28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

327


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/37/KE

tat-30 ta’ Marzu 2006

li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-inklużjoni ta’ ċerti sustanzi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/0046/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tas-supplimenti ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(5) tagħha,

Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/46/KE tispeċifika l-vitamini u l-minerali, u għal kull wieħed minnhom il-forom, li jistgħu jintużaw fil-manifattura tas-supplimenti ta’ l-ikel.

(2)

Dawk il-vitamini u sustanzi minerali li kienu ġew vvalutati mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari (minn hawn “l-Awtorità”) u li rċivew valutazzjoni xjentifika favorevoli għandhom jiġu inklużi fl-Annessi tad-Direttiva 2002/46/KE.

(3)

Dan l-aħħar kien hemm valutazzjoni xjentifika favorevoli għal ċerti vitamini u sustanzi minerali u dawn kienu disponibbli pubblikament mill-Awtorità.

(4)

Huwa xieraq li jinbidel it-titolu tal-kategorija “aċidu foliku” sabiex tittieħed in konsiderazzjoni l-inklużjoni ta’ forom oħrajn tal-folate fl-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE.

(5)

Id-Direttiva 2002/46/KE għandha, għalhekk, tiġi emendata b’mod xieraq.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma f’konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-[…]. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-30 ta’ ta’ Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.


ANNESS

L-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE hu emendat kif ġej:

1.

Fis-Sezzjoni A. Vitamini:

(a)

l-intestatura “10. AĊIDU FOLLIKU” jinbidel b'“10. FOLATE

(b)

Il-linja li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura 10. FOLATE:

“(a)

L-methylfolate tal-kalċju”

2.

Fis-Sezzjoni B. Minerali, il-linja li ġejja hija inkluża qabel karbonat tal-kupru:

bisglycinate tal-ħadid”