10.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

318


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1858/2005

tat-8 ta’ Novembru 2005

li timponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-ħbula ta’ l-azzar u kejbils li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Indja, l-Afrika t’Isfel u l-Ukraina wara reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra importazzjonijiet li huma oġġetti ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

F’Awwissu 1999, bir-Regolament (KE) Nru 1796/1999 (2) (“ir-Regolament oriġinali”), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula ta’ l-azzar u kejbils (“SWR”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”), l-Ungerija, l-Indja, il-Messiku, il-Polonja, l-Afrika t’Isfel u l-Ukraina. L-istħarriġ li wassal għal dawn il-miżuri minn hawn 'il quddiem ser jissejjaħ “l-istħarriġ oriġinali”.

(2)

Il-miżuri li japplikaw għal dawn l-importazzjonijiet kienu jikkonsistu f’dazju ad valorem, ħlief għal importazzjonijiet minn produttur esportatur wieħed Indjan, ieħor Messikan, ieħor Sudafrikan u ieħor Ukrain li minnhom ġew aċċettati impenji permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/572/KE (3). Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1678/2003, il-Kummissjoni rtirat l-impenn offrut mill-produttur esportatur Ukrain t’hawn fuq, u permezz tar-Regolament (KE) Nru 1674/2003, il-Kunsill reġa’ impona d-dazju anti-dumping ad valorem korrispondenti fuq dan l-esportatur.

(3)

Minn hemm 'il quddiem, instab li l-evażjonijiet mill-miżuri oriġinali fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet mill-Ukraina u r-RPĊ saru permezz tal-Moldova u l-Marokk rispettivament wara stħarriġ li sar skond l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, bir-Regolament (KE) Nru 760/2004 (4), il-Kunsill estenda d-dazju anti-dumping definittiv imponut fuq importazzjonijiet li joriġinaw mill-Ukraina għall-importazzjonijiet ta’ l-istess ħbula ta’ l-azzar u kejbils konsenjati mill-Moldova. Bl-istess mod, id-dazju anti-dumping imponut fuq importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ ġie estiż, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1886/2004 (5) għall-importazzjonijiet ta’ l-istess ħbula ta’ l-azzar u kejbils konsenjati mill-Marokk, minbarra dawk prodotti minn produttur ġenwin Marokkin.

1.2   Stħarriġ li jikkonċerna pajjiż ieħor

(4)

Fl-20 ta’ Novembru 2004, b'avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, (6) l-Kummissjoni bdiet proċediment anti-dumping li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ l-istess prodott li joriġina mir-Repubblika tal-Korea, wara lment ippreżentat mill-industrija Komunitarja li kienet tagħti evidenza prima facie li dawn l-importazzjonijiet qegħdin jiġu ddampjati u għalhekk qegħdin jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja. L-istħarriġ intemm bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/739/KE (7) mingħajr ma ġew imponuti miżuri.

1.3   Talba għal reviżjoni

(5)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ ta’ l-SWR li joriġinaw mir-RPĊ, l-Ungerija, l-Indja, il-Messiku, il-Polonja, l-Afrika t’Isfel u l-Ukraina (8), il-Kummissjoni rċeviet, fis-17 ta’ Mejju 2004, talba biex tirrivedi dawn il-miżuri skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(6)

It-talba intefgħet mill-Kumitat ta’ Kollegament ta’ l-Industriji tal-Wajers u Ħbula ta’ l-Unjoni Ewropea (l-EWRIS) (“ir-rikorrent”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw l-ikbar proporzjon, f’dan il-każ iktar minn 50 %, tat-total tal-produzzjoni Komunitarja tas-SWR. It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri probabbilment jirriżultaw fi tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara lill-industrija Komunitarja.

(7)

Fin-nuqqas ta’ evidenza ta’ din ix-xorta dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Messiku, ir-rikorrent ma talabx il-bidu ta’ reviżjoni ta’ l-iskadenza għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Messiku. Għaldaqstant, il-miżuri applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Messiku skadew fit-18 ta’ Awissu 2004 (9).

(8)

Billi ġie ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, illi teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ reviżjoni skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kumissjoni bdiet reviżjoni (10).

1.4   Stħarriġ

(9)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi, lill-utenti kkonċernati magħrufin u lill-assoċjazzjoniiet tagħhom, lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi u lill-produtturi Komunitarji bil-bidu tar-reviżjoni ta’ l-iskadenza. Partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jwasslu l-fehmiet taghħom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż ta’ ftuħ.

(10)

Minħabba n-numru kbir ta’ produtturi Komunitarji u ta’ importaturi fil-Komunità li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ produttur esportatur f’wieħed mill-pajjiżi kkonċernati, dehret ħaġa sew, skond l-Artikoli 17 tar-Regolament bażiku, li tiġi eżaminata l-possibbiltà ta’ l-użu tal-kampuni. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk ikunx fil-fatt hemm bżonn ta’ l-użu ta’ kampjuni u, jekk hu hekk, biex tagħżel kampjun, il-partijiet ta’ hawn fuq intalbu, skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, biex jiddikjaraw lilhom infushom fi żmien ġimagħtejn mill-bidu tal-proċediment u biex jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif mitlub fl-avviż ta’ ftuħ.

(11)

Sbatax-il produttur Komunitarju mlew il-formola tal-kampjuni kif suppost sad-data ta’ l-iskadenza u ftiehmu formalment li jikkooperaw iżjed fl-istħarriġ. Il-formola tal-kampjuni kienet titlob inter alia tagħrif dwar l-iżvilupp ta’ ċerti indikaturi ta’ ħsara “makro”, jiġifieri kapaċità ta’ produzzjoni, volum ta’ produzzjoni, stokks, volumi ta’ bejgħ u impiegi.

(12)

Mis-sbatax-il produttur ta’ hawn fuq, ħames kumpaniji, li nstab li kienu rappreżentattivi ta’ l-industrija Komunitarja f’dak li hu volum ta’ produzzjoni u bejgħ tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità, intgħażlu għall-kampjun.

(13)

Importatur wieħed biss ipprovda t-tagħrif mitlub fl-avviż ta’ ftuħ u esprima r-rieda li jikkoopera iżjed mas-servizzi tal-Kummissjoni. Minħabba din is-sitwazzjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni iddeċidew li ma japplikawx it-teħid ta’ kampjuni fil-każ ta’ l-importaturi mhux relatati, imma li jibagħtu kwestjonarju lill-importatur diġà msemmi. Imbagħad, l-imsemmi importatur naqas li jimla l-kwestjonarju. Għalhekk tqies li l-ebda kooperazzjoni ma setgħet tittieħed mill-importaturi mhux relatati. L-Assoċjazzjoni li tirrapreżenta l-interessi ta’ l-importaturi (“l-EWRIA”) għamlet kummenti ta’ natura ġenerali, notevolment dwar id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-prodott li jixxiebah. Dawn il-kummenti huma kkunsidrati fil-premessi (19) u (20).

(14)

Kwestjonarji ntbagħtu għalhekk lill-ħames produtturi Komunitarji fil-kampjun u lill-produtturi esportaturi kollha magħrufa. Barra minn hekk, produttur wieħed fit-Turkija (“il-pajjiż analogu”) kien ikkuntattjat u rċieva kwestjonarju.

(15)

Tweġibiet għall-kwestjonarji waslu mill-ħames produtturi Komunitarji fil-kampjun u tliet produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati, kif ukoll minn żewġ importaturi relatati u produttur wieħed fil-pajjiż analogu.

(16)

Saru żjarat ta’ verifikazzjoni fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi Komunitarji fil-kampjun:

BTS Drahtseile GmbH (il-Ġermanja),

Cables y Alambres especiales, SA (Spanja),

CASAR Drahtseilwerk Saar GmbH (il-Ġermanja),

Manuel Rodrigues de Oliveira Sa & Filhos, SA (il-Portugall),

Trefileurope (Franza).

 

Produtturi fil-pajjiż esportatur:

Usha Martin Ltd. (L-Indja).

 

Importaturi relatati fil-Komunità:

Usha Martin UK (ir-Renju Unit),

Usha Martin Scandinavia (id-Danimarka).

 

Produtturi fil-pajjiż analogu:

Celik Halat (it-Turkija).

(17)

L-istħarriġ rigward it-tkomplija u/jew ir-rikorrenza ta’ dumping u ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2003 sat-30 ta’ Ġunju 2004 (“perjodu ta’ stħarriġ” jew “l-IP”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2001 sa l-aħħar ta’ l-IP (“il-perjodu kkonċernat”).

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT LI JIXXIEBAH

2.1   Prodott ikkonċernat

(18)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess wieħed ta’ l-istħarriġ oriġinali li wassal għall-impożizzjoni tal-miżuri attwalment fis-seħħ, jiġifieri ħbula u kejbils, inklużi ħbula bil-koljatura maqfula, esklużi ħbula u kejbils ta’ l-istainless steel, li għandhom dimensjoni massima ta’ wisgħa trasversali li tiskorri it-3 mm. Bħalissa huma klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM ex 7312 10 82, ex 7312 10 84, ex 7312 10 86, ex 7312 10 88 u ex 7312 10 99.

2.2   Prodott li jixxiebah

(19)

Kif stabbilit fl-istħarriġ oriġinali, dan l-istħarriġ tar-reviżjoni kkonferma li l-prodott ikkonċernat u l-prodotti mmanufatturati u mibjugħa mill-produtturi esportaturi fis-suq lokali, kif ukoll dawk immanufatturati u mibjugħa mill-produtturi Komunitarji fis-suq Komunitarju u mill-produttur fil-pajjiż analogu fis-suq lokali tal-pajjiż analogu għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi u użu aħħari u huma għalhekk ikkunsidrati bħala prodotti li jixxiebhu skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

(20)

L-EWRIA tenniet l-argument li kien tqajjem fl-istħarriġ oriġinali li l-prodott ikkonċernat ivarja sostanzjalment mill-prodotti mmanufatturati u mibjugħa fil-Komunità, u m’għandhomx jitqabblu ma’ xulxin. L-argument ġie indirizzat fil-fond fir-Regolamenti oriġinali li jimponu miżuri proviżorji u definittivi fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat u nstab li l-prodott tal-Komunità u l-SWR importat kienu bħal xulxin. Peress li l-EWRIA ma tellgħu ebda element ġdid li juri illi l-bażi li fuqhom saru s-sejbiet oriġinali nbidlu, il-konklużjonijiet milħuqa fir-Regolament definittiv oriġinali qegħdin jiġu kkonfermati.

3.   PROBABBILTÀ TA’ TKOMPLIJA JEW RIKORRENZA TA’ DUMPING

(21)

Skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, kien mistħarreġ jekk kienx qiegħed iseħħ dumping, u jekk inhu hekk, jekk l-iskadenza tal-miżuri hix probabbli li twassal għat-tkomplija ta’ dumping.

3.1   Rimarki preliminari

(22)

Waqt l-IP, il-volum totali ta’ l-importazzjoni, kif irreġistrat mill-Eurostat, tal-ħbula tal-wajer ta’ l-azzar mir-RPĊ, l-Indja, l-Afrika t’Isfel u l-Ukraina (“il-pajjiżi kkonċernati”) ammontaw għal 7 784 tunnellata li jirrappreżentaw l-4.4 % tas-sehem fis-suq Komunitarju.

(23)

Il-perjodu ta’ stħarriġ ta’ l-istħarriġ oriġinali kopra 15-il xahar (mill-1 ta’ Jannar 1997 sal-31 ta’ Marzu 1998) u kopra biss l-importazzjonijiet għal ġol-Komunità ta’ qabel it-Tkabbir. Għalhekk il-figuri ta’ l-importazzjoni fil-perjodu ta’ l-istħarriġ oriġinali u l-IP mhumiex direttament komparabbli. Fi kwalunkwe każ, it-total ta’ l-importazzjonijiet fl-UE-15 mill-pajjiżi kkonċernati fil-perjodu ta’ l-istħarriġ oriġinali ammontaw għal 21 102 tunnellati li jirrappreżentaw l-14.3 % tas-sehem fis-suq Komunitarju.

(24)

Fl-Indja produttur esportatur wieħed ikkoopera biex ikopri 75 % tal-volumi ta’ esportazzjoni rreġistrati mill-Eurostat. Fl-Afrika t’ Isfel, l-uniku produttur esportatur magħruf bagħat tagħrif fuq il-bejgħ mill-esportazzjoni tiegħu lill-Komunità matul l-IP, li rrappreżenta l-bejgħ kollu ta’ l-esportazzjoni ta’ l-Afrika t’Isfel lill-Komunità matul l-istess żmien. Fir-rigward tar-RPĊ, eportatur produttur wieħed ikkoopera li rrappreżenta 75 % tal-bejgħ mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lill-Komunità. Fl-aħħar nett, fir-rigward ta’ l-Ukraina, l-ebda wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi magħrufa ma kkoopera fl-istħarriġ preżenti.

3.2    Dumping ta’ importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ stħarriġ

(25)

Skond l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, intużat l-istess metodoloġija ta’ l-istħarriġ oriġinali, kull darba li ma nbidlux iċ-ċirkostanzi.

3.2.1   L-Indja

(26)

Matul l-IP, il-volum totali ta’ l-importazzjoni, kif irreġistrat mill-Eurostat, ta’ l-SWR mill-Indja ammontaw għal 3 869 tunnellata, li jirrappreżentaw it-2.2 % tas-sehem fis-suq Komunitarju.

