28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

304


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/36/KE

ta’ l-24 Marzu 2006

li temenda d-Direttiva 2001/32/KE li tirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva 92/76/KEE

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 2(1)(h) tagħha,

Billi:

(1)

Bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/32/KE (2), ċerti Stati Membri jew ċerti żoni fi Stati Membri kienu rrikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta’ ċerti organiżmi ta’ ħsara. F’xi każijiet, ir-rikonoxximent ingħata proviżorjament peress li l-informazzjoni meħtieġa li turi li l-organiżmu ta’ ħsara in kwistjoni ma kienx preżenti fl-Istat Membru jew fiż-żona kkonċernata ma ġietx ipprovduta.

(2)

Fejn l-Istati Membri kkonċernati issa pprovdew l-informazzjoni meħtieġa, iż-żoni in kwistjoni għandhom jiġu rrikonoxxuti bħala żoni protetti permanenti.

(3)

Ċerti reġjuni tal-Portugall ġew irrikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tal-Bemisia tabaci Genn. (Popolazzjonijiet Ewropej).

(4)

Il-Portugall ressaq informazzjoni li turi li l-Bemisia tabaci Genn. (Popolazzjonijiet Ewropej) issa ġiet stabbilita f’xi partijiet fit-territorju tagħha. Għalhekk dawk il-partijiet fit-territorju Portugiż m’għandhomx jibqgħu rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara.

(5)

Diversi reġjuni jew partijiet minn reġjuni fl-Awstija u l-Italja u t-territorju sħiħ ta’ l-Irlanda, il-Litwanja, is-Slovenja u s-Slovakkja kienu rrikonoxxuti proviżorjament bħala żoni protetti fir-rigward ta’ l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. sal-31 ta’ Marzu 2006.

(6)

Mill-informazzjoni pprovduta mill-Awstrija, mill-Italja, mill-Irlanda, mil-Litwanja, mis-Slovenja u mis-Slovakkja, jidher li r-rikonoxximent proviżorju taż-żoni protetti għal dawk il-pajjiżi fir-rigward ta’ l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. għandha tiġi estiża eċċezzjonalment għal sentejn biex tagħti lil dawk il-pajjiżi ż-żmien meħtieġ biex jissottomettu l-informazzjoni li turi li Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. mhix preżenti jew, fejn meħtieġ, biex jikkompletaw l-isforzi tagħhom biex jiġi meqrud dak l-organiżmu.

(7)

Flimkien ma’ dan, Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. issa ġiet stabbilita f’xi partijiet ta' l-Italja, fir-reġjuni ta’ Gorenjska u Maribor fis-Slovenja u f’xi wħud mill-komuni tal-kontej ta’ Dunajská Streda, Levice, Topoľčany, Poltár, Rožňava u Trebišov fi Slovakkja, dawn il-partijiet rispettivi tat-territorju Taljan, Sloven u dak Slovakk m'għandhomx jibqgħu jiġu rikonoxxuti bħala żona protetta għall-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.

(8)

Il-Litwanja kienet irrikonoxxuta proviżorjament bħala żona protetta għall-beet necrotic yellow vein virus sal-31 ta’ Marzu 2006.

(9)

Il-Litwanja ressqet informazzjoni li turi li l-beet necrotic yellow vein virus issa ġie stabbilit f’dak il-pajjiż. Għalhekk il-Litwanja m’għandhiex tibqa’ tiġi rrikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward ta’ dan l-organiżmu ta’ ħsara.

(10)

Malta kienet irrikonoxxuta proviżorjament bħala żona protetta fir-rigward tas-Citrus tristeza virus (European strains) sal-31 ta’ Marzu 2006.

(11)

Minn informazzjoni pprovduta minn Malta, jidher li r-rikonoxximent proviżorju ta’ żona protetta għal dak il-pajjiż fir-rigward tas-Citrus tristeza virus (European strains) għandu jiġi estiż eċċezzjonalment għal sentejn biex jagħti lill-pajjiż iż-żmien meħtieġ biex jissottometti l-informazzjoni li turi li s-Citrus tristeza virus (European strains) mhix preżenti jew, fejn meħtieġ, biex jikkompleta l-isforzi tiegħu biex jiġi meqrud dak l-organiżmu.

(12)

Ċipru ġie rrikonoxxut proviżorjament bħala żona protetta fir-rigward tad-Daktulosphaira vitifoliae (Fitch), Ips sexdentatus Börner u l-Leptinotarsa decemlineata Say sal-31 ta’ Marzu 2006.

(13)

Minn informazzjoni pprovduta minn Ċipru, jidher li r-rikonoxximent proviżorju ta’ żona protetta għal dak il-pajjiż fir-rigward tad-Daktulosphaira vitifoliae (Fitch), Ips sexdentatus Börner u l-Leptinotarsa decemlineata Say għandu jiġi estiż għal sentejn biex jagħti lil dak il-pajjiż ż-żmien meħtieġ biex jissottometti l-informazzjoni li turi li dawk l-organiżmi ta’ ħsara mhumiex preżenti jew, fejn meħtieġ, biex jikkompleta l-isforzi tiegħu biex jeqridhom.

