16.8.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’ Jannar 2006

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, (PCA) dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka mal-PCA u dwar aġġustamenti għall-PCA

(2006/538/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300 (3), tiegħu,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni ta' l-2003, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

Billi:

(1)

Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, (PCA) dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka mal-PCA u dwar aġġustamenti għall-PCA ġie ffirmat f'isem i-Komunità Ewropea u l-Istati Membri fid-29 ta' April 2004 skond id-Deċiżjoni 2006/537/KE tal-Kunsill (2).

(2)

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll ġie applikat fuq bażi provviżorja sa mid-data ta' l-adeżjoni.

(3)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, (PCA) dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka mal-PCA u dwar aġġustamenti għall-PCA hu b'dan approvat f'isem il-Komunità Ewropea, i-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri.

It-Test tal-Protokoll hu mehmuż ma' din id-Deċiżjoni (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, jagħti notifika kif previst fl-Artikolu 4 tal-Protokoll. Il-President tal-Kummissjoni għandu fl-istess waqt jagħti tali notifika f'isem il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.

Magħmula fi Brussel, nhar l-24 ta’ Jannar 2006.

Għall-Kummissjoni

Il-President

K.-H. GRASSER

Għall-Kunsill

Il-President

J. M. BARROSO


(1)  ĠU C 174 E, 14.7.2005, p. 45.

(2)  Ara paġna 15 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  Ara paġna 16 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.