26.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

10


DIRETTIVA 2006/52/KETAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-5 ta' Lulju 2006

li temenda d-Direttiva 95/2/KE dwar l-addittivi ta’ l-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa u d-Direttiva 94/35/KE dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

L-addittivi ta' l-ikel jistgħu jiġu approvati biss għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel jekk ikunu konformi ma' l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw l-addittivi ta' l-ikel awtorizzati għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-konsum tal-bniedem (3).

(2)

Id-Direttiva 95/2/KE (4) tistabbilixxi lista ta' addittivi ta' l-ikel li jistgħu jintużaw fil-Komunità u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom.

(3)

Id-Direttiva 94/35/KE (5) telenka lista ta' sustanzi li jagħtu ħlewwa li jistgħu jintużaw fil-Komunità u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom.

(4)

Saru żviluppi tekniċi fil-qasam ta' l-addittivi ta' l-ikel mill-addozzjoni tad-Direttivi 95/2/KE u 94/35/KE. Dawn id-Direttivi għandhom jiġu adottati sabiex jieħdu kont ta' dawn l-iżviluppi.

(5)

Fuq il-bażi ta' opinjoni ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), espressa fis-26 ta' Novembru 2003, qed isiru bidliet lil awtorizzazzjonijiet preżenti sabiex il-livell ta' nitrosamini jinżamm kemm jistà jkun baxx billi jitnaqqsu l-livelli ta' nitriti u nitrati miżjuda ma' l-ikel filwaqt li tinżamm is-sigurtà mikrobijoloġika tal-oġġetti ta' l-ikel. L-EFSA tirrakkomanda li l-livelli ta' nitriti u nitrati jiġu mniżżla fil-leġiżlazzjoni bħala “ammont miżjud”. L-EFSA hija tal-fehma li l-ammont miżjud ta' nitriti aktar milli l-ammont residwu jikkontribwixxi għall-attività inibitorja kontra is-C. botulinum. Id-disposizzjonijiet preżenti għandhom jiġu emendati b'tali mod sabiex il-livelli massimi permessi, kif imsemmija mill-EFSA, fi prodotti tal-laħam mhux trattati bis-sħana jew trattati bis-sħana, fil-ġobon u fil-ħut huma deskritti bħala ammonti miżjuda. Bħala eċċezzjoni, għal ċerti prodotti tal-laħam manifatturati b'mod tradizzjonali għandhom jiġu stabbiliti livelli ta' residwu massimu, bil-kundizzjoni li l-prodotti jkunu speċifikati u identifikati b'mod xieraq. Il-livelli stabbiliti għandhom jiżguraw li ma jinqabiżx l-ammont ta' inġestjoni ammissibbli ta' kuljum (ADI) stabbilita mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel fl-1990. Prodotti li ma jissemmewx b'mod speċifiku f'din id-Direttiva, imma li huma tradizzjonalment prodotti b'mod simili (jiġifieri prodotti simili) jistgħu jekk meħtieġ jiġu kategorizzati skond l-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 95/2/KE. Fil-każ tal-ġobon, il-livell għandu jiġi stabbilit bħala ammont miżjud fil-ħalib tal-ġobon. Jekk jintuża proċess li fih iż-żieda ta' nitrati ssegwi t-tneħħija tax-xorrox u ż-żieda ta' l-ilma, dan għandu jwassal għal livelli identiċi għal dawk li kienu jinkisbu kieku n-nitrat ġie miżjud direttament mal-ħalib tal-ġobon.

(6)

Id-Direttiva 2003/114/KE li temenda d-Direttiva 95/2/KE titlob lill-Kummissjoni u lill-EFSA sabiex jirrevedu l-kondizzjonijiet għall-użu ta' l-E 214 sa E219 p-hydroxybenzoati u l-imluħ tas-sodju tagħhom qabel l-1 ta' Lulju 2004. L-EFSA evalwat l-informazzjoni dwar is-sigurtà tal-p-hydroxybenzoati u ta' l-opinjoni tagħha fit-13 ta' Lulju 2004. L-EFSA stabbilixxiet grupp sħiħ ADI ta' 0-10 mg/kg ta' piż tal-ġisem għas-somma ta' esters ta' l-aċidu ta' metil u etile p-hydroxybenzoic u l-imluħ tas-sodju tagħhom. L-EFSA qieset li l-propyl paraben m'għandhiex tkun inkluża f'dan il-grupp ADI minħabba li l-propyl paraben, għall-kuntrarju tal-paraben tal-metil u ta' l-etile, kellha effetti fuq l-ormoni sesswali u fuq l-organi riproduttivi maskili tal-firien f'età żgħira. Għalhekk l-EFSA ma setgħetx tirrakkomanda ADI għall-propyl paraben minħabba n-nuqqas ċar ta' osservazzjoni ta' livell ta' effett avvers (NOAEL). Huwa neċessarju li jitneħħew l-E 216 propyl p-hydroxybenzoat u l-E 217 propyl p-hydroxybenzoat tas-sodju mid-Direttiva 95/2/KE. Minbarra, huwa neċessarju li jitneħħa l-użu ta' p-hydroxybenzoatis f'supplimenti ta' ikel tad-dieta likwidi.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/374/KE (6) ssospendiet it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta' kikkri żgħar tal-ġeli li jkun fihom addittivi ta' l-ikel li jiffurmaw ġel derivati mill-alka tal-baħar u minn ċerti gomom minħabba r-riskju li wieħed jifga f'dawn il-prodotti. Fid-dawl ta' reviżjoni ta' dik id-Deċiżjoni huwa meħtieġ li jiġi eskluż l-użu ta' ċerti addittivi ta' l-ikel li jiffurmaw ġel f'kikkri żgħar tal-ġeli.

