5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

808


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Diċembru 2006

li jaġġusta l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta' Frar 2006, l-1 ta' Marzu 2006, l-1 ta' April 2006, l-1 ta' Mejju 2006 u l-1 ta' Ġunju 2006 li jaffettwaw il-pagi ta' l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej issekondatai fil-pajjiżi terzi

(2006/922/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti ta' l-Istaff ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u r-reġim applikabbli għall-aġenti oħra tal-Komunitajiet, iffissati bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), kif emendati l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2104/2005 (2), u notevolment it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13, ta' l-Anness X tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 351/2006 (3) kienu ffissati, b'applikazzjoni ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 13, ta' l-Anness X tar-Regolamenti ta' l-Istaff il-koeffiċjenti korrettivi li jaffettwaw il-pagi, mill-1 ta' Lulju 2004, fil-valuta tal-pajjiż fejn huma ssekondati, ta' l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej issekondati fil-pajjiżi terzi.

(2)

Meħtieġ li jkunu adattati, b'konformità mat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13, ta' l-Anness X tar-Regolamenti ta' l-Istaff, mill-1 ta' Frar 2006, l-1 ta' Marzu 2006, l-1 ta' April 2006, l-1 ta' Mejju 2006 u l-1 ta' Ġunju 2006, uħud minn dawn il-koeffiċjenti korrettivi, minħabba li fl-istatistiki għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, il-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja, ikkalkulata skond il-koeffiċjent korrettiv u r-rata tal-kambju korrispondenti, tidher li hi, għal ċerti pajjiżi terzi, superjuri għal 5 % mill-aħħar iffissar jew adattament,

IDDEĊIDIET:

Artikolu uniku

B'effett mill-1 ta' Frar 2006, l-1 ta' Marzu 2006, l-1 ta' April 2006, l-1 ta' Mejju 2006, u l-1 ta' Ġunju 2006, il-koeffiċjenti korrettivi, applikabbli għall-pagi ta' l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej issekondati f'pajjiżi terzi imħallsa bil-valuta tal-pajjiż fejn huma ssekondati, huma dawk indikati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta' dawn ir-rimunerazzjonijiet huma stabbiliti b'konformità mal-modalitajiet ta' eżekuzzjoni tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu mad-data indikata fl-ewwel paragrafu.

Magħmul fi Brussel, 12 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Benita FERRERO-WALDNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(2)   ĠU L 337, 22.12.2005, p. 7.

(3)   ĠU L 59, 1.3.2006, p. 1.


ANNESS

Pajjiżi ta' ssekondar

Koeffiċjenti korrettivi

Frar 2006

L-Angola

120,0

Il-Bangladexx

46,6

Bożnja u Ħerzegovina

78,6

Il-Kap Verde

78,6

Kuba

99,3

Il-Ginea

61,2

Hong Kong

94,8

Iżrael

102,2

Il-Kenja

83,9

Il-Libanu

94,4

Il-Madagaskar

74,5

In-Nikaragwa

64,7

In-Niġer

91,5

Il-Kaledonja Ġdida

129,1

L-Uganda

62,1

Il-Filippini

61,3

Ir-Russja

118,3

Is-Sirja

62,9

Il-Veneżwela

63,4

Iż-Żimbabwe

36,2


Pajjiżi ta' ssekondar

Koeffiċjenti korrettivi

Marzu 2006

Botswana

69,9

Il-Kamerun

108,0

El Salvador

87,7

Il-Laos

74,0

Il-Malawi

76,1

Ir-Repubblika Domenikana

74,6

It-Tanzanija

62,5

Iż-Żimbabwe

44,4


Pajjiżi ta' ssekondar

Koeffiċjenti korrettivi

April 2006

L-Arabja Sawdita

94,1

L-Eġittu

55,1

Il-Ginea

64,4

Il-Ħaïti

105,5

Hong Kong

101,9

Mali

93,8

Iż-Żimbabwe

48,7


Pajjiżi ta' ssekondar

Koeffiċjenti korrettivi

Mejju 2006

Il-Benin

92,1

Il-Ġordan

73,2

Il-Możambik

67,0

Il-Pakistan

53,8

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

131,6

Iż-Żambja

79,9


Pajjiżi ta' ssekondar

Koeffiċjenti korrettivi

Ġunju 2006

L-Arġentina

55,6

Botswana

65,6

Iċ-Ċili

78,9

L-Etjopja

85,1

Iżrael

105,5

In-Nepal

70,8

L-Uganda

56,1

Il-Peru

76,5

Ir-Repubblika Ċentrali Afrikana

123,6

It-Tanzanija

58,7

It-Tajlandja

59,6

Yemen

70,6