5.1.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 3/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru. 1/2005

tat-22 ta' Diċembru 2004

dwar il-protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Billi:

(1)

Il-Protokoll dwar il-protezzjoni u l-benesseri ta' annimali anness mat-Trattat jeħtieġ li fit-tiswir u l-implimentazzjoni ta' politika ta' l-agrikoltura u t-trasport, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom iqisu bi sħiħ il-ħtiġijiet tal-benesseri ta' l-annimali.

(2)

Taħt id-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE tad-19 ta' Novembru 1991 dwar il-protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport (3), il-Kunsill adotta regoli fil-qasam tat-trasport ta' l-annimali sabiex jelimina barrieri tekniċi għall-kummerċ ta' annimali ħajjin u sabiex jippermetti lil organizzazzjonijiet tas-suq joperaw b'mod stabbli, filwaqt li jiġi assigurat livell sodisfaċenti ta' protezzjoni għall-annimali konċernati.

(3)

Ir-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri mill-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 95/29/KE tad-29 ta' Ġunju 1995 li temenda d-Direttiva 91/628/KEE dwar il-protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport (4), kif meħtieġ taħt id-Direttiva 91/628/KEE, irrakkommanda li tiġi emendata l-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti f'dan il-qasam.

(4)

Il-maġġor parti ta' l-Istati Membri rratifikaw il-Konvezjoni Ewropea għall-protezzjoni ta' l-annimali matul it-trasport internazzjonali u l-Kunsill ta mandat lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja f'isem il-Komunità il-Konvenzjoni Ewropea Riveduta għall-protezzjoni ta' l-annimali matul it-trasport internazzjonali.

(5)

Għal raġunijiet ta' benesseri ta' l-annimal it-trasport ta' l-annimali fit-tul, li jinkludi annimali għall-qatla, għandu jkun limitat kemm jista' jkun.

(6)

Il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni fid-19 ta' Ġunju 2001 (5) sabiex tippreżenta proposti sabiex jiġu assigurati l-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar strett ta' leġislazzjoni Komunitarja, it-titjib tal-protezzjoni u l-benesseri ta' l-annimali kif ukoll il-prevenzjoni ta' l-okkorrenza u t-tixrid ta' mard infettiv ta' l-annimali, u sabiex jitpoġġew rekwiżiti aktar stretti għall-prevenzjoni ta' l-uġiegħ u t-tbatija sabiex jiġu salvagwardjati l-benesseri u s-saħħa ta' l-annimali matul u wara t-trasport.

(7)

Fit-13 ta' Novembru 2001, il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposti sabiex jiġu emendati regoli Komunitarji preżenti dwar it-trasport tal- bhejjem, b'mod partikolari rigward:

il-konsultazzjoni ma' l-awtorita' xjentika kompetenti rigward it-tul taż-żmien tat-trasport ta' l-annimali;

il-preżentazzjoni ta' ċertifikat-mudell Ewropew armonizzat għat-trasportatur; l-armonizzazzjoni tal-mapep tar-rotot għal trasport fit-tul;

li jiġi assigurat li kull membru tal-persunal li jimmaniġja l-bhejjem matul it-trasport jkun għamel kors ta' taħriġ rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti; u

li jiġu assigurati eżamijiet verterinarji f'postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri Komunitarji li jinkludu spezzjoni sħiħa tal-kondizzjonijiet tal-benesseri li fihom l-annimali huma trasportati.

(8)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa ta' l-Annimal u l-Benesseri ta' l-Annimal adotta opinjoni dwar il-benesseri ta' l-annimali matul it-trasport fil-11 ta' Marzu 2002. Il-leġislazzjoni Komunitarja għandha għalhekk tiġi emendata sabiex tqis evidenza xjentifika ġdida filwaqt li tingħata prijorita għall-ħtieġa ta' l-infurzar tagħha li għandha tkun assigurata kif xieraq fil-futur immedjat.

(9)

Disposizzjonijet speċifiċi li japplikaw għat-tjur, qtates u klieb jiġu stabbiliti fi proposti xierqa meta l-opinjonijiet rilevanti ta' l-Awtorita' Ewropea għas-Sigurta' ta' l-Ikel (EFSA) ikunu disponibbli.

(10)

Fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba taħt id-Direttiva 91/628/KEE fl-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni dwar it-trasport ta' l-annimali, u d-diffikultajiet li qamu minħabba d-differenzi fit-traspożizzjoni ta' dik id-Direttiva fil-livell nazzjonali, huwa aktar xieraq li jiġu stabbiliti regoli Komunitarji f'dan il-qasam permezz ta' Regolament. Sakemm jiġu adottati d-diposizzjonijiet dettaljati għal ċerti speċi li għandhom bżonnijiet partikulari u li jirrappreżentaw parti limitata ħafna tal-bhejjem tal-Komunità, huwa xieraq li l-Istati Membri jkollhom il-permess li jistabbilixxu jew iżommu regoli nazzjonali addizzjonali li japplikaw għat-trasport ta' l-annimali ta' tali speċi.

(11)

Sabiex tiġi assigurata applikazzjoni effettiva u konsistenti ta' dan ir-Regolament madwar il-Komunità fid-dawl tal-prinċipju bażiku tagħha skond liema l-annimali m'għandhomx jiġu trasportati b'mod li jista' jikkawwża uġiegħ u tbatija żejda għalihom, huwa xieraq li jiġu stabbiliti disposizzjonijiet dettaljati li jindirizzaw il-bżonnijiet speċifiċi li jivverfikaw ruħhom rigward it-tipi varji ta' trasport. Tali disposizzjonijiet dettaljati għandhom jiġu interpretati u applikati in konformità mal-prinċipju msemmi hawn il-quddiem u għandhom jiġu emendati fil-ħin meta, b'mod partikolari fid-dawl ta' parir xjentifiku ġdid, jidhru li m' għadhomx jiżguraw konformità mal-prinċipju t' hawn fuq għal speċi jew tipi ta' trasport partikolari.

(12)

Trasport għal skopijiet kummerċjali m'huwiex limitat għal trasport fejn jivverifika ruħu skambju immedjat ta' flus, merkanzija jew servizzi. Trasport għal skopijiet kummerċjali jinkludi, b'mod partikolari, trasport li jinvolvi direttament jew indirettament jew jimmira lejn gwadann finanzjarju.

(13)

Il-ħatt u t-tagħbija mill-ġdid ta' l-annimali jistgħu jkunu sors ta' stress fihom infushom u l-kuntatt f'punti ta' kontroll, li qabel kienu jissejħu punti ta' stazzjonament, jista', f'ċerta kondizzjonijiet, jwassal għall-firxa ta' mard infettiv. Għalhekk huwa xieraq li jiġu provduti miżuri speċifiċi li jissalvagwardjaw is-saħħa u l-benesseri ta' l-annimali meta jkunu f'postijiet ta' kontroll. B' riżultat ta' dan, huwa meħtieġ li jiġu emendati d-disposizzjonijiet eżistenti tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1255/97 tal-25 ta' Ġunju 1997 dwar kriterji tal-Komunità għal postijiet ta' waqfien u li jemenda l-pjan ta' rotta msemmi fl-Anness tad-Direttiva 91/628/KEE (6).

(14)

Nuqqas ta' benesseri huwa sikwit ir-riżultat ta' nuqqas ta' edukazzjoni. Għalhekk, it-taħriġ huwa pre-rekwiżit għal kull persuna li tkun ser timmaniġja annimali matul it-trasport u t-taħriġ għandu jiġi provdut biss minn organizzazzjonijiet approvati mill-awtoritajiet kompetenti.

(15)

Il-kondizzjonijiet tal-benesseri ta' l-annimali matul it-trasport jirriżultaw prinċipalment mill-imġieba ta' kuljum tat-trasportatur. Spezzjonijiet minn awtoritajiet kompetenti jistgħu jiġu mfixkla peress li trasportatur jista' jopera b'mod liberu fl-Istati Membri differenti. Għalhekk, it-trasportatur għandu jagħti kont u jkun aktar trasparenti rigward l-istat u l-operazzjonijiet. B'mod partikolari għandhom jipprovdu prova ta' l-awtorizzazzjoni tagħhom, jirrapportaw b'mod sistematiku kull diffikulta u jżommu rekords preċiżi ta' l-azzjonjiet u r-riżultati tagħhom.

(16)

Trasport ta' l-annimali jinvolvi mhux biss lil trasportatur imma wkoll kategoriji oħra ta' operaturi bħalma huma bdiewa, kummerċjanti, ċentri tal-ġbir u biċċeriji. Konsegwentement, xi obbligi rigward il-benesseri ta' l-annimali għandhom jiġu estiżi għal kull operatur involut fit-trasport ta' l-annimali.

(17)

Iċ-ċentri tal-ġbir għandhom rwol kritiku fit-trasport ta' ċerta speċi tal-bhejjem. Għalhekk, ċentri tal-ġbir għandhom jassiguraw li l-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-protezzjoni ta' l-annimali matul it-trasport tkun magħrufa u rispettata mill-impjegati u l-viżitaturi tagħhom.

(18)

Vjaġġi twal jista' jkollhom effetti ta' detriment maġġuri għall-benesseri ta' l-annimali minn dawk qosra. Għalhekk proċeduri speċifiċi għandhom jiġu abbozzati sabiex jiġi assigurat infurzar aħjar ta' l-istandards, b'mod partikolari billi tiġi mkabbra l-possibbilità li jiġu traċċati dawn l-operazzjonijiet ta' trasport.

(19)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (7) jipprovdi għal perijodi massimi tas-sewqan u perijodi ta' mistrieħ minimi għal sewwieqa. Huwa xieraq li l-vjaġġi għall-annimali jkunu regolati b'mod simili. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (8) jipprovdi għal apparat ta' reġistrazzjoni sabiex ikun installat u wżat sabiex jiġu assigurati spezzjonijiet effettivi rigward il-konformità mal-leġislazzjoni soċjali li tikkonċerna t-trasport bit-triq. Huwa meħtieġ li tali data ta' reġistrazzjoni tkun disponibbli u eżaminata sabiex jiġu nfurzati limiti bil-ħin rigward l-ivvjaġġar taħt il-leġislazzjoni dwar il-benesseri ta' l-annimal.

(20)

Skambju insuffiċjenti ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti jwassal għal infurzar inadegwat tal-leġislazzjoni Komunitarja għall-protezzjoni ta' l-annimali matul it-trasport. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri flessibbli sabiex jiġi mtejjeb il-livell ta' kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri differenti.

(21)

Equidae reġistrati, kif definiti fl-Artikolu 2 (ċ) tad-Direttiva 90/426/KEE (9) jiġu ta' sikwiet trasportati għal għanijiet mhux kummerċjali u dawn it-trasporti għandhom jitwettqu skond l-għanijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament. B' konsiderazzjoni tan-natura ta' dawn il-movimenti, jidher xieraq li jkun hemm deroga minn ċerti disposizzjonijiet fejn Equidae reġistrati jiġu trasportati għal kompetizzjonijiet, tiġrijiet, avvenimenti kulturali jew tgħammir. Madanakollu ma jkunx xieraq li tali deroga tiġi applikata għal Equidae trasportati direttament jew wara transitu minn ġo suq jew ċentru ta' marshalling, lejn biċċerija għall-qatla, li skond l-Artikolu 2 (d) u 8 (1), it-tieni inċiż tad-Direttiva 90/426/KEE jiġu kkunsidrati bħala “Equidae għall-qatla”.

(22)

Follow-up inadegwat ta' ksur tal-leġislazzjoni dwar il-benesseri ta' l-annimal jinkoraġġixxi nuqqas ta' konformità ma' tali leġislazzjoni u jwassal għal distorsjoni fil-kompetizzjoni. Għalhekk, proċeduri uniformi għandhom jiġu stabbiliti madwar il-Komunità sabiex jiġu miżjuda l-ispezzjonijiet u l-impożizzjoni ta' penali għal ksur ta' leġislazzjoni għall-benesseri ta' l-annimali. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali li huma applikabbli għal ksur tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u jassiguraw li jiġu implimentati. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(23)

Numru sinifikanti ta' annimali li huma trasportati permezz ta' vetturi tal-bhejjem matul vjaġġi twal ħafna u fi ħdan il-Komunita' u t-trasport bil-baħar jistgħu jiġu spezzjonati fil-post tat-tluq. Għalhekk, huwa essenzjali li jiġu stabbili miżuri speċifiċi u standards għal dan it-tip ta' trasport.

