5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

13


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-4 ta' Awwissu 2006

li tiffissa allokazzjoni indikattiva skond l-Istat Membru ta' l-approprjazzjonijiet ta' l-impenn għall-għan ta' kompetittività u impjiegi Reġjonali għall-perjodu 2007-2013

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3472)

(2006/593/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11.7.2006 li jfassal dispożizzjonijiet ġenerali għall-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp Reġjonali, Il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond il-punt (b) ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 l-għan ta' kompetittività u impjiegi Reġjonali jimmira lejn it-tisħiħ tal-kompetittività u ta' kemm ikunu attraenti r-reġjuni.

(2)

Skond il-punt (b) ta' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 Il-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew jikkontribwixxu għall-kisba ta' l-għanijiet imsemmija fil-punt (b) ta' l-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament. Skond l-Artikolu 4(2) il-Fond ta' Koeżjoni jintervjeni wkoll f'dawk ir-reġjuni li mhumiex eliġibbli għal appoġġ taħt l-għan ta' “Konverġenza” li jagħmlu parti minn Stati Membri eliġibbli għal appoġġ taħt dan il-Fond.

(3)

Skond l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 15,95 % tar-riżorsi disponibbli għal impenn min-naħa tal-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni (minn issa 'l quddiem “il-Fondi”) għall-perjodu 2007 sa 2013 għandhom jiġu allokati għall-għan ta' kompetittività u impjiegi Reġjonali, inklużi 21,14 % għall-appoġġ tranżizzjonali u speċifiku msemmi fl-Artikolu 8(2) ta' dan ir-Regolament.

(4)

Jeħtieġ li jsiru klassifiki indikattivi taċ-ċifri mill-Istati Membri tar-riżorsi li għandhom jiġu allokati lill-għan ta' kompetittività u impjiegi Reġjonali. Skond l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, dan għandu jsir skond il-kriterji u l-metodoloġija stipulati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006.

(5)

Ir-raba' paragrafu ta' l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 jistabbilixxi l-metodu għall-allokazzjoni ta' riżorsi disponibbli għall-Istati Membri u r-reġjuni eliġibbli għal għoti ta' fondi skond l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-Paragrafu 6(b) ta' l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 jistabbilixxi l-metodu li jiddetermina l-allokazzjonijiet li jaqgħu taħt l-appoġġi tranżizzjonali msemmija taħt l-Artikolu 8(2) ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-Paragrafu 7 ta' l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 jiddetermina l-livell massimu ta' trasferiment mill-Fondi lejn kull Stat Membru.

(8)

Il-Paragrafi 12 sa 31 ta' l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 jiffissaw l-ammonti li jappartjenu lil ċerti każijiet speċifiċi għall-perjodu 2007 sa 2013.

(9)

Skond l-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 0.25 % tar-riżorsi disponibbli għal impenn mill-Fondi għall-perjodu 2007 sa 2013 se jkunu ddedikati sabiex jiffinanzjaw għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni; għalhekk l-allokazzjoni indikattiva mill-Istati Membri għandha tkun indipendenti mill-ammont li jikkorrispondi għall-għajnuna teknika.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammonti indikattivi skond l-Istat Membru, ta' l-approprijazzjonijiet ta' l-impenn għar-reġjuni eliġibbli għal għoti ta' fondi mill-Fondi Strutturali li jaqgħu taħt l-għan ta' kompetittività u impjiegi Reġjonali kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, inklużi l-ammonti addizzjonali ffissati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, se jkunu hekk kif stipulati fit-tabella 1 ta' l-Anness I.

Il-kassifiki annwali taċ-ċifri skond l-Istat Membru skond is-sena ta' l-approprijazzjonijiet ta' l-impenn kif imsemmija fil-paragrafu ta' qabel se jkunu stipulati fit-tabella 2 ta' l-Anness I.

