15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

348


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 782/2005

ta’ l-24 ta’ Mejju 2005

li jistabbilixxi l-format għat-trażmissjoni tar-riżultati dwar l-istatistika ta’ l-iskart

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2150/2002 tal-25 ta' Novembru 2002 dwar l-istatistika ta’ l-iskart (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 6(e) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002, il-Kummissjoni hija meħtieġa tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex timplimenta dak ir-Regolament.

(2)

Skond l-Artikolu 6(e) tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format xieraq għat-trażmissjoni tar-riżultati mill-Istati Membri.

(3)

Il-miżuri previsti minn dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-format xieraq għat-trażmissjoni tar-riżultati dwar l-istatistika ta’ l-iskart lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) għandu jkun kif ġie stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jużaw dan il-format għad-data dwar is-sena ta’ referenza 2004 u għas-snin sussegwenti.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) id-data u l-metadata meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 f’forma elettronika, skond standard ta’ skambju propost mill-Kummissjoni (mill-Eurostat).

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Mejju 2005.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 574/2004 (ĠU L 90, 27.3.2004, p. 15).

(2)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.


ANNESS

IL-FORMAT GĦAT-TRAŻMISSJONI TAR-RIŻULTATI DWAR L-ISTATISTIKA TA’ L-ISKART

Id-data għandha tiġi trażmessa b’mod li jkun indipendenti mis-sistema. Id-data għandha tiġi trażmessa skond standard ta’ skambju propost mill-Kummissjoni (mill-Eurostat).

Is-settijiet tad-data

Is-settur kopert mir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika ta’ l-iskart jikkonsisti f’ħames settijiet ta’ informazzjoni:

Il-ġenerazzjoni ta’ l-iskart (GENER)

L-inċinerazzjoni (INCIN)

Il-proċessi li jistgħu jwasslu għal irkupru (RECOV)

Ir-rimi (DISPO)

In-numru u l-kapaċità tal-faċilitajiet ta’ l-irkupru u tar-rimi; il-kopertura ta’ l-iskema tal-ġbir ta’ l-iskart skond ir-regjun NUTS 2 (REGIO).

Għal kull sett, irid jiġi trażmess fajl. Isem il-fajl jikkonsisti f’sitt partijiet:

Is-settur

5

Valur: WASTE

Is-sett

5

GENER, INCIN, RECOV, DISPO, REGIO

Il-perjodiċità

2

Valur: A2

Il-kodiċi tal-Pajjiż

2

Il-kodiċi tal-pajjiż ta’ żewġ ittri (ara l-lista A)

Is-sena

4

Is-sena ta’ referenza (l-ewwel sena ta’ referenza 2004)

Il-perjodu

4

Valur: 0000 (żero, żero, żero, żero) għad-data annwali

Il-partijiet ta’ isem il-fajl jiġu sseparati minn underscore. Se jintuża format ibbażat fuq it-test. Pereżempju, is-sett dwar il-ġenerazzjoni ta’ l-iskart mill-Belġju fl-2004 se jkollu l-isem ta’ WASTE_GENER_A2_BE_2004_0000.

Il-valuri nieqsa

Mhux se jkun hemm valuri nieqsa fil-klassifikazzjoni tal-varjabbli (il-kategorija ta’ l-iskart, l-attività ekonomika, ir-reġjun tan-NUTS 2, it-tip ta’ faċilità tat-trattament ta’ l-iskart). Għandhom ikunu pprovduti rekords għal kull kombinazzjoni tal-varjabbli li jikklassifikaw. Ir-rekords kollha, fejn ma sseħħx il-kombinazzjoni, għandhom jintbagħtu b’sett ta’ valuri ta’ 0 (żero). Madankollu kwalunkwe rekord li għalih ma’ tkunx disponibbli data għandu jkun ipprovdut bil-valur ikkodifikat b’mod xieraq bħala nieqes (ikkodifikat bl-ittra “M”). Il-valuri neqsin se jkollhom jiġu spjegati fir-rapport ta’ kwalità; pereżempju, jistgħu jkunu r-riżultat tal-metodi li ntużaw. Huwa importanti li ssir distinzjoni bejn żerijiet reali u valuri neqsin, peress li b’data nieqsa ma jista’ jiġi kkalkulat l-ebda aggregat. Jekk kombinazzjoni ma tkunx possibbli minħabba raġunijiet loġiċi, iċ-ċellula għandha tkun ipprovduta b’kodiċi “L”; dan ikun il-każ, pereżempju, għat-tjun ta’ l-effluwenti industrijali ġġenerati mid-djar. Sabiex ikunu ffaċilitati l-kontrolli tal-konsistena u l-korrezzjoni ta’ l-iżbalji anki t-totali għandhom jiġu trażmessi.

Il-kunfidenzjalità

Id-data kunfidenzjali għandha tkun trażmessa, immarkata b’mod xieraq bħala kunfidenzjali. Dak li għandu jitqies bħala kunfidenzjali huwa bbażat fuq politika nazzjonali ta’ kunfidenzjalità. B’mod ġenerali, l-informazzjoni tista’ tkun kunfidenzjali jekk l-identità tal-fornitur ta’ l-informazzjoni tista’ tiġi żvelata. Dan huwa l-każ jekk l-informazzjoni tkun ibbażata fuq parteċipant wieħed jew tnejn, jew jekk parteċipant wieħed jew tnejn jiddomina d-data. Id-data mill-awtoritajiet pubbliċi ġeneralment ma titqiesx bħala kunfidenzjali.

