28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

300


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/35/KE

ta’ l-24 ta’ Marzu 2006

li temenda l-Annessi I sa IV għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u partikolarment il-punt (c) tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 14 tagħha,

Wara li kkonsultat ma' l-Istati Membri konċernati,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2000/29/KE tipprevedi ċerti miżuri kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Istati Membri minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi ta' organiżmi li huma ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti. Tipprevedi wkoll ċerti żoni li għandhom jiġu rikonoxxuti bħala żoni protetti.

(2)

Minn informazzjoni pprovduta mill-Portugall, jidher li Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej) issa ġiet stabbilita fir-reġjun ta’ Alentejo u f’xi wħud mill-komuni tar-reġjun Ribatejo e Oeste. Għalhekk dawn il-partijiet fit-territorju Portugiż m’għandhomx jibqgħu rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara.

(3)

Minn informazzjoni pprovduta mis-Slovenja, jidher li Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. issa ġiet stabbilita fir-reġjuni ta’ Gorenjska u Maribor. Għalhekk dawn ir-reġjuni m’għandhomx jibqgħu rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward ta’ l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.

(4)

Minn informazzjoni pprovduta mis-Slovakkja, jidher li Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. issa ġiet stabbilita f’ċerti komuni tal-kontej ta’ Dunajská Streda, Levice, Topoľčany, Poltár, Rožňava u Trebišov. Dawn il-komuni m’għandhomx jibqgħu rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward ta’ l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.

(5)

L-Italja ressqet informazzjoni li turi li Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. issa ġiet stabbilita f’xi partijiet fit-territorju tagħha. Għalhekk dawk il-partijiet fit-territorju Taljan m’għandhomx jibqgħu rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward ta’ Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.

(6)

Il-Litwanja ressqet informazzjoni li turi li l-Beet necrotic yellow vein virus issa ġie stabbilit fit-territorju tagħha. Għalhekk il-Litwanja m’għandhiex tibqa’ rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward tal-Beet necrotic yellow vein virus.

(7)

L-Annessi rilevanti tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I sa IV tad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati skond it-test fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom minnufih jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2006, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Mejju 2006.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu riferenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati minn tali riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar il-24 ta’ Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/14/KE (ĠU L 34, 7.2.2006, p. 24).


ANNESS

L-Annessi I sa IV tad-Direttiva 2000/29/KE qed jiġu emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I, il-Parti B huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 1 ta’ l-intestatura (a) il-kliem fil-parentesi wara “P” jinbidel b’dan li ġej:

“Azores, Beira Interior, Beira Litoral, Entre Douro e Minho, Madeira, Ribatejo e Oeste (il-komuni ta' Alcobaça, Alenquer, Bombarral, Cadaval, Caldas da Rainha, Lourinhã, Nazaré, Obidos, Peniche u Torres Vedras) u Trás-os-Montes”;

(b)

fil-punt 1 ta’ l-intestatura (b), tħassru l-ittri “LT”.

(2)

Fl-Anness II, il-Parti B hija emendata kif ġej:

fit-tielet kolonna tal-punt 2 ta’ l-intestatura (b):

(a)

il-kliem “(bl-esklużjoni taż-żona provinċjali li tinsab fit-Tramuntana tat-triq Statali nru. 9 - Via Emilia)” ġie miżjud wara kull waħda mill-kelmiet “Forli-Cesena” u “Rimini”.

(b)

il-kliem “Trentino-Alto Adige: provinċja awtonoma ta’ Trento;” ġie mħassar;

(c)

il-kliem li ġej ġie miżjud wara l-kelma “SI”: “(minbarra r-reġjuni ta’ Gorenjska u ta’ Maribor)”;

(d)

il-kliem li ġej ġie miżjud wara l-kelma “SK”: “(minbarra l-komuni ta’ Blahová, Horné Mýto u Okoč (il-kontea ta’ Dunajská Streda), Hronovce u Hronské Kľačany (il-kontea ta’ Levice), Veľké Ripňany (il-kontea ta’ Topoľčany), Málinec (il-kontea ta’ Poltár), Hrhov (il-kontea ta’ Rožňava), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-kontea ta’ Trebišov))”.