3.2.1.1   Il-valur normali

(27)

Safejn għandu x’jaqsam il-kalkolu tal-valur normali, l-ewwel ġie stabbilit, għall-produttur esportatur Indjan li kkoopera, jekk it-total tal-bejgħ lokali tiegħu tal-prodott li jixxiebah kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ dan il-bejgħ jirrappreżentax ta’ l-inqas il-5 % tal-volum totali ta’ bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità. Dan instab li kien il-każ skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku.

(28)

Minbarra dan it-tagħrif, il-produttur esportatur Indjan li kkoopera oġġezzjona għall-metodu użat mill-Kummissjoni. Huwa argumenta li għat-test tar-rappreżentanza, kellu jintuża l-volum ta’ bejgħ tal-prodott ikkonċernat lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità u mhux il-bejgħ lill-importatur relatat fil-Komunità. Madankollu, l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku jipprovdi li għad-determinazzjoni ta’ jekk il-bejgħ lokali tal-prodott li jixxiebah kienx rappreżentattiv, il-volum tal-bejgħ lokali għandu jitqabbel mal-volum tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat esportat lejn il-Komunità, mingħajr ebda speċifikazzjoni dwar jekk għandhiex titqies l-esportazzjoni lill-ewwel klijent indipendenti inkella l-bejgħ mill-esportazzjoni lill-importatur relatat. Għaldaqstant, il-metodu użat mill-Kummissjoni nstab li kien raġjonevoli u konformi mar-Regolament bażiku. Għalhekk din l-asserzjoni kellha tiġi rifjutata.

(29)

Il-Kummissjoni mbagħad identifikat dawk it-tipi ta’ prodotti, mibjugħa lokalment mill-kumpanija kkonċernata, li kienu identiċi jew komparabbli direttament mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

(30)

Għal kull tip mibjugħ mill-produttur esportatur fis-suq lokali tiegħu u misjub li huwa komparabbli direttament mat-tipi ta’ SWR mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, ġie stabbilit jekk il-bejgħ lokali kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ lokali ta’ tip partikolari ta’ SWR tqies li kien rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum totali tal-bejgħ lokali ta’ dak it-tip matul l-IP irrappreżenta il-5 % jew iktar tat-total tal-volum tal-bejgħ tat-tip komparabbli ta’ SWR esportat lejn il-Komunità. Dan kien il-każ f’31 % tat-tipi kollha esportati lejn il-Komunità.

(31)

Sar ukoll eżami dwar jekk il-bejgħ lokali ta’ kull tip ta’ prodott, mibjugħ lokalment fi kwantitajiet rappreżentattivi jistax jitqies bħala li sar fl-andament regolari tal-kummerċ, billi jiġi stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ bi profitt lill-klijenti indipendenti tat-tip ta’ prodott in kwistjoni. F’każijiet meta l-volum ta’ bejgħ ta’ tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz nett tal-bejgħ li huwa daqs jew iktar mill-ispejjeż tal-produzzjoni kif ikkalkulati, irrappreżenta iktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, u fejn il-prezz medju mwieżen ta’ dak it-tip kien daqs jew iktar mill-ispejjeż tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz lokali effettiv, ikkalkulat bil-medja tal-prezzijiet imwieżna tal-bejgħ lokali kollu ta’ dak it-tip magħmul waqt l-IP, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ għamilx profitti jew le. F’każijiet meta l-volum ta’ bejgħ bi profitt ta’ tip ta’ prodott, irrappreżenta t-80 % jew inqas tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, u fejn il-prezz medju mwieżen ta’ dak it-tip kien inqas mill-ispejjeż tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz lokali effettiv, ikkalkulat bil-medja mwieżna tal-bejgħ bi profitt ta’ dak it-tip biss, sakemm dan il-bejgħ irrappreżenta l-10 % jew iktar tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dak it-tip.

(32)

Fil-każijiet fejn il-volum ta’ bejgħ bi profitt ta’ kwalunkwe prodott irrappreżenta inqas minn 10 % tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dak it-tip, dan it-tip partikolari tqies li nbiegħ fi kwantitajiet insuffiċjenti għall-prezz lokali biex jipprovdi bażi adatta biex jiġi stabbilit il-valur normali.

(33)

Kull meta l-prezzijiet lokali ta’ prodott partikolari mibjugħ minn produttur esportatur ma setax jintuża biex jiġi stabbilit il-valur normali jew għax ma kinux nbiegħu fis-suq lokali jew għax mhux fl-andament normali tal-kummerċ, metodu ieħor kellu jiġi applikat. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe metodu raġjonevoli ieħor, inħadem u ntuża valur normali.

(34)

Fil-każijiet kollha fejn inħadem u ntuża l-valur normali u skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-valur normali nħadem biż-żieda ma’ l-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi esportati, ta’ persentaġġ raġjonevoli għall-ispejjeż ġenerali, amministrattivi u tal-bejgħ (“SG&A”) u marġini raġjonevoli ta’ profitt. F’dan ir-rigward u skond l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, l-ammonti għall-SG&A u l-profitti kienu bbażati fuq data effettiva tal-produzzjoni u l-bejgħ, fl-andament normali tal-kummerċ, tal-prodott li jixxiebah fis-suq lokali.

(35)

Minbarra dan it-tagħrif il-produttur esportatur Indjan li kkoopera argumenta li meta ġie kkalkulat il-marġini tal-profitt lokali skond l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni b’mod ħażin inkludiet il-bejgħ lokali tal-prodott barra mis-suġġett ta’ l-istħarriġ, jiġifieri ħbula tal-wajer bil-koljatura maqfula. Madankollu, kif indikat fil-premessa 0, ħbula bil-koljatura maqfula huma espressament inklużi fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat mhux biss fl-istħarriġ preżenti iżda kienu inklużi wkoll fl-istħarriġ oriġinali. Għalhekk din l-asserzjoni kellha tiġi rifjutata.

(36)

Il-produttur esportatur Indjan sostna li l-valur normali użat għall-kalkolu tal-marġini ta’ dumping matul l-IP ma kienx se jirrifletti raġjonevolment il-prezzijiet u l-ispejjeż lokali, peress li ġie ddeterminat fuq bażi mhux rappreżentattiva, jiġifieri fuq il-bażi ta’ 4 xhur ta’ l-IP minflok 12. Tajjeb li wieħed jinnota li fil-qafas ta’ reviżjoni ta’ l-iskadenza u skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jiġi eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri twassalx x’ aktarx għall-issoktar jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara. Ir-riżultat hu li dazji anti-dumping definittivi jkunu jew ikkonfermati jew irrevokati, filwaqt li rati individwali tad-dazju fihom innifishom ma jistgħux jiġu emendati. Peress illi l-kalkolu ta’ marġini ta’ dumping preċiżi fil-qafas ta’ reviżjoni ta’ l-iskadenza huwa għalhekk mhux neċessarju, l-eżami ta’ l-issoktar tad-dumping huwa bbażat fuq sett ta’ data rappreżentattiva matul l-IP. Fil-proċediment preżenti, intalbet id-data għax-xhur fi tmiem kull tliet xhur u l-produtturi esportaturi ġew mistiedna biex jikkummentaw fuq ir-rappreżentattività tagħhom. Il-produttur esportatur m’ oġġezzjonax għal dan il-metodu qabel l-iskadenza mitluba, imma kien biss wara ż-żjara għal stħarriġ fuq il-post li oġġezzjona, jiġifieri meta l-verifikazzjoni ta’ sett ta’ data differenti ma kinitx għadha possibbli. Barra minn hekk, il-produttur esportatur la spjega u lanqas ma pprovda evidenza għaliex, f’dan il-każ speċifiku, il-perjodi magħżula m’għandhomx ikunu rappreżentattivi. Din l-asserzjoni kellha għalhekk tiġi rifjutata.

3.2.1.2   Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

(37)

Peress li l-bejgħ mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat għall-Komunità saru għall-kumpaniji relatati fil-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni nħadem skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku skond il-bażi tal-prezz li bih il-prodotti importati reġgħu nbiegħu għall-ewwel darba lil xerrej indipendenti. Aġġustamenti għall-ispejjeż kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, u għall-profitti li akkumulaw, saru sabiex jiġi stabbiliti prezz għall-esportazzjoni affidabbli, fil-livell tal-fruntieri Komunitarji. F’dan ir-rigward, l-SG&A ta’ l-importatur relatat tnaqqsu mill-prezz tal-bejgħ mill-ġdid fil-Komunità. Fejn jidħol il-marġini tal-profitt u peress li ma kienx hemm kooperazzjoni minn importaturi mhux relatati, tqies li fin-nuqqas ta’ tagħrif ieħor iktar affidabbli, l-istess marġini ta’ profitt li ntużaw fl-istħarriġ oriġinali, jiġifieri 5 %, għandhom jintużaw. L-ebda tagħrif ma kien disponibbli li juri li dan ma kienx marġini ta’ min joqgħod fuqu.

3.2.1.3   Tqabbil

(38)

Għall-għan li jsir tqabbil ġust skond it-tip tal-prodott, fuq il-bażi tal-fatturi ta’ qabel u fl-istess livell ta’ kummerċ, ittieħed kont xieraq tad-differenzi li kienu rreklamati u murija li jaffettwaw it-tqabbil tal-prezzijiet. Dawn l-aġġustamenti saru fir-rigward ta’ l-ispejjeż tat-trasport, l-ispejjeż ta’ l-assigurazzjoni, spejjeż bankarji u ta’ kreditu skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

3.2.1.4   Il-marġini tad-dumping

(39)

Sabiex jiġi kkalkulat il-marġini tad-dumping, il-valur normali medju mwieżen tqabbel mal-prezz medju mwieżen ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità għal kull tip ta’ prodott. Dan it-tqabbil wera l-eżistenza ta’ dumping sinjifikanti għall-produttur esportatur ikkonċernat, fil-livell ta’ iktar minn 10 %. Dan jaqbel ma’ marġini ta’ dumping ta’ 39.8 % misjub fl-istħarriġ oriġinali. Għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, eżami tal-livell ta’ dumping sar ibbażat fuq data relatata mal-valur normali u mal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni, kif provdut mir-rikorrent fit-talba għar-reviżjoni. Din weriet marġini ta’ dumping ta’ iktar minn 20 % wkoll.

3.2.2   Ir-RPĊ

(40)

Matul l-IP, il-volum totali ta’ l-importazzjonijiet, kif irreġistrati mill-Eurostat, tal-ħbula tal-wajer ta’ l-azzar mir-RPĊ ammontaw għal 1 942 tunnellata, li jirrappreżentaw il-1.1 % tas-sehem fis-suq Komunitarju. Kif imsemmi fil-premessa (24), l-uniku produttur esportatur li kkoopera rrappreżenta l-75 % tat-total ta’ l-importazzjonijiet Ċiniżi.

(41)

Fl-istħarriġ oriġinali erba’ produtturi esportaturi Ċiniżi kkooperaw, madankollu l-ebda wieħed minnhom ma ngħata l-istatus ta’ l-ekonomija tas-suq jew trattament individwali.

3.2.2.1   Pajjiż analogu

(42)

Peress li r-RPĊ hija ekonomija fi tranżizzjoni, il-valur normali kellu jiġi bbażat fuq tagħrif miksub f’suq ekonomiku ta’ pajjiz terz xieraq skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(43)

Fl-istħarriġ oriġinali, il-Polonja ntużat bħala pajjjiż analogu sabiex jiġi stabbilit il-valur normali. Peress li l-Polonja ilha membru ta’ l-Unjoni Ewropea sa mill-1 ta’ Mejju 2004, ma tistax tintuża aktar bħala pajjiż analogu għall-għanijiet ta’ stħarriġ ta’ l-anti-dumping. Għall-istħarriġ preżenti r-rikorrent ippropona l-Istati Uniti ta’ l-Amerka (“il-USA”) bħala pajjiż analogu.

(44)

Assoċjazzjoni partikolari ta’ l-importaturi oġġezzjonat għall-għażla tal-USA u ppropona il-Korea t’Isfel bħala pajjiż analogu xieraq. Madankollu, l-ebda wieħed mill-produtturi fil-USA u fil-Korea t’Isfel ma kienu lesti li jikkooperaw fir-reviżjoni preżenti ta’ l-iskadenza.

(45)

Is-servizzi tal-Kummissjoni għalhekk esploraw il-possibbiltà ta’ pajjiżi analogi oħra fosthom in-Norveġja, it-Tajlandja, l-Indja u t-Turkija. Fil-każ tan-Norveġja u t-Tajlandja, bl-istess mod, l-ebda wieħed mill-produtturi f’ dawn il-pajjiżi ma kien lest li jikkoopera.

(46)

Produttur wieħed biss ta’ l-SWR fit-Turkija kkoopera ma’ l-istħarriġ billi wieġeb il-kwestjonarju u aċċetta li ssirlu żjara għall-verifika fuq il-post. L-istħarriġ wera li t-Turkija għandha suq kompetittiv ta’ l-SWR b’żewġ produtturi lokali li jfornu madwar 83 % tas-suq u kompetizzjoni minn importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra. Dazji ta’ l-importazzjoni mit-Turkija huma baxxi u m’hemmx restrizzjonijiet oħra fuq l-importazzjonijiet ta’ l-SWR għal ġot-Turkija. Il-volum ta’ produzzjoni fit-Turkija kien ħames darbiet il-volum ta’ esportazzjonijiet Ċiniż tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. Is-suq Tork kien għalhekk meqjus bħala rappreżentattiv biżżejjed sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali tar-RPĊ. Fl-aħħar nett, kif imsemmi fil-premessa (19), l-oġġett prodott u mibjugħ fis-suq lokali Tork kien jixbah il-prodott esportat mill-produttur esportatur Ċiniż lejn il-Komunità.