Barra minn hekk, għandha tiġi indikata l-kunfidenzjalità sekondarja. Il-kunfidenzjalità sekondarja għandha tkun applikata b’tali mod li t-totali/s-sottototali jibqgħu disponibbli għall-pubblikazzjoni. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) se tuża l-informazzjoni kunfidenzjali sabiex tikkalkula l-aggregati (ta’ l-UE) mingħajr ma tiżvela informazzjoni kunfidenzjali fuq il-livell tal-pajjiż.

Il-qisien

L-oqsma meħtieġa huma alfa-numeruċi, jiġifieri m’għandhomx jinkludu separaturi jew simboli deċimali, ħlief għall-valur tad-data. L-ammonti ta’ l-iskart huma espressi f’1 000 ta’ tunnellati metriċi fis-sena, bi 3 pożizzjonijiet deċimali. Il-virgola għandha tintuża bħala simbolu deċimali. Il-metodu ta’ stima mhux dejjem se jippermetti l-preċiżjoni ta’ tliet numri. F’dak il-każ, il-valur għandu jingħata bin-numri sinifikanti biss. Għall-kategoriji kollha ta’ l-iskart, l-ammont huwa bbażat fuq skart imxarrab (normali), għall-ġenerazzjoni tat-tajn (l-elementi ta’ l-iskart 11, 12, 40) l-ammont jiġi kkalkulat ukoll f’1 000 ta’ tunnellati metriċi ta’ materja niexfa. Barra minn hekk, fis-settijiet tat-trattament ta’ l-iskart, it-tajn irid jitkejjel kemm bħala skart imxarrab (normali) kif ukoll bħala materja niexfa. Dan se jiġi applikat biss fejn it-tajn ikun element separat; dan isir għat-tjun komuni (l-element 12) fis-sett ta’ l-inċinerazzjoni u tar-rimi.

In-numru ta’ faċilitajiet tat-trattament ta’ l-iskart jiġi espress bħala numru sħiħ. Jintużaw diversi qisien sabiex tkun deskritta l-kapaċità tat-trattament ta’ l-iskart li tiddependi fuq it-tip ta’ operat ta’ rkupru jew ta’ rimi (ara l-lista I). Sabiex tittejjeb il-paragunabbiltà, huwa preferibbli li l-kapaċità ta’ l-inċinerazzjoni tingħata f’1 000 ta’ tunnellati metriċi. Il-pajjiżi li jistgħu jipprovdu wkoll il-kapaċità ta’ l-inċinerazzjoni f’terajoules (1012 joules) huma mistienda jagħmlu dan. Il-pajjiżi li ma jistgħux jipprovdu l-kapaċità ta’ l-inċinerazzjoni f’terajoules għandhom jirrapportaw il-valur bħala nieqes (billi jużaw il-kodiċi “M”). Il-kapaċità ta’ l-irkupru titkejjel f’eluf ta’ tunnellati metriċi. Il-kapaċità tar-rimi trid tiġi rrapportata wkoll jew f’metri kubi jew f’tunnellati metriċi, jiddependi mit-tip ta’ rimi. Il-valuri li jitkejlu f’eluf ta’ tunnellati metriċi biss jiġu pprovdut bħala numru reali bi tliet pożizzjonijiet deċimali, il-valuri l-oħra kollha għandhom jiġu pprovduti bħala numri sħaħ.

Il-kopertura ta’ l-iskema ta’ ġbir għal skart tad-djar u simili mħallat għandha tkun irrapportata jew bħala perċentwali tal-popolazzjon jew bħala perċentwali tad-djar.

Ir-reviżjonijiet

Is-settijiet għandhom jintbagħtu f’fajls separati li jkunu jinkludu r-rekords kollha. Pereżempju, is-sett dwar il-ġenerazzjoni ta’ l-iskart jinkludi 51 kategorija ta’ l-iskart skond 21 grupp tan-NACE imkejla fi skart imxarrab u tliet kategoriji ta’ l-iskart skond 21 grupp tan-NACE imkejla f’materja niexfa. Is-sett jinkludi 1 134 rekord

Barra minn hekk, id-data riveduta għandha tintbagħat f’sett komplut, biċ-ċelluli riveduti jiġu mmarkati b’mod xieraq (R). Id-data provviżorja tiġi mmarkata b’marka ta’ aġġornament P. Id-data provviżorja dejjem teħtieġ reviżjoni. Kemm id-data provviżorja kif ukoll dik riveduta teħtieġ spjegazzjoni fir-rapport ta’ kwalità.