Artikolu 2

L-ammonti indikattivi mill-Istati Membri ta' l-approprijazzjonijiet ta' l-impenn għar-reġjuni eliġibbli għal għoti ta' fondi mill-Fondi Strutturali li jaqgħu taħt l-għan ta' kompetittività u impjiegi Reġjonali kif imsemmi fl-Artikolu 8 ta'-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, inklużi l-ammonti addizzjonali ffissati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, se jkunu hekk kif stipulati fit-tabella 1 ta' l-Anness II.

Il-klassifiki annwali taċ-ċifri skond l-Istat Membru skond is-sena ta' l-approprijazzjonijiet ta' l-impenn kif imsemmija fil-paragrafu ta' qabel se jkunu stipulati fit-tabella 2 ta' l-Anness II.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar il-4 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Danuta HÜBNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.


ANNESS I

Allokazzjoni indikattiva skond l-Istat Membru ta' l-approprijazzjonijiet ta' l-impenn għar-reġjuni eliġibbli għall-għoti ta' fondi mill-Fondi Strutturali li jaqgħu taħt l-għan ta' kompetittività u impjiegi Reġjonali għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013

Stat Membru

IT-TABELLA 1 –

L-ammount ta' approprijazzjonijiet (EUR, prezzijiet ta' l-2004)

Reġjuni eliġibbli taħt l-għan ta' kompetittività u impjiegi Reġjonali

Għoti addizzjonali ta' fondi msemmi fl-Annes II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 taħt il-paragrafu:

§ 16

§ 20

§ 23

§ 25

§ 26

§ 28

§ 29

België/Belgique

1 264 522 294

 

 

 

 

 

 

 

Ceska Republika

172 351 284

199 500 000

 

 

 

 

 

 

Danmark

452 135 320

 

 

 

 

 

 

 

Deutschland

8 273 934 718

 

 

 

74 812 500

 

 

 

España

2 925 887 307

 

 

 

 

199 500 000

 

 

France

9 000 763 163

 

 

 

 

 

 

99 750 000

Ireland

260 155 399

 

 

 

 

 

 

 

Italia

4 539 667 937

 

 

 

 

 

209 475 000

 

Luxembourg

44 796 164

 

 

 

 

 

 

 

Nederland

1 472 879 499

 

 

 

 

 

 

 

Österreich

761 883 269

 

 

 

149 625 000

 

 

 

Portugal

435 196 895

 

 

 

 

 

 

 

Slovensko

398 057 758

 

 

 

 

 

 

 

Suomi-Finland

778 631 938

 

153 552 511

 

 

 

 

 

Sverige

1 077 567 589

 

215 598 656

149 624 993

 

 

 

 

United Kingdom

5 335 717 800

 

 

 

 

 

 

 

Total

37 194 148 334

199 500 000

369 151 167

149 624 993

224 437 500

199 500 000

209 475 000

99 750 000


L-Istat Membru

IT-TABELLA 2 –

Il-klassifika annwali taċ-ċifri ta' l-approprijazzjonijiet (EUR, prezzijiet ta' l-2004)