(24)

Fl-interess tal-konsistenza tal-leġislazzjoni Komunitarja, id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta' l-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (10) għandha tiġi emendata sabiex tiġi addattata għal dan ir-Regolament rigward l-approvazzjoni ta' ċentri tal-ġbir u r-rekwiżiti għat-trasportatur.

(25)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/119/KE tat-22 ta' Diċembru 1993 dwar il-protezzjoni ta' annimali fil-ħin tat-tbiċċir jew qatla (11) għandha tiġi emendata sabiex tiġi addattata għal dan ir-Regolament rigward l-użu ta' elettrodi elettriċi.

(26)

Regoli u proċeduri rigward informazzjoni stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE tal-21 ta' Novembru 1989 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u kooperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji u żootekniċi (12) għandhom jiġu applikati għall-benesseri ta' l-annimal matul it-trasport sabiex tkun assigurata konformita' ma' dan ir-Regolament.

(27)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/139/KE (13) tistabbilixxi ċerti regoli dettaljati dwar il-kontrolli fuq il-post li jsiru fil-qasam veterinarju mill-esperti tal-Kummissjoni fl-Istati Membri li għandhom jgħinu sabiex tiġi assigurata l-konformita' ma' dan ir-Regolament b'mod uniformi.

(28)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi disposizzjonijiet rigward il-ventilazzjoni f'vetturi li jitrasportaw bhejjem għal vjaġġi twal. Għalhekk, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 411/98 tas-16 ta' Frar 1998 fuq standards ta' ħarsien addizzjonali ta' l-annimali applikabbli għall-vetturi tat-triq użati għat-trasport ta' bhejjem fuq vjaġġi ta' aktar minn tmien siegħat (14) għandu jiġi revokat.

(29)

Huwa xieraq li tiġi provduta proċedura sempliċi għall-Kunsill sabiex jaġġorna ċerti elementi tekniċi importanti ta' dan ir-Regolament b'mod partikolari fid-dawl ta' eżami ta' l-impatt tiegħu fuq it-trasport ta' annimali ħajjin fi ħdan Komunità mkabbra u jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tas-Sistema tan-Navigazzjoni sabiex tiġi wżata għall-mezzi kollha tat-trasport fid-dawl ta' l-iżviluppi tekniċi futuri f'dan il-qasam bħalma hija s-sistema Galileo li qed twassal għall-frott tagħha.

(30)

Huwa xieraq li jiġi provdut għall-possibilita' li jiġu stabbiliti derogi sabiex iqisu li ċerti reġjuni huma l-bogħod mill-art prinċipali tal-Komunità, b'mod partikolari għar-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fl-Artikolu 299 tat-Trattat.

(31)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (15),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJET U KONDIZZJONIJIET ĠENERALI GĦAT-TRASPORT TA' L-ANNIMALI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport ta' annimali vertebrati ħajjin li jsir ġol-Komunità, inklużi l-ispezzjonijiet speċifiċi li jsiru minn uffiċjali fuq konsenji li jidħlu jew li jħallu t-territorju doganali tal-Komunità.

2.   L-Artikolu 3 u 27 biss għandhom japplikaw għal:

(a)

trasport ta' annimali li jsir minn bdiewa li jużaw vetturi agrikoli jew mezzi tat-trasport tagħhom f'każijiet fejn iċ-ċirkostanzi ġeografiċi jeħtieġu trasport għat-transumanza staġjonali ta' ċerti tipi ta' annimali;

(b)

trasport li jsir mill-bdiewa, ta' l-annimali tagħhom stess, bil-mezzi tat-trasport tagħhom stess għal distanza ta' anqas minn 50 km mill-azjenda tagħhom.

3.   Dan ir-Regolament m'għandux ikun ta' ostakolu għal miżuri nazzjonali aktar iebsa intiżi għat-titjib tal-benesseri ta' l-annimali matul it-trasport li jsir kompletament fit-territorju ta' Stat Membru jew matul trasport bil-baħar li jitlaq minn territorju ta' Stat Membru.

4.   Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għall-leġislazzjoni veterinarja Komunitarja.

5.   Dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport ta' annimali li ma jsirx in konnessjoni ma' attività ekonomika u t-trasport ta' l-annimali direttament lejn jew minn centri ta' prattika jew kliniki veterinarji, bil-parir ta' veterinarju.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“annimali” tfisser annimali vertebrati ħajjin;

(b)

“ċentri tal-ġbir” tfisser postijiet bħalma huma azjendi, ċentri tal-ġbir u swieq, li fihom Equidae domestiċi jew annimali domestiċi ta' speċi bovina, ovina, kaprina jew suwina li joriġinaw minn azjendi differenti li huma miġbura flimkien sabiex jifformaw konsenji;

(ċ)

“akkompanjatur” tfisser persuna li hija responsabbli direttament mill-benesseri ta' l-annimali li jakkumpanjhom matul il-vjaġġ;

(d)

“post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera” tfisser kull post ta' spezzjoni magħżul u approvat in konformita' ma' l- Artikolu 6 tad-Direttiva 91/496/KEE (16), għall-iżvolġiment ta' spezzjonijiet veterinarji ta' annimali li jaslu minn pajjiżi terzi fuq il-fruntiera tat-territorju tal-Komunità;

(e)

“leġislazzjoni veterinarja Komunitarja” tfisser leġislazzjoni elenkata fil-Kapitolu I ta' l-Anness A tad-Direttiva 90/425/KEE (17) u regoli ta' implimentazzjoni sussegwenti;

(f)

“l-awtorita' kompetenti” tfisser l-awtorita ċentrali ta' Stat Membru kompetenti sabiex tagħmel spezzjonijiet dwar il-benesseri ta' l-annimal jew kull awtorita li lilha tkun delegata din il-kompetenza;

(g)

“kontenitur” tfisser kull ċestun, kaxxa, reċipjent jew struttura oħra riġida wżata għat-trasport ta' l-annimali li mhux mezz tat-trasport;

(h)

“postijiet ta' kontroll” tfisser postijiet ta' kontroll kif imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 1255/97;

(i)

“punt tal-ħruġ” tfisser post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera jew kull post ieħor magħżul minn Stat Membru minn fejn annimali jħallu t-territorju doganali tal-Komunità;

(j)

“vjaġġ” tfisser l-operazzjoni tat-trasport sħiħa mill-post tat-tluq għall-post destinat, inkluż kull xogħol ta' ħatt, akkomodazzjoni u tgħabija f'punti intermedjarji fil-vjaġġ;

(k)

“gwardjan” tfisser kull persuna naturali jew legali, ħlief trasportatur, responsabbli minn jew li jimmaniġja l-annimali kemm fuq bażi permanenti jew temporanja;

(l)

“bastiment tal-bhejjem” tfisser bastiment li huwa wżat jew intiż sabiex jiġi wżat għat-trasport ta' Equidae domestiċi jew annimali domestiċi ta' speċi bovina, ovina, kaprina jew suwina li ma hux bastiment roll-on-roll-off, u li ma hux bastiment li jġorr annimali f'kontenituri mobbli;

(m)

“vjaġġ twil” tfisser vjaġġ li jaqbeż it-8 sigħat, li jibda minn meta l-ewwel annimal tal-konsenja jiġi mobilitat;

(n)

“mezzi tat-trasport” tfisser vetturi tat-triq jew ferrovjarji, bastimenti u mezzi ta' trasport bl-ajru wżati għat-trasport ta' l-annimali;

(o)

“sistemi ta' navigazzjoni” tfisser strutturi bbażati fuq satellita li jipprovdu servizzi ta' ħin u pożizzjonar globali, kontinwi, preċiżi u garantiti jew kwalunkwe teknoloġija meqjusa ekwivalenti għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament;

(p)

“veterinarju uffiċjali” tfisser il-veterinarju maħtur mill-awtorita' kompetenti ta' l-Istat Membru;

(q)

“organizzatur” tfisser:

(i)

trasportatur li daħal f' subkuntratt ma' ta' l-anqas trasportatur ieħor għal parti mill-vjaġġ; jew

(ii)

persuna naturali jew legali li tat b'kuntratt lil trasportatur wieħed jew aktar għall-vjaġġ; jew

(iii)

persuna li ffirmat it-Taqsima 1 tar-reġistru tal-vjaġġ kif stabbilit fl-Anness II;

(r)

“post tat-tluq” tfisser il-post li minnu l-annimal huwa mgħobbi fuq mezz tat-trasport fil-każ li kien akkommodat hemmhekk għal mill-anqas 48 siegħa qabel il-ħin tat-tluq.

Minkejja dan, ċentri tal-ġbir approvati in konformità mal-leġislazzjoni veterinarja Komunitarja jistgħu jkunu kkunsdirati bħala post tat-tluq jekk:

(i)

id-distanza magħmula bejn l-ewwel post tat-tgħabija u ċ-ċentru tal-ġbir hija ta' anqas minn 100 km; jew

(ii)

l-annimali kienu akkomodati b'qiegħa biżżejjed, mhux marbuta, jekk possibbli, u bl-ilma għal mill-inqas sitt sigħat qabel il-ħin tat-tluq miċ-ċentru tal-ġbir;

(s)

“post ta' destinazzjoni” tfisser il-post li fih annimal jiġi mniżżel minn mezz tat-trasport u

(i)

akkomodat għal mill-anqas 48 siegħa qabel il-ħin tat-tluq; jew

(ii)

maqtul;

(t)

“post ta' mistrieħ jew trasferiment” tfisser kull waqfa matul il-vjaġġ li m'huwiex post ta' destinazzjoni fejn l-annimali ġew bidlu l-mezz tat-trasport, kemm jekk ġew imniżżla jew le;

(u)

Equidae reġistrat” tfisser Equidae reġistrat kif imsemmi fid-Direttiva 90/426/KEE (18);

(v)

“bastiment roll-on-roll-off” tfisser bastiment navali b'faċilitajiet li jippermettu li vetturi tat-triq jew ferrovjarji jkunu jistgħu jitilgħu u jinżlu minn u għall-bastiment;

(w)

“trasport” tfisser il-moviment ta' l-annimali magħmul minn mezz tat-trasport wieħed jew aktar u l-operazzjonijiet relatati, inklużi l-ħatt, it-trasferiment u l-mistrieħ, sal-ħatt ta' l-annimali fil-post ta' destinazzjoni tkun kompletata;

(x)

“trasportatur” tfisser kull persuna naturali jew legali li titrasporta annimali f'ismu, jew f'isem terza persuna;

(y)

Equidae mhux imrazzan” tfisser Equidae li ma jistgħux jiġu marbuta jew miġbuda permezz ta' kappestru mingħajr ma jiġi kkawżat eċitament, uġiegħ jew tbatija li jistgħu jiġu evitati;

(z)

“vettura” tfisser mezz ta' trasport bir-roti li jimxi jew jiġi rmunkat.

Artikolu 3

Kondizzjonijiet ġenerali għat-trasport ta' l-annimali

L-ebda persuna m'għandha titrasporta annimali jew twassal li annimali jiġu trasportati b'mod li jista' jwassal għal korriment jew tbatija bla bżonn.

Barra minn hekk, il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu rispettati:

(a)

l-arranġamenti meħtieġa kollha jkunu saru bil-quddiem sabiex jiġi mnaqqas it-tul tal-vjaġġ u sabiex il-ħtiġijiet ta' l-annimali matul il-vjaġġ ikunu sodisfatti;

(b)

l-annimali jkunu tajba għall-vjaġġ;

(ċ)

il-mezzi tat-trasport ikunu ddisinjati, mibnija, miżmuma u operati b'mod adegwat sabiex jiġu evitat korriment u tbatija u tiġi assigurata s-sigurtà ta' l-annimali;

(d)

il-faċilitajiet tat-tagħbija u tal-ħatt ikunu ddisinjati, mibnija, miżmuma u mħaddma b'mod adegwat sabiex jiġi evitat korriment u tbatija u tiġi assigurata s-sigurta' ta' l-annimali;

(e)

il-persunal li jimmaniġja l-annimali jkun imħarreġ jew kompetenti kif inhu xieraq għal dan il-għan u sabiex itemmu l-ħidmiet tagħhom mingħajr l-użu ta' vjolenza jew kull metodu ieħor li jikkawwża biża', korriment jew tbatija mhux meħtieġa;

(f)

it-trasport isir bla dewmien għall-post destinat u l-kondizzjonijiet tal-benesseri ta' l-annimali huma eżaminati regolarment u miżmuma b'mod xieraq;

(g)

għandhom jiġu pprovduti art u għoli biżżejjed għall-annimali, skond il-qies tagħhom u l-vjaġġ maħsub;

(h)

jiġu mogħtija ilma, ġwies u mistrieħ lill-annimali f' intervalli xierqa u li jkunu xierqa fil-kwalità u l-kwantità għall-ispeċi u l-qies tagħhom.

