoni tkun aktar effettiva permezz ta' l-istabbiliment ta’ proċeduri xierqa.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“diskriminazzjoni diretta”: fejn persuna waħda tiġi trattata minħabba s-sess b’mod inqas favorevoli minn kif tiġi trattata, ġiet trattata jew kieku tiġi trattata persuna oħra f’sitwazzjoni komparabbli;

(b)

“diskriminazzjoni indiretta”: fejn dispożizzjoni, kriterju jew prattika li mad-dehra jkunu newtrali jkunu jpoġġu lil persuni ta’ sess partikolari fi żvantaġġ partikolari meta mqabbla ma’ persuni tas-sess l-ieħor, ħlief jekk dik id-dispożizzjoni, kriterju jew prattika tkun oġġettivament ġustifikata b'għan leġittimu, u l-mezzi biex jintlaħaq dak l-għan huma xierqa u meħtieġa;

(ċ) 

“fastidju”: fejn ikun hemm imġieba mhix mixtieqa li għandha x’taqsam mas-sess ta’ persuna bl-għan jew bl-effett ta’ vjolazzjoni tad-dinjità ta’ persuna, u li jinħoloq ambjent intimidatorju, ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv;

(d)

“Fastidju sesswali”: fejn ikun hemm kwalunkwe forma ta' kondotta verbali, mhux verbali jew fiżika mhix mixtieqa ta’ natura sesswali, bil-għan jew effett li jnaqqsu d-dinjità ta’ xi persuna, partikularment meta jinħoloq ambjent intimidatorju, ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv;

(e)

“paga”: il-paga jew is-salarju ordinarji li jkunu bażiċi jew minimi u kwalunkwe rimunerazzjoni oħra, kemm jekk fi flus kontanti jew in natura, li l-ħaddiem jirċievi direttament jew indirettament, minħabba l-impjieg tiegħu/tagħha minn min iħaddmu/imha;

(f)

“skemi okkupazzjonali ta’ sigurtà soċjali”: skemi li mhumiex regolati mid-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-19 ta' Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali (16) li l-għan tagħhom huwa li jipprovdu lill-ħaddiema, kemm jekk impjegati u kemm jekk jaħdmu għal rashom, f’impriża jew fi grupp ta’ impriżi, f’qasam ta’ attività ekonomika, settur jew grupp ta’ setturi tax-xogħol b’benefiċċji maħsuba biex iżidu l-benefiċċji pprovduti minn skemi statutorji ta’ sigurtà soċjali jew biex jissostitwixxuhom, kemm jekk is-sħubija fi skemi ta’ din ix-xorta tkun obbligatorja u kemm jekk tkun b'għażla;

2.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, diskriminazzjoni tinkludi:

(a)

fastidju u fastidju sesswali, kif ukoll kwalunkwe trattament inqas favorevoli li jkun ibbażat fuq ir-rifjut jew is-sottomissjoni ta’ persuna għal imġiba ta’ din ix-xorta;

(b)

istruzzjoni biex issir diskriminazzjoni kontra persuni minħabba s-sess;

(ċ)

kwalunkwe trattament anqas favorevoli ta’ mara li jkollu x'jaqsam ma’ tqala jew leave tal-maternità fis-sens d-Direttiva 92/85/KEE;

Artikolu 3

Azzjoni posittiva

L-Istati Membri jistgħu izommu jew jadottaw mizuri fis-sens ta' l-Artikolu 141(4) tat-Trattat bil-ħsieb li tiġi żgurata ugwaljanza sħiħa fil-prattika bejn l-irġiel u n-nisa fil-ħajja tax-xogħol.

TITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

KAPITOLU 1

Paga ugwali

Artikolu 4

Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni

Għandha tiġi eliminata d-diskriminazzjoni diretta u indiretta fuq il-bażi ta’sess fir-rigward ta' l-aspetti u l-kondizzjonjiet kollha ta' rimunerazzjoni għall-istess xogħol jew għal xogħol li jitqies li għandu valur ugwali.

B’mod partikolari, fejn tintuża sistema ta’ klassifikazzjoni ta’ l-impjiegi biex tiġi determinata l-paga, din għandha tiġi bbażata fuq l-istess kriterji kemm għall-irġiel u kemm għan-nisa u għalhekk għandha tkun imfassla b'mod tali li teskludi kwalunkwe diskriminazzjoni minħabba s-sess.

KAPITOLU 2

Trattament ugwali fi skemi okkupazzjonali ta’ sigurtà soċjali

Artikolu 5

Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, m’għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni diretta jew indiretta minħabba s-sess fi skemi okkupazzjonali ta’ sigurtà soċjali, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

(a)

il-kamp ta' applikazzjoni ta’ tali skemi u l-kondizzjonijiet ta’ l-aċċess għalihom;

(b)

l-obbligu tal-kontribuzzjoni u l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet;

(ċ)

il-kalkolu tal-benefiċċji, inklużi l-benefiċċji supplementari dovuti minħabba l-konjuġi jew in-nies dipendenti, u l-kondizzjonijiet li jirregolaw it-tul u ż-żamma tad-dritt għall-benefiċċji.

Artikolu 6

Kamp ta' applikazzjoni personali

Dan il-kapitolu għandu japplika għall-membri tal-popolazzjoni li taħdem, inkluż persuni li jaħdmu għal rashom, persuni li l-attività tagħhom hija interrotta minn mard, maternità, inċident jew qgħad involontarju u persuni li jfittxu xogħol u għal ħaddiema rtirati u diżabbli, u għal dawk bi pretensjonijiet ġejjin minnhom, skond il-liġi u/jew l-prattika nazzjonali.