(3)

Fl-Anness III, il-Parti B hija emendata kif ġej:

fit-tieni kolonna tal-punti 1 u 2:

(a)

il-kliem “(bl-esklużjoni taż-żona provinċjali li tinsab fit-Tramuntana tat-triq Statali nru. 9 - Via Emilia)” ġie miżjud wara kull waħda mill-kelmiet “Forli-Cesena” u “Rimini”.

(b)

il-kliem “Trentino-Alto Adige: provinċja awtonoma ta’ Trento;” ġie mħassar;

(c)

il-kliem li ġej ġie miżjud wara l-kelma “SI”: “(minbarra r-reġjuni ta’ Gorenjska u ta’ Maribor)”;

(d)

il-kliem li ġej ġie miżjud wara l-kelma “SK”: “(minbarra l-komuni ta’ Blahová, Horné Mýto u Okoč (il-kontea ta’ Dunajská Streda), Hronovce u Hronské Kľačany (il-kontea ta’ Levice), Veľké Ripňany (il-kontea ta’ Topoľčany), Málinec (il-kontea ta’ Poltár), Hrhov (il-kontea ta’ Rožňava), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-kontea ta’ Trebišov))”.

(4)

Fl-Anness IV, il-Parti B hija emendata kif ġej:

(a)

fit-tielet kolonna tal-punt 20.1, tħassru l-ittri “LT”;

(b)

fit-tielet kolonna tal-punt 20.2, tħassru l-ittri “LT”;

(c)

fit-tielet kolonna tal-punt 21, il-kliem “Trentino-Alto Adige: provinċja awtonoma ta’ Trento;” ġie mħassar;

(d)

fit-tielet kolonna tal-punti 21 u 21.3:

1.

il-kliem “(bl-esklużjoni taż-żona provinċjali li tinsab fit-Tramuntana tat-triq Statali nru. 9 - Via Emilia)” ġie miżjud wara kull waħda mill-kelmiet “Forli-Cesena” u “Rimini”;

2.

il-kliem li ġej ġie miżjud wara l-kelma “SI”: “(minbarra r-reġjuni ta’ Gorenjska u ta’ Maribor)”;

3.

il-kliem li ġej ġie miżjud wara l-kelma “SK”: “(minbarra l-komuni ta’ Blahová, Horné Mýto u Okoč (il-kontea ta’ Dunajská Streda), Hronovce u Hronské Kľačany (il-kontea ta’ Levice), Veľké Ripňany (il-kontea ta’ Topoľčany), Málinec (il-kontea ta’ Poltár), Hrhov (il-kontea ta’ Rožňava), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-kontea ta’ Trebišov))”.

(e)

fit-tielet kolonna tal-punt 22, tħassru l-ittri “LT”;

(f)

fit-tielet kolonna tal-punt 23, tħassru l-ittri “LT”;

(g)

fit-tielet kolonna tal-punti 24.1 u 24.2 u 24.3;

il-kliem fil-parentesi wara “P” ġie mibdul b'dan il-kliem “Azores, Beira Interior, Beira Litoral, Entre Douro e Minho, Madeira, Ribatejo e Oeste (il-komuni ta' Alcobaça, Alenquer, Bombarral, Cadaval, Caldas da Rainha, Lourinhã, Nazaré, Obidos, Peniche u Torres Vedras) u Trás-os-Montes”.

(h)

fit-tielet kolonna tal-punt 25, tħassru l-ittri “LT”;

(i)

fit-tielet kolonna tal-punt 26, tħassru l-ittri “LT”;

(j)

fit-tielet kolonna tal-punt 27.1, tħassru l-ittri “LT”;

(k)

fit-tielet kolonna tal-punt 27.2, tħassru l-ittri “LT”;

(l)

fit-tielet kolonna tal-punt 30, tħassru l-ittri “LT”.