5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

817


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta' Diċembru 2006

li temenda d-Deċiżjoni 2005/176/KE li tistipula l-forma kodifikata u l-kodiċi għan-notifikazzjoni ta' mard ta' l-annimali skond id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE.

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 6437)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/924/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 56 tiegħu,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta' Diċembru 1982 dwar in-notifikazzjoni ta' mard ta' l-annimali fil-Komunità (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/176/KE tistipula l-forma kodifikata u l-kodiċi għan-notifikazzjoni ta' mard ta' l-annimali skond id-Direttiva 82/894/KEE (2).

(2)

Minħabba l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, huwa adegwat li tiġi addattata d-Deċiżjoni 2005/176/KE.

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 1/2001 tal-Kumitat Konġunt tal-KE u l-Gżejjer Faeroe tal-31 ta' Jannar 2001 tistipula d-dispożizzjonijiet sabiex timplimenta l-Protokoll dwar kwistjonijiet veterinarji li jissuplimenta l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea fuq naħa waħda u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Reġjonali tal-Gżejjer Faeroe fuq in-naħa l-oħra (3), tgħid li l-Gżejjer Faeroe għandhom jieħdu sehem fis-Sistema tan-Notifika tal-Mard ta' l-Annimali (sistema ADNA).

(4)

Il-Gżejjer Faeroe ssottomettew lill-Kummissjoni lista ta' reġjuni li se jużaw fis-sistema ADNS. Għalhekk dawn ir-reġjuni għandhom jiżdiedu mad-Deċiżjoni 2005/176/KE.

(5)

Spanja aġġustat l-ismijiet u l-konfini tar-reġjuni veterinarji tagħha. L-aġġustament tar-reġjuni ta' Spanja jolqot is-sistema ANDS stipulata fid-Deċiżjoni 2005/176/KE. Ir-reġjuni l-ġodda għandhom għalhekk jissostitwixxu dawk presenti fis-sitema ADNS.

(6)

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali (OIE) f'Mejju 2005 fl-Assemblea Ġenerali tagħha adottat reviżjoni ta' Kapitolu għall-influwenza tat-tjur, fejn għamlitha obbligatorja mill-1 ta' Jannar 2006 sabiex tinnotifika kemm influwenza tat-tjur patoġenika għolja u wkoll influwenza tat-tjur patoġenika baxxa lill-OIE. Sabiex tippermetti n-notifikazzjoni lis-sistema ADNS ta' tifqigħa ta' influenza tat-tjur patoġenika għolja sabiex tkun tingħaraf minn notifikazzjonijiet ta' tifqigħa ta' influenza tat-tjur patoġenika baxxa, għandhom jingħataw kodiċi differenti ta' mard għal dan il-mard.

(7)

Barra minn hekk, biex tipperemetti n-notifikazzjoni ta' tifqigħa ta' influenza tat-tjur fi tjur slavaġ biex tkun tingħaraf minn dawk fi tjur domestiċi, għandhom jingħataw kodiċi differenti lil dawn l-avvenimenti separati.

(8)

Id-Deċiżjoni 2005/176/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(9)

Sabiex titħares il-konfidenzjalità ta' l-informazzjoni trażmessa, l-Annessi li jinsabu ma' din id-Deċiżjoni m' għandhomx jiġu ppubblikati.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2005/176/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Annessi IV, V u X/11 huma mibdula bit-test fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

(2)

It-test fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni huwa miżjud fl-Anness X.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007.

L-introduzzjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Annessi IV u X tad-Deċiżjoni 2005/176/KE għandha tapplika, suġġetta għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 13 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 378, 31. 12.1982, p. 58. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2004/216/KE (ĠU L 67, tal-5.3.2004, pġ. 27).

(2)  ĠU L 59, 5.3.2005, p. 40.

(3)  ĠU L 46, 16.2.2001, p. 24. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2/2005 (ĠU L 8, 13.1.2006, p. 46).