28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

285


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/33/KE

ta’ l-20 ta’ Marzu 2006

li temenda d-Direttiva 95/45/KE fir-rigward tas-sunset yellow FCF (E 110) u d-dijossidu tat-titanju (E 171)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill Nru 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ma’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 (3)(a) tagħha,

Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Ġunju 1995 li tistipola kriterji speċifiċi ta’ purezza li jikkonċernaw il-kuluri għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel (2), tistipola kriterji ta’ purezza għall-kuluri li jissemmew fid-Direttiva 94/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar kuluri għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel (3).

(2)

Issunset yellow FCF (E 110) huwa awtorizzat skond id-Direttiva 94/36/KE bħala kulur għall-użu f’ċerti oġġetti ta’ l-ikel. Hemm evidenza xjentifika li f'ċerti ċirkostanzi, Sudan I (1-(phenylazo)-2-naphthalenol) jista’ jiġi ffurmat bħala impurità matul il-produzzjoni tas-sunset yellow. Sudan I huwa kulur mhux awtorizzat u sustanza mhux mixtieqa fl-ikel. Il-preżenza tiegħu fis-sunset yellow għandha għalhekk tiġi ristretta għal ammont li huwa taħt il-limitu ta’ analiżi, jiġifieri 0,5 mg/kg. Il-kriterju ta’ impurità tas-sunset yellow FCF (E 110) għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(3)

Huwa meħtieġ li jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet u t-tekniki analitiċi għall-addittivi stabbiliti fil-Codex Alimentarius mill-Kumitat Konġunt ta’ Esperti FAO/WHO dwar l-Addittivi ta’ l-Ikel (JECFA). JECFA beda l-implimintazzjoni ta’ prograamm sistematiku biex jiġi sostitwit it-test għall-metalli tqal (bħaċ-ċomb) fl-ispeċifikazzjonijiet kollha ta’ l-adittivi ta’ l-ikel eżistenti permezz ta’ limiti xierqa għall-metalli individwali kkonċernati. Dawn il-limiti tas-sunset yellow FCF (E 110) għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq.

(4)

Id-dijossidu tat-titanju (E 171) huwa awtorizzat skond id-Direttiva 94/36/KE bħala kulur għall-użu f’ ċerti oġġetti ta’ l-ikel. Id-dijossidu tat-titanju jista’ jiġi manifatturat biex jinkisbu kristalli taħt il-forma anatase jew rutile. Il-forma fi platelets tad-dijossidu tat-titanju rutile hi differenti mill-forma anatase fl-istruttura u fil-karatteristiċi ottiċi (pearlescence). Hemm ħtieġa teknoloġika għall-użu tal-forma platelet tad-dijossidu tat-titanju rutile bħala kulur fl-oġġetti ta’ l-ikel u fil-kisi rqiq fuq pinnoli li huma supplimenti għall-ikel. Fis-7 ta’ Diċembru 2004 l-Awtorità Ewropea tas-Sigurta ta’ l-Ikel stqarret li l-użu tad-dijossidu tat-titanju rutile fil-forma ta’ platelets jew amorfiċi ma jippreżenta l-ebda tħassib dwar sikurezza. Il-kriterju ta’ purezza għad-dijossidu tat-titanju (E 171) għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jinkludi il-forom rutile u anatase tas-susanza.

(5)

Id-Direttiva 95/45/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 95/45/KE huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard minn [12–il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella korrispendenti bejn dawk id-dispożizzjonijiet u d-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha issir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar l-20 ta’ Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tall-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 226, tat-22.09.1995, p.1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/47/KE (ĠU L 113, ta’ l-20.4.2004, p. 24).

(3)  ĠU L 237, ta’ l-10.9.1994, p. 13. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.


ANNESS

L-Anness tad-Direttiva 95/45/KE, il-Parti B huwa emendat hekk:

(1)

It-test dwar is-sunset yellow FCF (E 110) huwa sostitwit b’ dan li ġej:

“E 110 SUNSET YELLOW FCF

Sinonimi

CI Food Yellow 3, Orange Yellow S

Definizzjoni

Sunset Yellow FCF jikkonsisti essenzjalment minn disodium 2-hydroxy-1-(4-sulfonatophenylazo) naphthalene-6-sulfonate u materjal koloranti sussidjarju flimkien ma’ sodium chloride u/jew sodium sulfate bħala partijiet prinċipali mhux ikkuluriti.

Is-Sunset Yellow FCF jiġi deskritt bħala l-melħ tas-sodju. Huma permessi wkoll il-melħ tal-potassju u tal-kalċju.