(8)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel evalwa l-informazzjoni dwar is-sigurtà ta' l-eritritol u esprima l-opinjoni tiegħu fil-5 ta' Marzu 2003. Il-Kumitat ikkonkluda li l-użu ta' l-eritritol bħala addittiv ta' l-ikel huwa aċċettabbli. Il-Kumitat jinnota wkoll li l-eritritol għandu effett lassattiv, imma f'doża għola minn polyols oħra. L-eritritol għandu ħafna karatteristiċi teknoloġiċi li ma jagħtux ħlewwa li huma importanti f'firxa wiesgħa ta' ikel, minn prodotti tal-ħelu sa prodotti tal-ħalib. Dawn jinkludu funzjonijiet bħal titjib, ġarr, stabilizzar, tagħqid, stimolazzjoni tad-diġestjoni u sekwestrant. Huwa meħtieġ li jiġi permess l-użu ta' l-eritritol fl-istess applikazzjonijiet ta' l-ikel bħall-polyols l-oħra preżentement permessi. Minbarra, huwa neċessarju li tkun emendata d-Direttiva 94/35/KE minħabba li l-eritritol jista' wkoll jintuża sabiex jagħmel il-ħlewwa bħall-polyols l-oħra preżentement permessi.

(9)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel evalwa l-informazzjoni dwar is-sikurezza tas-sojja emiċelluloża u esprima l-opinjoni tiegħu fl-4 ta' April 2003. Il-Kumitat ikkonkluda li l-użu tas-sojja emiċelluloża huwa aċċettabbli f' ċertu ikel li għalih saret talba u f'ċerti livelli ta' inklużjoni. Għalhekk huwa xieraq, li jkun permess tali użu għal ċerti skopijiet. Madankollu, sabiex jiġu faċilitati l-affarijiet għal dawk li jbatu minn allerġiji, tali użu m'għandux ikun permezz għal ikel mhux ipproċessat li fih mhux mistenni li tinsab is-sojja. F'kwalunkwe każ, il-konsumaturi għandhom jiġu infurmati meta prodott ikun fih l-emiċelluloża derivata mis-sojja skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' l-ittikketjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' oġġetti ta' l-ikel (7).

(10)

L-EFSA evalwat l-informazzjoni dwar is-sigurtà taċ-ċelluloża etile u esprimiet l-opinjoni tagħha fis-17 ta' Frar 2004. L-Awtorità ddeċidiet li tinkludi ċ-ċelluloża etile fil-grupp ADI “mhux speċifikat” għal ċellulożi modifikati stabbilit mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel. L-applikazzjoni ewlenija taċ-ċelluloża etile hija f'supplimenti ta' l-ikel u f'togħmiet inkapsulati. L-użu ta' ċelluloża etile għandu għalhekk ikun permess b'mod simili bħal ċellulożi oħra.

(11)

L-EFSA evalwat l-informazzjoni dwar is-sigurtà tal-pullulan u esprimiet l-opinjoni tagħha fit-13 ta' Lulju 2004. L-Awtorità sabet li l-użu tal-pullulan huwa aċċettabli fil-kisi ta' supplimenti ta' l-ikel li għandhom forma ta' kapsuli u pilloli kif ukoll fi prodotti li jiffriskaw in-nifs li għandhom forma ta' karta rqiqa. Huwa għalhekk xieraq li dawn l-użi jiġu permessi.

(12)

L-EFSA evalwat l-informazzjoni dwar is-sigurtà tal-butyl hydrokinina terzjarja (TBHQ) u esprimiet l-opinjoni tagħha fit-12 ta' Lulju 2004. L-EFSA stabbiliet ADI ta' 0-0,7 mg/kg ta' piż tal-ġisem għal dan l-antiossidant u sabet li l-użu tiegħu huwa aċċettabbli għal ċerti oġġetti ta' ikel f'ċerti livelli ta' inklużjoni. Huwa għalhekk xieraq li dan l-addittiv jiġi permess.

(13)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel evalwa l-informazzjoni dwar is-sigurtà tal-lamtu ta' l-aluminju ottentil suċċinat u esprima l-opinjoni tiegħu fil-21 ta' Marzu 1997. Il-Kumitat sab li l-użu ta' dan l-addittiv bħala komponent f'vitamini micro inkapsulati u karotenojdi jista' jitqies bħala aċċettabli. Huwa għalhekk xieraq li dan l-użu jiġi permess.

