16.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
230 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1111/2005
ta' l-24 ta' Ġunju 2005
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1365/75 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (3) jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tal-Fondazzjoni, u b’mod partikolari tal-Bord Governattiv tagħha. Dawn id-dispożizzjonijijet ġew emendati diversi drabi wara kull adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda, meta kellhom jiżdiedu membri ġodda mal-Bord Governattiv. |
(2) |
Il-valutazzjoni esterna tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (minn hawn 'il quddiem “il-Fondazzjoni”) esegwita fl-2001 tenfasizza l-ħtieġa ta' l-adattament tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1365/75 sabiex jinżammu l-effiċjenza u l-effikaċja tal-Fondazzjoni u ta' l-istrutturi direttivi tagħha, inkluża reviżjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-Kumitat ta' Esperti. |
(3) |
Il-Parlament Ewropew sejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tirrikonsidra l-kompożizzjoni u l-metodi operattivi tal-bordijiet ta’ l-aġenziji u sabiex tippreżenta proposti xierqa. |
(4) |
Ġiet preżentata lill-Kummissjoni Opinjoni Konġunta dwar il-governanza u l-funzjonament futuri tal-Bordijiet tal-Fondazzjoni, ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol u taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali mill-Bordijiet direttivi jew amministrattivi rispettivi tagħhom. |
(5) |
Il-governanza tripartitika tal-Fondazzjoni, ta’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol u ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali minn rappreżentanti tal-gvernijiet nazzjonali, organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u organizzazzjonijiet ta’ impjegati hija essenzjali għas-suċċess ta’ dawk il-korpi. |
(6) |
Il-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali fil-governanza ta’ dawk it-tliet korpi Komunitarji toħloq speċifiċità li tobbligahom jiffunzjonaw skond regoli komuni. |
(7) |
L-eżistenza fil-Bord tripartitiku tat-tliet gruppi meħuda mill-gvern, minn organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u minn organizzazzjonijiet ta’ impjegati u l-ħatra ta’ koordinatur tal-gruppi ta’ min iħaddem u ta’ l-impjegati urew li huma essenzjali. Dak l-arranġament għandu għalhekk jiġi formalizzat kif ukoll estiż għall-grupp tal-gvernijiet. |
(8) |
Iż-żamma ta' rappreżentanza tripartitika minn kull Stat Membru tiżgura li l-partijiet interessati maġġuri jkunu nvoluti u li jiġi meħud kont tad-diversità ta' interessi u approċċi li jikkaratterizzaw kwistjonijiet soċjali. |
(9) |
Huwa meħtieġ li jiġu antiċipati l-konsegwenzi prattiċi għall-Fondazzjoni tat-tkabbir li jmiss ta’ l-Unjoni. Il-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-Bord tagħha għandhom jiġu aġġustati sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda. |
(10) |
Il-Bureau li huwa previst fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Bord jeħtieġ li jiġi msaħħaħ sabiex jiġu żgurati l-kontinwità fil-funzjonament tal-Fondazzjoni u l-effiċjenza fit-teħid ta' deċiżjonijiet minnha; il-kompożizzjoni tal-Bureau għandha tibqa' tirrifletti l-istruttura tripartitika tal-Bord. |
(11) |
Skond l-Artikolu 3 tat-Trattat, il-Komunità għandha timmira li telimina l-inugwaljanzi u tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-attivitajiet kollha tagħha. Għalhekk, huwa xieraq li ssir dispożizzjoni sabiex tiġi mħeġġa rappreżentanza bilanċjata ta' rġiel u nisa fil-kompożizzjoni tal-Bord. |
(12) |
Il-Bord għandu jkun jista' jiżgura kontribut formali ta’ esperti indipendenti għal perjodu limitat skond il-ħtiġijiet speċifiċi fir-rigward ta’ l-implementazzjoni tal-programm ta' ħidma. |
(13) |
Huwa xieraq li l-persunal tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, li hija l-unika Aġenzija Komunitarja bir-Regolamenti tagħha tal-Persunal, ikun trattat bl-istess manjiera bħal impjegati oħra li jaħdmu b'kuntratt mal-Komunitajiet u li jkun intitolat għall-istess benefiċċji mogħtija fir-Regolamenti tal-Persunal riformati billi jiġu rispettati drittijiet miksuba, speċjalment fir-rigward ta' karrieri u drittijiet ta' pensjoni. |