Klassi

Monoazo

Numru Indiċi tal-Kulur

15 985

Einecs

220-491-7

Isem kimiku

Disodium 2-hydroxy-1-(4-sulfonatophenylazo)naphthalene-6-sulfonate

Formula kimika

C16H10N2Na2O7S2

Piż molekolari.

452,37

Assay

Kontenut ta’ mhux inqas minn 85 % total ta’ aġenti koloranti kkalkolati bħala l-melħ tas-sodju

E 555 bħala ca 485 nm f’ soluzzjoni likwida bi pH 7

Deskrizzjoni

Trab jew granulari lewn oranġju ħamrani

Identifikazzjoni

A.

Spektrometrija

Massimu fl-ilma f'ca 485 nm u pH 7

B.

Soluzzjoni oranġju fl-ilma

 

Purezza

Materjal li ma jinħalx fl-ilma

Mhux iktar minn 0.200000 %

Materjal koloranti ieħor

Mhux iktar minn 5.000000 %

1-(Phenylazo)-2-naphthalenol (Sudan I)

Mhux iktar minn 0.500000 mg/kg

Aġenti koloranti ħlief il-materjali koloranti:

 

4-aminobenzene-1-sulfonic acid

3-hydroxynaphthalene-2,7-disulfonic acid

6-hydroxynaphthalene-2-sulfonic acid

7-hydroxynaphthalene-1,3-disulfonic acid

4,4′-diazoaminodi(benzene sulfonic acid)

6,6′-oxydi(naphthalene-2-sulfonic acid)

Total ta’ mhux iktar minn 0,5 %

Amines aromatiċi primarji mhux sulfonati

Mhux iktar minn 0,01 % (kkalkolat bħala aniline)

Materjal li jista’ jiġi estratt bl-ether

Mhux iktar minn 0,2 % fi kondizzjonijiet newtri

Arseniku

Mhux iktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux iktar minn 2 mg/kg

Merkurju

Mhux iktar minn 1 mg/kg

Kadmju

Mhux iktar minn 1 mg/kg”

(2)

It-test li jikkonċerna t-titanium dioxide (E 171) hu mibdul b’ dan li ġej:

“E 171 DIJOSSIDU TAT-TITANJU

Sinonimi

CI Pigment White 6

Definizzjoni

Id-dijossidu tat-titanju jikkonsisti essenzjalment minn anatase pur u/jew dijossidu tat-titanju rutile li jista’ jkun miksi b’ ammonti żgħar ta alumina u/jew silika biex jissaħħu l-karatteristiċi teknoloġiċi tal-prodott.

Klassi

Inorganiku

Numru Indiċi tal-Kulur

77 891

EINECS

236-675-5

Ismijiet kimiċi

Dijossidu tat-titanju

Formula kimika

TiO2

Piż molekolari

79,88

Assay

Kontenut ta’ mhux inqas minn 99 % fuq bażi ħielsa minn alumina u silika

Deskrizzjoni

Trab abjad jew ftit ikkulurit

Identifikazzjoni

Solubbiltà

Mhux solubbli fl-ilma u fis-solventi organiċi. Jinħall bil-mod fl-aċdu idrofluworiku u fl-aċdu sulforiku jagħli u kkonċentrat.

Purezza

Telf mid-Dessikkazzjoni

Mhux iktar minn 0,5 % (105 oC, 3 siegħat)

Telf meta jaqbad in-nar

Mhux iktar minn 1,0 % fuq bażi ħielsa minn materjal volatili (800 oC)

Ossidu ta' l-aluminju u/jew dijossidu tas-silikon

Total ta’ mhux iktar minn 2,0 %

Materjal li jinħall fi 0,5 N HCl

Mhux iktar minn 0,5 % fuq bażi I hija ħielsa minn alumina u silika u, kif ukoll, għall-prodotti li fihom alumina u/jew silika, ta’ mhux iktar minn 1,5 % fuq bażi tal-prodott kif jiġi mibjugħ.

Materjal li jinħall fl-ilma

Mhux iktar minn 0.5 %

Kadmju

Mhux iktar minn 1 mg/kg

Antimonju

Mhux iktar minn 50 mg/kg skond id-dissoluzzjoni totali

Arseniku

Mhux iktar minn 3 mg/kg skond id-dissoluzzjoni totali

Ċomb

Mhux iktar minn 10 mg/kg skond id-dissoluzzjoni totali

Merkurju

Mhux iktar minn 1 mg/kg skond id-dissoluzzjoni totali

Żingu

Mhux iktar minn 50 mg/kg skond id-dissoluzzjoni totali.”