(47)

Wara dan it-tagħrif assoċjazzjoni partikolari ta’ l-importaturi oġġezzjonat għall-għażla tat-Turkija bħala pajjiż analogu. Madankollu, din l-asserzjoni ma kinitx sostanzjata u kellha għalhekk tiġi rifjutata.

(48)

Għalhekk il-konklużjoni kienet li t-Turkija tikkostitwixxi pajjiż analogu xieraq sabiex jiġi stabbilit il-valur normali skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

3.2.2.2   Il-valur normali

(49)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kien stabbilit fuq il-bażi ta’ tagħrif ivverifikat irċevut mill-produttur fil-pajjiż analogu li kkoopera, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezz imħallas jew li għandu jitħallas fis-suq lokali tat-Turkija mill-konsumaturi li mhumiex relatati, peress li dan il-bejgħ instab li jsir fl-andament normali tan-negozju.

(50)

Bħala riżultat, il-valur normali kien stabbilit bħala l-medja mwieżna tal-prezzijiet tal-bejgħ lokali lil konsumaturi li mhumiex relatati mill-produttur li kkoopera fit-Turkija.

3.2.2.3   Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

(51)

Ġaladarba l-bejgħ mill-esportazzjonijiet ta’ l-esportatur li kkoopera rrappreżenta l-75 % ta’ l-importazzjonijiet tal-KE tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ fl-IP, id-determinazzjoni tal-prezz ta’ l-esportazzjoni kien ibbażat fuq it-tagħrif ipprovdut mill-produttur esportatur li kkoopera fir-RPĊ. Peress li l-bejgħ kollu mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat sar direttament lill-konsumaturi indipendenti fil-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku skond il-bażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li suppost jitħallsu.

3.2.2.4   Tqabbil

(52)

Għall-għan li jsir tqabbil ġust skond it-tip tal-prodott, fuq il-bażi tal-fatturi ta’ qabel u fl-istess livell ta’ kummerċ, ittieħed kont xieraq tad-differenzi li kienu kklejmjati u murija li jaffettwaw it-tqabbil tal-prezzijiet. Dawn l-aġġustamenti saru fir-rigward ta’ l-ispejjeż tat-trasport, l-ispejjeż ta’ l-assigurazzjoni, spejjeż bankarji u ta’ kreditu skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(53)

Għal ċerti tipi ta’ prodotti mibjugħa fis-suq lokali fit-Turkija, kellhom isiru xi aġġustamenti sabiex isiru komparabbli mat-tipi esportati Ċiniżi. Saru aġġustamenti sabiex jiġu kkunsidrati id-differenzi fiżiċi skond l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku bħalma huma id-dijametru, is-saħħa tensili u l-qalba. L-aġġustamenti kienu bbażati fuq id-differenzi fil-prezzijiet tat-tipi in kwistjoni fis-suq Tork.

3.2.2.5   Il-marġini tad-dumping

(54)

Sabiex jiġi kkalkulat il-marġini tad-dumping, il-valur normali medju mwieżen tqabbel mal-prezz medju mwieżen ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità għal kull tip ta’ prodott. Dan it-tqabbil wera l-eżistenza ta’ dumping sinjifikanti ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-esportatur li kkoopera, fil-livell ta’ iktar minn 65 %. Dan jaqbel ma’ marġini ta’ dumping ta’ 60.4 % misjub fl-istħarriġ oriġinali.

3.2.3   L-Afrika ta’ Isfel

(55)

Matul l-IP, il-volum totali ta’ l-importazzjonijiet, kif irreġistrat mill-Eurostat, ta’ l-SWR mill-Afrika t’Isfel ammonta għal 278 tunnellata, li jirrappreżenta 0.1 % tas-sehem fis-suq Komunitarju, jiġifieri fil-livell de minimis. L-uniku produttur esportatur magħruf irrappreżenta 100 % ta’ dawn l-esportazzjonijiet.

(56)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni sħiħa mill-produttur esportatur ta’ l-Afrika t’Isfel kif muri fil-premessa (57), kellha ssir referenza għall-fatti disponibbli skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(57)

Kien biss l-uniku produttur esportatur magħruf li ressaq tagħrif rigward bejgħ mill-esportazzjonijiet lejn il-Komunità, iżda dan ma pprovda ebda tagħrif fir-rigward ta’ spejjeż u prezzijiet tal-prodott li jixxiebah fis-suq lokali. Għalhekk, l-ebda valur normali ma seta’ jiġi stabbilit għall-IP. Madanakollu, il-produttur esportatur ammetta li d-dumping kien għadu jseħħ matul l-IP. Abbażi ta’ dan u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe tagħrif ieħor li huwa iktar affidabbli, il-konlużjoni kienet li d-dumping kompla f’livelli sinjifikanti matul l-IP.

3.2.4   L-Ukraina

(58)

Matul l-IP, il-volum totali ta’ l-importazzjonijiet, kif irreġistrat mill-Eurostat, ta’ l-SWR mill-Ukraina ammonta għal 1 695 tunnellata, li jirrappreżenta l-1 % tas-sehem fis-suq Komunitarju, li tqies bħala sehem de minimis tas-suq.

(59)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-Ukraina, kellha ssir referenza għall-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Abbażi ta’ dan il-valur normali kif stabbilit għall-pajjiż analogu tqabbel mal-prezz ta’ l-esportazzjoni kif jinsab fid-domanda tar-rikorrent għal reviżjoni. Ir-riżultat kien li ġie stabbilit marġini ta’ dumping ta’ iktar minn 65 % għall-IP.

3.3   L-iżviluppi fl-importazzjonijiet kieku l-miżuri kellhom jiġu rrevokati

3.3.1   Rimarki preliminari

(60)

Mit-tmien produtturi esportaturi Indjani msemmija fl-ilment, wieħed ikkoopera fl-istħarriġ. Miż-żewġ produtturi esportaturi Sudafrikani msemmija fl-ilment, wieħed biss ikkoopera parzjalment. M’hemmx produtturi oħra magħrufa fl-Afrika t’Isfel. Fejn tidħol l-Ukraina, l-ebda wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi magħrufa ma kkoopera u bl-istess mod, m’ hu magħruf l-ebda produttur ieħor fl-Ukraina. Minn disa’ produtturi esportaturi Ċiniżi, wieħed biss ikkoopera ma’ l-istħarriġ.

3.3.2   L-Indja

3.3.2.1   Rimarki preliminari

(61)

Seba’ mit-tmien produtturi magħrufa fl-Indja ma kkooperawx matul ir-reviżjoni preżenti ta’ l-iskadenza. Ta’ min jinnota li fl-istħarriġ oriġinali, sitta minn dawn il-produtturi kienu qegħdin ibigħu l-SWR fis-suq lokali tagħhom biss jew fi swieq ta’ pajjiżi terzi u għalhekk ma kinux soġġetti għall-istħarriġ oriġinali. Barra minn hekk, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tagħhom fl-istħarriġ preżenti, ebda tagħrif ma kien disponibbli dwar il-kapaċità u volum tal-produzzjoni tagħhom, stokks u bejgħ fi swieq barra mill-Komunità. L-eżaminazzjoni ta’ jekk ikunx probabbli li d-dumping ikompli jekk il-miżuri jitneħħew kienet għalhekk ibbażata fuq it-tagħrif disponibbli, jiġifieri t-tagħrif ipprovdut mill-produttur esportatur li kkoopera. Tagħrif relatat mal-prezzijiet ta’ l-importazzjoni minn esportaturi minbarra l-esportaturi li kkooperaw, iddeterminati skond il-bażi tal-Eurostat, ġew eżaminati wkoll. Sabiex jiġi stabbilit jekk id-dumping ikunx probabbli li jkompli jekk il-miżuri jitneħħew, ġew eżaminati l-aġir tal-prezzijiet tal-produttur esportatur li koopera fi swieq ta’ esportazzjoni oħra, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni tiegħu lejn il-Komunità, il-kapaċità ta’ produzzjoni tiegħu u l-istokks. Hekk ukoll, ġie assessjat l-effett probabbli tat-tneħħija tal-miżuri fuq il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet l-oħra.

3.3.2.2   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità

(62)

Instab li prezz medju ta’ l-esportazzjoni tal-bejgħ lill-pajjiżi li m’humiex fl-UE kien b’mod sinjifikanti anqas mill-prezz medju ta’ l-esportazzjoni lill-Komunità kif ukoll anqas mill-prezzijiet fis-suq lokali, li indika li l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi mhux ta’ l-UE kienu x’ aktarx iddampjati f’livelli saħansitra ogħla mill-bejgħ ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità. Ta’ min jinnota, madankollu, li matul l-IP kien hemm fis-seħħ impenn għal prezz minimu li kien jirrikjedi li l-produttur esportatur ikkonċernat jirrispetta ċertu livell ta’ prezz għall-esportazzjonijiet lejn il-Komunità. Xi prezzijiet instabu li kienu kemm kemm ogħla mil-livell ta’ l-impenn, iżda l-maġġoranza tal-bejgħ kienu fil-livell ta’ l-impenn. Il-bejgħ ta’ l-esportatur lejn pajjiżi mhux ta’ l-UE saru fi kwantitajiet sinjifikanti, li kienu jkopru s-86 % tal-bejgħ totali mill-esportazzjoni,. Għalhekk, tqies li l-livell tal-prezz ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra jista’ jidher bħala indikatur tal-livell tal-prezz probabbli għall-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità jekk jitneħħew il-miżuri. Fuq din il-bażi, u wara li tqiesu l-livelli baxxi tal-prezzijiet tas-swieq ta’ pajjiżi terzi, il-konklużjoni kienet li hemm possibbiltà li l-esportatur li kkoopera jnaqqas il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità, li minħabba f’hekk iżid ukoll il-livell ta’ dumping.

(63)

Ta’ min jinnota li l-marġini ta’ dumping misjub fl-IP kien sinjifikanti. Abbażi ta’ dan, wieħed jassumi li anke jekk il-livelli tal-prezzijiet għall-Komunità jibqgħu l-istess jew jiżdiedu, hija probabbli ħafna li d-dumping ikompli xorta waħda jekk jitneħħew il-miżuri fis-seħħ. Minħabba l-aġir tal-kumpanija fl-esportazzjoni lejn il-Komunità fil-passat (jiġifieri fl-istħarriġ oriġinali, instab illi l-kumpanija esportat kwantitajiet kbar lejn l-UE f’livelli ta’ dumping), kif ukoll l-istrateġiji tal-prezzijiet fir-rigward ta’ l-esportazzjonijiet lejn swieq ta’ pajjiżi terzi oħra, hija iktar probabbli li iktar esportazzjonijiet lejn il-Komunità jsiru f’livelli tal-prezzijiet aktar baxxi, u għaldaqstant iddampjati.

3.3.2.3   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fil-Komunità

(64)

Ta’ min jinnota wkoll li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi nstabu li bħala medja kienu inqas mill-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fil-Komunità, li jfisser li l-livell tal-prezzijiet li jipprevali għall-prodott ikkonċernat fis-suq Komunitarju jagħmel lis-suq Komunitarju wieħed attraenti ħafna għall-esportaturi fl-Indja. Fuq din il-bażi, tqies illi hemm fil-fatt inċentiv ekonomiku sabiex wieħed idawwar l-esportazzjonijiet minn pajjiżi mhux fl-UE lejn is-suq Komunitarju li jħalli iktar profitti fil-każ ta’ tneħħija tal-miżuri fis-seħħ.

3.3.2.4   Il-prezzijiet ta’ l-esportaturi li ma kkooperawx

(65)

Il-prezzijiet tal-Eurostat ta’ l-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat, esklużi dawk ta’ l-esportatur li kkoopera, huma b’mod sinjifikanti anqas minn dawk ta’ l-esportatur li kkoopera. Fin-nuqqas ta’ tagħrif ieħor, ibbażat fuq il-valur normali ta’ l-esportatur li kkoopera, dawn l-importazzjonijiet ikunu ddampjati f’livelli b’mod sinjifikanti ogħla. Fin-nuqqas ta’ miżuri, ma teżisti l-ebda raġuni biex jitqies li dawn l-importazzjonijiet ma jsirux fi prezzijiet iddampjati simili imma fi kwantitajiet akbar.

3.3.2.5   Kapaċità mhux użata u stokks

(66)

Il-produttur Indjan li kkoopera, minkejja li żied l-utilizzazzjoni tal-kapaċità f’dawn l-aħħar snin, xorta waħda għandu kapaċitajiet sinjifikanti żejda li jirrappreżentaw kważi ħames darbiet il-kwantità ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità matul l-IP. Barra minn hekk, l-istokks - għalkemm qed jonqsu f’termini ta’ volum - huma sinjifikanti u, fl-aħħar ta’ l-IP, irrappreżentaw parti maġġuri tal-volum esportat lejn il-Komunità. Għaldaqstant, il-kapaċità biex jiżdiedu b’mod sinjifikanti l-kwantitajiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-KE teżisti, b’mod partikolari minħabba li m’hemmx indikazzjonijiet li s-swieq ta’ pajjiżi terzi jew is-suq lokali jistgħu jassorbu kwalunkwe produzzjoni addizzjonali. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li huwa improbabbli ħafna li s-suq lokali fl-Indja, minħabba il-preżenza ta’ tmien produtturi jikkompetu, ser ikun kapaċi li jassorbi l-kapaċità żejda kollha ta’ dan il-produttur esportatur. Fil-fatt, skond it-talba tar-reviżjoni, il-kapaċitajiet żejda tal-produtturi Indjani kollha kienu stmati għal 35 000 tunnellata, li jirrappreżentaw kważi 20 % tal-konsum tal-Komunità.