Is-sett 1:   Il-ġenerazzjoni ta’ l-iskart

Il-qasam

It-tul massimu

Il-valuri

Is-settur

8

Valur: WASTE

Is-sett

6

Valur: GENER (is-sett jikkonsisti f’51 × 21 rekords imkejla fi skart imxarrab u fi 3 × 21 imkejla f’materja niexfa għal kull pajjiż)

Il-kodiċi tal-pajjiż

2

Il-kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ittri (ara l-lista A)

Is-sena

4

Is-sena ta’ referenza (l-ewwel sena ta’ referenza: 2004)

L-element ta’ l-iskart

2

Il-kodiċi tirreferi għall-EWC-Stat verżjoni 3 (ara l-lista B)

L-element ta’ l-attività

2

Il-kodiċi tirreferi għan-NACE (ara l-lista C)

Imxarrab/Niexef

1

Għall-kategoriji kollha ta’ skart l-ammont fi skart imxarrab (normali) (kodiċi W); għat-tajn (l-elementi ta’ l-iskart 11, 12, 40) anki l-ammont f’materja niexfa (kodiċi D)

L-iskart iġġenernat

12

L-ammont f’1 000 ta’ tunnellati metriċi fis-sena. L-ammont jingħata bħala reali bi tliet postijiet deċimali. Il-virgola għandha tintuża bħala simbolu deċimali. Pereżempju: 19,876. Dan il-qasam dejjem għandu jinkludi valur. Jekk il-kombinazzjoni ma seħħitx il-valur se jkun ta’ 0 (żero). Id-data nieqsa għandha tkun ikkodifikata bħala “M”. L-impossibbiltà loġika ta’ kombinazzjoni tiġi indikata b' “L”

Il-marka ta’ aġġornament

1

Biex tkun indikata data provviżorja (P) jew data riveduta (R), mill-bqija tibqa’ battala

Il-marka ta’ kunfidenzjalità

1

Tindika data kunfidenzjali (ara l-lista D)


Is-sett 2:   L-inċinerazzjoni

Il-qasam

It-tul massimu

Il-valuri

Is-settur

8

Valur: WASTE

Is-sett

6

Valur: INCIN (is-sett jikkonsisti fi 17 × 2 rekords imkejla fi skart imxarrab u f’1 × 2 imkejla f’materja niexfa għal kull reġjun tan-NUTS 1)

Il-kodiċi tal-pajjiż

2

Il-kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ittri (ara l-lista A)

Is-sena

4

Is-sena ta’ referenza (l-ewwel sena ta’ referenza: 2004)

Il-kodiċi NUTS 1

3

Il-kodiċi reġjonali skond il-klassifikazzjoni tan-NUTS fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); it-total nazzjonali għandha tkun ipprovduta billi tintuża l-kodiċi TT

L-element ta’ l-iskart

2

Il-kodiċi tirreferi għall-EWC-Stat verżjoni 3 (ara l-lista E)

L-operat ta’ rkupru jew ta’ rimi

1

Il-kodiċi tirreferi għall-Annessi għad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE (2)(ara l-lista F); f’dan is-sett japplikaw biss il-proċessi 1 u 2

Imxarrab/Niexef

1

Għall-kategoriji kollha ta’ skart l-ammont fi skart imxarrab (normali) (kodiċi W); għat-tajn (l-element ta’ l-iskart 12) anki l-ammont f’materja niexfa (kodiċi D)

L-iskart maħruq

12

L-ammont f’1 000 ta’ tunnellati metriċi fis-sena. L-ammont jingħata bħala reali bi tliet postijiet deċimali. Il-virgola għandha tintuża bħala simbolu deċimali. Pereżempju: 19,876. Dan il-qasam dejjem għandu jinkludi valur. Jekk il-kombinazzjoni ma seħħitx il-valur se jkun ta’ 0 (żero). Id-data nieqsa għandha tkun ikkodifikata bħala “M”. L-impossibbiltà loġika ta’ kombinazzjoni tiġi indikata b' “L”

Il-marka ta’ aġġornament

1

Biex tkun indikata data provviżorja (P) jew data riveduta (R), mill-bqija tibqa’ battala

Il-marka ta’ kunfidenzjalità

1

Tindika data kunfidenzjali (ara l-lista D)


Is-sett 3:   Il-proċessi li jistgħu jwasslu għal irkupru (eskluż l-irkupru ta’ l-enerġija)

Il-qasam

It-tul massimu

Il-valuri

Is-settur

8

Valur: WASTE

Is-sett

6

Valur: RECOV (is-sett jikkonsisti f’20 rekord għal kull reġjun tan-NUTS 1)

Il-kodiċi tal-pajjiż

2

Il-kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ittri (ara l-lista A)

Is-sena

4

Is-sena ta’ referenza (l-ewwel sena ta’ referenza: 2004)

Il-kodiċi NUTS 1

3

Il-kodiċi reġjonali skond il-klassifikazzjoni tan-NUTS fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003; it-total nazzjonali għandha tkun ipprovduta billi tintuża l-kodiċi TT

L-element ta’ l-iskart

2

Il-kodiċi tirreferi għall-EWC-Stat verżjoni 3 (ara l-lista G)

L-operat ta’ rkupru jew ta’ rimi

1

Il-kodiċi tirreferi għall-Annessi għad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE (ara l-lista F); f’dan is-sett japplika biss l-operat 3

Imxarrab/Niexef

1

Għall-kategoriji kollha ta’ skart l-ammont fi skart imxarrab (normali) (kodiċi W)

L-iskart irkuprat

12

L-ammont f’1 000 ta’ tunnellati metriċi fis-sena. L-ammont jingħata bħala reali bi tliet postijiet deċimali. Il-virgola għandha tintuża bħala simbolu deċimali. Pereżempju: 19,876. Dan il-qasam dejjem għandu jinkludi valur. Jekk il-kombinazzjoni ma seħħitx il-valur se jkun ta’ 0 (żero). Id-data nieqsa għandha tkun ikkodifikata bħala “M”. L-impossibbiltà loġika ta’ kombinazzjoni tiġi indikata b' “L”