KAPITOLU II

ORGANIZZATURI, TRASPORTATURI, GWARDJANI U ĊENTRI TAL-ĠBIR

Artikolu 4

Dokumentazzjoni tat-trasport

1.   L-ebda persuna m'għandha titrasporta annimali mingħajr ma ġġor dokumentazzjoni fil-mezz tat-trasport li tgħid:

(a)

l-oriġini tagħhom u s-sidien tagħhom;

(b)

il-post ta' min fejn ikun sar it-tluq tagħhom;

(ċ)

id-data u l-ħin tat-tluq;

(d)

il-post ta' destinazzjoni intiż;

(e)

it-tul ta' ħin mistenni tal-vjaġġ intenzjonat.

2.   It-trasportatur għandu jagħmel disponibbli d-dokumentazzjoni prevista fil-paragrafu 1 għall-awtorita' kompetenti fuq talba tagħha.

Artikolu 5

Obbligi ta' l-ippjanar għat-trasport ta' l-annimali

1.   L-ebda persuna m'għandha tagħti kuntratt jew sottokuntratt għat-trasport ta' l-annimali għajr lit-trasportatur li huwa awtorizzat skond l-Artikolu 10(1) jew l-Artikolu 11(1).

2.   It-trasportatur għandu jidentifika persuna naturali responsabbli għat-trasport u jassigura li dak l-informazzjoni dwar l-ippjanar, l-eżekuzzjoni u l-kompletar tal-parti tal-vjaġġ taħt il-kontroll tagħhom tista' tiġi miksuba f'kull ħin.

3.   L-organizzaturi għandhom jassiguraw li għal kull vjaġġ:

(a)

il-benesseri ta' l-annimali ma tkunx kompromessa minn koordinament insuffiċjenti tal-partijiet differenti tal-vjaġġ; u l-kondizzjonijiet tat-temp ikunu meħuda in konsiderazzjoni; u

(b)

persuna naturali hija responsabbli sabiex tipprovdi informazzjoni rigward l-ippjanar, l-eżekuzzjoni u l-kompletar tal-parti tal-vjaġġ taħt il-kontroll tagħhom tista' tiġi miksuba f'kull ħin.

4.   Għal vjaġġi twal bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi għal Equidae domestiċi barra minn Equidae reġistrati u annimali domestiċi ta' speċi bovina, ovina, kaprina jew suwina, it-trasportaturi u organizzaturi għandhom jikkonformaw mad-disposizzjonijiet dwar ir-reġistru tal-vjaġġ stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 6

Trasportaturi

1.   L-ebda persuna m'għandha tagħmilha ta' trasportatur jekk m'għandhiex awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorita' kompetenti skond l-Artikolu 10(1) jew għal vjaġġi twal, l-Artikolu 11(1). Kopja ta' l-awtorizzazzjoni għandha tkun disponibbli għall-awtorita' kompetenti meta l-annimali huma trasportati.

2.   It-trasportaturi għandhom jinnotifikaw lill-awtorita' kompetenti b'kull tibdil rigward l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 10(1) jew għal vjaġġi twal, l-Artikolu 11(1), mhux aktar minn 15-il jum mid-data minn meta jkun sar it-tibdil.

3.   It-trasportaturi għandhom jitrasportaw annimali skond ir-regoli tekniċi stabbiliti fl-Anness I.

4.   It-trasportaturi għandhom jafdaw l-immaniġjar ta' l-annimal f' idejn persunal li ħa taħriġ dwar id-disposizzjonijiet rilevanti ta' l-Annessi I and II.

5.   L-ebda persuna m'għandha ssuq, jew tagħmilha ta' akkompanjatur fuq vettura tat-triq li ġġorr equidae domestiċi jew annimali domestiċi ta' bovina, ovina, kaprina or suwina species jew tjur jekk m'għandux ċertifikat ta' kompetenza skond l Artikolu 17(2). Iċ-ċertifikat ta' kompetenza għandu jkun disponibbli għall-awtorita' kompetenti meta l-annimali huma trasportati.

6.   It-trasportaturi għandhom jassiguraw li akkompanjatur jakkompanja kull konsinna ta' l-annimali ħlief fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn l-annimali huma trasportati f'kontenituri li huma siguri, ventilati b'mod adegwat u, fejn meħtieġ, ikun fihom biżżejjed ikel u ilma, fi ħwat li ma jistgħux jinqalbu, għal vjaġġ li huwa d-doppja ta' dak antiċipat;

(b)

meta x-xufier jwettaq il-funzjonijiet ta' akkompanjatur.

7.   Paragrafi 1, 2, 4 u 5 m'għandhomx japplikaw għal persuni li jġorru annimali sa massimu ta' distanza ta' 65 km kkalkolati mill-post tat-tluq għall-post ta' destinazzjoni.

8.   It-trasportatur għandu jkollu ċ-ċertifikat ta' approvazzjoni disponibbli kif inhu pprovdut fl-Artikolu 18(2) jew l-Artikolu 19(2) lill-awtorita' kompetenti tal-pajjiż lejn liema l-annimali huma trasportati.

9.   Trasportaturi ta' Equidae domestiċi, minbarra Equidae reġistrati u annimali domestiċi ta' speċi bovina, ovina, kaprina jew suwina għal vjaġġi twal bit-triq għandhom jużaw sistema ta' navigazzjoni kif imsemmi fl-Anness I, Kapitolu VI, paragrafu 4.2. mill-1 ta' Jannar 2007 għal mezzi ta' trasport bit-triq li daħlu fis-servizz għall-ewwel darba u mill-1 ta' Jannar 2009 għall-mezzi kollha tat-trasport bit-triq. Għandhom iżommu r-rekords miksuba minn tali sistema ta' navigazzjoni għal mill-inqas tliet snin u għandhom jagħmluhom disponibbli għall-awtorita' komeptenti fuq talba tagħha, partikolarment meta jitwettqu l-kontrolli msemmija fl-Artikolu 15(4). Miżuri ta' implimentazzjoni dwar dan il-paragrafu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2).

Artikolu 7

Spezzjoni minn qabel u approvazzjoni ta' mezzi tat-trasport

1.   L-ebda persuna m'għandha titrasporta annimali bit-triq għal vjaġġ twil jekk il-mezzi tat-trasport ma kienux ġew spezzjonati u approvati taħt l-Artikolu 18(1).

2.   L-ebda persuna m'għandha titrasporta bil-baħar, għal aktar minn 10 mili nawtiċi, Equidae domestiċi u annimali domestiċi ta' speċi bovina, ovina, kaprina jew suwina minn port Komunitarju jekk il-bastiment tal-bhejjem ma jkunx ġie spezzjonat u approvat taħt l-Artikolu 19(1).

3.   Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 japplikaw għal kontenituri wżati għat-trasport ta' Equidae domestiċi u annimali domestiċi ta' speċi bovina, ovina, kaprina jew suwina bit-triq u/jew bl-ilma, għal vjaġġi twal.

Artikolu 8

Gwardjani

1.   Gwardjani ta' l-annimali fil-post tat-tluq, trasferiment jew destinazzjoni għandhom jassiguraw li r-regoli tekniċi stabbiliti fil-Kapitoli I u III, taqsima 1, ta' l-Anness I rigward l- annimali trasportati jkunu rispettati.

2.   Il-gwardjani għandhom jeżaminaw lill-annimali kollha li jaslu f'post ta' tranżitu jew post ta' destinazzjoni u jiddeċiedu jekk l-annimali kienux soġġetti għal vjaġġ twil bejn Stati Membri u ma pajjiżi terzi. F'każ ta' vjaġġi twal għal Equidae domestiċi, minbarra Equidae reġistrati, u annimali domestiċi ta' speċi bovina, ovina, kaprina jew suwina, il-gwardjani għandhom jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tar-reġistru tal-vjaġġ stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 9

Ċentri tal-ġbir

1.   Operaturi ta' ċentri tal-ġbir għandhom jassiguraw li l-annimali huma ttrattati skond ir-regoli tekniċi stabbiliti fil-Kapitoli I and III, taqsima 1, ta' l-Anness I.

2.   Operaturi ta' ċentri tal-ġbir li huma approvati skond il-leġislazzjoni veterinarja Komunitarja għandhom barra minn hekk:

(a)

jassiguraw it-tqandil ta' l-annimali lil persunal li segwa korsijiet ta' taħriġ biss dwar ir-regoli tekniċi stabbiliti fl-Anness I;

(b)

jinfurmaw regolarment lil nies ammessi fiċ-ċentri tal-ġbir bid-doveri u l-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament u dwar il-penali għal kull ksur;

(ċ)

jagħmlu d-dettalji ta' l-awtorità kompetenti disponibbli b'mod permanenti għan-nies li huma ammessi għaċ-ċentru tal-ġbir li lilhom kull ksur possibbli tal-kondizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu notifikati;

(d)

f'każ ta' nuqqas ta' konformita' ma' dan ir-Regolament minn kull persuna preżenti fiċ-ċentru tal-ġbir, u bla ħsara għal kull azzjoni meħuda mill-awtorita' kompetenti, jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex tirrimedja n-nuqqas ta' konformità misjuba u sabiex tiġi evitata li terġa tiġri;

(e)

adottaw, jimmonitoraw u jinforzaw ir-regoli interni meħtieġa sabiex tiġi assigurata l-konformita', mal-punti (a) sa (d).

KAPITOLU III

DMIRIJIET U OBBLIGI TA' L-AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 10

Ħtiġijiet għal awtorizzazzjoni ta' trasportatur

1.   L-awtorità kompetenti għandha tagħti awtorizzazzjonijiet lit-trasportatur jekk:

(a)

l-applikanti jkunu stabbiliti, jew fil-każ ta' applikanti stabbiliti f'pajjiż terz, huma rappreżentati, fl-Stat Membru fejn huma japplikaw għall-awtorizzazzjoni;

(b)

l-applikanti urew li għandhom persunal suffiċjenti u xieraq, apparat u proċeduri operazzjonali għad-disposizzjoni tagħhom li twassalhom sabiex jikkonformaw ma' dan ir-Regolament, inkluż fejn jixraq Gwidi ta' Prattika Tajba;

(ċ)

l-applikanti jew ir-rappreżentanti tagħhom m'għandhomx rekord ta' ksur serju tal-leġislazzjoni Komunitarja u/jew leġislazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni ta' l-annimali fit-tlett snin ta' qabel id-data ta' l-applikazzjoni. Din id-disposizzjoni m'għandhiex tapplika fejn l-applikant juri għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità' kompetenti li ħa kull miżuri neċessarji sabiex jippreveni aktar ksur.

2.   L-awtorità kompetenti għandha toħroġ awtorizzazzjonijiet kif inhu pprovdut fil-paragrafu 1 skond il-kampjun stabbilit fil-Kapitolu I ta' l-Anness III. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi għal mhux aktar minn ħames snin mid-data tal-ħruġ u m'għandhomx ikunu validi għal vjaġġi twal.

Artikolu 11

Kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet ta' trasportatur għal vjaġġi twal

1.   L-awtorità kompetenti għandha tagħti awtorizzazzjonijiet lit-trasportatur li jagħmel vjaġġi twal fuq applikazzjoni, jekk:

(a)

dawn jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 10(1);

(b)

l-applikanti ppreżentaw id-dokumenti li ġejjin:

(i)

ċertifikati validi ta' kompetenza għal xufiera u akkompanjaturi kif inhu pprovdut fl-Artikolu 17(2) għax-xufiera kollha u akkompanjaturi li jagħmlu vjaġġi twal;

(ii)

ċertifikati validi ta' approvazzjoni kif inhu pprovdut fl-Artikolu 18(2) għall-mezzi tat-trasport bit-triq kollha li jintużaw għal vjaġġi twal;

(iii)

dettalji tal-proċeduri li jwasslu lit-trasportatur sabiex jittraċċa u jirrikordja l-movimenti ta' vetturi tat-triq taħt ir-responsabbilita' tagħhom u sabiex jikkuntattjaw ix-xufiera konċernati f'kull ħin matul vjaġġi twal;

(iv)

pjanijiet ta' kontinġenza fil-każ ta' emerġenzi.