(14)

Id-Direttiva 2001/32/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif suppost.

(15)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2001/32/KE hija emendata hekk:

(1)

L-Artikolu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Iż-żoni fil-Komunità elenkati fl-Anness huma rrikonoxxuti bħala żoni protetti kif imfisser fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 2(1)(h) tad-Direttiva 2000/29/KE, fir-rigward ta' l-organiżmu/i ta’ ħsara elenkati ħdejn isimhom fl-Anness ta’ din id-Direttiva.”

(2)

L-Artikolu 2 ġie mħassar.

(3)

L-Anness huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 2 ta’ l-intestatura (a), il-kliem fil-parentesi wara “Portugall” jiġi ssostitwit minn dan il-kliem “Azores, Beira Interior, Beira Litoral, Entre Douro e Minho, Madeira, Ribatejo e Oeste (komuni ta’ Alcobaça, Alenquer, Bombarral, Cadaval, Caldas da Rainha, Lourinhã, Nazaré, Obidos, Peniche u Torres Vedras) u Trás-os-Montes”

(b)

Fil-punti 3.1, 11 u 13 ta’ l-intestatura (a), il-kliem “(sal-31 ta’ Marzu 2008)” ġie miżjud wara l-kelma “Ċipru”.

(c)

Il-punt 2 ta’ l-intestatura (b) jinbidel b’dan li ġej,

“—

Spanja, l-Estonja, Franza (Korsika), l-Italja (Abruzzi; Basilicata; Calabria; Campania; Friuli-Venezia Giulia; Lazio; Liguria; Marche; Molise; Piedmont; Sardinia; Sqallija; Toscana; Umbria; Valle d’Aosta), il-Latvija, il-Portugall, il-Finlandja, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq, Isle of Man u Channel Islands),

u, sal-31 ta’ Marzu 2008, l-Irlanda, l-Italja (Apúlia, Emilia-Romagna: il-provinċji ta’ Forlí-Cesena (minbarra ż-żona provinċjali li tinsab fit-Tramuntana tat-Triq Statali Nru 9 - Via Emilia), Parma, Piacenza, Rimini (minbarra ż-żona provinċjali li tinsab fit-tramuntana tat-Triq Statali Nru. 9 – Via Emilia), il-Lombardija, il-Veneto: minbarra fil-provinċja ta’ Rovigo il-komuni ta’ Rovigo, Polesella, Villamarzana, Fratta Polesine, San Bellino, Badia Polesine, Trecenta, Ceneselli, Pontecchio Polesine, Arquà Polesine, Costa di Rovigo, Occhiobello, Lendinara, Canda, Ficarolo, Guarda Veneta, Frassinelle Polesine, Villanova del Ghebbo, Fiesso Umbertiano, Castelguglielmo, Bagnolo di Po, Giacciano con Baruchella, Bosaro, Canaro, Lusia, Pincara, Stienta, Gaiba, Salara, u fil-provinċja ta’ Padova l-komuni Castelbaldo, Barbona, Piacenza d’Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi, u fil-provinċja ta’ Verona l-komuni ta’ Palù, Roverchiara, Legnago, Castagnaro, Ronco all’Adige, Villa Bartolomea, Oppeano, Terrazzo, Isola Rizza, Angiari), il-Litwanja, l-Awstria (Burgenland, Carinthia, l-Awstrija ta’ Isfel, Tirol (id-distrett amministrattiv Lienz), Styria, Vienna), is-Slovenja (minbarra r-reġjuni ta’ Gorenjska u Maribor), is-Slovakkja (minbarra l-komuni ta’Blahová, Horné Mýto u Okoč (il-kontea ta’ Dunajská Streda), Hronovce u Hronské Kľačany (il-kontea ta’ Levice), Veľké Ripňany (il-kontea ta’ Topoľčany), Málinec (il-kontea ta’ Poltár), Hrhov (il-kontea ta’ Rožňava), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-kontea ta’ Trebišov))”.

(d)

Fil-punt 1 ta’ l-intestatura (d), il-kelma “Litwanja” ġiet imħassra.

(e)

Fil-punt 3 ta’ l-intestatura (d), il-kliem “(sal-31 ta’ Marzu 2008)” ġie miżjud wara l-kelma “Malta”.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw, sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2006, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella li turi l-korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u d-Direttiva minnufih.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Mejju 2006.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali riferenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar il-24 ta’ Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/14/KE (ĠU L 34, 7.2.2006, p. 24).

(2)  ĠU L 127, 9.5.2001, p. 38. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/18/KE (ĠU L 57, 3.3.2005, p. 25).