Artikolu 7

Kamp ta' applikazzjoni materjali

1.   Dan il-Kapitolu japplika għal:

(a)

skemi okkupazzjonali tas-sigurta' soċjali li jipprovdu ħarsien kontra r-riskji li ġejjin:

(i)

il-mard,

(ii)

l-invalidità,

(iii)

ix-xjuħija, inkluż l-irtirar kmieni,

(iv)

l-inċidenti industrijali u l-mard ikkaġunat mix-xogħol,

(v)

il-qgħad;

(b)

skemi okkupazzjonali tas-sigurta' soċjali li jipprovdu għal benefiċċji soċjali oħra, fi flus kontanti jew in natura, u b’mod partikolari l-benefiċċji ta’ superstiti u l-allowances tal-familja, jekk benefiċċji bħal dawn jikkostitwixxu rimunerazzjoni mħallsa minn min iħaddem lill-ħaddiem minħabba l-impjieg ta’ dan ta’ l-aħħar.

2.   Dan il-Kapitolu japplika wkoll għall-iskemi tal-pensjoni għal kategorija partikolari ta’ ħaddiem bħal dik ta’ l-uffiċjali pubbliċi jekk il-benefiċċji li jitħallsu skond l-istess skema jitħallsu minħabba r-relazzjoni ta’ l-impjieg ma’ min iħaddem fis-settur pubbliku. Il-fatt li tali skema tifforma parti mill-iskema ġenerali ta' l-istat għandu jkun mingħajr preġudizzju f' dak ir-rigward.

Artikolu 8

Esklużjoni mill-kamp ta' applikazjoni materjali

1.   Dan il-Kapitolu ma japplikax għal:

(a)

kuntratti individwali għal persuni li jaħdmu għal rashom;

(b)

skemi għal persuni li jaħdmu għal rashom b’membru wieħed;

(ċ)

kuntratti ta’ l-assigurazzjoni li min iħaddem m’huwiex parti għalihom, fil-każ ta’ ħaddiema impjegati;

(d)

dispożizzjonijiet li mhumiex obbligatorji ta’ skemi okkupazzjonali offruti lill-parteċipanti b’mod individwali biex ikunulhom iggarantiti:

(i)

jew benefiċċji addizzjonali,

(ii)

jew għażla ta’ data li fiha ser jibdew il-benefiċċji normali għall-persuni li jaħdmu għal rashom, jew għażla bejn diversi benefiċċji;

(e)

skemi okkupazzjonali tas-sigurta' soċjali sakemm il-benefiċċji huma ffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-ħaddiema fuq bażi volontarja.

2.   Dan il-Kapitolu ma jipprekludix lil min iħaddem milli jagħti li lil persuni li diġà laħqu l-età ta’ l-irtirar għall-finijiet ta’ għotja ta’ pensjoni permezz ta’ skema okkupazzjonali tas-sigurta' soċjali, imma li għadhom ma laħqux l-età ta’ l-irtirar għall-finijiet ta’ għotja ta’ pensjoni ta’ l-irtirar statutorja, supplement tal-pensjoni, li l-għan tiegħu huwa li jġib indaqs jew aktar kważi indaqs l-ammont totali ta’ benefiċċju mħallas lil dawn il-persuni b’relazzjoni għall-ammont imħallas lill-persuni tas-sess l-ieħor fl-istess sitwazzjoni li diġà laħqu l-età statutorja ta’ l-irtirar, sakemm il-persuni li qed jibbenefikaw mis-supplement jilħqu l-età statutorja ta’ l-irtirar.

Artikolu 9

Eżempji ta’ diskriminazzjoni

1.   Dispożizzjonijiet kuntrarji għall-prinċipju ta’ trattament ugwali għandhom jinkludu dawk ibbażati fuq is-sess, jew direttament jew indirettament, sabiex:

(a)

ikunu ddeterminati l-persuni li jistgħu jipparteċipaw fi skema okkupazzjonali tas-sigurta' soċjali;

(b)

tkun iffissata n-natura obbligatorja jew mhux obbligatorja tal-parteċipazzjoni fi skema okkupazzjonali tas-sigurta' soċjali;

(ċ)

ikunu stabbiliti regoli differenti fir-rigward ta’ l-età tad-dħul fl-iskema jew il-perjodu minimu ta’ impjieg jew sħubija meħtieġ biex jinkisbu l-benefiċċji tagħha;

(d)

ikunu stabbiliti regoli differenti, ħlief kif provdut fil-punti (h) u (j), għar-rimborż tal-kontribuzzjonijiet meta ħaddiem joħroġ minn skema mingħajr ma jkun issodisfa l-kondizzjonijiet li jiggarantixxu dritt diferut għall-benefiċċji ta’ tul ta’ żmien;

(e)

ikunu ffissati kondizzjonijiet differenti biex jingħataw il-benefiċċji jew għar-restrizzjoni ta’ benefiċċji bħal dawn għall-ħaddiema ta’ wieħed jew l-ieħor mis-sessi;

(f)

ikunu ffissati etajiet differenti ta’ l-irtirar;

(g)

tkun sospiża ż-żamma jew il-kisba ta’ drittijiet matul il-perjodi ta’ lîf tal-maternità jew ta’ lîf għal raġunijiet tal-familja li jingħataw mil-liġi jew bi ftehim u li jitħallsu minn min iħaddem;

