5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-4 ta’ Awwissu 2006

li tfassal lista tar-reġjuni li huma eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fondi Strutturali skond l-obbjettiv tal-Konverġenza għall-perijodu 2007-2013

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3475)

(2006/595/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1) tal-11.07.2006 li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali għall-Fond ta’ Żvilupp Reġjunali Ewropew, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond tal-Koeżjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) u 8(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 l-obbjettiv tal-Konverġenza jimmira lejn ħeffa għall-proċess tal-konverġenza ta’ l-Istati Membri u r-reġjuni inqas żviluppati.

(2)

Skond l-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 ir-reġjuni eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fondi Strutturali skond l-obbjettiv tal-konverġenza għandhom ikunu reġjuni li jikkorrispondu għal-livell II tan-Nomenklatura ta’ l-Unitajiet Statistiċi Territorjali (minn hawn jissejħu “NUTS livell II”) fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tas-26 ta’ Mejju 2003 li l-prodott gross domestiku tagħhom per capita (GDP), imkejjelfil-paritajiet tal-kapaċità għall-infiq u kkalkulat skond bażi tal-figuri Komunitarji għall-perijodu 2000-2002, ikun inqas minn 75 % tal-medja tal-GDP għall-25 fl-UE għall-istess perijodu ta’ referenza.

(3)

Skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 jispeċifika li ir-reġjuni fin-NUTs livell II li setgħu kienu eliġibbli għall-istatus ta’ l-obbjettiv tal-konverġenza skond l-Artikolu 5(1) ta' dan ir-Regolament kieku l-limitu ta' l-eliġibbiltà seta’ baqa' 75 % tal-medja tal-GDP għall-15 fl-UE, iżda li jitilfu l-eliġibbiltà minħabba li l-livell nominali tal-GDP tagħhom per capita ser ikun ogħla minn 75 % tal-medja tal-GDP għall-25 fl-UE, li jitkejjel u li jiġi kkalkulat skond l-istess Artikolu 5(1), huma wkoll eliġibbli, fuq bażi tranżizzjonali u speċifika, għall-iffinanzjar mill-Fondi Strutturali skond il-obbjettiv “tal-konverġenza.”

(4)

Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita lista tar-reġjuni eliġibbli kif jixraq,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-reġjuni eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fondi Struttura skond l-obbjettiv tal-Konverġenza għandhom jiġu elenkati fl-Anness I.

Artikolu 2

Ir-reġjuni eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fondi Strutturali skond l-obbjettiv tal-Konverġenza fuq bażi tranżizzjonali u speċifika, kif jissemma fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, għandhom jiġu elenkati fl-Anness II.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 4 Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Danuta HÜBNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(2)  ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.


ANNESS I

Lista tar-reġjuni NUTS II eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fondi Strutturali skond l-obbjettiv tal-Konverġenza għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013

CZ02

Střední Čechy

CZ03

Jihozápad

CZ04

Severozápad

CZ05

Severovýchod

CZ06

Jihovýchod

CZ07

Střední Morava

CZ08

Moravskoslezsko

DE41

Brandenburg – Nordost

DE80

Mecklenburg-Vorpommern

DED1

Chemnitz

DED2

Dresden

DEE1

Dessau

DEE3

Magdeburg

DEG0

Thüringen

EE00

Eesti

GR11

Anatoliki Makedonia, Thraki

GR14

Thessalia

GR21

Ipeiros

GR22

Ionia Nisia

GR23

Dytiki Ellada

GR25

Peloponnisos

GR41

Voreio Aigaio

GR43

Kriti

ES11

Galicia

ES42

Castilla-La Mancha

ES43

Extremadura

ES61

Andalucía

FR91

Guadeloupe

FR92

Martinique

FR93

Guyane

FR94

Réunion

ITF3

Campania

ITF4

Puglia

ITF6

Calabria

ITG1

Sicilia

LV00

Latvija

LT00

Lietuva

HU21

Közép-Dunántúl

HU22

Nyugat-Dunántúl

HU23

Dél-Dunántúl

HU31

Észak-Magyarország

HU32

Észak-Alföld

HU33

Dél-Alföld

MT00

Malta

PL11

Łódzkie

PL12

Mazowieckie

PL21

Małopolskie

PL22

Śląskie

PL31

Lubelskie

PL32

Podkarpackie

PL33

Świętokrzyskie

PL34

Podlaskie

PL41

Wielkopolskie

PL42

Zachodniopomorskie

PL43

Lubuskie

PL51

Dolnośląskie

PL52

Opolskie

PL61

Kujawsko-Pomorskie

PL62

Warmińsko-Mazurskie

PL63

Pomorskie

PT11

Norte

PT16

Centro (PT)

PT18

Alentejo

PT20

Região Autónoma dos Açores

SI00

Slovenija

SK02

Západné Slovensko

SK03

Stredné Slovensko

SK04

Východné Slovensko

UKK3

Cornwall and Isles of Scilly

UKL1

West Wales and The Valleys


ANNESS II

Lista tar-reġjuni NUTS II eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fondi Strutturali fuq bażi tranżizzjonali u speċifika skond l-obbjettiv tal-Konverġenza għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013

BE32

Prov. Hainaut

DE42

Brandenburg – Südwest

DE93

Lüneburg

DED3

Leipzig

DEE2

Halle

GR12

Kentriki Makedonia

GR13

Dytiki Makedonia

GR30

Attiki

ES12

Principado de Asturias

ES62

Región de Murcia

ES63

Ciudad Autónoma de Ceuta

ES64

Ciudad Autónoma de Melilla

ITF5

Basilicata

AT11

Burgenland

PT15

Algarve

UKM4

Highlands and Islands