2.   Għall-għan tal-paragrafu 1(b)(iii) it-trasportaturi li jagħmlu vjaġġi twal ta' Equidae domestiċi, minbarra Equidae reġistrati, u annimali domestiċi ta' speċi bovina, ovina, kaprina jew suwina għandhom juru li jużaw is-sistema ta' navigazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(9):

(a)

għal mezzi ta' trasport bit-triq li daħlu fis-servizz għall-ewwel darba, mill-1 ta' Jannar 2007;

(b)

għall-mezzi kollha tat-trasport bit-triq, mill-1 ta' Jannar 2009.

3.   L-awtorità kompetenti għandha toħroġ tali awtorizzazzjonijiet skond il-kampjun stabbilit fil-Kapitolu II ta' l-Anness III. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu validi għal mhux aktar minn ħames snin mid-data tal-ħruġ u għandhom ikunu validi għall-vjaġġi kollha, inklużi vjaġġi twal.

Artikolu 12

Limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet mill-awtorita' kompetenti

It-trasportaturi għandhom japplikaw għal awtorizzazzjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 10 jew ta' l-Artikolu 11 ma mhux aktar minn awtorita kompetenti waħda, f' aktar minn Stat Membru wieħed.

Artikolu 13

Ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet mill-awtorita' kompetenti

1.   L-awtorità kompetenti tista' tillimita l-iskop ta' awtorizzazzjoni kif inhu pprovdut dwar dan fl-Artikolu 10(1) jew għal vjaġġi twal, fl-Artikolu 11(1) skond kriterji li jistgħu jiġu verifikati matul it-trasport.

2.   L-awtorità kompetenti għandha toħroġ kull awtorizzazzjoni kif inhu pprovdut dwar dan fl-Artikolu 10(1) jew għal vjaġġi twal, fl-Artikolu 11(1) b'numru uniku fl-Stat Membru. L-awtorizzazzjoni għandha tiġi abbozzata fl-ilsien/ilsna uffiċjali ta' l-Istat Membru tal-ħruġ u bl-Ingliż meta t-trasportatur jista' jopera fi Stat Membru ieħor.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra awtorizzazzjonijiet kif inhu pprovdut dwar dan fl-Artikolu 10(1) jew l-Artikolu 11(1) b'mod li twassal lill-awtorita' kompetenti sabiex tidentifika malajr lit-trasportatur, b'mod partikolari f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-ħteġiet ta' dan ir-Regolament.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra awtorizzazzjonijiet maħruġa skond l-Artikolu 11(1) f'database elettronika. Isem it-trasportatur u n-numru ta' l-awtorizzazzjoni għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku matul il-perijodu ta' validita' ta' l-awtorizzazzjoni. Soġġett għal regoli Komunitarji u/jew nazzjonali rigward il-protezzjoni tal-privatezza, l-aċċess pubbliku għal data oħra rigard l-awtorizzazzjonijiet ta' trasportatur għandhom jingħataw mill-Istati Membri. Id-database għandha tinkludi wkoll deċiżjonijiet notifikati taħt l-Artikolu 26(4)(ċ) u l-Artikolu 26(6).

Artikolu 14

Spezzjonijiet u miżuri oħra relatati mar-reġistru tal-vjaġġ li għandhu jsir mill-awtorita' kompetenti qabel vjaġġi twal

1.   F'każ ta' vjaġġi twal bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi għal Equidae domestiċi u annimali domestiċi ta' speċi bovina, ovina, kaprina jew suwina, l-awtorità kompetenti tal-post tat-tluq għandha:

(a)

tagħmel spezzjonijiet xierqa sabiex tivverifika li:

(i)

it-trasportatur indika fil-ktieb tal-vjaġġ l-awtorizzazzjonijiet validi li jikkorrispondu ta' trasportatur, iċ-ċertifikati validi ta' l-approvazzjoni għal mezzi tat-trasport għal vjaġġi twal u ċertifikati validi ta' kompetenza għax-xufiera u akkompanjanti;

(ii)

il-ktieb tal-vjaġġ ippreżentat mill-organizzatur huwa realistiku u jindika konformità ma' dan ir-Regolament;

(b)

fejn ir-riżultat ta' l-ispezzjonijiet li huwa pprovdut dwaru f'punt (a) m'huwiex sodisfaċenti, jirrikjedi lill-organizzatur sabiex jibdel l-arranġamenti għall-vjaġġ twil intenzjonat sabiex tikkonforma ma' dan ir-Regolament;

(ċ)

fejn ir-riżultat tal-kontrolli previsti f' punt (a) ikun sodisfaċenti, l-awtorità kompetenti għandha tittimbra il-ktieb tal-vjaġġ;

(d)

tibgħat dettalji mill-aktar fis possibbli dwar il-vjaġġi twal intenzjonati stabbiliti fid-dħul tal-vjaġġ għall-awtorità kompetenti tal-post ta' destinazzjoni, tal-punt tal-ħruġ jew tal-post tal-kontroll bl-użu tas-sistema ta' skambju ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 90/425/KEE.

2.   Permezz ta' deroga tal-paragrafu 1(ċ), l-ittimbrar tal-ktieb tal-vjaġġ m'għandux ikun meħtieġ għal trasporti li jużaw is-sistema msemmija fl-Artikolu 6(9).

Artikolu 15

Spezzjonijiet li għandhom isiru minn awtorità kompetenti f'kull stadju ta' vjaġġ twil

1.   L-awtorità kompetenti għandha tagħmel f'kull stadju ta' vjaġġ twil spezzjonijiet xierqa fuq bażi bla sekwenza jew fuq bażi ta' soġġetti fil-mira tivverfika li l-ħin tal-vjaġġi huma realistiċi u li l-vjaġġ jikkonforma ma' dan ir-Regolament u b'mod partikolari li l-ħinijiet ta' l-ivvjaġġar u l-perijodi tal-mistrieħ huma konformi mal-limiti stabbiliti fil-Kapitolu V ta' l-Anness I.

2.   Fil-każ ta' vjaġġi twal bejn Stati Membri u ma' pajjiżi terzi, l-spezzjonijiet fil-post tat-tluq rigward ir-regolarità għat-trasport, kif inhu msemmi fil-Kapitolu I ta' l-Anness I, għandhom jiġu magħmula qabel it-tagħbija bħala parti mill-spezzjonijiet dwar is-saħħa ta' l-annimal kif stabbiliti fil-leġislazzjoni veterinarja Komunitarja korrispondenti, fil-limiti ta' żmien previsti f' dik il-leġislazzjoni.

3.   Meta l-post tad-destinazzjoni jkun biċċerija, l-ispezzjonijiet previstipreskritti fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu magħmula bħala parti mill-ispezzjoni tal-benesseri ta' l-annimal kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali ta' prodotti ta' oriġini minn annimali intiżi għall-konsum tal-bniedem (19).

4.   Ir-rekords tal-movimenti tal-mezzi tat-trasport bit-triq miksuba minn sistema ta' navigazzjoni jistgħu jintużaw sabiex isiru spezzjonijiet fejn huwa xieraq.

Artikolu 16

Taħriġ tal-persunal u apparat ta' l-awtorita' kompetenti

L-awtorità kompetenti għandha tassigura li l-persunal tagħha huwa mħarreġ sew u għandu l-apparat neċessarju sabiex jikkontrolla data rekordjata minn:

l-apparat tar-reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq kif jipprovdi dwar dan ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85;

is-sistema ta' navigazzjoni.

Artikolu 17

Korsijiet ta' taħriġ u ċertifikat ta' kompetenza

1.   Korsijiet ta' taħriġ għandhom ikunu disponibbli għall-persunal ta' trasportatur u ċentri tal-ġbir għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 9(2)(a).

2.   Iċ-ċertifikat ta' kompetenza għal xufiera u akkompanjaturi li jittrasportaw equidae domestiċi jew annimali domestiċi ta' speċi bovina, ovina, kaprina jew suwina jew tjur kif inhu msemmi fl-Artikolu 6(5) għandu jingħata skond l-Anness IV. Iċ-ċertifikat ta' kompetenza għandu jiġi abbozzat fl-ilsna uffiċjali ta' l-Stat Membru li joħorġu u bl-Ingliż meta x-xufier jew l-akkompanjatur għandu l-probbabilita' li jopera fi Stat Membru ieħor. Iċ-ċertifikat ta' kompetenza għandu jinħareg mill-awtorita' kompetenti jew korp maħtur għal dan il-għan mill-Istati Membri u skond il-kampjun stabbilit fil-Kapitolu III ta' l-Anness III. L-iskop ta' l-imsemmi ċertifikat ta' kompetenza jista' jiġi limitat għal speċi speċifika jew grupp ta' speċi.

Artikolu 18

Ċertifikat ta' approvazzjoni ta' mezzi tat-trasport bit-triq

1.   L-awtorità kompetenti jew il-korp maħtur minn Stat Membru għandu jagħti ċertifikat ta' approvazzjoni għal mezzi tat-trasport bit-triq wżati għal vjaġġi twal fuq applikazzjoni, pprovdut li l-mezzi tat-trasport:

(a)

m'humiex soġġetti ta' applikazzjoni ppreżentata jew approvazzjoni minn awtorità kompetenti oħra fl-istess Stat Membru jew f'ieħor;

(b)

ġew spezzjonati mill-awtorità kompetenti jew il-korp maħtur mill-Istat Membru u misjuba li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Kapitoli II and VI ta' l-Anness I applikabbli għad-disinn, il-kostruzzjoni u ż-żamma tal- mezzi tat-trasport bit-triq użati għal vjaġġi twal.

2.   L-awtorità kompetenti jew il-korp maħtur minn Stat Membru għandu joħroġ kull ċertifkat b'numru uniku f'dak l-Istat Membru u skond il-kampjun stabbilit fil-Kapitolu IV ta' l-Anness III. Għandu jiġi abbozzat fl-ilsna uffiċjali ta' l-Stat Membru li joħorġu u bl-Ingliż. Iċ-ċertifikati għandhom ikunu validi għal perijodu ta' mhux anqas minn ħames snin mid-data tal-ħruġ u għandu jsir invalidu hekk kif il-mezzi tat-trasport huma modifikati jew irranġati b'mod li jaffettwa l-benesseri ta' l-annimali.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra ċ-ċertifikazzjonijiet ta' approvazzjoni tal-mezzi tat-trasport bit-triq għal vjaġġi twal f'database elettronika b'mod li jkunu jistgħu jiġu identifikati malajr mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kolla, b'mod partikolari f'każ ta' nuqqas ta' konformita' mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

4.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu derogi għad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u għad-disposizzjonijiet tal-Kapitolu V, paragrafu 1.4, punt (b) u Kapitolu VI ta' l-Anness I għal mezzi tat-trasport bit-triq rigward vjaġġi ta' mhux aktar minn 12-il siegħa sabiex jintlaħaq il-post ta' destinazzjoni finali.

Artikolu 19

Ċertifikat ta' approvazzjoni ta' bastimenti għat-trasport tal-bhejjem

1.   L-awtorita' kompetenti jew il-korp maħtur minn Stat Membru għandu jagħti ċertifikat ta' approvazzjoni għal bastiment tal-bhejjem fuq applikazzjoni, pprovdut li l-bastiment huwa:

(a)

operat mill-Istat Membru fejn issir l-applikazzjoni;

(b)

m'huwiex soġġett ta' applikazzjoni ppreżentata lil jew approvazzjoni minn awtorità kompetenti oħra fl-istess Stat Membru jew f'ieħor;

(ċ)

kien ġie spezzjonat mill-awtorità kompetenti jew il-korp maħtur minn Stat Membru u ġie misjub li jikkonforma mar-rekwiżiti tat-Taqsima 1, Kapitolu IV ta' l-Anness I rigward il-kostruzzjoni u l-apparat ta' bastimenti wżati għall-ġarr tal-bhejjem.

