5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

227


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta' Ottubru 2006

li temenda d-Deċiżjoni 2003/43/KE li tistabbilixxi l-klassijiet ta' prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar għal ċerti prodotti tal-bini fir-rigward tat-twavel tal-ġipsum

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 4360)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/673/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-prodotti tal-bini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/43/KE (2) li tistabbilixxi l-klassijiet ta' prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar għal ċerti prodotti tal-bini, jiġifieri pannelli bbażati fuq l-injam.

(2)

Id-Deċiżjoni 2003/43/KE għandha tiġi addattata biex tqis il-progress tekniku li jikkonċerna t-twavel tal-ġipsum.

(3)

Id-Deċiżjoni 2003/43/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2003/43/KE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar il-5 ta' Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE) Nru 2006/190/KE (ĠU L 66, 8.3.2006, p. 47).

(2)  ĠU L 13, 18.1.2003, p. 35. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2003/593/KE (ĠU L 201, 8.8.2003, p. 25).


ANNESS

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2003/43/KE, it-Tabella 2 u n-nota jinbidlu b'dan li ġej:

“TABELLA 2

Klassijiet ta' prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar ta' twavel tal-ġipsum

Tavla tal-ġipsum

Ħxuna nominali tat-tavla (mm)

Qalba tal-ġipsum

Kontenut ta' karti (1)

(g/m2)

Sottostrat

Klassi (2) (bl-esklużjoni tal-kisi għall-art)

Densità (kg/m3)

Klassi ta' reazzjoni għan-nar

Konformi ma' l-EN 520 (minbarra twavel bit-toqob)

≥ 6,5 < 9,5

≥ 800

A1

≤ 220

Kwalunkwe prodott ibbażat fuq l-injam b'densità ta' ≥ 400 kg/m3 jew kwalunkwe prodott għall-inqas tal-klassi A2-s1, d0

A2-s1, d0

> 220 ≤ 320

B-s1, d0

≥ 9,5

≥ 600

≤ 220

Kwalunkwe prodott ibbażat fuq l-injam b'densità ta' ≥ 400 kg/m3 jew kwalunkwe prodott għall-inqas tal-klassi A2-s1, d0 jew kwalunkwe prodott ta' insulazzjoni ta' għall-inqas il-klassi E-d2 immuntat skond il-metodu 1

A2-s1, d0

> 220 ≤ 320

B-s1, d0

Nota:   Immuntar u twaħħil

It-twavel tal-ġipsum għandhom jiġu mmuntati u jitwaħħlu permezz ta' wieħed mit-tliet metodi li ġejjin:

 

Metodu 1 – Imwaħħla mekkanikament ma' sottostruttura ta' sostenn

It-twavel tal-ġipsum, jew (fil-każ ta' sistemi b'diversi saffi) għall-inqas is-saff tal wiċċ tat-twavel, għandu jitwaħħal mekkanikament ma' sottostruttura tal-metall (magħmula minn komponenti ddettaljati f'EN 14195) jew sottostruttura ta' l-injam (skond l-EN 336 u l-EN 1995-1-1).

Meta s-sottostruttura jkollha traversi ta' sostenn f'direzzjoni waħda biss, id-distanza massima bejn it-traversi ta' sostenn m'għandhiex tkun aktar minn 50 darba l-ħxuna tat-twavel tal-ġipsum.

Meta s-sottostruttura tipprovdi traversi ta' sostenn f'żewġ direzzjonijiet, id-distanza massima fi kwalunkwe direzzjoni m'għandhiex tkun ta' aktar minn 100 darba l-ħxuna tat-twavel tal-ġipsum.

L-ingasti mekkaniċi għandhom ikunu viti, stejpils jew imsiemer li għandhom jitwaħħlu billi jgħaddu mill-ħxuna tat-twavel tal-ġipsum għal ġewwa s-sottostruttura f'ċentri ta' mhux aktar minn 300 mm mkejla għat-tul ta' kull waħda mit-traversi ta' appoġġ.