(h)

ikunu ffissati livelli differenti ta’ benefiċċju, ħlief safejn jista’ jkun neċessarju biex jitqiesu fatturi ta’ kalkolu attwarjali li jvarjaw skond is-sess fil-każ ta’ skemi b’kontribuzzjoni definita; fil-każ ta’ skemi b’benefiċċju definit iffinanzjati, ċerti elementi jistgħu ma jkunux ugwali fejn in-nuqqas ta’ ugwaljanza ta’ l-ammonti tirriżulta mill-effetti ta’ l-użu ta’ fatturi attwarjali li jvarjaw skond is-sess fiż-żmien meta jiġi implimentat l-iffinanzjar ta’ l-iskema;

(i)

ikunu ffissati livelli differenti għall-kontribuzzjonijiet tal-ħaddiema;

(j)

ikunu ffissati livelli differenti għall-kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem, minbarra:

(i)

fil-każ ta’ skemi b’kontribuzzjoni definita jekk l-għan huwa li jiddaqqas l-ammont tal-benefiċċji finali jew li kważi jiddaqqsu għaż-żewġ sessi;

(ii)

fil-każ ta’ skemi b’benefiċċju definit iffinanzjati fejn il-kontribuzzjonjiet ta’ min iħaddem huma intenzjonati biex jiżguraw is-suffiċjenza tal-fondi neċessarji biex ikopru l-ispiża tal-benefiċċji definiti;

(k)

ikunu stabbiliti standards differenti jew standards applikabbli biss għall-ħaddiema ta’ sess speċifiku, ħlief kif provdut fil-punti (h) u (j), fir-rigward tal-garanzija jew taż-żamma tad-dritt għal benefiċċji diferiti meta ħaddiem joħroġ minn skema.

2.   Fejn l-għotja tal-benefiċċji fl-ambitu ta’ dan il-Kapitolu titħalla għad-diskrezzjoni tal-korpi li jamministraw l-iskema, dawn ta’ l-aħħar għandhom jikkonformaw mal-prinċipju ta’ trattament ugwali.

Artikolu 10

Implimentazzjoni fir-rigward ta' persuni li jaħdmu għal rashom

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ skemi okkupazzjonali tas-sigurta' soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom li huma kuntrarji għall-prinċipju ta’ trattament ugwali jiġu riveduti b’effett mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1993 jew għall-Istati Membri li l-adeżjoni tagħhom seħħet wara dik id-data, fid-data li d-Direttiva 86/378/KEE saret applikabbli fit-territorju tagħhom.

2.   Dan il-Kapitolu m’għandux jipprekludi drittijiet u obbligi li jirrelataw għal perjodu ta’ sħubija fi skema okkupazzjonali tas-sigurta' soċjali għal persuni li jaħdmu għal rashom qabel ir-reviżjoni ta’ dik l-iskema milli jibqgħu suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ l-iskema li tkun fis-seħħ matul dak il-perjodu.

Artikolu 11

Possibilta ta' differiment fir-rigward ta' persuni li jaħdmu għal rashom

Fir-rigward ta’ skemi okkupazzjonali tas-sigurta' soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom, l-Istati Membri jistgħu jiddiferixxu l-applikazzjoni obbligatorja tal-prinċipju ta’ trattament ugwali fir-rigward ta’:

(a)

id-determinazzjoni ta’ l-età tal-pensjoni biex jingħataw il-pensjonijiet ta’ l-anzjanità jew ta’ l-irtirar, u l-implikazzjonijiet possibbli għal benefiċċji oħra:

(i)

ew sad-data li fiha tinkiseb ugwaljanza bħal din fi skemi statutorji,

(ii)

jew, sa l-aktar tard, sakemm ugwaljanza bħal din hija stabbilita minn direttiva;

(b)

il-pensjonijiet ta’ min jibqa’ ħaj sakemm il-liġi Komunitarja tistabbilixxi l-prinċipju ta’ trattament ugwali fi skemi statutorji ta’ sigurtà soċjali f’dak ir-rigward;

(ċ)

l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 9(1)(i) fir-rigward ta' l-użu ta’ fatturi ta' kalkolu attwarjali, sa l-1 ta' Jannar 1999 jew għall-Istati Membri li l-adeżjoni tagħhom seħħet wara dik id-data sad-data li d-Direttiva 86/378/KEE saret applikabbli fit-territorju tagħhom.

Artikolu 12

Effett retroattiv

1.   Kwalunkwe miżura li timplimenta dan il-Kapitolu, fir-rigward ta’ ħaddiema, għandha tkopri l-benefiċċji kollha taħt l-iskemi okkupazzjonali ta’ sigurtà soċjali li ġejjin minn perjodi ta’ impjieg wara s-17 ta' Mejju 1990 u għandhom japplikaw b’mod retroattiv għal dik id-data, mingħajr preġudizzju għall-ħaddiema jew għal dawk li jagħmlu talba taħthom li, qabel dik id-data, bdew proċeduri legali jew għamlu talba ekwivalenti skond il-liġi nazzjonali. F’dak il-każ, il-miżuri ta’ l-implimentazzjoni għandhom japplikaw b’mod retroattiv għat-8 ta' April 1976 u għandhom ikopru l-benefiċċji kollha li ġejjin minn perjodi ta’ impjieg wara dik id-data. Għall-Istati Membri li ssieħbu fil-Komunità wara t-8 ta' April 1976, u qabel is-17 ta' Mejju 1990, dik id-data għandha tiġi sostitwita mid-data li fiha l-Artikolu 141 tat-Trattat sar applikabbli fit-territorju tagħhom.

2.   It-tieni sentenza tal-paragrafu 1 m’għandhiex twaqqaf lir-regoli nazzjonali li jirrelataw mal-limiti taż-żmien biex jinfetħu kawżi skond il-liġi nazzjonali milli ssir dipendenza fuqhom kontra ħaddiema jew dawk li jagħmlu talba taħthom li bdew proċeduri legali jew għamlu talba ekwivalenti taħt il-liġi nazzjonali qabel is-17 ta' Mejju 1990, sakemm mhumiex inqas favorevoli għal dik it-tip ta’ azzjoni milli għal azzjonijiet simili ta’ natura domestika u li ma jagħmlux l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mil-liġi Komunitarja impossibbli fil-prattika.