Il-marka ta’ aġġornament

1

Biex tkun indikata data provviżorja (P) jew data riveduta (R), mill-bqija tibqa’ battala

Il-marka ta’ kunfidenzjalità

1

Tindika data kunfidenzjali (ara l-lista D)


Is-sett 4:   Ir-rimi (għajr l-inċinerazzjoni)

Il-qasam

It-tul massimu

Il-valuri

Is-settur

8

Valur: WASTE

Is-sett

6

Valur: DISPO (is-sett jikkonsisti fi 19 × 2 rekords imkejla fi skart imxarrab u f’1 × 2 imkejla f’materja niexfa għal kull reġjun tan-NUTS 1)

Il-kodiċi tal-pajjiż

2

Il-kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ittri (ara l-lista A)

Is-sena

4

Is-sena ta’ referenza (l-ewwel sena ta’ referenza: 2004)

Il-kodiċi NUTS 1

3

Il-kodiċi reġjonali skond il-klassifikazzjoni tan-NUTS fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003; it-total nazzjonali għandha tkun ipprovduta billi tintuża l-kodiċi TT

L-element ta’ l-iskart

2

Il-kodiċi tirreferi għall-EWC-Stat verżjoni 3 (ara l-lista H)

L-operat ta’ rkupru jew ta’ rimi

1

Il-kodiċi tirreferi għall-Annessi għad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE (ara l-lista F); f’dan is-sett japplikaw biss il-proċessi 4 u 5

Imxarrab/Niexef

1

Għall-kategoriji kollha ta’ skart l-ammont fi skart imxarrab (normali) (kodiċi W); għat-tajn (l-element ta’ l-iskart 12) anki l-ammont f’materja niexfa (kodiċi D)

L-iskart mormi

12

L-ammont f’1 000 ta’ tunnellati metriċi fis-sena. L-ammont jingħata bħala reali bi tliet postijiet deċimali. Il-virgola għandha tintuża bħala simbolu deċimali. Pereżempju: 19,876. Dan il-qasam dejjem għandu jinkludi valur. Jekk il-kombinazzjoni ma seħħitx il-valur se jkun ta’ 0 (żero). Id-data nieqsa għandha tkun ikkodifikata bħala “M”. L-impossibbiltà loġika ta’ kombinazzjoni tiġi indikata b' “L”

Il-marka ta’ aġġornament

1

Biex tkun indikata data provviżorja (P) jew data riveduta (R), mill-bqija tibqa’ battala

Il-marka ta’ kunfidenzjalità

1

Tindika data kunfidenzjali (ara l-lista D)


Is-sett 5:   In-numru u l-kapaċità tal-faċiltajiet ta’ rkupru u ta’ rimi u l-popolazzjoni li tiġi moqdija mill-iskema ta’ ġbir għal kull reġjun

Il-qasam

It-tul massimu

Il-valuri

Is-settur

8

Valur: WASTE

Is-sett

6

Valur: REGIO (is-sett jikkonsisti f’14-il rekord għal kull reġjun tan-NUTS 2)

Il-kodiċi tal-pajjiż

2

Il-kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ittri (ara l-lista A)

Is-sena

4

Is-sena ta’ referenza (l-ewwel sena ta’ referenza: 2004)

Il-kodiċi NUTS 2

4

Il-kodiċi reġjonali skond il-klassifikazzjoni tan-NUTS fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003; it-total nazzjonali għandha tiġi pprovduta billi tintuża l-kodiċi TT

L-operat ta’ rkupru jew ta’ rimi

1

Il-kodiċi tirreferi għall-Annessi għad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE (ara l-lista F); battala għall-popolazzjoni moqdija mill-iskema ta’ ġbir

Varjabbli

1

In-numru ta’ faċilitajiet (N), il-kapaċità (C) jew il-popolazzjoni moqdija mill-iskema ta’ ġbir (P)

Kejl

1

Il-kodiċi għall-kejl tal-kapaċità tiddependi fuq it-tip ta’ operat ta’ rkupru jew ta’ rimi (ara l-lista I); għall-kodiċi tan-numru ta’ faċilitajiet N, għall-popolazzjoni moqdija mill-iskema ta’ ġbir jew P (popolazzjoni) jew D (djar)

Il-valur

12

Il-valuri kollha, in-numru ta’ faċilitajiet, il-perċentwali tal-popolazzjoni jew tad-djar koperti mill-iskema ta’ ġbir u l-kapaċità jiġu espressi bħala numru sħiħ. Dan il-qasam għandu dejjem jinkludi valur. Jekk il-kombinazzjoni ma seħħitx il-valur se jkun ta’ 0 (żero). Id-data nieqsa għandha tkun ikkodifikata bħala “M”. L-impossibbiltà loġika ta’ kombinazzjoni tiġi indikata b' “L”

Il-marka ta’ aġġornament

1

Biex tkun indikata data provviżorja (P) jew data riveduta (R), mill-bqija tibqa’ battala

Il-marka ta’ kunfidenzjalità

1

Tindika data kunfidenzjali (ara l-lista D)