3.3.3   RPĊ

3.3.3.1   Rimarki Preliminari

(67)

Kif ingħad fil-premessa (41), l-ebda kumpanija Ċiniża ma ngħatat l-istatus ta’ l-ekonomija tas-suq jew trattament individwali fl-istħarriġ oriġinali, jiġifieri l-kumpaniji kollha huma suġġetti għad-dazju anti-dumping uniku mal-pajjiż kollu bir-rata ta’ 60.4 %. Il-volumi ta’ l-importazzjoni mir-RPĊ naqsu b’mod sinjifikanti, jiġifieri 11 484 tunnellata matul l-IP ta’ l-istħarriġ oriġinali (l-UE15) għal 1 942 tunnellata matul l-IP (l-UE25). Is-sehem fis-suq attwali tar-RPĊ huwa kemm kemm 'il fuq mid-de minimis, jiġifieri 1.1 %. Ta’ min, madankollu, jinnota li l-importazzjonijiet Ċiniżi, mill-2001, kellhom tendenza li jiżdiedu. L-esportazzjonijiet lejn il-KE ta’ l-uniku produttur esportatur Ċiniż li kkoopera rrappreżentat 75 % tat-total ta’ l-esportazzjonijiet Ċiniżi, li jammontaw għal 1 456 tunnellata matul l-IP. Hemm seba’ produtturi esportaturi oħra li esportaw kwantitajiet żgħar biss lejn il-Komunità matul l-IP.

(68)

Sabiex jiġi stabbilit jekk id-dumping ikunx probabbli li jkompli jekk il-miżuri jitneħħew, ġew eżaminati l-aġir tal-prezzijiet tal-produttur esportatur li kkoopera fi swieq ta’ esportazzjoni oħra, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni tiegħu lejn il-Komunità, l-effett probabbli tiegħu fuq il-prezzijiet ta’ importazzjonijiet oħra, il-kapaċità ta’ produzzjoni tiegħu u l-istokks. Tagħrif li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet ta’ l-importazzjoni minn esportaturi barra mill-esportatur li kkoopera kienu ddeterminati skond il-bażi tal-Eurostat.

3.3.3.2   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità

(69)

Prezzijiet ta’ l-esportazzjoni mir-RPĊ lejn l-USA, waħda mis-swieq ta’ l-esportazzjoni ewlenin tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u suq fejn ma hemm l-ebda miżuri fis-seħħ, kienu, fil-medja, b’mod sinjifikanti taħt il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità. Peress, kif irriżulta fil-premessa (54), il-bejgħ mill-esportazzjoni mir-RPĊ lejn il-Komunità saru f’livelli ta’ dumping, dan indika li l-esportazzjonijiet lejn l-USA u swieq oħra ta’ pajjiżi terzi kienu x’aktarx iddampjati f’livelli terġa’ ogħla mill-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità. Tqies ukoll li l-livell tal-prezz ta’ l-esportazzjoni lejn l-USA u lejn pajjiżi terzi oħra jista’ jidher bħala indikatur tal-livell tal-prezz probabbli għall-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità jekk jitneħħew il-miżuri. Abbażi ta’ dan, u wara li tqiesu l-livelli baxxi tal-prezzijiet tas-swieq ta’ pajjiżi terzi l-konklużjoni kienet li hemm marġini kosiderevoli biex jitnaqqsu il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità, li minħabba f’hekk iżid ukoll id-dumping.

3.3.3.3   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fil-Komunità

(70)

Instab ukoll li l-livell tal-prezz tal-bejgħ mill-industrija Komunitarja fil-Komunità kien bħala medja konsiderevolment ogħla mil-livell tal-prezz ta’ l-esportazzjoni ta’ l-esportatur Ċiniż li kkoopera fis-swieq ta’ pajjiżi terzi oħra. Kif diġà ġie indikat fil-premessa (64) għall-Indja, il-fatt li l-livell tal-prezz għall-prodott ikkonċernat fis-suq Komunitarju jagħmel lis-suq Komunitarju wieħed attraenti ħafna, japplika wkoll għar-RPĊ. Il-livell ogħla tal-prezz fis-suq Komunitarju huwa inċentiv biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità.

3.3.3.4   Il-prezzijiet ta’ l-esportaturi li ma kkooperawx

(71)

Il-prezzijiet tal-Eurostat ta’ l-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat, esklużi dawk ta’ l-esportatur li kkoopera, huma anqas minn dawk ta’ l-esportatur li kkoopera. Ibbażat fuq il-valur normali kkalkulat għall-pajjiż analogu, dawn l-importazzjonijiet ikunu ddampjati f’livelli b’mod sinjifikanti ogħla. Fin-nuqqas ta’ miżuri, ma teżisti l-ebda raġuni biex jitqies li dawn l-importazzjonijiet ma jsirux bi prezzijiet iddampjati simili imma fi kwantitajiet akbar.

3.3.3.5   Kapaċità mhux użata u stokks

(72)

Il-produttur Ċiniż li kkoopera, minkejja li żied kemm kemm l-utilizzazzjoni tal-kapaċità f’dawn l-aħħar snin, xorta waħda għandu kapaċitajiet sinjifikanti żejda li jirrappreżentaw kważi 4 darbiet il-kwantità ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità matul l-IP. Skond it-talba tar-reviżjoni, il-kapaċitajiet żejda tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ ġew stmati għal 270 000 tunnellata. Għalhekk, il-kapaċità biex jiżdiedu l-kwantitajiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità teżisti, b’mod partikolari minħabba li m’hemmx indikazzjonijiet li s-swieq ta’ pajjiżi terzi jew is-suq lokali jistgħu jassorbu kwalunkwe produzzjoni addizzjonali. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li hija improbabbli ħafna li s-suq lokali fir-RPĊ, minħabba il-preżenza ta’ numru konsiderevoli ta’ produtturi jikkompetu, ser ikun kapaċi li jassorbi kwalunkwe kapaċità żejda.

3.3.3.6   Prattiċi ta’ evażjoni

(73)

Ta’ min jinnota li l-miżuri fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ nstab li ġew evażi permezz ta’ importazzjonijiet trasbordati mill-Marokk. Dan jindika l-interess ċar fis-suq Komunitarju tal-bejjiegħa ta’ l-SWR Ċiniż u l-inkapaċità tagħhom li jikkompetu fis-suq Komunitarju f’livell mhux iddampjati. Dan tqies bħala iżjed indikazzjoni li l-esportazzjonijiet Ċiniżi x’aktarx se jiżdiedu fil-volum u jidħlu is-suq Komunitarju bi prezzijiet iddampjati jekk il-miżuri jitneħħew.

3.3.4   L-Afrika ta’ Isfel

3.3.4.1   Rimarki preliminari

(74)

Hemm biss produttur wieħed magħruf fl-Afrika t’Isfel. Dan il-produttur ikkoopera parzjalment f’dan l-istħarriġ tar-reviżjoni.

(75)

Importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel niżlu konsiderevolment mill-impożizzjoni tal-miżuri definittivi. Is-sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel kien taħt il-limitu de minimis (1 %) matul l-IP. Għalhekk, l-esportazzjonijiet totali mill-Afrika t’ Isfel matul l-IP ammontaw għal 278 tunnellata bi kwantitajiet kbar mibgħuta f’depost doganali f’Rotterdam, fejn dawn il-prodotti kienu eventwalment reġgħu ġew esportati mill-ġdid u mhux rilaxxati mid-dwana fl-UE. Kwantitajiet żgħar biss tal-prodott ikkonċernat ġew rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-UE.

(76)

Kif imsemmi fil-premessi (57) u (60), kellha ssir referenza għall-fatti disponibbli, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mas-sitwazzjoni tas-suq lokali Sudafrikan. Peress li ftit huwa magħruf dwar l-industrija Sudafrikana, il-konklużjonijiet li ġejjin jiddependu fuq it-tagħrif li jinsab fit-talba tar-reviżjoni tar-rikorrent u statistiki tal-kummerċ mill-esportazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

(77)

Sabiex jiġi stabbilit jekk id-dumping ikunx probabbli li jerġa’ jsir jekk il-miżuri jitneħħew kien eżaminat it-tagħrif ipprovdut mill-esportatur li kkoopera rigward il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità u lejn pajjiżi terzi, il-kapaċità mhux użata u l-istokks.

3.3.4.2   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur

(78)

Kif diġà mfisser fil-premessa (76), ma ġie pprovdut l-ebda tagħrif dwar il-prezzijiet lokali. Għalhekk, intuża t-tagħrif dwar il-prezzijiet lokali kif jinsab fit-talba. Fejn jidħlu l-prezzijiet fis-swieq ta’ esportazzjoni barra mill-Komunità, ġew analizzati ħames destinazzjonijiet ewlenin għall-esportazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi kienu anqas mill-prezzijiet lokali. Jekk nassumu li dawn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni se jservu bħala l-prezzijiet minimi li l-esportatur jista’ jkun li jaċċetta meta jiġi lura għas-suq Komunitarju, tidher ċara li dawn l-esportazzjonijiet x’aktarx ikomplu jkunu bi prezzijiet dumped.

3.3.4.3   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità

(79)

Eżami tal-prezzijiet medji tal-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-ħamest iswieq ewlenin ta’ l-esportazzjoni minbarra dak tal-Komunità wera li dan il-bejgħ sar bi prezzijiet b’mod sinjifikanti inqas mill-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità. Bħal fil-każ ta’ l-Indja, dan hu, ta’ l-inqas parti minnu, minħabba l-fatt li matul l-IP kien hemm fis-seħħ impenn għal prezz minimu li kien jitlob li l-produttur esportatur ikkonċernat jirrispetta ċertu livell ta’ prezz għall-esportazzjonijiet lejn il-Komunità. Il-prezzijiet kollha nstabu li kienu kemm kemm ogħla mil-livell ta’ l-impenn.

(80)

Għalhekk, tqies li l-livell tal-prezz ta’ l-esportazzjoni lejn dawn il-ħamest iswieq ta’ esportazzjoni barra mill-Komunità jistgħu jkunu indikatur tal-livell tal-prezz probabbli għall-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità jekk jitneħħew il-miżuri. Abbażi ta’ dan, il-konklużjoni kienet li hemm marġini kosiderevoli għall-uniku esportatur mill-Afrika t’Isfel biex inaqqas il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità, u minħabba f’hekk iżid ukoll il-livell ta’ dumping.

3.3.4.4   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fil-Komunità

(81)

Barra minn hekk instab li l-prezzijiet fis-suq Komunitarji kienu bħala medja sostanzjalment ogħla mill-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-ħames pajjiżi esportaturi ewlenin barra mill-Komunità. Kif diġà ġie indikat fil-premessa (64) għall-Indja u l-premessa (70) għar-RPĊ, dan jagħmel lis-suq Komunitarju wieħed attraenti ħafna għall-ġejjieni jekk jitneħħew il-miżuri. F’dan ir-rigward tqies li l-livell ogħla tal-prezz fis-suq Komunitarju huwa inċentiv biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn is-suq Komunitarju.

3.3.4.5   Kapaċità mhux użata u stokks

(82)

Mindu ddaħħlet l-impożizzjoni tad-dazju definittiv, il-produttur esportatur li kkoopera parzjalment akkumula numru sinjifikanti ta’ stokks u kapaċitajiet żejda, dan ta’ l-aħħar ta’ aktar minn 40 % tal-livell ta’ kapaċità installata. Skond it-talba, kapaċitajiet żejda ġew stmati għal 23 000 tunnellata sa 25 000 tunnellata. Għalhekk, il-kapaċità biex jiżdiedu l-kwantitajiet esportati lejn il-Komunità teżisti, b’mod partikolari minħabba li m’hemmx indikazzjonijiet li s-swieq ta’ pajjiżi terzi jew is-suq lokali jistgħu jassorbu kwalunkwe produzzjoni addizzjonali.

3.3.5   L-Ukraina

3.3.5.1   Rimarki preliminari

(83)

Peress li kien hemm nuqqas ta’ kooperazzjoni miż-żewġ produtturi esportaturi Ukraini, is-sejbiet kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Peress li ftit huwa magħruf dwar l-industrija Ukraina, il-konklużjonijiet li ġejjin jiddependu fuq it-tagħrif li jinsab fit-talba tar-reviżjoni tar-rikorrent u fuq statistiki tal-kummerċ disponibbli għall-pubbliku. Ta’ min jinnota li m’hemm l-ebda produttur magħruf ieħor fl-Ukraina u li l-konsiderazzjonijiet li ġejjin b’mod partikolari dwar il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni, għandhom x’jaqsmu maż-żewġ esportaturi produtturi magħrufa.

(84)

Sabiex jiġi stabbilit jekk id-dumping ikunx probabbli li jerġa’ jsir jekk il-miżuri jitneħħew, ġew eżaminati l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, il-kapaċità mhux użata u l-istokks.