(14) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 1365/75 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
(15) |
It-Trattat ma jipprovdi għal ebda poter għajr dawk previsti fl-Artikolu 308 tiegħu għall-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 1365/75 għandu jiġi emendat kif ġej:
1) |
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-Fondazzjoni għandha tikkopera mill-qrib kemm jista’ jkun ma’ istituzzjonijiet, fondazzjonijiet u korpi speċjalizzati fl-Istati Membri u fil-livell internazzjonali. B’mod partikolari, il-Fondazzjoni għandha tiżgura koperazzjoni adegwata ma’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, mingħajr preġudizzju għall-għanijiet tagħha.” ; |
2) |
L-Artikolu 5 jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 L-istruttura governattiva u direttiva tal-Fondazzjoni għandha tikkonsisti minn:
|
3) |
L-Artikolu 6 jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 1. Il-Bord Governattiv għandu jikkonsisti minn:
2. Il-membri msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (ċ) għandhom jinħatru mill-Kunsill abbażi ta’ membru għal kull Stat Membru u għal kull waħda mill-kategoriji msemmija hawn fuq. Fl-istess waqt il-Kunsill għandu jaħtar membru supplenti taħt l-istess kondizzjonijiet applikabbli għall-membri sabiex jattendi għal-laqgħat tal-Bord Governattiv biss fl-assenza tal-membru. Il-Kummissjoni għandha taħtar il-membri u dawk supplenti li għandhom jirrappreżentawha, b'kont meħud ta' rappreżentanza bilanċjata bejn irġiel u nisa. Fil-preżentazzjoni tal-listi tal-kandidati, l-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u l-organizzazzjonijiet ta’ impjegati għandhom jagħmlu li jistgħu sabiex jiżguraw rappreżentanza bilanċjata bejn irġiel u nisa fil-kompożizzjoni tal-Bord Governattiv. Il-lista tal-membri tal-Bord Governattiv għandha tiġi pubblikata mill-Kunsill fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u mill-Fondazzjoni fuq is-sit ta’ l-Internet tagħha. 3. Il-mandat tal-membri tal-Bord Governattiv għandu jkun ta' tliet snin. Huwa għandu jkun jista' jiġġedded. Meta jiskadi l-mandat tagħhom jew fl-eventwalità tar-riżenja tagħhom, il-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm il-ħatriet tagħhom jiġu mġedda jew sakemm jiġu sostitwiti. 4. Il-Bord Governattiv għandu jeleġġi l-president tiegħu u tliet viċi-presidenti, wieħed minn kull wieħed mit-tliet gruppi msemmija fil-paragrafu 7 u wieħed minn fost ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni, sabiex iservu għal perjodu ta’ sena, li jistgħu ikollhom il-mandat tagħhom imġedded. 5. Il-president għandu jsejjaħ il-Bord Governattiv mill-inqas darba fis-sena. Il-president għandu jsejjaħ laqgħat addizzjonali fuq it-talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tal-Bord Governattiv. 6. Id-deċiżjonijiet tal-Bord Governattiv għandhom jittieħdu b’maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu. 7. Fi ħdan il-Bord Governattiv, ir-rappreżentanti tal-gvernijiet, ta' l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u ta' l-organizzazzjonijiet ta' impjegati għandhom rispettivament jifformaw grupp. Kull grupp għandu jaħtar koordinatur li jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord Governattiv. Il-koordinaturi tal-gruppi ta' l-impjegati u ta' min iħaddem għandhom ikunu r-rappreżentanti ta' l-organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom fil-livell Ewropew. Koordinaturi li mhumiex maħtura membri tal-Bord fis-sens tal-paragrafu 1 għandhom jieħdu sehem fil-laqgħat mingħajr id-dritt għal vot. 8. Il-Bord Governattiv għandu jistabbilixxi Bureau ta' 11-il membru. Il-Bureau għandu jkun kompost mill-president u t-tliet viċi-presidenti tal-Bord Governattiv, koordinatur wieħed għal kull grupp kif imsemmi fil-paragrafu 7, u rappreżentant ieħor ta' kull grupp u tal-Kummissjoni. Kull grupp jista' jaħtar sa tliet membri supplenti sabiex jattendu l-laqgħat tal-Bureau, fl-assenza tal-membri sħaħ. 9. In-numru annwali tal-laqgħat tal-Bureau għandu jiġi deċiż mill-Bord Governattiv. Il-president tal-Bureau għandu jsejjaħ laqgħat addizzjonali fuq talba tal-membri tiegħu. 10. Id-deċiżjonijiet tal-Bureau għandhom jittieħdu b’unanimità. Jekk ma tintlaħaqx l-unanimità, il-Bureau għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Bord Governattiv għal deċiżjoni. 11. Il-Bord Governattiv għandu jiġi informat kompletament u rapidament dwar l-attivitajiet tal-Bureau u d-deċiżjonijiet meħuda mill-Bureau.” ; |
