29.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

420


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta' l-10 ta' April 2006

li taħtar membru supplenti Awstrijak fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2006/307/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Awstrijak,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Jannar 2006 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2002/116/KE li taħtar membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010 (1).

(2)

Sar vakanti post ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni wara li skada l-mandat tas-Sur Ferdinand EBERLE,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Hija b'dan maħtura membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2010:

Dr. Elisabeth ZANON

Landeshauptmannstellvertreterin Tirol

biex tieħu post is-Sur Ferdinand EBERLE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandha tibda jkollha effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Maghmul fil-Lussemburgu, nhar l-10 ta' April 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

U. PLASSNIK


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.