Lista A — Il-kodiċi tal-pajjiżi

Il-Belġju

BE

Ir-Repubblika Ċeka

CZ

Id-Danimarka

DK

Il-Ġermanja

DE

L-Estonja

EE

Il-Greċja

EL

Spanja

ES

Franza

FR

L-Irlanda

IE

L-Italja

IT

Ċipru

CY

Il-Latvja

LV

Il-Litwanja

LT

Il-Lussemburgu

LU

L-Ungerija

HU

Malta

MT

L-Olanda

NL

L-Awstrija

AT

Il-Polonja

PL

Il-Portugall

PT

Is-Slovenja

SI

Ir-Repubblika Slovakka

SK

Il-Finlandja

FI

L-Iżvezja

SE

Ir-Renju Unit

UK

Il-Bulgarija

BG

Il-Kroazja

HR

Ir-Rumanija

RO

It-Turkija

TR

L-Iżlanda

IS

Il-Liechtenstein

LI

In-Norveġja

NO


Lista B — Il-kategoriji ta’ l-iskart

EWC-Stat/verżjoni 3 (ĠU L 90, 27.3.2004, p. 15)

Deskrizzjoni

Il-kodiċi

Perikoluż

L-element ta’ l-iskart

Is-solventi eżawriti

01.1

H

1

L-iskart aċiduż, alkalin jew salin

01.2

 

2

L-iskart aċiduż, alkalin jew salin

01.2

H

3

Iż-żjut użati

01.3

H

4

Il-katalizzaturi kimiċi eżawriti

01.4

 

5

Il-katalizzaturi kimiċi eżawriti

01.4

H

6

L-iskart tat-tħejjijiet kimiċi

02

 

7

L-iskart tat-tħejjijiet kimiċi

02

H

8

Id-depożiti u l-fdalijiet kimiċi

03.1

 

9

Id-depożiti u l-fdalijiet kimiċi

03.1

H

10

It-tjun ta’ l-effluwenti industrijali

03.2

 

11

It-tjun ta’ l-effluwenti industrijali

03.2

H

12

L-iskart mill-kura tas-saħħa u dak bijoloġiku

05

 

13

L-iskart mill-kura tas-saħħa u dak bijoloġiku

05

H

14

L-iskart metalliku

06

 

15

L-iskart metalliku

06

H

16

L-iskart tal-ħġieġ

07.1

 

17

L-iskart tal-ħġieġ

07.1

H

18

L-iskart tal-karta u l-kartun

07.2

 

19

L-iskart tal-lastku

07.3

 

20

L-iskart tal-plastik

07.4

 

21

L-iskart ta’ l-injam

07.5

 

22

L-iskart ta’ l-injam

07.5

H

23

L-iskart tessili

07.6

 

24

L-iskart li jinkludi l-PCB

07.7

H

25

It-tagħmir skartat (għajr il-vetturi skartati u l-iskart tal-batteriji u ta’ l-akkumulaturi)

08 (għajr 08.1 , 08.41 )

 

26

It-tagħmir skartat (għajr il-vetturi skartati u l-iskart tal-batteriji u ta’ l-akkumulaturi)

08 (għajr 08.1 , 08.41 )

H

27

Il-vetturi skartati

08.1

 

28

Il-vetturi skartati

08.1

H

29

L-iskart tal-batteriji u ta’ l-akkumulaturi

08.41

 

30

L-iskart tal-batteriji u ta’ l-akkumulaturi

08.41

H

31

L-iskart mill-annimali u mill-ħxejjex ta’ l-ikel (għajr l-iskart ta’ l-annimali mit-tħejjijiet u mill-prodotti ta’ l-ikel; u għajr il-ħmieġ intestinali, l-urina u d-demel ta’ l-annimali)

09 (għajr 09.11 , 09.3 )

 

32

L-iskart ta’ l-annimali mit-tħejjijiet u l-prodotti ta’ l-ikel

09.11

 

33

Il-ħmieġ intestinali, l-urina u d-demel ta’ l-annimali

09.3

 

34

L-iskart tad-djar u simili

10.1

 

35

Il-materjali mħallta u mhux iddifferenzjati

10.2

 

36

Il-materjali mħallta u mhux iddifferenzjati

10.2

H

37

Il-fdalijiet mill-għażil

10.3

 

38

Il-fdalijiet mill-għażil

10.3

H

39

It-tjun komuni (għajr il-fdalijiet mill-qligħ tal-ħama)

11 (għajr 11.3 )

 

40

Il-fdalijiet mill-qligħ tal-ħama

11.3

 

41

L-iskart minerali (għajr l-iskart mill-kombustjoni, il-ħamrija kkontaminata u r-rimi mniġġeż mill-qligħ tal-ħama)

12 (għajr 12.4 , 12.6 )

 

42

L-iskart minerali (għajr l-iskart mill-kombustjoni, il-ħamrija kkontaminata u r-rimi mniġġeż mill-qligħ tal-ħama)

12 (għajr 12.4 , 12.6 )

H

43

L-iskart mill-kombustjoni

12.4

 

44

L-iskart mill-kombustjoni

12.4

H

45

Il-ħamrija kkontaminata u r-rimi mniġġeż mill-qligħ tal-ħama

12.6

H

46

L-iskart issolidifikat, stabbilizzat jew ivvitrifikat

13

 