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

België/Belgique

180 646 042

180 646 042

180 646 042

180 646 042

180 646 042

180 646 042

180 646 042

Ceska Republika

53 121 612

53 121 612

53 121 612

53 121 612

53 121 612

53 121 612

53 121 612

Danmark

64 590 760

64 590 760

64 590 760

64 590 760

64 590 760

64 590 760

64 590 760

Deutschland

1 192 678 174

1 192 678 174

1 192 678 174

1 192 678 174

1 192 678 174

1 192 678 174

1 192 678 174

España

446 483 901

446 483 901

446 483 901

446 483 901

446 483 901

446 483 901

446 483 901

France

1 300 073 309

1 300 073 309

1 300 073 309

1 300 073 309

1 300 073 309

1 300 073 309

1 300 073 309

Ireland

37 165 057

37 165 057

37 165 057

37 165 057

37 165 057

37 165 057

37 165 057

Italia

678 448 991

678 448 991

678 448 991

678 448 991

678 448 991

678 448 991

678 448 991

Luxembourg

6 399 452

6 399 452

6 399 452

6 399 452

6 399 452

6 399 452

6 399 452

Nederland

210 411 357

210 411 357

210 411 357

210 411 357

210 411 357

210 411 357

210 411 357

Österreich

130 215 467

130 215 467

130 215 467

130 215 467

130 215 467

130 215 467

130 215 467

Portugal

62 170 985

62 170 985

62 170 985

62 170 985

62 170 985

62 170 985

62 170 985

Slovensko

59 287 258

57 274 995

54 915 823

51 153 834

53 136 512

56 208 234

66 081 102

Suomi-Finland

133 169 207

133 169 207

133 169 207

133 169 207

133 169 207

133 169 207

133 169 207

Sverige

206 113 034

206 113 034

206 113 034

206 113 034

206 113 034

206 113 034

206 113 034

United Kingdom

762 245 400

762 245 400

762 245 400

762 245 400

762 245 400

762 245 400

762 245 400

Total

5 523 220 006

5 521 207 743

5 518 848 571

5 515 086 582

5 517 069 260

5 520 140 982

5 530 013 850


ANNESS II

Allokazzjoni indikattiva skond l-Istat Membru ta' l-approprijazzjonijiet ta' l-impenn għar-reġjuni eliġibbli għall-għoti ta' fondi mill-Fondi Strutturali fuq bażi speċifika u tranżizzjonali li jaqgħu taħt l-għan ta' kompetittività u impjiegi Reġjonali għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013

L-Istat Membru

IT-TABELLA 1 –

L-ammount ta' approprijazzjonijiet (EUR, prezzijiet ta' l-2004)

Reġjuni eliġibbli taħt ir-reġim tranżizzjonali ta' l-għan ta' kompetittività u impjiegi Reġjonali

Għoti addizzjonali ta' fondi msemmi fl-Annes II tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 taħt il-paragrafu:

§ 15

§ 19

§ 20

§ 26

§ 27

Ellada

582 395 315

 

 

 

 

 

España

3 649 807 023

 

99 749 993

434 492 233

299 250 000

 

Ireland

418 744 086

 

 

 

 

 

Italia

626 325 208

 

 

 

 

250 372 500

Kypros

361 895 758

 

 

 

 

 

Magyarorszag

1 720 653 088

139 732 594

 

 

 

 

Portugal

347 157 850

 

 

58 848 251

 

 

Suomi-Finland

324 544 537

 

 

164 835 524

 

 

United Kingdom

880 529 981

 

 

 

 

 

Total

8 912 052 846

139 732 594

99 749 993

658 176 008

299 250 000

250 372 500


L-Istat Membru

IT-TABELLA 2 –

Il-klassifika annwali taċ-ċifri ta' l-approprijazzjonijiet (EUR, prezzijiet ta' l-2004)

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Ellada

205 317 626

157 827 178

110 336 730

62 846 282

15 355 833

15 355 833

15 355 833

España

1 206 899 743

986 622 023

766 344 304

546 066 584

325 788 865

325 788 865

325 788 865

Ireland

143 368 343

110 877 547

78 386 752

45 895 958

13 405 162

13 405 162

13 405 162

Italia

216 111 659

180 773 664

145 435 670

110 097 675

74 759 680

74 759 680

74 759 680

Kypros

101 752 415

82 287 352

62 822 288

43 357 223

23 892 160

23 892 160

23 892 160

Magyarorszag

646 048 749

498 162 329

350 275 909

202 389 488

54 503 069

54 503 069

54 503 069

Portugal

102 050 610

87 367 364

72 684 118

58 000 871

43 317 626

28 634 379

13 951 133

Suomi-Finland

99 696 384

89 768 069

79 839 753

69 911 437

59 983 122

50 054 806

40 126 490

United Kingdom

285 202 703

223 208 873

161 215 043

99 221 213

37 227 383

37 227 383

37 227 383

Total

3 006 448 232

2 416 894 399

1 827 340 567

1 237 786 731

648 232 900

623 621 337

599 009 775