3.   Għall-Istati Membri li l-adeżjoni tagħhom seħħet wara s-17 ta' Mejju 1990 u li fl-1 ta' Jannar 1994 kienu Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, bid-data tas-17 ta' Mejju 1990 fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 għandha tkun sostitwita mill-1 ta' Jannar 1994.

4.   Għall-Istati Membri l-oħra li l-adeżjoni tagħhom seħħet wara s-17 ta' Mejju 1990, id-data tas-17 ta' Mejju 1990 fil-paragrafi 1 u 2 għandha tkun sostitwita mid-data li fiha l-Artikolu 141 tat-Trattat sar applikabbli fit-territorju tagħhom.

Artikolu 13

Età pensjonabbli flessibbli

Fejn l-irġiel u n-nisa jistgħu jikklejmjaw età pensjonabbli flessibbli bl-istess kondizzjonijiet, din m’għandhiex titqies bħala li mhix kompatibbli ma’ dan il-Kapitolu.

KAPITOLU 3

Trattament ugwali fir-rigward ta’ l-aċċess għall-impjiegi, tat-taħriġ vokazzjonali u tal-promozzjoni u tal-kondizzjonijiet tax-xogħol

Artikolu 14

Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni

1.   M’għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni diretta jew indiretta minħabba s-sess fis-settur pubbliku jew f’dak privat, inklużi l-korpi pubbliċi, b’relazzjoni għal:

(a)

kondizzjonijiet għal aċċess għall-impjiegi, għal min jaħdem għal rasu jew għall-impjieg, inkluż il-kriterji ta’selezzjoni u l-kondizzjonijiet ta’ reklutaġġ, tkun li tkun il-fergħa ta’ attività u fil-livelli kollha tal-ġerarkija professjonali, inkluż promozzjoni;

(b)

aċċess għat-tipi kollha u għal-livelli kollha ta’ gwida vokazzjonali, taħriġ vokazzjonali, taħriġ vokazzjonali avvanzat u taħriġ mill-ġdid, inkluża l-esperjenza prattika tax-xogħol;

(ċ)

Impjieg u l-kondizzjonijiet tax-xogħol, inlużi sensji, kif ukoll paga kif previst fl-Artikolu 141 tat-Trattat;

(d)

sħubija, u involviment f’organizzazzjoni ta’ ħaddiema jew ta’ min iħaddem, jew kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħha jwettqu professjoni partikolari, inklużi l-benefiċċji provduti minn organizzazzjonijiet ta’ din ix-xorta.

2.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu, fir-rigward ta’ l-aċċess għall-impjiegi inkluż it-taħriġ li jwassal għalih, li differenza fit-trattament li hija bbażata fuq karatteristika relatata mas-sess m’għandiex tikkostitwixxi diskriminazzjoni fejn, minħabba n-natura ta’ l-attivitajiet tax-xogħol partikolari kkonċernati jew tal-kuntest li fihom jitwettqu, karatteristika bħal din tikkostitwixxi kondizzjoni meħtieġa ġenwina u determinanti tax-xogħol, sakemm għan tagħha huwa leġittimu u l-kondizzjoni meħtieġa hija proporzjonata.

Artikolu 15

Ritorn mill-leave tal-maternità

Mara li qiegħda bil-leave tal-maternità għandu jkollha d-dritt, wara li jintemm il-perjodu tal-leave tal-maternità tagħha, li terġa’ lura għall-impjieg tagħha jew għal kariga ekwivalenti b’termini u b’kondizzjonijiet li m’humiex inqas favorevoli għaliha u li għadha tibbenifika minn kwalunkwe titjib fil-kondizzjonijiet tax-xogħol li għalihom kien ikollha d-dritt matul l-assenza tagħha.

Artikolu 16

Leave ta’ paternità u adozzjoni

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-Istati Membri li jirrikonoxxu drittijiet distinti għal-lîf tal-paternità u/jew ta’ l-adozzjoni. Dawk l-Istati Membri li jirrikonoxxu drittijiet bħal dawn għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex iħarsu l-irġiel u n-nisa li jaħdmu kontra t-tkeċċija minħabba li jeżerċitaw dawk id-drittijiet u jiżguraw li, fit-tmiem ta’ lîf bħal dan, għandu jkollhom id-dritt li jerġgħu lura għall-impjiegi tagħhom jew għal karigi ekwivalenti b’termini u kondizzjonijiet li m’humiex inqas favorevoli għalihom, u li jibbenefikaw minn kwalunkwe titjib fil-kondizzjonijiet tax-xogħol li kien ikollhom id-dritt għalihom matul l-assenza tagħhom.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET ORIZZONTALI

KAPITOLU 1

Rimedji u infurzar

Taqsima 1

Rimedji

Artikolu 17

Difiża ta’drittijiet

1.   L-Istati membri għandhom jassiguraw li wara l-użu possibli ta' awtoritajiet kompetenti oħra, inkluż fejn iħossu li jkun xieraq proċeduri ta’ konċiljazzjoni, il-proċeduri ġudizzjarji għall-infurzar ta’ l-obbligi taħt din id-Direttiva jkunu disponibbli għall-persuni kollha li jqisu li sofrew danni bil-fatt li ma ġiex applikat prinċipju ta’ trattament ugwali fir-rigward tagħhom, anke wara li r-relazzjoni li fiha l-allegata diskriminazzjoni tkun seħħet, tkun spiċċat.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-korpi legali oħra li, skond il-kriterji stabbiliti mil-liġi nazzjonali tagħhom, għandhom interess leġittimu li jiżguraw li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, jistgħu jinvolvu rwieħhom, kemm jekk f’isem jew biex jappoġġjaw lil min qed jagħmel l-ilment, bl-approvazzjoni tiegħu/tagħha, fi kwalunkwe proċedura ġudizzjarja u/jew amministrattiva provduta għall-infurzar ta’ l-obbligi skond din id-Direttiva.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali li jirrelataw mal-limiti taż-żmien biex jinfetħu l-kawżi fejn għandu x’jaqsam il-prinċipju ta’ trattament ugwali.