2.   L-awtorità kompetenti jew il-korp maħtur minn Stat Membru għandu joħroġ kull ċertifikat b'numru fl-Istat Membru. Iċ-ċertifikat għandu jiġi abbozzat fl-ilsna uffiċjali ta' l-Stat Membru li joħorġu u bl-Ingliż. Iċ-ċertifikati għandhom ikunu validi għal perijodu ta' mhux anqas minn ħames snin mid-data tal-ħruġ u għandu jsir invalidu hekk kif il-mezzi tat-trasport huma modifikati jew irranġati b'mod li jaffettwa l-benesseri ta' l-annimali.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra bastimenti wżati għall-ġarr tal-bhejjem approvati b'mod li jkunu jistgħu jiġu identifikati, b'mod partikolari fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra ċ-ċertifikazzjonijiet ta' approvazzjoni ta' bastimenti wżati għall-ġarr tal-bhejjem f'database elettronika b'mod li jkunu jistgħu jiġu identifikati malajr mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kolla, b'mod partikolari f'każ ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 20

Spezzjoni ta' bastiment għat-trasport tal-bhejjem waqt it-tagħbija u l-ħatt

1.   L-awtorità kompetenti għandha tispezzjona bastimenti wżati għall-ġarr tal-bhejjem qabel it-tqandil ta' l-annimali sabiex tivverifika b'mod partikolari li:

(a)

l-bastimenti wżati għall-ġarr tal-bhejjem huwa mibni u għandu apparat għan-numru u t-tip ta' l-annimali li għandhom jiġu trasportati;

(b)

kompartimenti fejn l-annimali huma akkomodati jkunu fi stat tajjeb ta' reparazzjoni;

(ċ)

l-apparat imsemmi fil-Kapitolu IV ta' l-Anness I jibqa' f'kondizzjoni tajba.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tispezzjona dan li ġej qabel u matul it-tqandil/ħatt ta' bastimenti wżati għall-ġarr tal-bhejjem sabiex tassigura li:

(a)

l-annimali huma fi stat li jistgħu jkomplu l-vjaġġ;

(b)

operazzjonijiet tat-tqandil/ħatt isiru in konformita' mal-Kapitolu III ta' l-Anness I;

(ċ)

arranġamenti dwar il-ġwies u l-ilma huma skond it-Taqsima 2 tal-Kapitoli IV ta' l-Anness I.

Artikolu 21

Spezzjonijiet f'punti tal-ħruġ u f'postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera

1.   Bla ħsara għall-ispezzjonijiet kif inhu pprovdut dwar dan fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 639/2003, fejn l-annimali huma ppreżentati f'punti tal-ħruġ jew postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, veterinarji uffiċjali ta' l-Istati Membri għandhom jikkontrollaw li l-annimali huma trasportati in konformita' ma' dan ir-Regolament u b'mod partikolari:

(a)

li trasportatur preżenta kopja ta' awtorizzazzjoni valida kif inhu pprovdut fl Artikolu 10(1) jew, għal vjaġġi twal, fl-Artikolu 11(1);

(b)

li xufiera ta' vetturi tat-triq li jittrasportaw equidae domestiċi, annimali domestiċi ta' speċi bovina, ovina, kaprina jew suwina jew tjur u li akkompanjaturi ppreżentaw ċertifikat ta' kompetenza validu kif inhu pprovdut fl-Artikolu 17(2);

(ċ)

li l-annimali huma f'kondizzjoni li jkomplu l-vjaġġ tagħhom;

(d)

li l-mezzi tat-trasport li bihom l-annimali ikomplu l-vjaġġ tagħhom huma konformi mal-Kapitolu II u fejn huwa applikabbli l-Kapitolu VI ta' l-Anness I;

(e)

illi, fil-każ ta' esportazzjoni, it-trasportatur ipprovda prova li l-vjaġġ mill-post tat-tluq għall-ewwel post tal-ħatt fil-pajjiż ta' destinazzjoni finali hija konformi ma' kull qbil internazzjonali elenkat fl-Anness V li huwa applikabbli fil-pajjiżi terzi konċernati;

(f)

dwar jekk equidae domestiċi u annimali domestiċi ta' speċi bovina, ovina, kaprina u suwina ġew jew ser jiġu ttrasortati għal vjaġġi twal.

2.   F'każ ta' vjaġġi twal għal equidae domestiċi u annimali domestiċi ta' speċi bovina, ovina, kaprina jew suwina, veterinarji uffiċjali ta' punti tal-ħruġ and postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera għandhom jagħmlu u jirreġistraw l-ispezzjonijiet elenkati fit-Taqsima 3 “Post ta' destinazzjoni” tal-ktieb tal-vjaġġ fl-Anness II. Rekords ta' dawk l-ispezzjonijiet u l-kontroll li huwa pprovdut dwaru fil-paragrafu 1 għandu jinżamm mill-awtorita' kompetenti għal perijodu ta' mhux anqas minn tliet snin mid-data ta' l-spezzjonijiet, inkluża kopja tar-rekordsheet korrispondenti jew kopja stampata kif inhu msemmi fl-Anness I jew fl-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 jekk il-vettura hija koperta minn dak ir-Regolament.

3.   Fejn l-awtorità kompetenti tikkunsidra li l-annimali mhumiex f'kondizzjoni li jkomplu l-vjaġġ, dawn għandhom jiġu mħatta, mogħtija l-ilma, ġwies u mistrieħ.

Artikolu 22

Dewmien matul it-trasport

1   L-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tippreveni jew tnaqqas għal minimu kull dewmien matul it-trasport jew tbatija ta' l-annimali meta ċirkostanzi mhux previsti jimpedixxu l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-awtorità kompetenti għandha tassigura li arranġamenti speċjali huma magħmula fil-postijiet tat-trasferiment, punti tal-ħruġ u f'postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera sabiex tingħata prijorita lit-trasport ta' l-annimali.

2.   L-ebda kunsinna ta' l-annimali m'għandha tinżamm matul it-trasport jekk dan ma jkunx strettament neċessarju għall-benesseri ta' l-annimali jew raġunijiet ta' sigurta' pubblika. M'għandu jsir l-ebda dewmien żejjed bejn il-kompletar tat-tqandil u tat-tluq. Jekk tkun ġiet miżmuma kunsinna ta' l-annimali matul it-trasport għal aktar minn sagħtejn, l-awtorità kompetenti għandha tassigura li jsiru arranġamenti speċjali għall-kura ta' l-annimali u, fejn huwa neċessarju, it-tmiegħ, l-ilma, il-ħatt u l-akkommodazzjoni tagħhom.

KAPITOLU IV

INFURZAR U SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI

Artikolu 23

Miżuri ta' emerġenza f'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament minn trasportatur

1.   Fejn l-awtorità kompetenti ssib li xi disposizzjoni ta' dan ir-Regolament qed tiġi miksura, jew kienet ġiet miksura, għandha tieħu kull azzjoni meħtieġa sabiex tipproteġi l-benesseri ta' l-annimali, jew teħtieġ li l-persuna responsabbli mill-annimali sabiex tagħmel dan.

Tali azzjoni m'għandhiex tikkawwża tbatija mhux meħtieġa jew addizzjonali lill-annimali u għandha tkun proporzjonata għall-gravita tar-riskji involuti. L-awtorità kompetenti għandha tirkupra l-ispejjeż ta' tali azzjoni b'mod xieraq.

2.   Tali azzjoni tista' tinkludi, skond iċ-ċirkostanzi ta' kull każ:

(a)

tibdil tax-xufier jew akkompanjatur;

(b)

reparazzjoni temporanja tal-mezzi tat-trasport sabiex jiġi evitat korriment lill-annimali;

(ċ)

trasferiment ta' kunsinna jew parti minnha fuq mezz tat-trasport ieħor;

(d)

l-annimali jiġu ritornati fil-post tat-tluq permezz tat-triq l-aktar diretta, jew l-annimali jkomplu lejn il-post ta' destinazzjoni permezz tat-triq l-aktar diretta, dik li hija fl-aħjar interess tal-benesseri ta' l-annimali;

(e)

il-ħatt ta' l-annimali u ż-żamma tagħhom f'akkommodazzjoni xierqa b'kura xierqa sakemm il-problema tiġi riżolta.

Fejn m'hemmx mezz ieħor sabiex jiġu protetti il-benesseri ta' l-annimali, għandhom jiġu maqtula jew ewtanizzati b'mod mhux krudili.

3.   Fejn tiġi meħuda azzjoni minħabba nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament kif inhu msemmi fil-paragrafu 1, u huwa meħtieġ li l-annimali jiġu trasportati bi ksur ta' xi disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ awtorizzazzjoni għat-trasport ta' l-annimali. L-awtorizzazzjoni għandha tidentifika l-annimali konċernati u tiddefinixxi l-kondizzjonijiet taħt liema jistgħu jiġu trasportati sakemm dan ir-Regolament jiġi osservat. Tali awtorizzazzjoni għandha takkompanja lill-annimali.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tagħmel arranġamenti immedjati sabiex miżuri neċessarji jseħħu jekk il-persuna responsabbli mill-annimali ma tistax tiġi kkuntattjata jew tonqos milli tikkonforma ruħha ma' l-istruzzjonijiet.

5.   Deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti u r-raġunijiet għal tali deċiżjonijiet għandhom jiġu notifikati mill-aktar fis possibbli lit-trasportatur jew lir-rappreżentant tiegħu u lill-awtorita' kompetenti li tat l-awtorizzazzjoni kif inhu pprovdut fl-Artikolu 10(1) jew l-Artikolu 11(1). Jekk meħtieġ l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu għajnuna lit-trasportatur sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' emerġenza meħtieġa.

Artikolu 24

Għajnuna reċiproka u skambju ta' informazzjoni

1.   Ir-regoli u l-proċeduri ta' informazzjoni stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE (20) għandhom jappikaw għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament.

2.   Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni dettallji ta' punt ta' kuntatt għall-iskopijet ta' dan ir-Regolament, inklużi, fejn huwa disponibbli, indirizz elettroniku, fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament kif ukoll kull aġġornament ta' tali data. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dettallji dwar il-punt ta' kuntatt lill-Istati Membri l-oħra fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimal.

Artikolu 25

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar pieni applikabbli għal ksur tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jassiguraw li jiġu implimentati. Il-pieni li huwa pprovdut dwarhom għandhom ikunu effettivi, proprozjonati u ta' tip diżważiv. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw b'dawn id-disposizzjonijiet, kif ukoll dwar id-disposizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 26, lill-Kummissjoni sa 5 ta' Lulju 2006 l-aktar tard u għandhom jinnotifikawha bla dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffetwahom.

Artikolu 26

Ksur u notifika tal-ksur

1.   F'każ ta' kull ksur ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri speċifiċi li huwa pprovdut dwarhom fil-paragrafi 2 sa 7.

2.   Fejn l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li trasportatur ma osservax, jew mezz tat-trasport ma huwiex konformi ma' dan ir-Regolament, għandha tinnotifika bla dewmien lill-awtorita' kompetenti li tat l-awtorizzazzjoni lit-trasportatur jew iċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tal-mezzi tat-trasport u, fejn ix-xufier huwa involut f'nuqqas milli josserva r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, dik li ħarġet iċ-ċertifikat ta' kompetenza tax-xufier. Kull data rilevanti u dokumenti għandhom jakkompanjaw din in-notifika.

3.   Fejn l-awtorità kompetenti ta' post ta' destinazzjoni ssib li vjaġġ sar bi ksur ta' dan ir-Regolament, għandha tinnotifika bla dewmien l-awtorita' kompetenti tal-post tat-tluq. Kull data rilevanti u dokumenti għandhom jakkompanjaw din in-notifika.

4.   Fejn l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li trasportatur ma osservax, jew li mezz tat-trasport ma huwiex konformi ma' dan ir-Regolament, jew fejn l-awtorita' kompetenti tirċievi notifika kif inhu pprovdut fl-paragrafu (2) jew (3) għandha, jekk ikun xieraq:

(a)

teħtieġ li trasportatur sabiex jirrimedja l-ksur u jistabbilixx sistema sabiex jiġi evitat li dan jiġri mill-ġdid;

(b)

li trasportatur jiġi soġġett għal spezzjonijiet addizzjoni, b'mod partikolari jeħtieġu l-preżenza ta' veterinarju ta' l-annimali;

(ċ)

li l-awtorizzazzjoni ta' trasportatur tiġi sospiża jew revokata jew iċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tal-mezzi tat-trasport konċernati.