47

L-iskart issolidifikat, stabbilizzat jew ivvitrifikat

13

H

48

Total, mhux perikoluż

 

 

TN

Total, perikoluż

 

H

TH

Total, ġenerali

 

 

TT


Lista C-L-element ta’ l-attività

Il-kategorija tan-NACE rev 1.1 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90) (3)

Deskrizzjoni

L-element ta’ l-attività

A

L-agrikoltura, il-kaċċa u l-forestrija

1

B

Is-sajd

2

C

It-tħaffir tal-minjieri u tal-barrieri

3

DA

Il-fabbrikazzjoni tal-prodotti ta’ l-ikel, tax-xorb u tat-tabakk

4

DB+DC

Il-fabbrikazzjoni tat-tessili u tal-prodotti tessili

Il-fabbrikazzjoni tal-ġild u tal-prodotti mill-ġild

5

DD

Il-fabbrikazzjoni ta’ l-injam u tal-prodotti mill-injam

6

DE

Il-fabbrikazzjoni tal-polpa, tal-karta u tal-prodotti mill-karta; il-pubblikazzjoni u l-istampar

7

DF

Il-fabbrikazzjoni tal-kokk, tal-prodotti rraffinati mill-petroleum u tal-karburant nukleari

8

DG+DH

Il-fabbrikazzjoni tal-kimiċi, tal-prodotti kimiċi, tal-fibri magħmula mill-bniedem

Il-fabbrikazzjoni tal-lastku u tal-prodotti mill-plastik

9

DI

Il-fabbrikazzjoni ta’ prodotti oħra minerali mhux metalliċi

10

DJ

Il-fabbrikazzjoni tal-metalli bażiċi u tal-prodotti ffabbrikati mill-metall

11

DK+DL+DM

Il-fabbrikazzjoni tal-makkinarju u tat-tagħmir n.e.c.

Il-fabbrikazzjoni tat-tagħmir elettriku u ottiku

Il-fabbrikazzjoni tat-tagħmir tat-trasport

12

DN (għajr 37)

Il-fabbrikazzjoni n.e.c.

13

E

Il-provvista ta’ l-elettriku, tal-gass, u ta’ l-ilma

14

F

Il-kostruzzjoni

15

G-Q (għajr 51.57 u 90)

Attivitajiet ekonomiċi oħrajn (servizzi)

16

37

Ir-riċiklaġġ

17

51.57

Il-bejgħ bl-ingrossa ta’ l-iskart u tar-ruttam

18

90

Ir-rimi tad-drenaġġ u taż-żibel, is-sanità u attivitajiet simili

19

HH

L-iskart iġġenerat mid-djar

20

Total

 

TA


Lista D — Il-marka ta’ kunfidenzjalità

Ftit wisq intrapriżi

A

Pereżempju, intrapriża waħda jew żewġ intrapriżi fil-popolazzjoni

Intrapriża waħda tiddomina d-data

B

Mhux ftit wisq intrapriżi, imma intrapriża waħda tiġġenera/tittratta, pereżempju, aktar minn 70 %

Żewġ intrapriżi jiddominaw id-data

C

Mhux ftit wisq intrapriżi, imma żewġ intrapriżi jiġġeneraw/jittrattaw, pereżempju, aktar minn 70 %

Data kunfidenzjali minħabba kunfidenzjalità sekondarja

D

Mhix kunfidenzjali per se (marka A, B, C), imma biex tipprevjeni żvelar indirett ta’ data kunfidenzjali

Il-valur mhux kunfidenzjali

Battala

 


Lista E — Il-kategoriji ta’ l-iskart għallinċinerazzjoni

L-element ta’ l-iskart

EWC-Stat Verżjoni 3 (ĠU L 90, 27.3.2004, p. 15)

Skart Perikoluż/Mhux Perikoluż

Il-kodiċi

Deskrizzjoni

1

01 + 02 + 03

L-iskart kimiku

(L-iskart tal-komposti kimiċi + L-iskart tat-tħejjijiet kimiċi + Skart ieħor kimiku)

Mhux Perikoluż

2

01 + 02 + 03 għajr 01.3

L-iskart kimiku għajr iż-Żjut użati

(L-iskart tal-komposti kimiċi + L-iskart tat-tħejjijiet kimiċi + Skart ieħor kimiku)

Perikoluż

3

01.3

Iż-żjut użati

Perikoluż

4

05

L-iskart mill-kura tas-saħħa u dak bijoloġiku

Mhux Perikoluż

5

05

L-iskart mill-kura tas-saħħa u dak bijoloġiku

Perikoluż

6

07.7

L-iskart li jinkludi l-PCB

Perikoluż

7

10.1

L-iskart tad-djar u simili

Mhux Perikoluż

8

10.2

Il-materjali mħallta u mhux iddifferenzjati

Mhux Perikoluż

9

10.2

Il-materjali mħallta u mhux iddifferenzjati

Perikoluż

10

10.3

Il-fdalijiet mill-għażil

Mhux Perikoluż

11

10.3

Il-fdalijiet mill-għażil

Perikoluż

12

11

It-tjun komuni

Mhux Perikoluż

13

06 + 07 + 08 + 09 + 12 + 13

Skart ieħor

(L-iskart metalliku + L-iskart mhux metalliku + It-tagħmir skartat + L-iskart mill-annimali u mill-ħxejjex ta’ l-ikel + L-iskart minerali + L-iskart issolidifikat, stabbilizzat jew ivvitrifikat)