3.3.5.2   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità

(85)

Fin-nuqqas ta’ tagħrif ieħor li iktar tista’ toqgħod fuqu, ittieħed in konsiderazzjoni it-tagħrif ipprovdut fit-talba dwar l-esportazzjonijiet lejn ir-Russja u l-USA, li kien ibbażat fuq statistiki diponibbli għall-pubbliku. Reviżjoni tal-figuri disponibbli wrew li l-prezzijiet medji ta’ l-esportazzjoni lejn dawn il-pajjiżi kienu b’mod sinjifikanti anqas mill-prezzijiet medji ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità. Kif diġà tfisser hawn fuq fil-każ ta’ l-Indja, ir-RPĊ u l-Afrika t’Isfel, il-prezz ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi tqies bħala indikatur tal-livell tal-prezz probabbli għall-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità jekk jitneħħew il-miżuri. Abbażi ta’ dan il-konklużjoni kienet li hemm marġini konsiderevoli biex jitbaxxew il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità, u bi probabbilità kbira f’livelli ddampjati.

3.3.5.3   Kapaċità mhux użata

(86)

Skond l-evidenza disponibbli fit-talba, il-kapaċità ta’ produzzjoni stmata fl-Ukraina tammonta għal 100 000 tunnellata, b’50 % biss minnhom jintużaw għall-produzzjoni attwali. Kapaċità żejda ta’ 50 000 tunnellata kellha tirrapreżenta l-ogħla kapaċità żejda tal-pajjiżi kkonċernati kollha u jammontaw għal aktar minn terz tal-konsum tal-Komunità. Għaldaqstant, il-kapaċità biex jiżdiedu l-kwantitajiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità hija, fil-każ ta’ l-Ukraina hija bil-bosta l-iktar waħda imminenti fost il-pajjiżi kollha kkonċernati, b’ mod partikolari minħabba li m’hemmx indikazzjonijiet li s-swieq ta’ pajjiżi terzi jew is-suq lokali jistgħu jassorbu kwalunkwe produzzjoni addizzjonali.

3.3.5.4   Vjolazzjoni ta’ impenn u evażjoni mill-miżuri

(87)

Fl-1999, fil-qafas ta’ l-istħarriġ oriġinali, il-Kummissjoni aċċettat impenn offrut minn wieħed mill-esportaturi Ukraini. Imbagħad, il-Kummissjoni sabet vjolazzjoni ta’ dan l-impenn f’żewġ aspetti. L-ewwelnett, l-esportatur Ukrain ikkonċernat ipprovda dikjarazzjonijiet ta’ l-oriġini qerrieqa u t-tieni, l-esportatur ħareġ fatturi taħt l-impenn għal tipi ta’ prodotti li ma jaqgħux taħt l-għanijiet ta’ l-impenn, għaldaqstant ibbenefika mingħajr ma ħaqqu mill-eżenzjoni mill-ħlas tad-dazju ta’ l-anti-dumping. Għaldaqstant, skond ir-Regolament 1678/2003, il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tagħha ta’ l-impenn.

(88)

Barra minn hekk, wara l-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta’ l-SWR mill-Ukraina, instab li dawn il-miżuri kienu qegħdin jiġu evażi mill-importazzjonijiet tas-SWR mill-Moldova. Kif ingħad fil-premessa (3), il-miżuri eżistenti ġew għalhekk estiżi għall-importazzjonijiet tas-SWR konsenjati mill-Moldova.

(89)

Minkejja li l-vjolazzjoni ta’ impenn jew prattiki ta’ evażjoni fil-passat ma jiġġustifikawx per se l-konklużjoni ta’ prattiki ta’ dumping fil-ġejjieni, tqies li f’dan il-każ prattiki ta’ dan it-tip kienu fatturi addizzjonali li jindikaw l-interess ta’ l-esportaturi li jidħlu fis-suq Komunitarju u l-inkapaċità tagħhom li jikkompetu fis-suq Komunitarju f’livelli mhux ta’ dumping.

3.4   Il-konklużjoni

(90)

It-tkomplija ta’ dumping sinjifikanti nstabet fil-każijiet kollha, għalkemm il-volumi ta’ l-importazzjonijiet għall-Afrika t’Isfel u l-Ukraina kienu fil-livelli de minimis.

(91)

Sabiex ikun eżaminat jekk hux probabbli li dumping ikompli jew jerġa’ jseħħ f’każ li l-miżuri anti-dumping jitneħħew, ġew analizzati il-kapaċitajiet żejda u l-istokks mhux użati kif ukoll l-iffissar tal-prezzijiet u l-istrateġiji ta’ l-esportazzjoni fi swieq differenti. Dan l-eżami wera li kien hemm kapaċitajiet żejda u stokks akkumulati importanti fil-pajjiżi esportaturi kkonċernati kollha. Barra minn hekk instab li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu ġeneralment ta’ livell b’mod sinjifikanti inqas minn dawk tas-suq Komunitarju u għalhekk il-Komunità baqgħet suq attraenti għall-produtturi esportaturi tal-pajjiżi kkonċernati kollha. Għalhekk, il-konklużjoni kienet li l-esportazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati lejn pajjiżi terzi x’aktarx jiddawru lejn il-Komunità jekk l-aċċess għas-suq Komunitarju jkun mingħajr il-miżuri anti-dumping. Il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni żejda disponibbli wkoll x’aktarx iwasslu għal iktar importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha kkonċernati.

(92)

Reviżjoni ta’ l-istrateġiji tal-prezzijiet tal-pajjiżi kollha kkonċernati wrew iktar minn hekk, li dawn l-esportazzjonijiet x’aktarx isiru bi prezzijiet iddampjati. Fil-każ tar-RPĊ u l-Ukraina, dawn il-konklużjonijiet issaħħu bil-fatt li l-miżuri eżistenti nstabu li ġew evażi permezz ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħra li indikaw li pajjiżi esportaturi ma kinux kapaċi jikkompetu fis-suq Komunitarju bi prezzijiet ġusti.

(93)

Wara kien ikkusidrat dak li ntqal, ġie stabbilit għall-pajjiżi kollha kkonċernati li d-dumping x’aktarx ikompli jew jerġa’ jseħħ fi kwantitajiet sinjifikanti jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

4.   DEFINIZZJONI TA’ L-INDUSTRIJA KOMUNITARJA

4.1   Produzzjoni Komunitarja

(94)

Fil-Komunità, il-prodott ikkonċernat huwa mmanufatturat minn 30 produttur li jikkostitwixxu l-produzzjoni Komunitarja totali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

4.2   L-industrija Komunitarja

(95)

Ta’ min jinnota li fl-istħarriġ oriġinali l-industrija Komunitarja kienet tikkonsisti minn 20 produttur. Disgħa minn dawn il-kumpaniji ma kkooperawx fl-istħarriġ għar-reviżjoni. Mill-banda l-oħra, sitt kumpaniji li ma kinux jifformaw parti mill-industrija Komunitarja fl-istħarriġ oriġinali, appoġġaw it-talba għal reviżjoni kif ukoll qablu li jikkooperaw fl-istħarriġ għar-reviżjoni. Għaldaqstant, is-17-il produttur li ġejjin appoġġaw l-ilment u qablu li jikkooperaw:

Bridon International Ltd (ir-Renju Unit),

BTS Drahtseile GmbH (il-Ġermanja),

Cables y Alambres especiales, SA (Spanja),

CASAR Drahtseilwerk Saar GmbH (il-Ġermanja),

D. Koronakis SA (Il-Greċja),

Drahtseilwerk GmbH (il-Ġermanja),

Drahtseilwerk Hemer GmbH and Co. KG (il-Ġermanja),

Drahtseilerei Gustav Kocks GmbH (il-Ġermanja),

Drumet SA (il-Polonja),

Hamburger Drahtseilerei A. Steppuhn GmbH (il-Ġermanja),

Iscar Funi Metalliche Srl (l-Italja),

Manuel Rodrigues de Oliveira Sa & Filhos, SA (il-Portugall),

Metalcavi wire ropes Srl (l-Italja),

Metal Press Srl (l-Italja),

Trefileurope (Franza),

WADRA GmbH (il-Ġermanja),

Westfälische Drahtindustrie GmbH (il-Ġermanja).

Kif indikat fil-premessa (12), intgħażel kampjun li jikkonsisti minn ħames kumpaniji.

(96)

Dawn il-kumpaniji kkooperaw bis-sħiħ f’dan l-istħarriġ. Il-ħames produtturi Komunitarji fil-kampjun kienu jirrappreżentaw it-30 % tal-produzzjoni Komunitarja totali matul l-IP, filwaqt li s-17-il produttur Komunitarju ta’ hawn fuq kienu jirrappreżentaw it-68 % tal-produzzjoni Komunitarja matul l-IP.

(97)

Għalhekk, is-17-il produttur Komunitarju ta’ hawn fuq jitqiesu li jirrappreżentaw l-parti ewlenija tal-produzzjoni Komunitarja totali tal-prodott li jixxiebah. Is-17-il produttur Komunitarju ta’ hawn fuq huma għalhekk meqjusa li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-industrija Komunitarja”.

5.   IS-SITWAZZJONI FIS-SUQ KOMUNITARJU

5.1   Il-konsum fis-suq Komunitarju

(98)

Il-konsum Komunitarju kien stabbilit fuq il-bażi tal-volumi ta’ bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju, il-volumi ta’ bejgħ tal-produtturi Komunitarji l-oħra fis-suq Komunitarju, u d-data tal-Eurostat għall-importazzjonijiet kollha ta’ l-UE.

(99)

Bejn l-2001 u l-IP, il-konsum Komunitarju naqas b’ 9 %. Speċifikament, naqas bi 3 % bejn l-2001 u l-2002, u b’6 % oħra bejn l-2002 u l-2003. Imbagħad baqa’ ġeneralment stabbli f’dan il-livell fl-IP.

 

2001

2002

2003

IP

Total tal-konsum Komunitarju (tunnellati)

194 547

187 845

176 438

177 825

Indiċi

(2001 = 100)

100

97

91

91

5.2   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

5.2.1   Akkumulazzjoni

(100)

Fl-istħarriġ oriġinali importazzjonijiet ta’ l-SWR oriġinarji tar-RPĊ, l-Indja, l-Afrika t’ Isfel u l-Ukraina kienu evalwati b’ mod kumulattiv skond l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. Ġie eżaminat jekk evalwazzjoni b’mod kumulattiv kinitx ukoll xierqa fl-istħarriġ kurrenti.

(101)

F’dan ir-rispett, instab illi l-marġini ta’ dumping stabbilit fil-kuntest ta’ l-importazzjonijiet minn kull pajjiż kien 'il fuq mil-livell de minimis. Fir-rigward tal-kwantitajiet esportati minn kull wieħed mill-erbgħa pajjiżi kkonċernati, kif ingħad fil-premessi (22) sa (24), tqies illi, jekk il-miżuri jitneħħew, l-importazzjonijiet minn kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati x’aktarx tiżdied għal-livelli b’mod sinjifikanti ogħla minn dawk milħuqa fl-IP u ċertament jaqbżu l-limitu negliġibbli.

(102)

Fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni, l-istħarriġ sab li l-SWR importat mill-pajjiżi kkonċernati, meqjusa tip tip, kienu jixxiebhu fil-karatteristiki fiżiċi u tekniċi essenzjali kollha tagħhom. Barra minn hekk, dawn it-tipi ta’ SWR kienu jitpartu ma’ tipi oħra importati mill-pajjiżi kkonċernati u dawk prodotti fil-Komunità u kienu kkummerċjalizzati fil-Komunità matul l-istess perjodu, permezz ta’ mezzi komparabbli ta’ bejgħ taħt kundizzjonijiet kummerċjali simili. L-SWR impurtat għalhekk tqiesu li jikkompetu ma’ xulxin u ma’ l-SWR iffabbrikati fil-Komunità.

(103)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, tqies li ntlaħqu l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. L-importazzjonijiet mill-erba’ pajjiżi kkonċernati għalhekk ġew eżaminati b’mod kumulattiv.

5.2.2   Il-volum, is-sehem fis-suq u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet

(104)

Fir-rigward ta’ l-erba’ pajjiżi kkonċernati, il-volumi ta’ l-importazzjoni, l-ishma fis-suq u l-medja tal-prezzijiet żviluppaw kif stabbilit hawn taħt. It-tendenzi tal-prezzijiet li ġejjin huma bbażati fuq il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni tal-Eurostat u jinkludu dazji ta’ l-anti-dumping u stimi ta’ l-ispejjjeż ta’ wara l-importazzjoni.

(105)

Il-volum ta’ importazzjonijiet li oriġinaw mill-erbgħa pajjiżi kkonċernati l-ewwel żdiedu u laħqu livell ta’ 9 153 tunnellata fl-2002, li jikkorrispondi għal sehem fis-suq ta’ 4.9 %, imbagħad niżlu għal 7 784 tunnellata matul l-IP, li jikkorrispondi għal suq ta’ 4.4 %. Matul l-IP ta’ l-istħarriġ oriġinali, is-sehem akkumulat fis-suq ta’ l-erba’ pajjiżi kkonċernati kien ta’ 14.3 %.

(106)

Il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni mill-erba’ pajjiżi kkonċernati naqsu b’medja ta’ 1 364 EUR/tunnelata fl-2001 għal 1 296 EUR/tunnellata fl-IP.

(107)

L-istħarriġ wera li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kienu qegħdin inaqqsu dawk ta’ l-industrija Komunitarja b’36 sa 68 % fl-IP.