Artikolu 18

Kumpens jew riparazzjoni

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-sistema legali nazzjonali tagħhom dawk il-miżuri li jkunu meħtieġa sabiex jassiguraw kumpens jew riparazzjoni reali u effettivi, kif jistabbilixxu l-Istati Membri, għat-telf u l-ħsara mġarrba minn persuna bħala riżultat ta’diskriminazzjoni abbażi ta’ sess, b’mod li jkun dissważiv u proporzjonat għall-ħsara mġarrba. Tali kumpens jew riparazzjoni ma jistgħux ikunu ristretti bl-iffissar ta’ limitu ogħla minn qabel, ħlief meta min iħaddem jista' jipprova li l-unika ħsara li l-applikant ġarrab bħala riżultat ta’ diskriminazzjoni fis-sens ta’ din id-Direttiva tkun ir-rifjut li tkun ikkunsidrata l-applikazzjoni għax xogħol tiegħu/tagħha.

Taqsima 2

Id-Dmir tal-prova

Artikolu 19

Id-dmir tal-prova

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, skond is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali tagħhom, biex jiżguraw li, meta persuni li jaħsbu li ġew ittrattati ħażin minħabba li l-prinċipju ta’ trattament ugwali ma ġiex applikat għalihom jistabbilixxu, quddiem qorti jew awtorità kompetenti oħra, fatti li minnhom jista’ jiġi preżunt li kien hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta, għandu jkun il-konvenut li jipprova li ma kien hemm l-ebda ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux iwaqqaf lill-Istati Membri milli jintroduċu regoli ta’ evidenza li huma aktar favorevoli għall-kwerelanti.

3.   L-Istati Membri m’għandhomx għalfejn japplikaw il-paragrafu 1 għall-proċeduri fejn hija l-qorti jew il-korp kompetenti li għandha tinvestiga l-fatti tal-każ.

4.   Paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għal:

(a)

is-sitwazzjonijiet koperti mill-Artikolu 141 tat-Trattat u, safejn hija kkonċernata d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, mid-Direttivi 92/85/KEE u 96/34/KE;

(b)

kwalunkwe proċedura ċivili jew amministrattiva li tikkonċerna s-settur pubbliku jew privat li tipprovdi għal mezzi ta’ riparazzjoni taħt il-liġi nazzjonali skond il-miżuri li jissemmew f’(a) ħlief għall-proċeduri extra-ġudizzjarji ta’ natura volontarja jew li huma provduti mil-liġi nazzjonali.

5.   Dan l-Artikolu m’għandux japplika għall-proċeduri kriminali, sakemm mhux provdut mod ieħor mill-Istati Membri.

KAPITOLU 2

Promozzjoni ta’ trattament ugwali – djalogu

Artikolu 20

Korpi dwar l-ugwaljaza

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru u jagħmlu l-arranġamenti neċessarji għal korp jew korpi għall-promozzjoni, għall-analiżi, għall-monitoraġġ u għall-appoġġ ta’ trattament ugwali tal-persuni kollha mingħajr diskriminazzjoni minħabba s-sess. Dawn il-korpi jistgħu jifformaw parti mill-aġenziji b’responsabbilità fuq livell nazzjonali għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem jew għas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-individwi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompetenzi ta’ dawn il-korpi jinkludu:

(a)

mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-vittmi u ta’ l-assoċjazzjonijiet, ta’ l-organizzazzjonijiet jew ta’ l-entitajiet legali oħra msemmija fl-Artikolu 17(2), jipprovdu assistenza indipendenti għall-vittmi tad-diskriminazzjoni li jipproċedu bl-ilmenti tagħhom dwar id-diskriminazzjoni;

(b)

jwettqu servejs indipendenti dwar id-diskriminazzjoni;

(ċ)

jippubblikaw rapporti indipendenti u jagħmlu rakkomandazzjonijiet fuq kwalunkwe kwistjoni li għandha x’taqsam ma’ diskriminazzjoni bħal din;

(d)

skambju ta’ informazzjoni disponibbli fil-livell adegwat ma' korpi Ewropej korrispondenti bħal kwalunkwe Istitut Ewropew fil-ġejjieni għall-Ugwaljanza bejn is-sessi.

Artikolu 21

Djalogu soċjali

1.   L-Istati Membri għandhom, skond it-tradizzjonijiet legali u l-prattika, jieħdu miżuri adegwati sabiex jippromwovu djalogu soċjali bejn il-partijiet soċjali bil-ħsieb li jrawmu trattament ugwali, per eżempju anke bl-immonitorjar tal-prattiċi fuq il-post tax-xogħol, l-aċċess għall-impjiegi, it-taħriġ vokazzjonali, il-promozzjoni, kif ukoll permezz tal-monitoraġġ ta' ftehim kollettiv, il-kodiċi ta' kondotta, ir-riċerka jew l-iskambju ta’ esperjenzi u prattiki tajba.