(14)

Matul il-manifattura ta' ġobon magħmul minn ħalib qares, E 500ii ta' idro-karbonat tas-sodju jiġi miżjud mal-ħalib pasturiżżat sabiex jibbaferja l-aċidità kawżata mill-aċidu lattiku għal valur ta' pH xieraq, u b'hekk toħloq il-kondizzjonijiet meħtieġa ta' tkabbir għall-kultura tal-prodott misjur. Huwa, għalhekk, xieraq li jkun permess l-użu ta' idro-karbonat tas-sodju fil-ġobon magħmul minn ħalib qares.

(15)

Bħalissa l-użu ta' taħlit ta' sorbati (E 200, E 202 u E 203) u benzoati (E 210 sa 213) huwa awtorizzat f'gambli msajra għall-preservazzjoni. Huwa xieraq li dik l-awtorizzazzjoni għall-użu tagħha tiġi estiża għall-krustaċji u l-molluski imsajra kollha.

(16)

E 551 diossidu tas-silikon huwa permess bħala ġarrier għall-kuluri ta' l-ikel f'livell massimu ta' 5 %. L-użu ta' diossidu tas-silikon bħala ġarrier għall-kuluri ta' l-ikel E 171 diossidu tat-titanju u E 172 ossidi u idrossidi tal-ħadid għandu wkoll jkun permess f'livell massimu ta' 90 % relattiv għall-pigment.

(17)

Id-Direttiva 95/2/KE tillimita l-użu ta' l-addittivi elenkati f'Anness I ta'dik id-Direttiva fil-ħobż tradizzjonali Franċiż “Pain courant francais”. L-istess limitazzjoni għandha tapplika għall-ħobż tradizzjonali simili Ungeriż. Huwa wkoll xieraq li jiġi awtorizzat l-użu ta' l-aċidu assorbiku (E 300), l-assorbat tas-sodju (E 301) u d-disodju tal-kalċju EDTA (E 385) fil-paté tal-fwied Ungeriż.

(18)

Huwa meħtieġ li jiġu aġġornati d-disposizzjonijiet kurrenti fir-rigward ta' l-użu ta' sulfiti (E 220 sa E 228) fi krustaċji msajjrin, f'għeneb għall-ikel u fil-lychees.

(19)

Skond talba magħmula minn Stat Membru u skond l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel tal-5 ta' Marzu 2003, 4-hexylresorcinol, li ġie awtorizzat fuq livell nazzjonali taħt id-Direttiva 89/107/KEE, għandha tkun awtorizzata fuq livell Komunitarju.

(20)

It-terminoloġija wżata fid-Direttiva 95/2/KE għandha tiġi adattata sabiex tieħu kont tad-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta' Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' oġġetti ta' l-ikel maħsuba għal użu nutrizzjonali partikolari (8), tad-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' supplimenti ta' l-ikel (9) u tad-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE tal-25 ta' Marzu 1999 dwar ikel tad-dieta għal skopijiet mediċi speċjali (10).

(21)

Id-Direttivi 95/2/KE u 94/35/KE għandhom, għalhekk, jiġu emendati skond dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 95/2/KE hija b' dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1(3)(ċ) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“(ċ)

‘carriers’, inklużi solventi ‘carrier’, huma sostanzi wżati sabiex idewbu, jiddilwixxu, iferrxu jew inkella jimmodifikaw fiżikament addittiv jew sustanza li tagħti t-togħma lill-ikel mingħajr ma jibdlu l-funzjoni tiegħu (u mingħajr ma jeżerċitaw kwalunkwe effett teknoloġiku huma nfushom) sabiex jiffaċilitaw l-immaniġjar, l-applikazzjoni jew l-użu tiegħu;”;

(2)

Fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 3 il-kelmiet “ikel tal-ftim” għandhom jiġi mibdula bil-kliem “ikel b'bażi ta' ċereali proċessat u ikel tat-trabi”;

(3)

L-Annessi għandhom jiġu emendati skond l-Anness I ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L–Anness għad-Direttiva 94/35/KE huwa emendat skond l-Anness II ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ sal-15 ta’ Frar 2008 l-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sabiex:

(a)

jkun possibli l-kummerċ u l-użu ta' prodotti li huma konformi ma' din id-Direttiva sa-15 ta’ Frar 2008,

(b)

jipprojbixxu l-kummerċ ta' u l-użu ta' prodotti li m'humiex konformi ma' din id-Direttiva sal-15 ta’ Awissu 2008.

Madankollu, prodotti mpoġġija fuq is-suq jew li ġew tikkettjati qabel il-15 ta’ Awissu 2008 li ma jkunux konformi ma' din id-Direttiva jistgħu jiġu kummerċjalizzati sakemm jispiċċaw l-istokks.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' tali liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi flimkien ma' tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-disposizzjonijiet u din id-Direttiva.

2.   Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Awwissu 2006 wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, nhar is-5 ta’ Lulju 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

P. LEHTOMÄKI


(1)  ĠU C 255, 14.10.2005, p. 59.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2005 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Ġunju 2006.

(3)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(4)  ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/114/KE (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 58).

(5)  ĠU L 237, 10.9.1994, p. 3. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/115/KE (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 65).