Wara t-twavel tal-ġipsum jista' jkun hemm spazju ta' arja, jew prodott ta' insulazzjoni. Is-sottostrat jista' jkun:

a)

kwalunkwe prodott ibbażat fuq l-injam b'densità ta' ≥ 400 kg/m3 jew kwalunkwe prodott ta' għall-inqas il-klassi A2-s1, d0 fil-każ ta' twavel tal-ġipsum ta' ≥ 6.5 mm u < 9,5 mm ħxuna nominali u ≥ 800 kg/m3 densità fil-qalba, jew

b)

kwalunkwe prodott ibbażat fuq l-injam b'densità ta' ≥ 400 kg/m3 jew kwalunkwe prodott ta' għall-inqas il-klassi A2-s1, d0 fil-każ ta' twavel tal-ġipsum ta' ≥ 9,5 mm ħxuna nominali u ≥ 600 kg/m3 densità fil-qalba, jew

ċ)

kwalunkwe materjal ta' insulazzjoni li jkun għall-inqas tal-klassi E-d2 fil-każ ta' twavel tal-ġipsum ta' ≥ 9,5 mm ħxuna nominali u ≥ 600 kg/m3 densità fil-qalba.

Kull ġonta bejn twavel tal-ġipsum ma' ġenb xulxin għandu jkollha vojt ta' ≤ 4 mm wisgħa. Din id-dispożizzjoni tapplika għal kwalunkwe ġonta indipendentement minn jekk il-ġonta tkunx sostnuta direttament minn traversa ta' sostenn fis-sottostruttura u indipendentement minn jekk il-ġonta tkunx mimlija b'materjali li jġonġu.

Fil-każijiet a) u b) kull ġonta bejn twavel tal-ġipsum ma' ġenb xulxin, li ma tkunx sostnuta direttament minn traversa ta' sostenn fis-sottostruttura u li għandha vojt ta' > 1 mm wisgħa, għandha timtela kompletament b'materjal li jġonġi kif speċifikat fl-EN 13963 (il-ġonot l-oħra jistgħu ma jimtlewx).

Fil-każ c) il-ġonot kollha bejn it-twavel ma' ġenb xulxin għandhom jimtlew kompletament b'materjal li jġonġi kif speċifikat fl-EN 13963.

 

Metodu 2 – Imwaħħla mekkanikament ma' sottostrat solidu bbażat fuq l-injam

It-twavel tal-ġipsum għandhom jitwaħħlu mekkanikament ma' sottostrat solidu bbażat fuq l-injam b'densità ta' ≥ 400 kg/m3.

M'għandu jkun hemm l-ebda kavità bejn it-twavel tal-ġipsum u s-sottostrat.

L-ingasti mekkaniċi għandhom ikunu viti, stejpils u msiemer. Id-distanza bejn l-ingasti mekkaniċi għandu jikkorrispondi mar-regoli mogħtija hawn fuq għall-metodu 1.

Kull ġonta bejn twavel tal-ġipsum ma' ġenb xulxin għandu jkollha vojt ta' ≤ 4 mm wisgħa u tista' ma timteliex.

 

Metodu 3 – Imwaħħla jew inkullati mekkanikament ma' sottostrat solidu (sistema ‘dry lining’)

It-twavel tal-ġipsum għandhom jitwaħħlu direttament ma' sottostrat solidu bi klassifika tar-reazzjoni għan-nar li hi għall-inqas tal-klassi A2-s1, d0.

It-twavel tal-ġipsum jistgħu jitwaħħlu permezz ta' viti jew imsiemer li jgħaddu mill-ħxuna tat-twavel għall-ġewwa s-sottostrat solidu jew jistgħu jiġu inkullati mas-sottostrat permezz ta' ‘dabs’ ta' kolla ibbażat fuq il-ġipsum kif speċifikat fl-EN 14496.

Fi kwalunkwe każ il-viti jew l-imsiemer jew id-‘dabs’ għat-twaħħil għandhom jitqiegħdu f'ċentri weqfin jew mimdudin b'massimu ta' 600mm.

Il-ġonot kollha bejn it-twavel tal-ġipsum jistgħu ma jimtlewx.”


(1)  Determinat skond l-EN ISO 536 u b'mhux aktar minn kontenut ta' 5 % addittiv organiku.

(2)  Klassijiet kif previsti fit-Tabella 1 ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 2000/147/EC.