2.   Fejn huwa konsistenti mat-tradizzjonijiet u l-prattika nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-imsieħba soċjali, bla ebda preġudizzju għall-awtonomija tagħhom, jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, u l-arranġamenti ta’ xogħol flessibbli, bil-għan li tiġi ffaċilitata r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u l-ħajja privata, u sabiex jikkonkludu, fil-livell xieraq, ftehim li jipprovdi regoli kontra d-diskriminazzjoni fl-oqsma li jirreferi għalihom l-Artikolu 1 li jaqa’ fl-iskop tan-negozjar kollettiv. Dawn l-argumenti għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u l-miżuri ta’ l-implimentazzjoni nazzjonali relevanti.

3.   L-Istati Membri għandhom, skond il-liġi nazzjonali, ftehim kollettiv jew il-prattika, jinkoraġġixxu li min iħaddem sabiex jippromwovi trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa b’mod ippjanat u sistematiku fuq il-post tax-xogħol, fl-aċċess għall-impjiegi, fit-taħriġ vokazzjonali u l-promozzjoni.

4.   Għal dan il-għan, min iħaddem għandu jiġi nkoraġġit jipprovdi f’intervalli regolari u xierqa lil ħaddiema u/jew lir-rappreżentanti tagħhom b’informazzjoni xierqa fuq trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa fl-impriża.

Tali informazzjoni tista' tinkludi ħarsa lejn il-proporzjoni ta’ nisa u rġiel fil-livelli differenti ta' l-organizzazzjoni; il-paga tagħhom u differenzi fil-paga u miżuri possibbli li jtejbu s-sitwazzjoni b’koperazzjoni mar-rappreżentanti tal-ħaddiema.

Artikolu 22

Djalogu ma’organizzazzjonijiet non-governattivi

L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu djalogu ma’ l-organizzazzjonijiet mhux governattivi xierqa li, skond il-liġi u l-prattika nazzjonali tagħhom, għandhom interess leġittimu li jagħmlu kontribuzzjoni għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni minħabba s-sess bil-ħsieb li jinġib ’l quddiem il-prinċipju ta’ trattament ugwali.

KAPITOLU 3

Dispożizzjonijiet ġenerali orizzontali

Artikolu 23

Konformità

l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li:

(a)

kwalunkwe liġi, regolament u dispożizzjoni amministrattiva kuntrarja għall-prinċipju ta’ trattament ugwali tkun abolita;

(b)

dispożizzjonijiet kuntrarji għall-prinċipju ta’ trattament ugwali f’kuntratti jew ftehim individwali jew kollettivi, regoli interni ta’ l-impriżi jew regoli li jirregolaw xogħlijiet indipendenti u professjonijiet u organizzazjonijiet ta’ min iħaddem, jew kwalunkwe ftehim għandhom ikunu jew jistgħu ikunu ddikkjarati nulli u bla effett jew ikunu emendati;

(ċ)

skemi okkupazzjonali ta' sigurtà soċjali li fihom tali dispożizzjonijiet jistgħu ma jkunux approvati jew estiżi permezz ta’ miżuri amministrattivi.

Artikolu 24

Vittimizzazzjoni

L-Istati Membri għandhom jintroduċu fis-sistemi legali nazzjonali tagħhom il-miżuri kollha meħtieġa biex iħarsu lill-impjegati, inklużi dawk li huma rappreżentanti ta’ l-impjegati, provduti mil-liġijiet u/jew il-prattika nazzjonali, kontra t-tkeċċija jew trattament avvers ieħor minn min iħaddem bħala reazzjoni għal ilment fl-intrapriża jew għal kwalunkwe proċedura legali bl-għan li tkun infurzata l-konformità mal-prinċipju ta’ trattament ugwali.

Artikolu 25

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li jiġu applikati. Il-penali, li jistgħu jinkludu l-paga ta’ kumpens lill-vittma, iridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-5 ta' Ottubru 2005 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien għal kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.

Artikolu 26

Prevenzjoni ta’ diskriminazzjoni

Stati Membri għandhom jinkoraġġixxu, skond il-liġi nazzjonali, il-ftehim kollettivi jew il-prattiki, lil dawk li jħaddmu u lil dawk responsabbli għall-aċċess għat-taħriġ vokazzjonali sabiex jieħdu miżuri effettivi sabiex jimpedixxu kull forma ta’ diskriminazzjoni abbażi ta’ sess, partikolarment fastidju u fastidju sesswali fil-post tax-xogħol, fl-aċċess għall-impjiegi, fit-taħriġ vokazzjonali u l-promozzjoni.

Artikolu 27

Kondizzjonijiet minimi

1.   L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli għall-ħarsien tal-prinċipju tat-trattament ugwali minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.

2.   Fl-ebda ċirkustanza, l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva m’għandha tkun raġuni biżżejjed għal tnaqqis fil-livell ta’ ħarsien tal-ħaddiema fl-oqsma li tapplika għalihom, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-Istati Membri li jirrispondu għall-bidliet fis-sitwazzjoni billi jintroduċu liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li huma differenti minn dawk li huma fis-seħħ man-notifika ta’ din id-Direttiva, sakemm hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 28

Relazzjoni mad-dsispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali

1.   Din id-Direttiva għandha tkun bla preġudizzju għad-dispozizzjonijiet dwar il-protezzjoni tan-nisa, partikolarment fir-rigward tat-tqala u l-maternità.

2.   Din id-Direttiva għandha tkun bla preġudizzju għad-dispozizzjonijiet tad-Direttiva 96/34/KE u d-Direttiva 92/85/KEE.