(6)  ĠU L 118, 23.4.2004, p. 70.

(7)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/89/KE (ĠU L 308, 25.11.2003, p. 15).

(8)  ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

(9)  ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.

(10)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 29. Direttiva kif emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.


ANNESS I

L-Annessi tad-Direttiva 95/2/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Fin-nota introduttiva, is-segwenti nota hija miżjuda:

“4.

Is-sustanzi elenkati taħt in-numri E 400, E 401, E 402, E 403, E 404, E 406, E 407, E 407a, E 410, E 412, E 413, E 414, E 415, E 417, E 418 u E440 ma jistgħux jintużaw f'kikkri żgħar tal-ġeli, definiti, għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, bħala ħelu tal-ġeli ta' konsistenza ferma, li jinsabu f' kikkri żgħar jew mini-kapsuli semi-riġidi jew, maħsuba biex jinbelgħu f'gidma waħda billi tgħafas fuq il-kikkri żgħar jew mini-kapsuli sabiex iwassal il-ħelu fil-ħalq.”;

(b)

Ir-ringiela li ġejja hija nkluża fit-tabella:

“E 462

Ċelluloża etile”;

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringiela għal “ġobon matur” hija mibdula b'dan li ġej:

“Ġobon matur

E 170 Karbonat tal-kalċju

E 504 Karbonati tal-manjeżju

E 509 Klorur tal-kalċju

E 575 Glucono-delta-lactone

quantum satis

 

E 500ii Idro-Karbonat tas-sodju

quantum satis (għall-ġobon tal-ħalib qares biss)”;

(b)

fir-ringiela għall-“Pain courant français” wara l-kelmiet “Pain courant français” huma miżjuda l-kliem: “Friss búzakenyér, fehér és félbarna kenyerek;

(ċ)

fir-ringiela għall-“Foie gras, foie gras entier, blocs de foie gras” wara l-kelmiet “Foie gras, foie gras entier, blocs de foie gras” huma miżjuda l-kliem li ġej: “Libamáj, libamáj egészben, libamáj tömbben;

(3)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(i)

fit-tabella “Sorbates, benzoates u p-hydroxybenzoates”, ir-ringiela għal “E 216 Propyl p-hydroxybenzoate” u “E 217 Sodium propyl p-hydroxybenzoate” huma mħassra;

(ii)

It-tabella għal oġġetti ta' l-ikel hija emendata kif ġej:

Ir-ringieli li ġejjin huma mħassra:

“Gambli, msajra

 

 

 

2 000

 

 

denb ta' gambli ta' l-ilma ħelu, imsajra, u molluski marinati u msajra qabel ikunu ppakkjati

2 000

 

 

 

 

 

Supplimenti ta' ikel tad-dieta f'forma likwida

 

 

 

 

 

2 000 ”

Ir-ringieli li ġejjin huma miżjuda:

“Krustaċji u molluski, imsajra

 

1 000

 

2 000

 

 

Supplimenti ta' l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE (*) fornuti fil-forma likwida

 

 

 

2 000

 

 

Il-kelmiet “Ikel tad-dieta maħsub għal skopijiet mediċi speċjali” huma mibdula bil-kliem“Ikel tad-dieta għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fid-Direttiva 1999/21/KE (**);

(b)

Fil-Parti B it-tabella għall-oġġetti ta' l-ikel qed tiġi emendata kif ġej:

Ir-ringiela għal “krustaċi u ċefalopidi” qed tiġi mibdula b' dan li ġej:

“Krustaċji u Ċefalopodi:

 

friski, friżati u ‘deep-frozen’

150 (1)

krustaċji, familja ta' Penaeidae, Solenoceridae, Aristaeidae:

 

sa 80 unità

150 (1)

bejn 80 u 120 unità

200 (1)

iktar minn 120 unità

300 (1)

Krustaċji u Ċefalopodi

 

imsajra

50 (1)

krustaċji msajra, familja ta' Penaeidae, Solenoceridae, Aristaeidae:

 

sa 80 unità

135 (1)

bejn 80 u 120 unità

180 (1)

iktar minn 120 unità

270 (1)

L-annotazzjoni “Lamti (għajr lamti għal ikel tal-ftim, formoli ta' segwitu u formoli għat-trabi)” qed jiġi mibdul bi “Lamti (għajr lamti f'formoli għat-trabi, formoli ta' segwitu u ikel ipproċessat ibbażat fuq ċereali u ikel għat-trabi)”.

