6.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

219


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 384/2005

tas-7 ta' Marzu 2005

li jadotta l-programm ta’ moduli ad hoc, li jkopri s-snin mill-2007 sa l-2009, għall-istħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol stipulat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98

(Test b'relevanza EEA)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol fil-Komunità (1) b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 577/98, jeħtieġ li jkunu speċifikati l-elementi tal-programm ta’ moduli ad hoc li jkopri s-snin mill-2007 sa l-2009.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/177/KE tat-18 ta’ Frar 2002 dwar linji ta’ gwida għall-politika ta’ l-impieg ta’ l-Istati Membri għas-sena 2002 (2) tistqarr li tinħtieġ informazzjoni statistika speċifika mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni biex jiġu żviluppati miżuri ta’ politika xierqa f'dak li għandu x’jaqsam mal-korrimenti fuq ix-xogħol u problemi ta’ saħħa marbuta max-xogħol, il-qagħda tal-ħaddiema li jħallu pajjiżhom fis-suq tax-xogħol u d-dixxendenti tagħhom u d-dħul taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol. Din l-informazzjoni għandha għalhekk tkun inkluża fil-moduli ad hoc għall-2007 sa l-2009.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolment huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programmi Statistiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-programm ta’ moduli ad hoc għall-istħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol, li jkopri s-snin mill-2007 sa l-2009, kif stabbilit fl-Anness, huwa b’dan adottat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar is-7 ta' Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Joaquin ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3 Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2257/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 336, 23.12.2003, p. 6.

(2)  ĠU L 60, 1.3.2002, p. 60.


ANNESS

STĦARRIĠ DWAR IL-FORZA TAX-XOGĦOL

Programm multi-annwali ta' moduli ad hoc

1.   KORRIMENTI FUQ IX-XOGĦOL U PROBLEMI TA’ SAĦĦA MARBUTA MAX-XOGĦOL

Lista ta’ fatturi varjabbli: għandha tkun iddefinita qabel Diċembru 2005.

Perijodu ta’ referenza : 2007.

Stati Membri u reġjuni interessati :

Kollha.

Kampjun : għandu jiġi ddefinit qabel Diċembru 2005.

Trasmissjoni tar-riżultati : qabel il-31 ta' Marzu 2008

2.   IL-QAGĦDA TAS-SUQ TAX-XOGĦOL TAL-ĦADDIEMA LI JĦALLU PAJJIŻHOM U D-DIXXENDENTI IMMEDJATI TAGĦHOM

L-implimentazzjoni tal-modulu 2008 għandha tiddependi fuq ir-riżultati ta’ l-istudji ta’ fattibilità li għandhom jitlestew qabel l-aħħar ta’ l-2005.

Lista ta’ fatturi varjabbli : għandha tkun iddefinita qabel Diċembru 2006.

Perijodu ta’ referenza : 2008.

Stati Membri u reġjuni interessati : Kollha.

Kampjun : għandu jiġi ddefinit qabel Diċembru 2006.

Trasmissjoni tar-riżultati : qabel il-31 ta' Marzu 2009.

3.   DĦUL TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ FIS-SUQ TAX-XOGĦOL

Lista ta’ fatturi varjabbli: għandha tkun iddefinita qabel Diċembru 2007.

Perijodu ta’ referenza : 2009.

Stati Membri u reġjuni interessati :

Kollha.

Kampjun : għandu jiġi ddefinit qabel Diċembru 2007.

Trasmissjoni tar-riżultati : qabel il-31 ta’ Marzu 2010.