Mhux Perikoluż

14

06 + 07 + 08 + 09 + 12 + 13 għajr 07.7

Skart ieħor

(L-iskart metalliku + L-iskart mhux metalliku għajr L-iskart li jinkludi l-PCB + It-tagħmir skartat + L-iskart mill-annimali u mill-ħxejjex ta’ l-ikel + L-iskart minerali + L-iskart issolidifikat, stabbilizzat jew ivvitrifikat)

Perikoluż

TN

 

Total, mhux perikoluż

Mhux Perikoluż

TH

 

Total, perikoluż

Perikoluż

TT

 

Total, ġenerali

 


List F — Il-proċessi ta’ Rkupru u ta’ Rimi; il-kodiċijiet jirreferu għall-kodiċijiet fl-Annessi għad-Direttiva 75/442/KEE

L-operat

Il-kodiċi

It-tipi ta’ proċessi ta’ rkupru u ta’ rimi

L-inċinerazzjoni

1

R1

Użu prinċipalment bħala karburant jew mezzi oħra sabiex jiġġeneraw l-enerġija

2

D10

L-inċinerazzjoni fuq l-art

Il-proċessi li jistgħu jwasslu għal irkpuru (għajr l-irkupru ta’ l-enerġija)

3

R2 +

Ir-riklamazzjoni/riġenerazzjoni tas-solventi

R3 +

Ir-riċiklaġġ/riklamazzjoni ta’ sustanzi organiċi li ma jintużawx bħala solventi (inklużi l-ikkompostjar u proċessi ta’ trasformazzjoni bijoloġika oħra)

R4 +

Ir-riċiklaġġ/riklamazzjoni tal-metalli u tal-komposti tal-metalli

R5 +

Ir-riċiklaġġ/riklamazzjoni ta’ materjali inorganiċi oħra

R6 +

Ir-riġenerazzjoni ta’ l-aċidi jew tal-bażijiet

R7 +

L-irkupru tal-komponenti użati għat-taffija tat-tniġġiż

R8 +

L-irkupru tal-komponenti mill-katalizzaturi

R9 +

Ir-raffinazzjoni taż-żjut jew użi oħra mill-ġdid taż-żjut

R10 +

It-trattament ta’ l-art li jirriżulta f’benefiċċju għall-agrikoltura jew f’titjib ekoloġiku

R11

L-użu ta’ l-iskart miksub minn kwalunkwe wieħed mill-proċessi innumerati R1 sa R10

Il-proċessi ta’ rimi

4

D1 +

Id-depożitu ġewwa l-art jew fuqha (eż. miżbla, eċċ.)

D3 +

L-injezzjoni fil-fond (eż. l-injezzjoni ta’ skart li jista’ jiġi ppompjat fi bjar, f’koppli taħt l-art tal-melħ jew f’depożiti li jseħħu b’mod naturali, eċċ.)

D4 +

Iż-żamma jew il-ġbir ta’ l-ilma fis-superfiċje (eż. it-tqegħid ta’ skart likwidu jew tat-tajn f’ħofor, postijiet magħluqa jew laguni, eċċ.)

D5 +

Miżbliet ippjanati b’mod speċjali (eż. it-tqegħid f’ċelluli separati allinjati li jkunu mgħottija u iżolati minn xulxin u mill-ambjent, eċċ.)

D12

Il-ħażna permanenti (eż. it-tqegħid tal-kontenituri f’minjiera, eċċ)

5

D2 +

It-trattament ta’ l-art (eż. il-bijodegradazzjoni ta’ skart likwidu jew ta’ tajn fil-ħamrija, eċċ.)

D6 +

Ir-rilaxx f’korp ta’ ilma għajr l-ibħra/oċeani

D7

Ir-rilaxx fl-ibħra/oċeani inkluż it-tidħil fis-saff ta’ qiegħ il-baħar


List G — Il-kategoriji ta’ l-iskart għall-operazzjonjiet li jistgħu jwasslu għal irkupru (għajr l-irkupru ta’ l-enerġija)

L-element ta’ l-iskart

EWC-Stat Verżjoni 3 (ĠU L 90, 27.3.2004, p. 15)

Skart Perikoluż/Mhux Perikoluż

Il-kodiċi

Deskrizzjoni

1

01.3

Iż-żjut użati

Perikoluż

2

06

L-iskart metalliku

Mhux Perikoluż

3

06

L-iskart metalliku

Perikoluż

4

07.1

L-iskart tal-ħġieġ

Mhux Perikoluż

5

07.1

L-iskart tal-ħġieġ

Perikoluż

6

07.2

L-iskart tal-karta u tal-kartun

Mhux Perikoluż

7

07.3

L-iskart tal-lastku

Mhux Perikoluż

8

07.4

L-iskart tal-plastik

Mhux Perikoluż

9

07.5

L-iskart ta’ l-injam

Mhux Perikoluż

10

07.6

L-iskart tessili

Mhux Perikoluż

11

09 għajr 09.11 , 09.3

L-iskart mill-annimali u mill-ħxejjex ta’ l-ikel

(għajr l-iskart ta’ l-annimali mit-tħejjijiet u mill-prodotti ta’ l-ikel; u l-ħmieġ intestinali, l-urina u d-demel ta’ l-annimali)