 

2001

2002

2003

IP

Volum ta’ importazzjonijiet mill-4 pajjiżi kkonċernati (tunnellati)

7 951

9 153

7 168

7 784

Sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-4 pajjiżi kkonċernati

4,1  %

4,9  %

4,1  %

4,4  %

Prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-4 pajjiżi kkonċernati (EUR/tunnellata)

1 364

1 450

1 331

1 296

5.3   Importazzjonijiet misjuba li kienu qed jevadu

(108)

Kif ingħad fil-premessa (3), instab ukoll li l-evażjoni mill-miżuri oriġinali li jikkonċernaw l-Ukraina u r-RPĊ saru rispettivament permezz tal- Moldova u l-Marokk. Għaldaqstant, id-dazju anti-dumping imponut fuq importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ ġie estiż għall-importazzjonijiet ta’ l-istess ħbula ta’ l-azzar u kejbils konsenjati mill-Marokk, minbarra dawk prodotti minn produttur ġenwin Marokkin. Bl-istess mod, id-dazju anti-dumping definittiv imponut fuq importazzjonijiet li joriġinaw mill-Ukraina ġie estiż għall-importazzjonijiet ta’ l-istess ħbula ta’ l-azzar u kejbils konsenjati mill-Moldova.

 

2001

2002

2003

IP

Volum ta’ importazzjonijiet mill-Moldova (tunnellati)

1 054

1 816

0

0

Sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-Moldova (tunnellati)

0,5  %

1,0  %

0,0  %

0,0  %

Prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-Moldova (EUR/tunnellata)

899

843

0

0

Indiċi (2001 = 100)

100

94

0

0

Volum ta’ importazzjonijiet mill-Marokk (tunnellati)

231

1 435

2 411

1 904

Sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-Marokk

0,1  %

0,8  %

1,4  %

1,1  %

Prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-Marokk (EUR/tunnellata)

963

955

1 000

1 009

Indiċi (2001 = 100)

100

99

104

105

(109)

Filwaqt li l-volum ta’ importazzjonijiet mill-Moldova kien ta’ żero fis-snin ta’ qabel l-2000, dan żdiet f’ daqqa għal 1 816 tunellata fl-2002. Imbagħad, reġa’ waqa’ għal żero, probabbilment bħala konsegwenza tal-ftuħ ta’ l-istħarriġ imsemmi hawn fuq kontra l-evażjoni matul l-2003. L-importazzjonijiet mill-Moldova saru bi prezzijiet baxxi ħafna fl-2001 u l-2002, jiġifieri 899 EUR/tunnellata fl-2001 u 843 EUR/tunnellata fl-2002.

(110)

Matul il-perjodu ta’ l-istħarriġ ta’ l-istħarriġ oriġinali, is-sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-Marokk kien ta’ 0 %. Il-volum ta’ l-importazzjonijiet mill-Marokk żdied f’daqqa minn 231 tunnellata fl-2001 għal 2 411-il tunnellata fl-2003. Niżlet għal 1 904 tunnellati matul l-IP. L-istħarriġ ta’ kontra l-evażjoni msemmi hawn fuq ta prova li volum limitat ta’ importazzjonijiet mill-Marokk (madwar 100 tunnellata) kien attribbwit fl-2003 għal produttur ġenwin Marokkin. Importazzjonijiet mill-Marokk saru bi prezzijiet baxxi ħafna bejn l-2001 u l-IP, jiġifieri madwar 1 000 EUR/tunnellata.

5.4   Importazzjoni minn pajjiżi oħra

5.4.1   Ir-Repubblika tal-Korea (il-Korea t’Isfel)

(111)

Fl-20 ta’ Novembru 2004, il-Kummissjoni bdiet proċediment anti-dumping li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ l-istess prodott li joriġina mir-Repubblika tal-Korea, wara lment ippreżentat mill-industrija Komunitarja li kien jagħti evidenza prima facie li dawn l-importazzjonijiet qegħdin jiġu ddampjati u għalhekk qegħdin jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja.

(112)

L-evoluzzjoni ta’ l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea hija kif ġej:

 

2001

2002

2003

IP

Volum ta’ importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea (tunnellati)

13 582

16 403

22 400

25 835

Sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea

7,0  %

8,7  %

12,7  %

14,5  %

Prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea (EUR/tunnellati)

1 366

1 256

1 187

1 123

Indiċi (2001 = 100)

100

92

87

82

(113)

Il-volum ta’ importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea tela’ minn 13 582 tunnellata fl-2001, li jikkorrispondi għal sehem fis-suq ta’ 7 %, għal 25 835 tunnellata matul l-IP, li jikkorrispondi għal sehem fis-suq ta’ 14.5 %. Il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjoni mir-Repubblika tal-Korea naqsu bi 18 % bejn l-2001 u l-IP, jiġifieri minn 1 366 EUR/tunnelata għal 1 123 EUR/tunnellata. Peress li ma ġie evidenzjat l-ebda dumping fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea, dan il-proċediment intemm (ara l-premessa (4)).

5.4.2   Il-Messiku

(114)

Kif indikat fil-premessa (7), il-miżuri imposti fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Messiku bir-Regolament definittiv oriġinali skadew fit-18 ta’ Awwissu 2004. Il-volum ta’ importazzjonijiet li joriġinaw mill-Messiku baqgħu limitati ħafna mill-2001 sa matul l-IP. Kien xejn fl-2001 u matul l-IP, u laħaq livell annwali li jvarja minn madwar 700 għal 400 tunnellata fl-2002 u l-2003, li rispettivament jikkorrispondi għal sehem fis-suq ta’ 0.4 % u 0.2 %.

(115)

Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-Messiku laħqu madwar 2 400 EUR/tunnellata fl-2002 u fl-2003.

 

2001

2002

2003

IP

Volum ta’ importazzjonijiet mill-Messiku (tunnellati)

0

669

433

0

Sehem fi-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-Messiku

0,0  %

0,4  %

0,2  %

0,0  %

Prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-Messiku (EUR/tunnellata)

m/a

2 358

2 434

m/a

Indiċi (2001 = 100)

m/a

100

103

m/a

5.4.3   Pajjiżi oħra kkonċernati mill-miżuri anti-dumping

(116)

Bir-Regolament (KE) Nru 1601/2001 (11), il-Kunsill impona miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ prodotti simili li oriġinaw, fost oħrajn, mir-Russja, it-Tajlandja u t-Turkija.

(117)

Ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-importazzjonijiet mir-Russja jvarjaw bejn is-36.1 % u l-50.7 %, minbarra għall-importazzjonijiet minn esportatur wieħed Russu li ġie aċċettat mingħandu impenn għall-prezz. Il-volum ta’ importazzjonijiet mir-Russja niżel minn 3 630 tunnellata fl-2001, li kkorrisponda għal sehem fis-suq ta’ 1.9 %, għal 2 101 tunnellata matul l-IP, li kkorrisponda għal sehem fis-suq ta’ 1.2 %. Il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja baqgħu relattivament stabbli bejn l-2001 u l-IP, f’madwar 1 000 EUR/tunnellata.

 

2001

2002

2003

IP

Volum ta’ importazzjonijiet mir-Russja (tunnellati)

3 630

2 557

2 198

2 101

Sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja

1,9  %

1,4  %

1,2  %

1,2  %

Prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja (EUR/tunnellata)

1 038

997

980

1 046

Indiċi (2001 = 100)

100

96

94

101

(118)

Ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-importazzjonijiet mit-Tajlandja jvarjaw bejn l-24.8 % u t-42.8 %, minbarra dawk l-importazzjonijiet ta’ esportatur wieħed li ġie aċċettat impenn għall-prezz mingħandu. Il-volum ta’ importazzjonijiet mit-Tajlandja niżel minn 1 039 tunnellata fl-2001, li kkorrisponda għal sehem fis-suq ta’ 0.5 %, għal 277 tunnellata matul l-IP, li kkorrisponda għal sehem fis-suq ta’ 0.2 %. Il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjoni mit-Tajlandja żdiedu minn madwar 1 335 EUR/tunnelata fl-2001 għal 1 722 EUR/tunnellata fl-IP.

 

2001

2002

2003

IP

Volum ta’ importazzjonijiet mit-Tajlandja (tunnellati)

1 039

1 002

368

277

Sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet mit-Tajlandja

0,5  %

0,5  %

0,2  %

0,2  %

Prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mit-Tajlandja (EUR/tunnellata)

1 335

1 433

1 593

1 722

Indiċi (2001 = 100)

100

107

119

129

(119)

Ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-importazzjonijiet mit-Turkija matul il-perjodu kkonċernat jvarjaw bejn is-17.8 % u l-31 %, minbarra għall-importazzjonijiet minn żewġ esportaturi Torok li ġie aċċettat impenn fil-prezzijiet mingħandhom fl-2001 u li mbagħad ġie rtirat fl-2003. Il-volum ta’ importazzjonijiet mit-Turkija niżel minn 4 354 tunnellata fl-2001, li kkorrisponda għal sehem fis-suq ta’ 2.2 %, għal 1 457 tunnellata matul l-IP, li kkorrisponda għal sehem fis-suq ta’ 0.8 %. Il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjoni mit-Turkija naqsu minn 1 448 EUR/tunnellata fl-2001 għal 1 302 EUR/tunnellata fl-IP.

 

2001

2002

2003

IP

Volum ta’ importazzjonijiet mit-Turkija (tunnellati)

4 354

4 448

2 248

1 457

Sehem fi-suq ta’ l-importazzjonijiet mit-Turkija

2,2  %

2,4  %

1,3  %

0,8  %

Prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mit-Turkija (EUR/tunnellata)

1 448

1 414

1 376

1 302

Indiċi (2001 = 100)

100

98

95

90

5.4.4   Pajjiżi terzi oħra mhux imsemmija hawn fuq

(120)

Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra mhux imsemmija hawn fuq niżel minn madwar 23 000 tunnellata fl-2001, li kkorrisponda għal sehem fis-suq ta’ 12 %, għal madwar 19 000 tunnellata fl-IP, li kkorrisponda għal sehem fis-suq ta’ 10.5 %. Il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra mhux imsemmija hawn fuq żdiedu minn madwar 1 500 EUR/tunnelata fl-2001 għal madwar 1 900 EUR/tunnellata fl-2003, qabel ma reġgħu naqsu għal madwar 1 500 EUR/tunnellata fl-IP.

 

2001

2002

2003

IP

Volum ta’ importazzjonijiet mill-Pajjiżi mhux imsemmija hawn fuq (tunnellati)

23 321

14 924

17 227

18 741

Sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-Pajjiżi mhux imsemmija hawn fuq

12,0  %

7,9  %

9,8  %

10,5  %

Prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-Pajjiżi mhux imsemmija hawn fuq (EUR/tunnellata)

1 472

1 749

1 895

1 497

Indiċi (2001 = 100)

100

119

129

102

6.   IL-QAGĦDA EKONOMIKA TA’ L-INDUSTRIJA KOMUNITARJA

(121)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċi rilevanti kollha li jistgħu jaffettwaw l-istat ta’ l-industrija Komunitarja.

6.1   Rimarki preliminari

(122)

Minħabba l-fatt li kien intuża t-teħid tal-kampjuni fir-rigwar ta’ l-industrija Komunitarja, il-ħsara ġiet evalwata kemm skond il-bażi tat-tagħrif miġbur fil-livell ta’ l-industrija Komunitarja kollha (“is-C.I.” fit-tabelli mehmuża) u skond il-bażi ta’ tagħrif miġbur fil-livell tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun (“l-S.P.” fit-tabelli mehmuża).

(123)

Meta ssir referenza għat-teħid ta’ kampjuni, skond il-prezzijiet stabbiliti, ċerti indikaturi ta’ ħsara (il-produzzjoni, il-kapaċità, il-produttività, l-istokks, il-bejgħ, is-sehem fis-suq, it-tkabbir u l-impiegi) jiġu analizzati għall-industrija Komunitarja kollha kemm hi, filwaqt li dawk l-indikaturi ta’ ħsara li għandhom x’jaqsmu mar-rendiment ta’ kumpaniji individwali, jiġifieri l-prezzijiet, l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-profittabilità, il-pagi, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, il-likwidità, l-abbiltà li tgħolli l-kapital ġew eżaminati skond il-bażi tat-tagħrif miġbur fil-livell tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun.

6.2    Data relatata ma’ l-industrija Komunitarja kollha kemm hi

(a)   Il-produzzjoni

(124)

Il-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja naqset b’10 % bejn l-2001 u l-IP, jiġifieri minn livell ta’ madwar 125 000 tunnellata fl-2001 għal livell ta’ madwar 112 000 tunnellata fl-IP. Speċifikament, il-produzzjoni żdiedet bi 2 % fl-2002, qabel niżlet b’5 punti perċentwali fl-2003 u b’7 punti perċentwali oħra fl-IP.

 

2001

2002

2003

IP

Produzzjoni tas-C.I. (tunnellati)

124 549

127 118

121 065

111 765

Indiċi (2001 = 100)

100

102

97

90

(b)   Kapaċità u rati ta’ kapaċità ta’ utilizzazzjoni

(125)

Il-kapaċità ta’ produzzjoni żdiedet marġinalment (bi 2 %) bejn l-2001 u l-IP. Hekk kif naqset il-produzzjoni, filwaqt li fl-istess ħin il-kapaċità żdiedet kemm kemm, il-kapaċità ta’ utilizzazzjoni li rriżultat niżlet, minn livell ta’ 67 % fl-2001 għal livell ta’ 59 % fl-IP.

 

2001

2002

2003

IP

Kapaċità ta’ produzzjoni tas-C.I. (tunnellati)

184 690

185 360

188 430

189 150

Indiċi (2001 = 100)

100

100

102

102

Utilizzazzjoni ta’ Produzzjoni tas-C.I.