4) |
L-Artikolu 7 jiġi emendat kif ġej:
|
5) |
L-Artikoli 9 u 10 jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “Artikolu 9 1. Id-Direttur għandu jkun responsabbli għat-tmexxija tal-Fondazzjoni kif ukoll għall-implementazzjoni tad-deċiżjonijiet u programmi adottati mill-Bord Governattiv u mill-Bureau. Id-Direttur għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Fondazzjoni. 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(1), id-Direttur għandu jeżerċita s-setgħat imsemmija fl-Artikolu 17(1). 3. Id-direttur għandu jħejji l-attivitajiet tal-Bord Governattiv u tal-Bureau. Id-direttur jew id-Deputat Direttur jew it-tnejn li huma għandhom jattendu l-laqgħat tal-Bord u tal-Bureau. 4. Id-direttur għandu jkun responsabbli lejn il-Bord Governattiv għat-tmexxija tal-Fondazzjoni. Artikolu 10 Abbażi ta' proposta mid-Direttur, il-Bord Governattiv jista' jagħżel esperti indipendenti u jitlob l-opinjonijiet tagħhom dwar kwistjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-programm miftuħ kwadriennali u l-programm annwali ta' ħidma.” ; |
6) |
L-Artikolu 11 jiġi mħassar; |
7) |
L-Artikolu 12 jiġi emendat kif ġej:
|
8) |
L-Artikolu 17 jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 17 1. Il-persunal tal-Fondazzjoni reklutat wara l-24 ta' Ġunju 2005 għandu jkun suġġett għar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew għall-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet (CEOS) stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (4). Għandha tapplika t-Taqsima 2 ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal. 2. Il-kuntratti kollha tax-xogħol konklużi mill-Fondazzjoni u l-membri tal-persunal tagħha taħt ir-Regolament (KEFA, KEE, EURATOM) Nru 1860/76 (5) qabel … * għandhom ikunu kunsidrati bħala konklużi taħt l-Artikolu 2(a) CEOS. Id-dispożizzjonijiet tat-Taqsimiet 1, 3 u 4, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 22 ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, għandhom japplikaw għal dawn il-kuntratti mill-istess data. Il-membri tal-persunal għandhom ikollhom il-jedd li jitterminaw il-kuntratt fl-istess data mingħajr il-bżonn li jirrispettaw il-perjodu ta' preavviż previst fl-Artikolu 45 tar-Regolament (KEFA, KEE, EURATOM) Nru 1860/76. Għall-finijiet ta' l-allowances mat-terminazzjoni ta' kuntratt u għall-benefiċċji tal-qgħad, tali terminazzjoni ta' kuntratt għandha titqies bħala r-riżultat ta' azzjoni tal-Fondazzjoni. 3. Il-Fondazzjoni għandha teżerċita, fir-rigward tal-persunal, is-setgħat konferiti lill-awtorità tal-ħatra jew l-awtorità awtorizzata li tikkonkludi kuntratti skond il-każ. 4. Il-Bord Governattiv għandu, bi ftehim mal-Kummissjoni, jadotta ir-regoli adegwati ta’ implementazzjoni. (4) ĠU L L 56, 4.3.1968, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 31/2005 (ĠU L 8, 12.1.2005, p. 1)." (5) Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 1860/76 tad-29 ta' Ġunju 1976 li jistabbilixxi l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg tal-persunal tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (ĠU L 214, 6.8.1976, p. 24). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 680/87 (ĠU L 72, 14.3.1987, p. 15).”;" |
9. |
It-terminu “Bord Amministrattiv” jew “Bord ta’ Maniġġar” jiġi sostitwit bit-terminu “Bord Governattiv” kull darba li jidher fl-Artikoli. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 24 ta' Ġunju 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
L. LUX
(1) Il-proposta tat-23 ta' April 2005 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tat-28 ta' April 2005 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 139. 30.5.1975, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1649/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 25).