5.   F'każ ta' ksur ta' dan ir-Regolament minn xufier jew akkompanjatur li għandu ċertifikat ta' kompetenza kif inhu pprovdut fl Artikolu 17(2), l-awtorita' kompetenti tista' tissospendi jew tirrevoka ċ-ċertifikat ta' kompetenza, b'mod partikolari jekk il-ksur juri li x-xufier jew l-akkompajatur għandu nuqqas ta' għarfien jew kuxjenza dwar it-trasport ta' l-annimali in konformita' ma' dan ir-Regolament.

6.   F'każ ta' ksur repetut jew serju ta' dan ir-Regolament, l-Istat Membru jista' jipprojbixxi b'mod temporanju lit-trasportatur jew mezzi tat-trasport konċernati għat-trasport ta' l-annimali fuq it-territorju tiegħu, anke jekk it-trasportatur jew il-mezzi tat-trasport huwa awtorizzat minn Stat Membru ieħor, pprovdut li l-possibiltajiet kollha ta' għajnuna reċiproka u skambju ta' informazzjoni kif inhu pprovdut fl-Artikolu 24 ikunu ġew eżawriti.

7.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-punti ta' kuntatt kollha kif inhu pprovdut fl-Artikolu 24(2) huma notifikati bla dewmien b'kull deċiżjoni meħuda taħt il-paragrafu 4(ċ), jew il-paragrafi 5 jew 6 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 27

Spezzjonijiet u rapporti annwali mill-awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtorità kompetenti għandha tikkontolla li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament ġew konformati, permezz ta' spezzjonijiet ta' l-annimali mhux diskriminatorji, mezzi tat-trasport u dokumenti li jakkumpanjaw. Tali spezzjonijiet għandhom isiru fuq proporzjon adegwat ta' l-annimali ttrasportati kull sena f'kull Stat Membru, u jistgħu jsiru fl-istess ħin bħala spezzjonijiet għal skopijiet oħra. Il-proporzjon ta' l-ispezzjonijiet għandu jiżdied fejn ikun stabbilit li d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament kienu ġew injorati. Il-proprozjonijiet ta' hawn fuq għandhom jiġu determinati mal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 31(2).

2.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju kull sena b'rapport annwali għas-sena ta' qabel għas-sena preċedenti dwar l-ispezzjonijiet li huwa pprovdut dwarhom f'paragrafu 1. Ir-rapport għandu jkun flimkien ma' analiżi tad-difetti maġġuri li jinsabu u l-pjan ta' azzjoni sabiex jindirizzahom.

Artikolu 28

Spezzjonijiet fuq il-post

Esperti veterinarji mill-Kummissjoni jistgħu, b'kollaborazzjoni ma' l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru konċernat u safejn huwa meħtieġ sabiex tiġi assigurata applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament, jagħmlu spezzjonijiet fuq il-post skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21).

Artikolu 29

Gwidi ta' prattika tajba

L-Istati Membri għandhom jinkorraġġixxu l-iżvilupp ta' gwidi ta' prattika tajba li għandhom jinkludu gwida dwar il-konformità ma' dan ir-Regolament u b'mod partikolari ma' l-Artikolu 10(1). Tali gwidi għandhom ikunu abbozzati f'livell nazzjonali, fost numru ta' Istati Membri, jew f'livell Komunitaru. Id-disseminazzjoni u l-użu ta' gwidi nazzjonali u Komunitarji għandhom jiġu inkoraġġuti.

KAPITOLU V

POTERI TA' IMPLIMENTAZZJONI U PROĊEDURA TA' KUMITAT

Artikolu 30

Emendi għall-annessi u regoli ta' implimentazzjoni

1.   L-Annessi għar-Regolament għandhom jiġu emendati mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni, intiża b'mod partikolari għall-adattazzjoni tagħhom għall-progress teknoloġiku u xjentifiku, ħlief rigward il-Kapitolu IV u l-Kapitolu VI, paragrafu 3.1. ta' l-Anness I, Taqsimiet 1 sa 5 ta' l-Anness II, Anness III, IV, V u VI li jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2).

2.   Regoli dettaljati meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmijia fl-Artikolu 31(2).

3.   Ċertifikati jew dokumenti oħra li huwa pprovdut dwarhom mill-leġislazzjoni veterinarja Komunitarja għal annimali ħajjin jistgħu jiġu supplimentati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2) sabiex jiġu meħuda in kunsiderazzjoni r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

4.   L-obbligu li jinżamm ċertifikat ta' kompetenza kif inhu pprovdut fl Artikolu 6(5) jista' jiġi estiż għal xufiera jew akkompanjatur ta' speċi domestiċi oħra skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2).

5.   Derogi mill-paragrafu 2(e) tal-Kapitoli I ta' l-Anness I jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni fil-każ ta' miżuri ta' sostenn tas-suq speċjali minħabba r-restrizzjonijiet tal-moviment taħt miżuri ta' kontroll veterinarju tal-mard. Il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 31 għandu jkun infurmat dwar kull miżura adottata.

6.   Derogi li jikkonċernaw rekwiżiti għal vjaġġi twal li jieħdu in konsiderazzjoni l-bogħod ta' ċerta reġjuni mill-art prinċipali tal-Komunità, jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura kif inhu msemmi fl-Artikolu 31(2).

7.   B' deroga minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw id-disposizzjonijiet nazzjonali preżenti dwar it-trasport ta' l-annimali fir-reġjuni l-aktar mibiegħda, li joriġinaw minn jew jaslu f'dawn ir-reġjuni. Huma għandhom jinfurmaw b' dan lill-Kummissjoni.

8.   Sakemm jiġu adottati disposizzjonijiet għal speċi mhux imsemmija b'mod espress fl-Annessi. l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu jew iżommu regoli nazzjonali addizzjonali li japplikaw għat-trasport ta' l-annimali ta' dawn l-ispeċi.

Artikolu 31

Proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimal, stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perijodu msemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 32

Rapport

Fi żmien erba' snin mid-data msemmija fl-Artikolu 37, fit-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-benessri ta' l-annimali li jiġu trasportati u l-flussi ta' kummerċ f' Komunita mkabbra. B' mod partikolari, ir-rapport għandu jqis evidenza xjentifika dwar il-bzonnijiet ta' benesseri ta' l-annimal, u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tas-sistema ta' navigazzjoni, kif imsemmija fl-Anness I, Kapitolu VI, paragrafu 4.3, kif ukoll ta' l-implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi ta' dan ir-Regolament, inklużi aspetti reġjonali. Dan ir-rapport jista' jkun akkumpanjat, jekk meħtieġ, minn proposti leġislattivi xierqa dwar vjaġġi twal, partikolarment fir-rigward ta' ħinijiet ta' vjaġġar, perijodi ta' mistrieħ u allokazzjoni ta' spazju.

KAPITOLU VI

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 33

Revoki

Id-Direttiva 91/628/KEE u r-Regolament (KE) Nru 411/98 għandhom jiġu revokati minn 5 ta' Jannar 2007. Referenzi għad-Direttiva u r-Regolament revokati għandhom ikunu kkunsidrati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 34

Emendi għad-Direttiva 64/432/KEE

Id-Direttiva 64/432/KEE qegħda hawn tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1 il-punt li ġej għandu jidħol kif ġej:

“(ee)

jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 98/58/KE u r-Regolament (KE) Nru 1/2005 (*) li huwa applikabbli għalihom;”

(*)  ĠU L 3, 5.1.2005."

b)

paragrafu (4) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“4.   L-awtorità kompetenti tista' tissospendi jew tneħħi l-approvazzjoni fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dan l-Artikolu jew d-disposizzjonijiet oħra ta' din id- Direttiva, jew tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 jew leġislazzjoni veterinarja Komunitarja oħra elenkati fil-Kapitolu I ta' l-Anness A tad-Direttiva 90/425/KEE (**). Approvazzjoni tista' tingħata lura meta l-awtorita' kompetenti tkun sodisfatta li ċ-ċentru tal-ġbir jikkonforma b'mod sħiġ mad-disposizzjonijiet xierqa msemmija f'dan il-paragrafu.”

(**)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29."

(2)

L-Artikolu 12 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 12

1.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li trasportatur jissodisfa l-kondizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

(a)

għall-ġarr ta' l-annimali għandhom jużaw mezzi tat-trasport li huma:

(i)

kostruwiti b'tali mod li l-ħmieġ ta' l-annimali, skart jew ġwies ma jkunux jistgħu joħorġu barra mill-vettura; u

(ii)

mnaddfa u diżinfettati immedjatament wara trasport ta' l-annimali jew minn kull prodott li jista' jaffettwa s-saħħa ta' l-annimal, u jekk meħtieġ qabel kull tqandil ġdid ta' l-annimali, bl-użu ta' diżinfettanti awtorizzati uffiċjalment mill-awtorità kompetenti;

(b)

huma għandhom jew:

(i)

ikollhom faċilitajiet ta' tindif u diżinfettazzjoni xierqa approvati mill-awtorità kompetenti, inklużi faċilitajiet għall-ħażna ta' skart u ħmieġ; jew

(ii)

jipprovdu prova dokumentarja li dawn l-operazzjonijiet huma magħmula minn terza persuna approvata mill-awtorità kompetenti.

2.   It-trasportatur għandu jassigura li jinżamm reġistru għal kull vettura wżata li jkun fih din l-informazzjoni li jinżamm għal perijodu minimu ta' tliet snin:

(a)

postijiet, dati u ħinijiet tal-ġbir, u l-isem jew isem kummerċjali u indirizz tat-territorju privat jew taċ-ċentru tal-ġbir fejn l-annimali jiġu miġbura;

(b)

postijiet, dati u ħinijiet tal-kunsenja, u l-isem jew isem kummerċjali u indirizz tal-konsenjatur(i);

(ċ)

l-ispeċi u n-numru ta' l-annimali li ġew trasportati;

(d)

id-data u l-post tad-diżinfettazzjoni;

(e)

dettalji ta' dokumenti li jakkompanjawhom inkluż in-numru;

(f)

il-ħin prevvist ta' kull vjaġġ.

3.   It-trasportatur għandu jassigura li l-kunsinna jew l-annimali fl-ebda ħin, bejn it-tluq mit-territorju privat jew iċ-ċentru tal-ġbir ta' oriġini u s-sewqan fid-destinazzjoni tagħhom, jiġu f'kuntatt ma' annimali fi stat ta' saħħa baxxa.

4.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-trasportatur josserva d-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu dwar id-dokumentazzjoni xierqa li takkompannja l-annimali.

5.   Dan l-Artikolu m'għandux japplika għal persuni li jittrasportaw annimali sa massimu ta' distanza ta' 65 km kalkulati mill-post tat-tluq għall-post tad-destinazzjoni.

6.   Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dan l-Artikolu, id-disposizzjonijiet li jikkonċernaw il-ksur u notifiki tal-ksur kif inhu pprovdut dwar dan fl-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 għandhom japplikaw mutatis mutandis rigward is-saħħa ta' l-annimal.”.

Artikolu 35

Emenda tad-Direttiva 93/119/KE

Fl-Anness A tad-Direttiva 93/119/KE, paragrafu 3 tal-Parti II għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Annimali jridu jiġu mmexxija bil-galbu. Skaluni jridu jkunu mibnija biex inaqqsu r-riskju li l-annimali jweġgħu, u jiġu rranġati sabiex jiġu sfruttati t-tendenzi gregarji tagħhom. Strumenti maħsuba biex jiggwidaw annimali jridu jintużaw biss għal dak l-iskop, u biss għal perjodi qosra. Strumenti li jamministraw xokkijiet elettriċi għandhom jiġu evitati kemm jista' jkun. F'kull każ jistgħu jiġu wżati biss għal annimali adulti bovini u ħnieżer li jirrifjutaw li jimxu, u biss meta jkollhom spazju fejn jimxu quddiemhom. Ix-xokkijiet ma jdumux aktar minn sekonda, jkunu mqassmin kif xieraq, dawn ix-xokkijiet jistgħu jiġu applikati biss lill-muskoli tas-saqajn ta' wara. Xokkijiet elettriċi m'għandhomx jiġu wżati repetutament jekk l-annimal ma jirrispondix.”.