Ir-ringieli li ġejjin huma miżjuda

Salsicha fresca

450

Għeneb għall-ikel

10

Lychees’ friski

10 (imkejla skond il-partijiet li jittieklu)”

(ċ)

Fil-Parti Ċ it-tabella għal E 249, E 250, E 251 u E 252 huma mibdula b'dan li ġej:

“Nru E

Isem

Oġġett ta' l-ikel

L-ogħla ammont li jista' jiżdied waqt il-manifattura (espress bħala NaNO2)

L-ogħla livell residwu (espress bħala NaNO2)

E 249

Nitrat tal-potassju (1)

Prodotti tal-laħam

150 mg/kg

 

E 250

Nitrat tas-sodju (1)

Prodotti tal-laħam sterilizzati (Fo > 3.00) (2)

100 mg/kg

 

 

 

Prodotti tal-laħam tradizzjonali ppreżervati permezz ta' immersjoni (1):

Wiltshire bacon (1.1);

Entremeada, Entrecosto, Chispe, Orelheira e Cabeça (salgados),

Toucinho fumado (1.2);

u prodotti simili

 

175 mg/kg

 

 

Wiltshire ham (1.1);

u prodotti simili

 

100 mg/kg

 

 

Rohschinken, nassgepökelt (1.6);

u prodotti simili

 

50 mg/kg

 

 

Cured tongue (1.3)

 

 

 

 

Prodotti tal-laħam tradizzjonali ppreżervati permezz ta' tnixxif (2):

Dry cured bacon (2.1);

u prodotti simili

 

175 mg/kg

 

 

Dry cured ham (2.1);

Jamón curado, paleta curada, lomo embuchado y cecina (2.2);

Presunto, Presunto da PáPaio do Lombo (2.3);

u prodotti simili

 

100 mg/kg

 

 

Rohschinken, trockengepökelt (2.5);

u prodotti simili

 

50 mg/kg

 

 

Prodotti tal-laħam tradizzjonali oħra ppreżervati (3):

 

 

 

 

Vysočina

Selský salám

Turistický trvanlivý salám

Poličan

Herkules

Lovecký salám

Dunajská klobása

Paprikáš (3.5);

u prodotti simili

180 mg/kg

 

 

 

Rohschinken, trocken-/nassgepökelt (3.1);

u prodotti simili

Jellied veal and brisket (3.2)

 

50 mg/kg

E 251

E 252

Nitrat tas-sodju (3)

Nitrat tal-potassju (3)

Prodotti tal-laħam mingħajr trattament ta' sħana

150 mg/kg

 

 

 

Prodotti tal-laħam tradizzjonali ppreżervati permezz ta' immersjoni (1):

 

 

 

 

Kylmäsavustettu poronliha ;

Kallrökt renkött (1.4);

300 mg/kg

 

 

 

Wiltshire baconWiltshire ham (1.1);

Entremeada, Entrecosto, Chispe, Orelheira e Cabeça (salgados),

Toucinho fumado (1.2);

Rohschinken, nassgepökelt (1.6);

u prodotti simili

 

250 mg/kg

 

 

Bacon, Filet de bacon (1.5);

u prodotti simili

 

250 mg/kg mingħajr iż-żieda ta' E 249 jew E 250

 

 

Cured tongue (1.3)

 

10 mg/kg

 

 

Prodotti tal-laħam tradizzjonali ppreżervati permezz ta' tnixxif (2):

Dry cured baconDry cured ham (2.1);

Jamón curado, paleta curada, lomo embuchado y cecina (2.2);

 

250 mg/kg

 

 

Presunto, Presunto da Pá and Paio do Lombo (2.3);

Rohschinken, trockengepökelt (2.5); u prodotti simili

 

 

 

 

Jambon sec, jambon sel sec et autres pièces maturées séchées similaires (2.4)

 

250 mg/kg mingħajr iż-żieda ta' E 249 jew E 250

 

 

Prodotti tal-laħam tradizzjonali oħra ppreżervati (3):

Rohwürste (SalamiKantwurst) (3.3);

300 mg/kg (mingħajr iż-żieda ta' E 249 jew E 250)

 

 

 

Rohschinken, trocken-/nassgepökelt (3.1);

u prodotti simili

 

250 mg/kg

 

 

Salchichón y chorizo tradicionales de larga curación (3.4);

Saucissons secs (3.6);

u prodotti simili

250 mg/kg

(mingħajr iż-żieda ta' E 249 jew E 250)

 

 

 

Jellied veal and brisket (3.2);

 

10 mg/kg

 

 

Ġobon iebes, semi-iebes u semi-artab

150 mg/kg f'ħalib tal-ġobon jew livell ekwivalenti jekk miżjud wara t-tneħħija tax-xorrox u ż-żieda ta' ilma

 

 

 

Analogu ta' ġobon b'bażi tal-ħalib

 

 

Aringi fil-pikles u sardin

500 mg/kg

 

(d)

Il-Parti D hija emendata kif ġej:

(i)

In-Nota tiġi mibdula b'dan li ġej: “L-* fit-tabella tirreferi għar-regola ta' proporzjonalità: meta jintużaw kombinazzjonijiet ta' gallati, TBHQ, BHA u BHT, il-livelli individwali għandhom jitnaqqsu proporzjonalment.

(ii)

Ir-ringiela E 310 sa E 321 u r-ringiela E 310 sa E 320 u jiġu mibdula b'dan li ġej:

E 310

Gallat tal-propil

Xaħmijiet u żjut għal produzzjoni professjonali ta' oġġetti ta' ikel ittrattati bis-sħana

200* (gallati, TBHQ u BHA individwalment jew flimkien).