Artikolu 29

Mainstreaming fuq bażi tas-sess

L-Istati Membri għandhom iqisu b’mod attiv l-għan ta’ l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa meta jifformulaw u jimplimentaw liġijiet, regolamenti, dispożizzjonijiet amministrattivi, politika u attivitajiet fl-oqsma li jissemmew f’ din id-Direttiva.

Artikolu 30

Disseminazzjoni ta’ informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li miżuri meħuda skond din id-Direttiva, mad-dispożizzjonijiet diġa fis-seħħ, flimkien ikunu miġjuba għall-attenzjoni tal-persuni kollha kkonċernati bil-mezzi kollha adegwati u, fejn jixraq, fuq il-post tax-xogħol.

TITOLU IV

ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 31

Rapporti

1.   Sal-15 ta' Frar 2011 l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, l-informazzjoni kollha neċessarja għall-Kummissjoni biex din tfassal rapport għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 , l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, kull erba’ snin, it-testi ta’ kwalunkwe miżura adottata skond l-Artikolu 141(4) tat-Trattat, kif ukoll rapporti dwar dawn il-miżuri u l-implimentazzjoni tagħhom. Fuq il-bażi ta’ dik l-informazzjoni, il-Kummissjoni ser tadotta u tippubblika kull erba’ snin rapport li jistabbilixxi valutazzjoni komparattiva ta’ kwalunkwe miżura fid-dawl tad-Dikjarazzjoni Nru 28 annessa ma’ l-Att Finali tat-Trattat ta’ Amsterdam.

3.   L-Istati Membri għandhom jevalwaw l-attivitajiet tax-xogħoli imsemmija fl-Artikolu 14(2), sabiex jiddeċiedu, fid-dawl ta’ l-iżviluppi soċjali, jekk hemmx ġustifikazzjoni sabiex jinżammu l-esklużjonijiet ikkonċernati. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni perjodikament, iżda mill-inqas kull tmien snin..

Artikolu 32

Reviżjoni

Sal-15 ta' Frar 2013 l-aktar tard, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-ħidma ta’ din id-Direttiva u jekk ikun xieraq, tipproponi kwalunkwe emenda li tqis neċessarja.

Artikolu 33

Implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-konformità ma’ din id-Direttiva sal-15' Awwissu 2008 jew għandhom jiżguraw, sa mhux aktar tard minn dik id-data, li l-amministrazzjoni u l-ħaddiema jintroduċu d-dispożizzjonijiet meħtieġa permezz ta' ftehim. L-Istati Membri jistgħu, jekk ikun meħtieġ li jingħata kont tad-diffikultajiet partikolari, jieħdu sa sena waħda addizzjonali sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha neċessarji biex ikun jistgħu jiggarantixxu r-riżultati imposti minn din id-Direttiva. Għalhekk għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta’ dawk il-miżuri.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza bħal din meta jiġu ppubblikati b’mod uffiċjali. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-referenzi f’liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttivi revokati minn din id-Direttiva għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din u kif għandha tiġi fformulata dik id-dikjarazzjoni.

L-obbligu ta' transpożizzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonaligħandu jkun ristrett għad-dispożizzjonijiet li jikkostitwixxu emendi ta' sustanza għal direttivi ta' qabel. L-obbligu għat-transpożizzjoni ta' dispożizzjonijiet mhux emendati jirriżulta minn direttivi ta' qabel.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 34

Revoka

1.   B' effett mill-15 ta' Awwissu 2009 id-Direttivi 75/117/KEE, 76/207/KEE, 86/378/KEE u 97/80/KE, għandhom ikunu mħassra mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u għall-applikazzjoni tad-Direttivi ddikjarati fil-Parti B ta’ l-Anness I.

2.   Referenzi għad-Direttivi revokati għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 35

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 36

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, nhar il-5 ta' Lulju 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

P. LEHTOMÄKI


(1)  ĠU C 157, 28.6.2005, p. 83.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2005 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2006 (ĠU C 126 E, 30.5.2006, p. 33) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-1 ta' Ġunju 2006 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 39, 14.2.1976, p. 40, Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 269, 5.10.2002, p. 15).

(4)  ĠU L 225, 12.8.1986, p. 40, Direttiva kif emendata bid-Direttiva 96/97/KE (ĠU L 46, 17.2.1997, p. 20).

(5)  Ara l-Anness I parti A.

(6)  ĠU L 45, 19.2.1975, p. 19.

(7)  ĠU L 14, 20.1.1998, p. 6, Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/52/KE (ĠU L 205, 22.7.1998, p. 66).

(8)  C-262/88: Barber v. Guardian Royal Exchange Assurance Group (1990 ECR I-1889).

(9)  C-7/93: Bestuur van het Algemeen Burgerlijk Pensioenfonds v G. A. Beune (1994 ECR I-4471).

(10)  C-351/00: Pirkko Niemi (2002 ECR I-7007).

(11)  Protokoll Nru 17 dwar l-Artikolu 141 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (1992).

(12)  ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1.

(13)  ĠU L 145, 19.6.1996, p. 4. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/75/KE (ĠU L 10, 16.1.1998, p. 24).

(14)  ĠU C 218, 31.7.2000, p. 5.

(15)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(16)  ĠU L 6, 10.1.1979, p. 24.