Artikolu 36

Emendi għar-Regolament (KE) Nru. 1255/97

Ir-Regolament (KE) Nru. 1255/97 qiegħed hawn jiġi emendat kif ġej:

1)

il-kliem “postijiet ta' stazzjonament” għandhom jinbidlu bil-kliem “postijiet ta' kontroll” fir-Regolament kollu.

2)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Postijiet ta' kontroll huma postijiet fejn l-annimali jiġu mserrħa mill-anqas għal 12-il-siegħa jew iżjed skond il-punt 1.5. jew 1.7(b) tal-Kapitolu V ta' l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru. 1/2005 (***).”

(***)  ĠU L 3, 5.1.2005."

3)

L-Artikolu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 3

1.   L-awtorità kompetenti għandha tapprova u toħroġ numru ta' approvazzjoni għal kull post ta' kontroll. Tali approvazzjoni tista' tkun limitata għal speċi partikolari jew għal ċerti kategoriji ta' annimali u status ta' saħħa. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-lista ta' postijiet ta' kontroll approvati u bi kwalunkwe aġġornament.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni wkoll bl-arranġamenti dettaljati b'applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(2), b'mod partikolari l-perijodu ta' użu bħala postijiet ta' kontroll u l-iskop doppju ta' postijiet approvati.

2.   Postijiet ta' kontroll għandhom ikunu elenkati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1/2005 fuq proposta mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipproponu post ta' kontroll biex jiġi elenkat biss ladarba l-awtorità kompetenti tkun ivverifikat li jikkonforma mal-ħtiġiet rilevanti u approvatu. Għall-fini ta' tali approvazzjoni, l-awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 2(6) tad-Direttiva 90/425/KEE għandha tiżgura li l-postijiet ta' kontroll jissodisfaw il-ħtiġiet kollha fl-Anness I għal dan ir-Regolament; barra minn dan, tali postijiet ta' kontroll għandhom:

(a)

ikunu lokalizzati fiż-żona li mhix soġġetta għal projbizzjoni jew restrizzjonijiet skond il-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti;

(b)

ikunu taħt il-kontroll ta' veterinarju uffiċjali li għandu jiżgura, inter alia, konformità mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;

(ċ)

joperaw f'konformità mar-regoli Komunitarji kollha dwar is-saħħa ta' l-annimali, il-moviment ta' l-annimali u l-protezzjoni ta' l-annimali fil-mument tal-qatla;

(d)

jiġu sottomessi għal spezzjoni regolari, mill-inqas darbtejn fis-sena, biex jiġi aċċertat li l-ħtiġiet għal approvazzjoni jkomplu jiġu sodisfatti.

4.   Stat Membru jkollu, f'każijiet serji, b'mod partikolari għal raġunijiet ta' saħħa jew trattament xieraq ta' l-annimali, jissospendi l-użu ta' post ta' kontroll li jinsab fit-territorju tiegħu. Għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar tali sospensjoni u dwar ir-raġunijiet li wasslu għaliha. Is-sospensjoni ta' l-użu tal-post ta' kontroll tista' titneħħa biss wara notifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-raġunijiet.

5.   IL-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1/2005, tista' tissospendi l-użu ta' post ta' kontroll jew tirtiraħ mil-lista tagħha, jekk kontrolli fuq il-post imwettqa mill-esperti tal-Kummissjoni kif imsemmija fl-Artikolu 28 ta' dak ir-Regolament jindikaw nuqqas ta' konformità mal-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti.”

4)

Fl-Artikolu 4, għandu jiġi miżjud il-paragrafu li ġej:

“4.   L-awtorità kompetenti tal-post tat-tluq għandha tinnotifika l-movimenti ta' l-annimali li jgħaddu minn postijiet ta' kontroll permezz tas-sistema ta' skambju ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 90/425/KEE.”

5)

L-Artikolu 6 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 6

1.   Qabel ma l-annuimali jħallu l-post ta' kontroll, il-veterinarju uffiċjali jew kwalunkwe veterinarju magħżul għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti għandu jikkonferma fil-ġurnal tal-vjaġġ kif imsemmi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru. 1/2005 li l-annimali huma b'saħħithom biex ikomplu l-vjaġġ tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li infiq magħmul bħala riżultat tal-kontroll veterinarju għandu jitħallas mill-operatur konċernat.

2.   Ir-regoli li jirrelataw ma' l-iskambju ta' messaġġi bejn l-awtoritajiet biex ikun hemm konformità mal-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1/2005”

6)

L-Artikolu 6a għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 6a

Dan ir-Regolament għandu jiġi emendat mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġi adattat għall-progress teknoloġiku u xjentifiku, ħlief fir-rigward ta' kwalunkwe emendi għall-Anness li tkun neċessarja biex jiġi adattat għas-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali li tista' tiġi adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005”

7)

L-Artikolu 6b, l-ewwel sentenza, għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 6b

L-Istati Membri għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru. 1/2005 biex jippenalizzaw kwalunkwe ksur tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu implimentati.”

8)

L-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

It-Titolu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS

KRITERJI KOMUNITARJI GĦAL POSTIJIET TA' KONTROLL”;

(b)

Is-Sezzjoni A għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“A.   MIŻURI TA' SAĦĦA U IĠENE

1.

Kull post ta' kontroll irid

(a)

ikun lokalizzat, iddisinjat, mibni u mħaddem biex jiżgura bio-sigurtà biżżejjed biex jipprevjeni t-tixrid ta' mard serju li jittieħed lejn azjendi oħra u bejn kunsinni ta' annimali konsekuttivi li jgħaddu minn dawn il-postijiet;

(b)

ikun mibni, mgħammar u mħaddem biex jiżgura li proċeduri ta' tindif u disinfezzjoni jistgħu jiġu mwettqa. Faċilità għall-ħasil tal-lorijiet għandu jiġi pprovdut fuq il-post. Tali faċilitajiet iridu jkunu operativi f'kull tip ta' temp;

(ċ)

ikun imnaddaf u disinfettat qabel u wara kull użu, kif meħtieġ mill-veterinarju uffiċjali.

2.

Il-persunal u t-tagħmir li jkollu kuntatt ma' l-annimali milqugħa għandhom ikunu dedikati esklussivament għall-post konċernat sakemm ma kienux soġġetti għal proċedura ta' tindif u disinfezzjoni wara li kellhom kuntatt ma' l-annimali jew il-ħmieġ jew l-awrina tagħhom. B'mod partikolari l-persuna inkargata bil-kontroll tal-post għandha tipprovdi tagħmir nadif u ħwejjeġ protettivi li għandhom jinżammu esklussivament għall-użu ta' kwalunkwe persuna li tidħol fil-post ta' kontroll, u għandha tipprovdi tagħmir xieraq li jkun disponibbli għat-tindif u d-disinfettar ta' l-oġġetti msemmija hawn fuq.

3.

il-materjal għall-mifrex għandu jitneħħa meta kunsinna ta' annimali tiġi mċaqalqa minn magħlaq u, wara l-operazzjonijiet ta' tindif u disinfettar previsti fil-punt 1(ċ), għandu jiġi sostitwit b'materjal ta' friex ġdid.

4.

Il-mifrex, il-ħmieġ u l-awrina ta' l-annimali ma għandhomx jiġu miġbura mill-post sakemm ma kienux soġġetti għal trattament xieraq sabiex jiġi evitat it-tixrid ta' mard ta' l-annimali.

5.

Waqfiet sanitarji xierqa bejn żewġ kunsinni konsekuttivi ta' annimali għandhom jiġu rispettati u jekk xieraq adattati skond jekk jiġu minn reġjun, żona jew kumpartiment simili. B'mod partikolari, postijiet ta' kontroll għandhom jiġu komletament svojtati minn annimali għal perijodu ta' mill-inqas 24 siegħa wara użu massimu ta' 6 ijiem u wara li twettqu l-operazzjonijiet ta' tindif u ta' disinfettar, u qabel il-wasla ta' kwalunkwe kunsinna ġdida.

6.

Qabel ma jaċċettaw annimali, il-postijiet ta' kontroll għandhom:

(a)

ikunu bdew l-operazzjonijiet ta' tindif u disinfettar fi żmien 24 siegħa wara t-tluq ta' l-annimali kollha li nżammew hemm qabel skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament;

(b)

ikunu baqgħu mingħajr annimali sakemm l-operazzjoni ta' tindif u disinfettar tkun twettqet b'mod sodisfaċjenti għall-veterinarju uffiċjali.”;

(ċ)

Is-Sezzjoni B, il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“1.

Barra mid-disposizzjonijiet tal-Kapitoli I u III ta' l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru. 1/2005 li japplikaw għal mezzi ta' trasport għat-tgħabija u l-ħatt ta' annimali, kull post ta' kontroll irid ikollu tagħmir u faċilitajiet xierqa disponibbli għat-tgħabbija u l-ħatt ta' annimali mill-mezzi ta' trasport. B'mod partikolari, tali tagħmir u faċilitajiet irid ikollhom kisja ma' l-art kontra ż-żlieq u, jekk neċessarju, ikunu mgħammra bi protezzjoni laterali. Pontijiet, rampi u gangwejs iridu jiġu mgħammra bi ġnub, barrikati jew xi mezz ieħor ta' protezzjoni biex l-annimali ikunu prevenuti milli jaqgħu minn fuqhom. Rampi ta' tgħabbija u ħatt għandhom ikollhom l-inqas inklinazzjoni possibbli. Il-postijiet ta' passaġġ irid ikollhom kisi ta' l-art li jimminimizza r-riskju ta' żlieq u jkunu mibnija b'mod li jimminimizza r-riskju li l-annimali jweġġgħu. Attenzjoni partikolari trid tittieħed biex jiġi żgurat li l-ebda spazju jew tarġa sinifikanti ma jkunu permessi bejn l-art tal-vettura u r-rampa jew ir-rampa u l-art taż-żona ta' ħatt li jeħtieġu li l-annimali jkollhom jaqbżu jew li probabbilment jikkawsawhom jiżolqu jew jitfixxlu f'saqajhom.”

9)

L-Anness II għandu jiġi mħassar.

Artikolu 37

Dħul fis-seħħ u data ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li jkun ġie pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn 5 ta' Jannar 2007.

Minkejja dan, l-Artikolu 6(5) għandu japplika minn 5 ta' Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 22 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

C. VEERMAN


(1)  Opinjoni mogħtija fit-30 ta' Marzu 2004 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 110, 30.4.2004, p. 135.

(3)  ĠU L 340, 11.12.1991, p. 17. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(4)  ĠU L 148, 30.6.1995, p. 52.

(5)  ĠU C 273, 28.9.2001, p. 1.

(6)  ĠU L 174, 2.7.1997, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 1040/2003 (ĠU L 151, 19.6.2003, p. 21).

(7)  ĠU L 370, 31.12.1985, p. 1.

(8)  ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 432/2004 (ĠU L 71, 10.3.2004, p. 3).

(9)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42. Direttiva kif emendat l-aħħar mid-Direttiva 2004/68/KE (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 320).

(10)  ĠU P 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Direttiva kif emendata l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 21/2004 (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8).

(11)  ĠU L 340, 31.12.1993, p. 21. Direttiva kif emendata permezz tar-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(12)  ĠU L 351, 2.12.1989, p. 34.

(13)  ĠU L 38, 12.2.1998, p. 10.

(14)  ĠU L 52, 21.2.1998, p. 8.

(15)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(16)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Direttiva kif emendata l-aħħar permezz ta' l-Att 2003 ta' l-Adeżjoni.

(17)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(18)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/68/KE (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 320).

(19)  ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83.

(20)  ĠU L 351, 2.12.1989, p. 34.

(21)  ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.

(22)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 4).


ANNESS I

REGOLI TEKNIĊI

(kif imsemmi fl-Artikolu 6(3), l-Artikolu 8(1), l-Artikolu 9(1) u (2)(a))

KAPITOLU I

ADEGWATEZZA GĦAT-TRASPORT

1.

L-ebda annimal m'għandu jkun ittrasportat sakemm ma jkunx b'saħħtu biżżejjed għall-vjaġġ maħsub, u l-annimali għandhom jiġu trasportati f' kondizzjonijiet garantiti li ma jikkawżawlhomx korriment jew tbatija żejda.

2.