67  %

69  %

64  %

59  %

Indiċi (2001 = 100)

100

102

95

88

(ċ)   L-istokks

(126)

Il-livell ta’ stokks ta’ l-għeluq ta’ l-industrija Komunitarja naqas progressivament matul il-perjodu kkonċernat. Fl-IP, il-livell ta’ stokks kien ta’ 14 % inqas minn fl-2001.

 

2001

2002

2003

IP

Stokks ta’ l-għeluq tas-C.I. (tunnellati)

31 459

30 222

29 336

26 911

Indiċi (2001 = 100)

100

96

93

86

(d)   Volum ta’ bejgħ

(127)

Il-bejgħ mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju naqas b’10 % bejn l-2001 u l-IP. Dan l-iżvilupp jaqbel ma’ l-evoluzzjoni tas-suq Komunitarju, li naqas b’ 9 % bejn l-2001 u l-IP.

 

2001

2002

2003

IP

Volum ta’ bejgħ mis-C.I. fil-KE lil konsumaturi mhux relatati (tunnellati)

80 019

79 089

73 636

72 072

Indiċi (2001 = 100)

100

99

92

90

(e)   Is-sehem fis-suq

(128)

Is-sehem fis-suq miżmum mill-industrija Komunitarja naqas b’punt ta’ perċentwali wieħed bejn l-2001 u l-IP. Speċifikament, żdied b’ 0.5 ta’ punt perċentwali fl-2002, niżel b’0.3 ta’ punt perċentwali fl-2003 u finalment b’1.2 ta’ punt perċentwali fl-IP.

 

2001

2002

2003

IP

Sehem fis-suq ta’ l-Industrija Komunitarja

42,8  %

43,3  %

43,0  %

41,8  %

Indiċi (2001 = 100)

100

101

101

98

Sehem fis-suq ta’ l-4 pajjiżi kkonċernati

4,1  %

4,9  %

4,1  %

4,4  %

Indiċi (2001 = 100)

100

119

99

107

(f)   It-tkabbir

(129)

Bejn l-2001 u l-IP, meta l-konsum Komunitarju naqas b’9 %, il-volum ta’ bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja naqas b’10 %. L-industrija Komunitarja għalhekk tilfet parti mis-sehem tagħha fis-suq, filwaqt li l-importazzjonijiet ikkonċernati gwadanjaw 0.3 ta’ punt perċentwali matul l-istess perjodu.

(g)   L-impiegi

(130)

Il-livell ta’ impiegi ta’ l-industrija Komunitarja naqas b’4 % bejn l-2001 u l-IP.

 

2001

2002

2003

IP

Prodott ta’ l-impiegi tas-C.I.

2 049

2 028

1 975

1 975

Indiċi (2001 = 100)

100

99

96

96

(h)   Il-produttività

(131)

Il-produttività tal-ħaddiema ta’ industrija Komunitarja, imkejjel fi produzzjoni għal kull persuna fis-sena, baqa’ pjuttost stabbli bejn l-2001 u l-2003. Fl-IP, hekk kif il-volum ta’ produzzjoni waqa’ filwaqt li l-impiegi baqgħu l-istess, il-produttività naqset bi 8 %.

 

2001

2002

2003

IP

Produttività tas-C.I. (tunnellati għal kull impjegat)

61

63

61

57

Indiċi (2001 = 100)

100

103

101

93

(i)   Kobor tal-marġini ta’ dumping

(132)

Fir-rigward ta’ l-impatt fuq l-industrija Komunitarja tal-kobor tal-marġini effettiv ta’ dumping, jekk tara l-volum u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, dan l-impatt ma jistax jitqies negliġibbli, speċjalment fi swieq li huma trasparenti u għalhekk sensittivi ħafna għall-prezzijiet bħal dak tal-prodott ikkonċernat.

(j)   Irkupru mill-effetti ta’ dumping ta’ l-imgħoddi

(133)

Filwaqt li l-indikaturi eżaminati hawn fuq u hawn taħt juru xi titjib fis-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja ta’ l-industrija Komunitarja, barra mill-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fl-1999, taw prova wkoll li l-Komunità għadha f’qagħda fraġli u vulnerabbli.

6.3    Data relatata mal-produtturi Komunitarji fil-kampjun

(a)   Il-prezzijiet ta’ bejgħ u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet lokali

(134)

Il-prezzijiet ta’ bejgħ ta’ unità ta’ l-industrija Komunitarja baqgħu relattivament stabbli bejn l-2001 u l-IP, u esperjenzaw żieda limitata ħafna lejn l-aħħar tal-perjodu kkonċernat. Dan l-iżvilupp fil-prezzijiet ġeneralment jaqbel ma’ dak tal-materja prima ewlenija, li wkoll uriet żieda fl-aħħar tal-perjodu kkonċernat.

 

2001

2002

2003

IP

Prezz ta’ unità fis suq tal-KE mis-S.P. (EUR/tunnellata)

2 195

2 171

2 224

2 227

Indiċi (2001 = 100)

100

99

101

101

(b)   Il-pagi

(135)

Bejn l-2001 u l-IP, il-paga medja għal kull impjegat żdiedet b’5 %, figura moderata meta mqabbla mar-rata ta’ żieda ta’ l-ispejjeż tax-xogħol ta’ l-unità nominali medja (6 %) osservata matul l-istess perjodu fl-ekonomija Komunitarja inġenerali.

 

2001

2002

2003

IP

Spejjeż annwali tax-xogħol ta’ l-S.P għal kull impjegat (000 EUR)

36,6

37,6

38,2

38,5

Indiċi (2001 = 100)

100

103

104

105

(ċ)   L-investimenti

(136)

It-tixrid annwali ta’ l-investimenti fil-prodott ikkonċernat magħmula mill-ħames produtturi fil-kampjun baqgħu relativament stabbli għal madwar EUR 4 miljun fis-sena. Iż-żieda kbira osservata fl-2003 ġejja l-iżjed minħabba xirja eċċezzjonali ta’ tagħmir magħmul minn kumpanija waħda fil-kampjun.

 

2001

2002

2003

IP

Investimenti netti ta’ l-S.P (000 EUR)

4 284

3 074

8 393

4 914

Indiċi (2001 = 100)

100

72

196

115

(d)   Il-profittabilità u r-redditu fuq l-investimenti

(137)

Il-profittabilità tal-produtturi fil-kampjun, filwaqt li wrew titjib gradwali fil-perjodu kkonċernat, baqgħu negattivi bejn l-2001 (– 4.2 %) u l-IP (– 0.3 %). Ir-redditu mill-investimenti (“l-ROI”), espressi bħala l-profitt f’perċentwali tal-valur nett deprezzat ta’ l-investimenti, segwew ġeneralment it-tendenza ta’ profittabilità ta’ hawn fuq matul il-prejodu kkonċernat kollu.

 

2001

2002

2003

IP

Profittabilità tal-bejgħ ta’ l-SP lill-klijenti indipendenti fil-KE (% ta’ bejgħ nett)

–4,2  %

–1,7  %

–1,5  %

–0,3  %

L-ROI ta’ l-S.P. (profitt f’ % tal-valur nett deprezzat ta’ l-investimenti)

–13,9  %

–6,5  %

–4,5  %

–1,0  %

(e)   Il-likwidità u l-abbiltà li tgħolli l-kapital

(138)

Is-sitwazzjoni tal-likwidità tjiebet bejn l-2001 u l-IP, peress li t-telf limitat t’ hawn fuq iktar milli pattew għalihom affarijiet oħra mhux likwidi, bħalma huma d-diprezzament ta’ l-assi u ċaqlieq fl-inventarju.

 

2001

2002

2003

IP

Likwidità ta’ l-S.P

(1 000 EUR)

–6 322

10 670

2 124

4 485

(139)

L-istħarriġ wera li l-ħtiġijiet ta’ kapital ta’ bosta produtturi Komunitarji fil-kampjun kienu affettwati negattivament mis-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tagħhom. Minkejja li bosta minn dawn il-kumpaniji huma parti minn kumpanija kbar ta’ l-azzar, il-ħtiġijiet ta’ kapital ma jintlaħqux dejjem sal-livell mixtieq, minħabba li r-riżorsi finanzjarji jkunu ġeneralment allokati ġo dawn il-gruppi għall-entitajiet li l-iktar jagħmlu profitt.

6.4   Il-konklużjoni

(140)

Bejn l-2001 u l-IP, l-indikaturi li ġejjin żviluppaw pożittivament: il-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja żdiedet u l-istokks fl-għeluq naqsu. Il-prezzijiet ta’ bejgħ ta’ unità ta’ l-industrija Komunitarja baqgħu fissi bejn l-2001 u l-IP, il-profittabilità tjiebet kważi għal sitwazzjoni ta’ bilanċ bejn id-dħul u l-infieq fl-IP, filwaqt li r-redditu mill-investiment u l-likwidità tjiebu wkoll. Il-pagi żviluppaw moderatament u l-industrija Komunitarja kompliet tinvesti b’pass stabbli.

(141)

Kuntrarjament, l-indikaturi li ġejjin żviluppaw negattivament: il-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità naqsu, il-volumi tal-bejgħ naqsu (bi qbil madankollu ma’ l-iżvilupp tas-suq), l-impiegi u l-produttività naqsu. Is-sehem fis-suq ta’ l-industrija Komunitarja naqas kemm kemm, għalkemm b’mod ċar it-telf kien inqas qawwi milli fil-perjodu ta’ qabel l-adozzjoni tal-miżuri anti-dumping meta ġie osservat telf ta’ 9 punti ta’ perċentwali fis-sehem mis-suq.

(142)

Fuq kollox, is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja hija kkaratterizzata minn żviluppi mħallta: filwaqt illi xi indikaturi juru tendenzi pożittivi, bosta oħrajn juru waħda negattiva. Jekk wieħed iqabbel it-tendenzi ta’ hawn fuq ma’ dawk deskritti fir-Regolamenti li jimponu miżuri provviżorji u definittivi, toħroġ ċara li l-introduzzjoni tal-miżuri anti-dumping fl-1999 li jikkonċernaw l-importazzjonijiet mill-Indja, ir-RPĊ, l-Ukraina u l-Afrika t’ Isfel kellhom impatt pożittiv fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja. Li kieku l-miżuri ma ġewx evażi minn importazzjonijiet mill-Moldova u mill-Marokk, is-sitwazzjoni setgħet kienet saħansitra iktar favorevoli. Barra minn hekk, apparti l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet mir-Russja, it-Tajlandja u t-Turkija, l-ishma fis-suq rispettivi ta’ dawn il-pajjiżi naqsu (ara l-premessi (116) sa (119), li ċertament baxxew il-pressjoni fuq il-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja. Madankollu, għandu jkun enfasizzat li anke indikaturi li juru żviluppi pożittivi, bħal, b’mod partikolari, fil-profittabilità u fir-redditu mill-investiment, għadhom xorta 'l bogħod milli jilħqu l-livelli li jistgħu jkunu mistennija li kieku l-industrija Komunitarja rkuprat għal kollox mill-ħsara li ġarrbet.

(143)

Għalhekk il-konlużjoni hija li s-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja tjiebet, meta mqabbla mal-perjodu ta’ qabel l-impożizzjoni tal-miżuri, iżda għadha fraġli.

7.   IL-PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ ĦSARA

(144)

Kif ġie konkluż fil-premessa (91), il-produtturi fil-pajjiżi kkonċernati għandhom il-potenzjal li jgħollu u/jew idawru l-volumi ta’ l-esportazzjoni tagħhom lejn is-suq Komunitarju. L-istħarriġ wera li, skond il-bażi tat-tipi ta’ prodotti komparabbli, il-produtturi esportaturi li kkooperaw biegħu l-prodott ikkonċernat bi prezz b’mod sinjifikanti rħas minn dak ta’ l-industrija Komunitarja (58-68 % għar-RPĊ, 47-55 % għall-Indja). Fir-rigward ta’ l-Ukraina u l-Afrika t’Isfel, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni u minħabba l-varjetà ta’ prodotti u għalhekk tal-prezzijiet ta’ l-importazzjoni, l-ebda tqabbil fil-prezzijiet skond il-bażi ta’ tip tip ma seta’ jsir. Madankollu, il-fatti disponibbli jindikaw li kemm il-prezz medju ta’ l-importazzjoni Ukraina u kemm il-prezz medju ta’ l-importazzjoni Sudafrikana (it-tnejn mingħajr id-dazju anti-dumping) huma b’mod sinjifikanti iktar baxxi mill-prezziiet lokali ta’ l-industrija Komunitarja, jiġifieri b’65 % u 25 % rispettivament. Dawn il-prezzijiet baxxi x’aktarx jibqgħu jiġu ċċarġjati mill-pajjiżi kkonċernati, anke sabiex jerġgħu jiggwadanjaw l-ishma fis-suq mitlufa. Dan il-komportament fil-prezz, miżjud ma’ l-abbiltà ta’ l-esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati biex jikkonsenjaw kwantitajiet sinjifikanti tal-prodott ikkonċernat fis-suq Komunitarju, kien bil-probabbiltà kollha jkollu l-effett li jsaħħaħ it-tendenza depressiva fis-suq, b’impatt negattiv mistenni fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja.

(145)

Kif muri hawn fuq, għalkemm is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja tjiebet, meta mqabbla ma’ dik ta’ qabel l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping eżistenti, xorta għadha vulnerabbli u fraġli. Huwa probabbli li jekk l-industrija Komunitarja tiġi esposta għal volumi ikbar ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati bi prezzijiet iddampjati dan jirriżulta f’deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha kif instab fl-istħarriġ oriġinali. Abbażi ta’ dan, il-konklużjoni għalhekk hija li, it-tneħħija tal-miżuri, bil-probabbiltà kollha se tirriżulta fir-rikorrenza tal-ħsara lill-industrija Komunitarja.

