8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

846


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-27 ta' April 2006

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea skond punt 3 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-7 ta' Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea li jissupplimenta l-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 dwar id-dixxiplina tal-baġit u titjib fil-proċedura tal-baġit

(2006/397/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-7 ta' Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea li jissupplimenta il-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 dwar id-dixxiplina tal-baġit u titjib fil-proċedura tal-baġit (1), u b'mod partikolari punt 3 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabilixxi il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (2),

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Filwaqt li:

(1)

L-Unjoni Ewropea waqqfet Fond ta' Solidarjetà (il-“Fond”) biex turi solidarjetà mal-popolazzjonijiet tar-reġjuni milquta mid-diżastru.

(2)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-7 ta' Novembru 2002 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-limitu ta' EUR 1 biljun annwali.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru. 2012/2002 fih dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond jista' jiġi mobilizzat.

(4)

Il-Bulgarija, r-Rumanija u l-Awstrija issottemettew applikazzjonijiet sabiex jimobilizzaw il-Fond, fir-rigward ta' ħames diżastri ikkawżati minn għargħar.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea se jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 106 357 627 bħala allokazzjoni ta' impenn mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, nhar is-27 ta' April 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

H. WINKLER


(1)  ĠU C 283, 20.11.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.