E 311

Gallat ta' l-ottil

Żejt għall-qali u xaħam għall-qali, iżda mhux żejt tal-għadam taż-żebbuġ

100* (BHT)

E 312

Gallat tad-dodeċil

 

 

E 319

‘Butyl hydroquinone’ terzjarju

(TBHQ)

Xaħam żejt tal-ħut; xaħam taċ-ċanga, tjur u nagħaġ

(it-tnejn espressi fuq xaħam)

E 320

Idrossianisol bil-butil

(BHA)

Taħliet għall-kejkijiet

Ikel ħafif ibbażat fuq iċ-ċereali

200 (gallati, TBHQ u BHA individwalment jew flimkien). (espressi fuq xaħam)

E 321

Idrossitoluene bil-butil

(BHT)

Trab tal-ħalib għal magni tal-bejgħ awtomatiċi

Sopop u brodijiet deidratati

Zlazi

Laħam deidratati

Lewż ipproċessat

Ċereali msajrin minn qabel

 

 

 

Ħwawar u kondimenti

200 (gallati, u BHA, individwalment jew flimkien) espressi fuq xaħam

 

 

Patata niexfa

25 (gallati, TBHQ u BHA, individwalment jew flimkien).

Chewing gum

Supplimenti ta' l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE

400 (gallati, TBHQ, BHT u BHA, individwalment jew flimkien).

Żjut essenzjali

1 000 (gallati, TBHQ u BHA individwalment jew flimkien).

Ħwawar apparti żjut essenzjali

100* (gallati, individwalment jew flimkien)

200* (TBHQ u BHA, individwalment jew flimkien)”

(iii)

Ir-ringiela li ġejja hija miżjuda:

“E 586

4-Hexylresorcinol

Krustaċji friski, friżati u konġelati

2 mg/kg bħala reżidwi fil-laħam tal-krustaċji”;

(4)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

Ir-ringiela għal E 385 hija mibdula b'dan li ġej:

“E 385

Calcium disodium ethylene diamine tetra-acetate (Disodju tal-kalċju EDTA)

Zlazi emulsjonati

75 mg/kg

 

 

Pulses, legumi, faqqiegħ u artiċoks fil-laned u l-bottijiet

250 mg/kg

 

 

Krustaċji u molluski fil-laned u l-bottijiet

75 mg/kg

 

 

Ħut fil-laned u fil-fliexken

75 mg/kg

 

 

Xaħmijiet li jiddellku kif definiti fl-Annessi B u Ċ tar-Regolament (KE) Nru 2991/94 (***), li għandhom kontenut ta' xaħam ta' 41 % jew inqas

100 mg/kg

 

 

Krustaċji ffriżati u konġelati

75 mg/kg

 

 

Libamáj, egészben es tömbben

250 mg/kg

(b)

Ir-ringiela li ġejja hija mdaħħla wara r-ringiela għal E 967:

“E 968

Eritritol

Oġġetti ta' l-ikel in ġenerali (għajr xarbiet u dawk l-oġġetti ta' l-ikel imsemmija fl-Artikolu 2(3))

quantum satis

 

 

Ħut mhux proċessat iffriżat u konġelat, krustaċji, molluski u ċefalopodi

quantum satis

 

 

Likwori

quantum satis

 

 

 

Għal għanijiet għajr dawk li jagħtu l-ħlewwa”

(ċ)

Ir-ringiela li ġejja hija miżjuda:

“E 426

Emiċelluloża tas-sojja

Xarbiet b'bażi ta' ħalib maħsuba għall-bejgħ bl-imnut

5 g/l

 

 

Supplimenti ta' l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE

1,5 g/l

 

 

Zlazi emulsjonati

30 g/l

 

 

Prodotti tal-furnara fini ppakkjati minn qabel maħsuba għall-bejgħ bl-imnut

10 g/kg

 

 

Noodles orjentali1 ppakkjati minn qabel lesti għall-ikel maħsuba għall-bejgħ bl-imnut

10 g/kg

 

 

Ross ppakkjat minn qabel lest għall-ikel maħsub għall-bejgħ bl-imnut

10 g/kg

 

 

Prodotti tal-patata u tar-ross proċessati u ppakkjati minn qabel (inklużi prodotti proċessati ffriżati, konġelati, imkessħa u mniexfa) maħsuba għall-bejgħ bl-imnut

10 g/kg

 

 

Prodotti tal-bajd niexfa, konċentrati, iffriżati u konġelati

10 g/kg

 

 

Ħelu tal-ġeli, għajr kikkri żgħar tal-ġeli

10 g/kg”

(d)

Fir-ringiela E 468 il-kelmiet “supplimenti solidi tad-dieta” huma mibdula bil-kliem “Supplimenti ta' l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE provduti f'forma solida”;

(e)

Fir-ringieli E 338 sa E 452 il-kliem “Supplimenti għad-dieta” huma mibdula bil-kliem “Supplimenti ta' l-Ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE”;

(f)

Fir-ringiela E 405, ringiela E 416, ringiela E 432 sa E 436, ringiela E 473 u E 474, ringiela E 475, ringiela E 491 sa E 495, ringiela E 551 sa E 559, u ringiela E 901 sa E 904, il-kelmiet “Supplimenti ta' l-ikel tad-dieta” huma mibdula bil-kliem “Supplimenti ta' l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE”;

(g)

Fir-ringieli E 1201 u E 1202 il-kliem “Supplimenti ta' l-ikel tad-dieta f'forma ta' pilloli u pilloli miksija” huma mibdula bil-kliem “Supplimenti ta' l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE f'forma ta' pilloli u pilloli miksija”.