8.   L-INTERESS KOMUNITARJU

8.1   Daħla

(146)

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tkunx kontra l-interess tal-Komunità bħala entità sħiħa. Id-determinazzjoni ta’ l-interess Komunitarju kien ibbażat fuq l-apprezzament ta’ l-interessi kollha involuti.

(147)

Ta’ min jiftakar li, fl-istħarriġ oriġinali, l-adozzjoni tal-miżuri tqieset li ma kinitx kontra l-interess tal-Komunità. Barra minn hekk, il-fatt li l-istħarriġ preżenti huwa reviżjoni, li għalhekk janalizza sitwazzjoni fejn il-miżuri anti-dumping diġà kienu fis-seħħ, jagħti l-opportunità għal valutazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri anti-dumping li hemm issa

(148)

Abbażi ta’ dan, kien eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping li jagħmel il-ħsara, kienx hemm raġunijiet kompulsivi li jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Komunità li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari.

8.2   L-interess ta’ l-industrija Komunitarja

(149)

L-industrija Komunitarja ppruvat lilha nnifisha bħala industrija strutturalment vijabbli. Dan kien ikkonfermat mill-iżvilupp pożittiv tas-sitwazzjoni ekonomika tagħha osservata wara l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fl-1999. B’mod partikolari, il-fatt li l-industrija Komunitarja pratikament waqqfet it-telf mis-sehem fis-suq tagħha fil-ftit snin ta’ qabel l-IP jikkuntrasta bil-qawwi mas-sitwazzjoni ta’ qabel ma ġew imposti l-miżuri. Hekk ukoll, l-industrija Komunitarja tejbet is-sitwazzjoni ta’ profitt tagħha bejn l-2001 u l-IP. Ta’ min ifakkar ukoll li l-evażjoni nstabet minn importazzjonijiet mill-Moldova u mill-Marokk. Li kieku dawn l-iżviluppi ma seħħewx, is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja kienet tkun iktar favorevoli.

(150)

Wieħed jista’ raġjonevolment jistenna li l-industrija Komunitarja se tkompli tibbenefika mill-miżuri imposti attwalment u se tkompli tirkupra billi tirkupra is-sehem fis-suq u ttejjeb il-profittabilità. Jekk il-miżuri ma jinżammux, x’aktarx l-industrija Komunitarja terġa’ tibda ssofri ħsarat minn żieda fl-importazzjonijiet bi prezzijiet iddampjati mill-pajjiżi kkonċernati u s-sitwazzjoni fraġli attwali tagħha tkompli teħżien.

8.3   L-interess ta’ l-importaturi

(151)

Ta’ min jiftakar li fl-istħarriġ oriġinali nstab illi l-impatt ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri ma kellhomx ikunu sinjifikanti. Kif indikat hawn fuq, l-ebda importatur ma kkoopera bis-sħiħ f’ dan l-istħarriġ. Għalhekk, wieħed jista’ jikkonkludi li ż-żamma tal-miżuri mhux se jkollha effett b’mod sinjifikanti negattiv fuq l-importaturi u n-negozjanti.

8.4   L-interess ta’ l-utenti

(152)

L-SWR jintużaw f’varjetà wiesgħa ta’ applikazzjonijiet u għalhekk numru kbir ta’ industriji utenti jistgħu jkunu kkonċernati. Il-lista li ġejja ta’ industriji utenti hija indikattiva biss: is-sajd, il-marittima/it-trasport bil-baħar, l-industriji taż-żejt u l-gass, l-industrija tal-minjieri, il-foresterija, it-trasport bl-ajru, l-inġinerija ċivili, il-kostruzzjoni, liftijiet. Fl-eżami ta’ l-effetti possibbli ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-utenti, il-konklużjoni kienet fl-istħarriġ oriġinali li minħabba l-inċidenza negliġibbli ta’ l-ispejjeż tas-SWR fuq l-industriji utenti, kwalunkwe żieda f’ dawn l-ispejjeż ma kinitx probabbli li kienet tħalli effett sinjifikanti fuq l-industrija utenti partikolari. Il-fatt li l-ebda utenti ma pprovda ebda tagħrif li jikkontradixxi s-sejba t’hawn fuq fil-qafas ta’ l-istħarriġ tar-reviżjoni attwali jikkonferma li: (i) l-SWR tirrapreżenta parti żgħira ħafna ta’ l-ispejjeż totali tal-produzzjoni għal dawn l-industriji utenti, (ii) il-miżuri attwalment fis-seħħ ma kellhom ebda effett sostanzjali negattiv fuq is-sitwazzjoni ekonomika, u (iii) it-tkomplija tal-miżuri ma jaffettwawx negattivament l-interessi finanzjarji ta’ l-industriji utenti.

8.5   L-interess tal-fornituri

(153)

L-istħarriġ oriġinali kkonkluda li l-fornituri ta’ l-industrija Komunitarja jibbenefikaw minn impożizzjoni tal-miżuri. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe tagħrif kuntrarju fil-qafas ta’ din ir-reviżjoni, jitqies li ż-żamma tal-miżuri kurrenti se tkompli tħalli impatt pożittiv fuq il-fornituri.

8.6   Il-konklużjoni fuq l-interess Komunitarju

(154)

Minħabba dak li ntqal hawn fuq, il-konklużjoni hi li m’hemmx raġunijiet konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping attwali.

9.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(155)

Il-partijiet kollha huma informati bil-fatti u konsiderazzjonijiet essenzjali li skond il-bażi tagħhom hemm l-intenzjoni li jiġi rrakkomandat illi l-miżuri eżistenti jinżammu. Ingħataw ukoll perjodu biex iressqu rappreżentazzjonijiet wara dan it-tagħrif. L-ebda kummenti ma waslu li kienu ta’ natura li jibdlu l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq.

(156)

Minn dak li ntqal fuq jirriżulta, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, li l-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ l-SWR, li joriġinaw mill-Indja, ir-RPĊ, l-Ukraina u l-Afrika t’Isfel għandhom jinżammu. Ta’ min jiftakar li dawn il-miżuri jikkonsistu f’dazji ad valorem, bl-eċċezzjoni ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li huma mmanufatturati u mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità minn kumpanija Indjana waħda u kumpanija Sudafrikana waħda li mingħandhom ġew aċċettati impenji.

(157)

Kif muri fil-premessa (3), id-dazji anti-dumping fis-seħħ fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Ukraina u mir-RPĊ żdiedu sabiex ikopru, ukoll, importazzjonijiet ta’ SWR konsenjati mill-Moldova u l-Marokk rispettivament, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Moldova jew mill-Marokk sew jekk le. Id-dazju anti-dumping li se jinżamm fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat kif ġie stabbilit fil-premessa (156), għandhom ikomplu jiġu estiżi għal importazzjonijiet ta’ SWR konsenjati mill-Moldova u l-Marokk, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Moldova jew mill-Marokk sew jekk le. Il-produttur esportatur Marokkin li kien eżentat mill-miżuri kif estiżi mir-Regolament (KE) Nru 1886/2004 għandhom ukoll ikunu eżentati mill-miżuri kif imponuti minn dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv qiegħed b’dan jiġi imponut fuq importazzjonijiet ta’ ħbula ta’ l-azzar u kejbils, inklużi ħbula bil-koljatura maqfula, esklużi ħbula u kejbils ta’ l-istainless steel, li għandhom dimensjoni massima ta’ wisa’ trasversali li tiskorri t-3 mm li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 7312 10 82 (kodiċi TARIC 7312108219), ex 7312 10 84 (kodiċi TARIC 7312108419), ex 7312 10 86 (kodiċi TARIC 7312108619), ex 7312 10 88 (kodiċi TARIC 7312108819) u ex 7312 10 99 (kodiċi TARIC 7312109919) u li joriġinaw mill-Indja, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Ukraina u l-Afrika t’Isfel.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għas-CIF nett, prezz ħieles fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, tal-prodotti manufatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandu jkun kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Rata ta’ dazju

(%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

L-Indja

Usha Martin Limited (qabel Usha Martin Industries & Usha Beltron Ltd)

2A, Shakespeare Sarani

Calcutta – 700 071, Bengal tal-Punent, L-Indja

23,8

8613

Il-Kumpaniji l-oħra kollha

30,8

8900

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Il-Kumpaniji kollha

60,4

L-Ukraina

Il-Kumpaniji kollha

51,8

L-Afrika t’Isfel

Il-Kumpaniji kollha

38,6

8900

3.   Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet mill-Ukraina, kif stabbilit fil-paragrafu 2, huwa b’dan estiż għal importazzjonijiet ta’ l-istess ħbula ta’ l-azzar u kejbils konsenjati mill-Moldova, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Moldova sew jekk le (kodiċi TARIC 7312108211, 7312108411, 7312108611, 7312108811, 7312109911 rispettivament).

4.   Id-dazju definittiv ta’ l-anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif stabbilit fil-paragrafu 2, huwa b’dan estiż għal importazzjonijiet ta’ l-istess ħbula ta’ l-azzar u kejbils konsenjati mill-Marokk, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Marokk sew jekk le (kodiċi TARIC 7312108212, 7312108412, 7312108612, 7312108812, 7312109912 rispettivament) bl-eċċezjoni ta’ dawk prodotti mir-Remer Maroc SARL, Zone Industrielle, Tranche 2, Lot 10, Settat, il-Marokk (kodiċi addizzjonali TARIC A567).

5.   Minkejja l-paragrafu 1, id-dazju anti-dumping definittiv ma japplikax għal importazzjonijiet rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skond l-Artikolu 2.

6.   Sakemm mhuwiex speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jirrigwardaw id-dazji doganali jridu japplikaw.

Artikolu 2

1.   Importazzjonijiet iddikjarati għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa taħt il-kodiċijiet addizzjonali tat-TARIC li ġejjin li huma prodotti u esportati direttament (jiġifieri trasportati u fatturati) mill-kumpanija ta’ hawn taħt lil kumpanija fil-Komunità li qiegħda tagħmilha ta’ importatur għandhom ikunu eżentati mid-dazju anti-dumping imponut mill-Artikolu 1 sakemm dawn l-importazzjonijiet ikunu importati b’mod konformi mal-paragrafu 2.

Pajjiż

Kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

L-Indja

Usha Martin Limited (qabel Usha Martin Industries & Usha Beltron Ltd)

2A, Shakespeare Sarani

Calcutta – 700 071, Bengal tal-Punent, L-Indja

A024

L-Afrika t’Isfel

Haggie

Lower Germiston Road

Jupiter

PO Box 40072

Cleveland

L-Afrika t’Isfel

A023

2.   Importazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu eżentati mid-dazju anti-dumping bil-kundizzjoni li:

(a)

fattura valida ta’ impenn li fiha ta’ l-inqas elementi mniżżla fl-Anness hija ppreżentata lill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri fuq preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa; u

(b)

il-prodotti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jikorrispondu preċiżament għad-deskrizzjoni fuq il-fattura ta’ l-impenn.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BROWN


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 217, 17.8.1999, p.1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1674/2003 (ĠU L 238, 25.9.2003, p. 1).

(3)  ĠU L 217, 17.8.1999, p. 63. Deċiżjoni kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1678/2003 (ĠU L 238, 25.9.2003, p. 13).

(4)  ĠU L 120, 24.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 328, 30.10.2004, p. 1.

(6)  ĠU C 283, 20.11.2004, p. 6.

(7)  ĠU L 276, 21.10.2005, p. 62.

(8)  ĠU C 272, 13.11.2003, p. 2.

(9)  ĠU C 203, 11.8.2004, p. 4.

(10)  ĠU C 207, 17.8.2004, p. 2.

(11)  ĠU L 211, 4.8.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 564/2005 (ĠU L 97, 15.4.2005, p. 1).


ANNESS

L-elementi li ġejjin għandhom jiġu indikati fil-fattura ta’ l-impenn li takkumpanja l-bejgħ tal-ħbula ta’ l-azzar u l-kejbils tal-kumpanija lill-Komunità suġġetti għall-impenn.

1.

In-numru tal-kodiċi tar-rapportar tal-prodott (il-PRC) (kif stabbilit fl-impenn offrut mill-produttur esportatur in kwistjoni), inklużi tipi, numru ta’ fili, numru ta’ wajers għal kull fil u l-kodiċi tan-NM.

2.

Id-deskrizzjoni eżatta tal-prodotti, inklużi:

il-“kodiċi tal-prodott tal-kumpanija” (is-CPC),

kodiċi tan-NM,

il-kodiċi addizzjonali tat-TARIC li taħtu l-prodotti fuq il-fattura jistgħu jiġu rilaxxati mid-dwana (kif speċifikat f'dan ir-Regolament),

kwantità (li għandha tingħata f’kilo),

prezz minimu applikabbli.

3.

Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, inklużi:

prezz bil-kilo,

it-termini tal-ħlas applikabbli,

it-termini tal-konsenja applikabbli,

skonti u ribassi totali.

4.

Isem ta’ l-importatur li għalih ħarġet il-fattura direttament mill-kumpanija.

5.

Isem l-uffiċjal tal-kumpanija li ħareġ il-fattura ta’ l-impenn u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

“Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lejn il-Komunità Ewropea tal-prodotti koperti minn din il-fattura qiegħed isir skond l-għanijiet u taħt it-termini ta’ l-impenn offrut minn … [kumpanija], u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni 1999/572/KE. Niddikjara li t-tagħrif provdud f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett”.