ANNESS I

PARTI A

Id-Direttivi revokati bl-emendi suċċessivi tagħhom

Id-Direttiva tal-Kunsill 75/117/KEE

ĠU L 45, 19.2.1975, p. 19

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE

ĠU L 39, 14.2.1976, p. 40

Id-Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ĠU L 269, 5.10.2002, p. 15

Id-Direttiva tal-Kunsill 86/378/KEE

ĠU L 225, 12.8.1986, p. 40

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/97/KE

ĠU L 46, 17.2.1997, p. 20

Id-Direttiva tal-Kunsill 97/80/KE

ĠU L 14, 20.1.1998, p. 6

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/52/KE

ĠU L 205, 22.7.1998, p. 66

PARTI B

Lista tal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati ta’ applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 34(1))

Id-Direttiva

Il-limitu taż-żmien għat-traspożizzjoni

Id-data ta’ applikazzjoni

Id-Direttiva 75/117/KEE

19.2.1976

 

Id-Direttiva 76/207/KEE

14.8.1978

 

Id-Direttiva 86/378/KEE

1.1.1993

 

Id-Direttiva 96/97/KE

1.7.1997

17.5.1990 għal dak li għandu x'jaqsam ma' ħaddiema, ħlief għal dawk il-ħaddiema jew għal dawk bi pretensjonijiet ġejjin minnhom li qabel dik id-data kienu bdew proċedura legali jew għamlu klejm ekwivalenti taħt il-liġi nazzjonali.

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 86/378/KEE– mhux aktar tard mill-1.1.1993.

L-Artikolu 6(1)(i), l-ewwel inċiż tad-Direttiva 86/378/KEE–mhux aktar tard mill-1.1.1999.

Id-Direttiva 97/80/KE

1.1.2001

22.7.2001 fir-rigward tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq.

Id-Direttiva 98/52/KE

22.7.2001

 

Id-Direttiva 2002/73/KE

5.10.2005

 


ANNESS II

It-tabella ta' korrelazzjoni

Id-Direttiva 75/117/KEE

Id-Direttiva 76/207/KEE

Id-Direttiva 86/378/KEE

Id-Direttiva 97/80/KE

Din id-Direttiva

L-Artikolu 1 (1)

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1(2)

L-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 2(2)

Artikolu 2(1) (a)

It-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 2(2)

L-Artikolu 2(2)

Artikolu 2(1) (b)

It-tielet u r-raba’ inċiżi ta’ l-Artikolu 2(2)

Artikolu 2(1) (ċ) u (d)

Artikolu 2(1) (e)

L-Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1) (f)

L-Artikolu 2(3) u (4) u l-Artikolu 2(7) it-tielet subparagrafu

L-Artikolu 2(2)

L-Artikolu 2(8)

L-Artikolu 3

-L-Artikolu 1

L-Artikolu 4

L-Artikolu 5(1)

L-Artikolu 5

L-Artikolu 3

L-Artikolu 6

L-Artikolu 4

L-Artikolu 7(1)

L-Artikolu 7(2)

L-Artikolu 2(2)

L-Artikolu 8(1)

L-Artikolu 2(3)

L-Artikolu 8(2)

L-Artikolu 6

L-Artikolu 9

L-Artikolu 8

L-Artikolu 10

L-Artikolu 9

L-Artikolu 11

(Artikolu 2 tad-Direttiva 96/97/KE)

L-Artikolu 12

L-Artikolu 9a

L-Artikolu 13

L-Artikoli 2(1) u 3(1)

L-Artikolu 2(1)

L-Artikolu 14(1)

L-Artikolu 2(6)

L-Artikolu 14(2)

It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(7)

L-Artikolu 15

It-tieni u t-tielet sentenza tar-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(7)

L-Artikolu 16

L-Artikolu 2

L-Artikolu 6(1)

L-Artikolu 10

L-Artikolu 17(1)

L-Artikolu 6(3)

L-Artikolu 17(2)

L-Artikolu 6(4)

L-Artikolu 17(3)

L-Artikolu 6(2)

L-Artikolu 18

L-Artikoli 3 u 4

L-Artikolu 19

L-Artikolu 8a

L-Artikolu 20

L-Artikolu 8b

L-Artikolu 21

L-Artikolu 8ċ

L-Artikolu 22

L-Artikoli 3 u 6

L-Artikolu 3 (2)(a)

L-Artikolu 23(a)

L-Artikolu 4

L-Artikolu 3 (2)(b)

L-Artikolu 7(a)

L-Artikolu 23(b)

L-Artikolu 7(b)

L-Artikolu 23(ċ)

L-Artikolu 5

L-Artikolu 7

L-Artikolu 11

L-Artikolu 24

L-Artikolu 6

L-Artikolu 8d

L-Artikolu 25

L-Artikolu 2(5)

L-Artikolu 26

L-Artikolu 8e (1)

L-Artikolu 4 (2)

L-Artikolu 27 (1)

L-Artikolu 8e (2)

L-Artikolu 6

L-Artikolu 27(2)

L-Artikolu 2(7) l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 5(2)

L-Artikolu 28(1)

L-Artikolu 2(7) ir-raba' subparagrafu, l-ewwel sentenza

L-Artikolu 28(2)

L-Artikolu 1 (1a)

L-Artikolu 12(2)

L-Artikolu 29

L-Artikolu 7

L-Artikolu 8

L-Artikolu 5

L-Artikolu 30

L-Artikolu 9

l-Artikolu 10

L-Artikolu 12(1)

Ir-raba’ sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 7

L-Artikolu 31 (1) u (2)

l-Artikolu 9(2)

L-Artikolu 31 (3)

L-Artikolu 32

L-Artikolu 8

L-Artikolu 9(1) l-ewwel subparagrafu u L-Artikolu 9(2) u (3)

L-ewwel, it-tieni u t-tielet sub-paragrafi ta’ l-Artikolu 7

L-Artikolu 33

L-Artikolu 9(1) it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 34

L-Artikolu 35

L-Artikolu 36

Anness