(h)

Fir-ringiela E 405, ringiela E 432 sa E 436, ringiela E 473 u E 474, ringiela E 475, ringiela E 477, ringiela E 481 u E 482, ringiela E 491 sa E 495 il-kelmiet “Ikel tad-dieta maħsub għal skopijiet mediċi speċjali” huma mibdula bil-kliem “Ikel tad-dieta għal skopijiet mediċi speċjali kif definiti fid-Direttiva 1999/21/KE”;

(i)

Ir-ringiela E 1505 sa E 1520 tiġi mibdula b'dan li ġej:

“E 1505

Triethyl citrate

Sustanzi li jagħtu t-togħma

3 g/kg mis-sorsi kollha fil-oġġetti ta' l-ikel kif ikkonsmati jew kif rikostitwiti skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur; individwalment jew flimkien. Fil-każ ta' xorb, bl-eċċezzjoni ta' likwori tal-krema, il-livell massimu ta' E 1520 għandu jkun 1 g/1.”

E 1517

Glyceryl diacetate(diacetin)

 

 

E1518

Glyceryl triacetate (triacetin)

 

 

E 1520

Propan-1,2-diol (propylene glycol)

(j)

Qed jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

“E 1204

Pullulan

Supplimenti ta' l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE fil-forma ta' kapsula jew pillola

quantum satis

Ħelu żgħir ħafna fil-forma ta' karta rqiqa li jiffriska l-ħalq

quantum satis

E 1452

Lamtu Aluminju Octenyl Succinate

Preparazzjonijiet tal-vitamini f'kapsuli f'supplimenti ta' l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE

35 g/kg f'supplimenti ta' l-ikel”;

(5)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

Ir-ringiela li ġejja hija inkluża wara r-ringiela għal E 967:

“E 968

Eritritol”;

 

(b)

Ir-ringiela li ġejja hija inkluża wara r-ringiela għal E 466:

“E 462

Ċelluloża etile”;

 

(ċ)

fit-tielet colonna tar-ringiela għal E 551 u E 552 hija miżjuda s-sentenza li ġejja:

“Għal E 551: f'E 171 titanju diossidu u E 172 ossidi tal-ħadid u idrossidi (mass. 90 % relattiv għall-pigment).”;

(6)

L-Anness VI huwa emendat kif ġej:

(a)

Fl-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafu tan-nota introduttiva il-kelmiet “ikel tal-ftim” huma mibdula bil-kliem “ikel b'bażi ta' ċereali proċessat u ikel tat-trabi”;

(b)

Fil-Parti 3, fit-titolu, fir-ringieli E 170 sa E 526, ringiela E 500, E 501 u E 503, ringiela E 338, ringiela E 410 sa E 440, ringiela E 1404 sa E 1450 u r-ringiela E 1451 “ikel tal-ftim” hija mibdula b' “ikel b'bażi ta' ċereali proċessat u ikel tat-trabi”;

(ċ)

Fil-Parti 4 dan li ġej jiddaħħal wara r-ringiela E 472ċ:

“E 473

Sucrose esters ta' l-aċidi mxaħma

120 mg/l

Oġġettii li fihom proteini idrolizzati, peptides u amino aċidi”.


(*)  Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).”

(1)  F'partijiet li jittieklu.”;

(1)  

(x)

Meta mmarkat ‘għall-użu fl-ikel’, in-nitritu jista' jinbiegħ biss f'taħlita ma' melħ jew sostitut tal-melħ.

(2)  

(y)

Valur-Fo 3 huwa ekwivalenti għal 3 minuti ta' sħana f'121 oC (tnaqqis tal-kwantità ta' batterja minn biljun spora f'kull 1 000 bott għal spora waħda f'elf bott).

(3)  

(z)

Nitrati jistgħu jkunu preżenti f'xi prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana bħala riżultat tal-konverżjoni naturali ta' nitriti għal nitrati f'ambjent b'livell baxx ta' aċtu.

1

Prodotti tal-laħam jiġu mgħaddsa f'soluzzjoni għall-ippreżervar li fiha nitriti u/jew nitrati, melħ u komponenti oħra. Il-prodotti tal-laħam jistgħu jgħaddu minn trattamenti oħra eż. jiġu ffumigati.

1.1

Laħam jiġi injettat b'soluzzjoni għall-ippreżervar u wara jiġi ppreżervat permezz ta' immersjoni għal 3-10 ijiem. Is-soluzzjoni ta' ilma mielaħ għall-immersjoni tinkludi wkoll starter cultures mikrobijoloġiċi.

1.2

Ippreżervat permezz ta' immersjoni għal 3-5 ijiem. Il-prodott mhux ittrattat bis-sħana u għandu attività ta' ilma għolja.