Mhux Perikoluż

12

09.11

L-iskart ta’ l-annimali mit-tħejjijiet u mill-prodotti ta’ l-ikel

Mhux Perikoluż

13

09.3

Il-ħmieġ intestinali, l-urina u d-demel ta’ l-annimali

Mhux Perikoluż

14

12

L-iskart minerali

Mhux Perikoluż

15

12

L-iskart minerali

Perikoluż

16

01 + 02 + 03 + 05 + 08 + 10 + 11 + 13

Skart ieħor

(L-iskart tal-komposti kimiċi + L-iskart tat-tħejjijiet kimiċi + Skart kimiku ieħor + L-iskart mill-kura tas-saħħa u dak bijoloġiku + It-tagħmir skartat + L-iskart imħallat ordinarju + It-tjun komuni + L-iskart issolidifikat, stabbilizzat jew ivvitrifikat)

Mhux Perikoluż

17

01 + 02 + 03 + 05 + 07.5 + 07.7 + 08 + 10 + 11 + 13 għajr 01.3

Skart ieħor

(L-iskart tal-komposti kimiċi għajr iż-Żjut użati + L-iskart tat-tħejjijiet kimiċi + Skart kimiku ieħor + L-iskart mill-kura tas-saħħa u dak bijoloġiku + L-iskart ta’ l-injam + L-iskart li jinkludi l-PCB + It-tagħmir skartat + L-iskart imħallat ordinarju + It-tjun komuni + L-iskart issolidifikat, stabbilizzat jew ivvitrifikat)

Perikoluż

TN

 

Total, mhux perikoluż

Mhux Perikoluż

TH

 

Total, perikoluż

Perikoluż

TT

 

Total, ġenerali

 


List H — Il-kategorji ta’ l-iskart għar-rimi (għajr l-inċinerazzjoni)

In-Nru. ta’ l-element

EWC-Stat Verżjoni 3 (ĠU L 90, 27.3.2004, p. 15)

Skart Perikoluż/Mhux Perikoluż

Il-kodiċi

Deskrizzjoni

1

01 + 02 + 03

L-iskart kimiku

(L-iskart tal-komposti kimiċi + L-iskart tat-tħejjijiet kimiċi + Skart kimiku ieħor)

Mhux Perikoluż

2

01 + 02 + 03 għajr 01.3

L-iskart kimiku għajr iż-Żjut użati

(L-iskart tal-komposti kimiċi + L-iskart tat-tħejjijiet kimiċi + Skart kimiku ieħor)

Perikoluż

3

01.3

Iż-żjut użati

Perikoluż

4

09 għajr 09.11 , 09.3

L-iskart mill-annimali u mill-ħxejjex ta’ l-ikel

(għajr l-iskart ta’ l-annimali mit-tħejjijiet u mill-prodotti ta’ l-ikel; u l-ħmieġ intestinali, l-urina u d-demel ta’ l-annimali)

Mhux Perikoluż

5

09.11

L-iskart ta’ l-annimali mit-tħejjijiet u mill-prodotti ta’ l-ikel

Mhux Perikoluż

6

09.3

Il-ħmieġ intestinali, l-urina u d-demel ta’ l-annimali

Mhux Perikoluż

7

10.1

L-iskart tad-djar u simili

Mhux Perikoluż

8

10.2

Il-materjali mħallta u mhux iddifferenzjati

Mhux Perikoluż

9

10.2

Il-materjali mħallta u mhux iddifferenzjati

Perikoluż

10

10.3

Il-fdalijiet mill-għażil

Mhux Perikoluż

11

10.3

Il-fdalijiet mill-għażil

Perikoluż

12

11

It-tjun komuni

Mhux Perikoluż

13

12

L-iskart minerali

Mhux Perikoluż

14

12

L-iskart minerali

Perikoluż

15

05 + 06 + 07 + 08 + 13

Skart ieħor

(L-iskart mill-kura tas-saħħa u dak bijoloġiku + L-iskart metalliku + L-iskart mhux metalliku + It-tagħmir skartat + L-iskart issolidifikat, stabbilizzat jew ivvitrifikat)

Mhux Perikoluż

16

05 + 06 + 07 + 08 + 13

Skart ieħor

(L-iskart mill-kura tas-saħħa u dak bijoloġiku + L-iskart metalliku + L-iskart mhux metalliku + It-tagħmir skartat + L-iskart issolidifikat, stabbilizzat jew ivvitrifikat)

Perikoluż

TN

 

Total, mhux perikoluż

Mhux Perikoluż

TH

 

Total, perikoluż

Perikoluż

TT

 

Total, ġenerali

 


Lista I — Il-qies tal-kapaċità

L-operat

Il-qies tal-kapaċità

Il-kodiċi tal-qies

1

1 000 ta’ tunnellati metriċi fis-sena bi tliet deċimali

t

 

Terajoules fis-sena (1012)

j

2

1 000 ta’ tunnellati metriċi fis-sena bi tliet deċimali

t

 

Terajoules fis-sena (1012)

j

3

1 000 ta’ tunnellati metriċi fis-sena bi tliet deċimali

t

4

Metri kubi fis-sena

m

5

1 000 ta’ tunnellati metriċi fis-sena bi tliet deċimali

t


(1)  ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(3)  ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.