1.3

Ippreżervat permezz ta' immersjoni ta' mill-inqas 4 ijiem u msajjar minn qabel.

1.4

Laħam jiġi injettat b'soluzzjoni għall-ippreżervar u wara jiġi ppreżervat permezz ta' immersjoni. Iż-żmien għall-preżervazzjoni huwa ta' 14-21 ġurnata u wara jiġi mmaturat permezz ta' ffumigazzjoni kiesħa għal 4-5 ġimgħat.

1.5

Ippreżervat permezz ta' sistema ta' immersjoni għal 4-5 ijiem f'temperatura ta' 5-7o C, tipikament immaturat għal 24-40 siegħa f'temperatura ta' 22o C, possibilment affumikat għal 24 siegħa f'temperatura ta' 20-25 o C u maħżun għal 3-6 ġimgħat f'temperatura ta' 12-14o C.

1.6

Iż-żmien għal preżervazzjoni jiddependi fuq il-forma u t-toqol tal-biċċiet tal-laħam għal madwar jumejn/kg u wara jiġu stabilizzati/immaturati.

2

Il-proċess ta' preżervazzjoni niexfa tinvolvi l-applikazzjoni niexfa ta' taħlita għall-ippreżervar li jkun fiha nitriti u/jew nitrati, melħ u komponenti oħra mal-wiċċ tal-laħam u wara jkun hemm perjodu ta' stabilizzazzjoni/maturazzjoni. Il-prodotti tal-laħam jistgħu jgħaddu minn trattamenti oħra eż. jiġu ffumikati.

2.1

Preżervazzjoni niexfa u wara jkun hemm maturazzjoni ta' mill-inqas 4 ijiem.

2.2

Preżervazzjoni niexfa b'perjodu ta' stabilizzazzjoni ta' mill-inqas 10 ijiem u perjodu ta' maturazzjoni ta' aktar minn 45 ġurnata.

2.3

Preżervazzjoni niexfa għal 10-15-il ġurnata u wara jkun hemm perjodu ta' stabilizzazzjoni ta' 30-45 ġurnata u perjodu ta' maturazzjoni ta' mill-inqas xahrejn.

2.4

Preżervazzjoni niexfa għal 3 ijiem + ġurnata/kg u wara jkun hemm perjodu ta' ġimgħa għal wara l-preżervazzjoni bil-melħ u perjodu ta' staġunatura/maturazzjoni ta' 45 ġurnata sa 18-il xahar.

2.5

Iż-żmien ta' preżervazzjoni jiddependi fuq il-forma u t-toqol tal-biċċiet tal-laħam għal madwar 10 sa14-il jum u wara jiġu stabilizzati/immaturati.

3

Proċessi ta' immersjoni u ta' preżervazzjoni niexfa użati flimkien jew meta nitrit u/jew nitrat jiġu inklużi f'prodott kompost jew meta s-soluzzjoni għall-ippreżervar tiġi injettata fil-prodott qabel ma' jissajjar. Il-prodotti jistgħu jgħaddu minn trattamenti oħra eż. fumigazzjoni.

3.1

Preżervazzjoni niexfa u preżervazzjoni b'immersjoni użati flimkien (mingħajr injezzjoni ta' soluzzjoni għall-ippreżervar). Iż-żmien ta' preżervazzjoni jiddependi fuq il-forma u t-toqol tal-biċċiet tal-laħam għal madwar 14-35 ġurnata u wara jiġu stabilizzati/immaturati.

3.2

Injezzjoni ta' soluzzjoni għall-ippreżervar u, wara mill-inqas jumejn ikun hemm tisjir f'ilma jagħli għal mhux iktar minn 3 sigħat.

3.3

Prodott għandu perjodu ta' maturazzjoni ta'mill-inqas erba' ġimgħat bi proporzjon ta' ilma/protejini ta' inqas minn 1,7.

3.4

Perjodu ta' maturazzjoni ta' 30 ġurnata mill-inqas.

3.5

Prodott imnixxef imsajjar sa 70 oC u wara jkun hemm proċess ta' tnixxif u ffumigar ta' 8-12-il ġurnata. Prodott iffermentat suġġett għal proċess ta' fermentazzjoni fi tliet stadji fuq medda ta' 14-30 ġurnata u wara għal ffumigazzjoni.

3.6

Zalzett imnixxef nej u ffermentat mingħajr nitriti miżjuda. Il-prodott jiġi ffermentat f'temperaturi fil-firxa ta' 18-22o C jew inqas (10-12o C) u mbagħad ikollu perjodu minimu ta' staġunatura/maturazzjoni ta' 3 ġimgħat. Il-prodott għandu proporzjoni ta' ilma/protejini ta' inqas minn 1,7.”;

(***)  ĠU L 316, 9.12.1994, p. 2.”;


ANNESS II

L-Anness tad-Direttiva 94/35/KE huwa emendat kif ġej:

1)

Fl-ewwel kolonna tar-ringiela għal E 420 sa E 967, hija miżjuda l-kelma “E 968”.

2)

Fit-tieni kolonna tar-ringiela għal E 420 sa E 967, hija miżjuda l-kelma “Eritritol”.