Annimali li huma mweġġa' jew li għandhom djufija fiżjoloġika jew proċessi patoloġiċi m'għandhomx ikunu kkunsidrati bħala tajba għat-trasport u b'mod partikolari jekk:

(a)

huma m'humiex kapaċi jimxu waħedhom mingħajr uġiegħ jew jimxu bla għanjuna;

(b)

għandhom ferita miftuħa, jew prolass;

(ċ)

huma annimali nisa ħobbla li diġa għadda 90 % tat-tqala tagħhom, jew nisa li welldu fil-ġimgħa ta' qabel;

(d)

huma mammiferi mwielda reċentement li żokrithom għadha ma' fiqietx;

(e)

huma qżieqeż ta' anqas minn tliet ġimgħat, ħrief ta' anqas minn ġimgħa jew għoġġiela ta' anqas minn għaxart ijiem, jekk ma jiġuż trasportati għal anqas minn 100 km;

(f)

huma klieb u qtates ta' anqas minn tmien ġimgħat, jekk m'humiex akkumpanjati minn ommhom;

(g)

huma annimali ċervini bil-pil bellusi.

3.

Minkejja dan, annimali morda jew imweġġa' jistgħu jkunu kkunsidrati tajba għat-trasport jekk huma:

(a)

l-annimali li jkunu mweġġa' jew morda ħafif li t-trasport tagħhom ma joħloqx tbatija żejda; f'każijiet ta' dubju, parir veterinarju għandu jiġi mfittex;

(b)

trasportati għall-iskopijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE (1) jekk il-marda jew ħsara hija parti minn programm ta' riċerka;

(ċ)

trasportati taħt superviżjoni veterinarja għal jew wara li jkunu għaddew minn trattament veterinarju jew dijanjosi. Minkejja dan, tali trasport għandu jkun permess biss fejn l-ebda tbatija mhux meħtieġa jew krudelta' hija kkawwżata lill-annimali konċernati;

(d)

annimali li jkunu ġew sottoposti għal proċeduri veterinarji rigward prattiċi tal-bidja bħalma huma t-tneħħija tal-qrun jew kastrazzjoni, ladarba l-feriti jkunu għalqu kompletament.

4.

Meta annimali jimirdu jew huma mweġġa' matul it-trasport, għandhom jiġu separati mill-oħrajn u jirċievu trattament ta' emerġenza mill-aktar fis possibbli. Għandhom jingħataw trattament veterinarju xieraq u jekk meħtieġ jiġu maqtula f'emerġenza b'mod li ma jikkawwżalhomx tbatija żejda.

5.

Sedattivi m'għandhomx jintużaw fuq annimali li ser jiġu trasportati jekk mhux meħtieġa b'mod strett sabiex tiġi assigurata l-benesseri ta' l-annimali u għandhom jintużaw biss taħt sorveljanza veterinarja.

6.

Nisa li jreddgħu ta' speċi bovina, ovina u kaprina mhux akkumpanjati minn uliedhom għandhom jiġu maħluba f'intervalli ta' mhux aktar minn 12 — il siegħa.

7.

Rekwiżiti tal-paragrafi 2(ċ) u 2(d) ma japplikawx għal equidae reġistrati jekk l-iskop tal-vjaġġi huwa sabiex jiġu ameljorati s-saħħa u l-kondizzjonijiet tal-benesseri tat-twelid, jew għal ponijiet li għadhom kemm twieldu mad-dwieb reġistrati tagħhom, pprovdut li fiż-żewġ każijiet l-annimali huma akkumpanjati b'mod permanenti minn akkompanjatur, dedikat għalihom matul il-vjaġġ.

KAPITOLU II

MEZZI TAT-TRASPORT

1.   Id-disposizzjonijiet għall-mezzi kollha tat-trasport

1.1.

Mezzi tat-trasport, kontenituri u l-fittings tagħhom għandhom ikunu ddiżinati, mibnija, miżmuma u operati b'mod li:

(a)

jkunu evitati korriment u tbatija u sabiex tkun assigurata s-sigurtà ta' l-annimali;

(b)

l-annimali jkunu protetti minn temp ħażin, temperaturi estremi u tibdil negattiv fil-kondizzjonijiet klimatiċi;

(ċ)

jkunu mnaddfa u diżinfettati;

(d)

jiġi evitat li l-annimali jaħarbu jew jaqgħu barra u jkunu kapaċi jiffaċċjaw it-tensjoni taċ-ċaqliq;

(e)

tkun assigura li l-kwalita' ta' l-arja u l-kwantita' xierqa tkun miżmuma għall-ispeċi ttrasportati;

(f)

jipprovdu aċċess għall-annimali sabiex ikunu jistgħu jiġu spezzjonati u kkurati;

(g)

jkollhom art li ma tiżloqx;

(h)

jkollhom art li tnaqqas li jiskappaw xi awrina u ħmieġ minnha;

(i)

jkollhom dawl suffiċjenti għall-ispezzjoni u l-kura ta' l-annimali matul it-trasport.

1.2.

Għandu jiġi pprovdut spazju biżżejjed fil-kompartiment ta' l-annimali u f'kull livell tiegħu sabiex ikun assigurat li hemm ventilazzjoni adegwata fuq l-annimali meta jkunu f'pożizzjoni naturali bilwieqfa, mingħajr ma jkun imfixkel il-moviment naturali tagħhom bl-ebda mod.

1.3.

Għal annimali selvaġġi u għal speċi oħra li m' humiex Equidae reġistrati jew annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovina, ovina, kaprina jew suwina, id-dokumenti li ġejjin għandhom, fejn jixraq, jakkumpanjaw l-annimali:

(a)

nota li tindika li l-annimali huma selvaġġi, timidi jew perikolużi;

(b)

istruzzjonijiet bil-miktub dwar l-ikel, ix-xorb u kura speċjali meħtieġa.

1.4.

Il-partitions għandhom ikunu b'saħħithom sabiex isostnu l-piż ta' l-annimali. Fittings għandhom ikunu ddiżinjati għal operat ta' malajr u sempliċi.

1.5.

Ħananes ta' anqas minn 10 kgs, ħrief ta' anqas minn 20 kgs, għoġġiela ta' anqas minn six xhur u frieħ ta' anqas minn erba' xhur għandu jkollhom sodda tajba jew materjal ekwivalenti li jiggarantixxi l-kumdita' xierqa għall-ispeċi, in-numru ta' l-annimali ttrasportati, il-ħin tal-vjaġġ, u t-temp. Dan il-materjal għandu jiggarantixxi l-assorbiment adegwat ta' l-awrina u l-ħmieġ.

1.6.

Bla ħsara għar-regoli nazzjonali u Komunitarji dwar is-sigurta' taċ-ċorma u tal-passiggieri, fejn it-trasport fuq bastiment, mezz ta' l-ajru jew ferrovija huwa ta' aktar minn tliet siegħat, għandu jkun hemm mezz ta' qtil xieraq għall ispeċi sabiex l-akkompajatur jew il-persuna abbord li għandha s-sengħa meħtieġa sabiex tagħmel din il-ħidma b'mod uman u effikaċi.

2.   Disposizzjonijiet addizzjoniali għat-trasport bit-triq jew il-ferrovija

2.1.

Vetturi li fihom annimali huma trasportati għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar u viżibbli b'mod li jindika l-preżenza ta' annimali ħajjin, ħlief meta l-annimali jkunu qed jiġu trasportati f' kontenituri mmarkati skond il-paragrafu 5.1.

2.2.

Vetturi tat-triq għandhom iġorru apparat xieraq għat-tagħbija u l-ħatt.

2.3.

Meta tinbena ferrovija u matul il-moviment ta' vaguni ferrovjarji għandha tiġi meħuda kull prekawzjoni sabiex ikun evitat li l-vagun li jkun fih l-annimali jiskossja.

3.   Disposizzjonijiet addizzjonali għat-trasport fuq bastimenti roll-on-roll-off

3.1.

Qabel ma jgħabbi fuq bastiment il-kaptan għandu jivverifika li meta l-vetturi jiġu mgħobbija:

(a)

fuq gverti magħluqa, il-bastiment ikun ekwipaġġat b'sistema ta' ventilazzjoni xierqa u jkollha sistema ta' l-alarm u sors adegwat ta' enerġija fil-każ ta' ħsara;

(b)

fuq gverti miftuħa, protezzjoni adegwata mill-ilma tal-baħar tkun ipprovduta.

3.2.

Vetturi tat-triq u vaguni ferrovjarji għandhom ikunu ekwipaġġati b'numri ta' punti ta' sigurta' ddiżinjati, pożizzjonati u miżmuma b'mod adegwat b'mod li jkunu jistgħu jiġu marbuta mal-bastiment. Vetturi tat-triq u vaguni ferrovjarji għandhom ikunu ikunu marbuta mal-bastiment qabel ma jibda l-vjaġġ bil-baħar sabiex ikun evitat li jiġu spostati mill-moviment tal-bastiment.

4.   Disposizzjonijiet addizzjonali għat-trasport bl-ajru

4.1.

L-annimali għandhom jiġu ttrasportati f'kontenituri, nases jew kabini xierqa għall-ispeċi, li huma konformi mar-regolamenti dwar l-annimali ħajja ta' l-Assoċjazzjoni għat-Trasport bl-Ajru Internazzjonali (IATA), fil-verżjoni tagħha msemmija fl-Anness VI.

4.2.

L-annimali għandhom ikunu ttrasportati biss f'kondizzjonijiet fejn il-kwalità ta' l-arja, it-temperatura u l-pressjoni jistgħu jinżammu f'livell xieraq matul il-vjaġġ kollu, meħuda in kunsiderazzjoni l-ispeċi ta' l-annimali.

5.   Disposizzjonijiet addizzjonali għat-trasport f'kontenituri

5.1.

Kontenituri li fihom huma ttrasportati l-annimali għandhom jiġu mmarkati b'mod ċar u viżibbli, li jindika l-preżenza ta' annimali ħajjin u b'nota li tindika fuq tal-kontenitur.

5.2.

Matul it-trasport u t-tqandil, il-kontenituri għandhom dejjem jinżammu l-fuq u ċaqliq qawwi u triegħid ikun minimizzat. Il-kontenituri għandhom ikunu marbuta sabiex ikun evitat spostament minħabba l-moviment tal-mezzi tat-trasport.

5.3.

kontenituri ta' aktar minn 50 kg għandhom ikunu ekwipaġġati b'numru suffiċjenti ta' punti ta' sigurta' li huma ddiżinjati, pożizzjonati u miżmuma b'mod adegwat li jistgħu ikunu magħluqa tajjeb mal-mezzi tat-trasport fejn ikunu ser jiġu mgħobbija. Il-kontenituri għandhom jiġu marbuta mal-mezzi tat-trasport qabel ma jibda l-vjaġġ sabiex ikun evitat spostament minħabba l-moviment tal-mezzi tat-trasport.

KAPITOLU III

PRATTIĊI TAT-TRASPORT

1.   Tgħabija, ħatt u tqandil

1.1.

Għandha tingħata attenzjoni għal ċerti kategoriji ta' annimali, bħalma huma annimali selvaġġi, sabiex ikunu mdorrija għall-mod ta' trasport qabel il-vjaġġ propost.

1.2.

Fejn operazzjonijiet ta' tagħbija u ħatt iddum aktar minn erbgħa sigħat, ħlief għat-tjur:

(a)

għandu jkun hemm faċilitajiet xierqa sabiex l-annimali jinżammu bl-ikel u x-xorb barra mill-mezzi tat-trasport mingħajr ma jkunu marbuta;

(b)

operazzjonijiet għandhom ikunu sorveljati minn veterinarju awtorizzat u għandhom jiġu meħuda prekawzjonijiet parikolari sabiex tkun assigurata l- benesseri ta' l-annimali matul l-operazzjonijiet.

Faċilitajiet u proċeduri

1.3.

Faċilitajiet għat-tagħbija u l-ħatt, inkluż flooring, għandhom jiġu ddiżinjati, kostruwiti, miżmuma u operati sabiex:

(a)

jiġu evitati korriment u tbatija u jiġi minimizzat l-eċitament u d-dwejjaq matul il-moviment ta' l-annimali kif ukoll sabiex tiġi assigurata s-sigurtà ta' l-annimali. B'mod partikolari, l-uċuħ m'għandhomx jiżolqu u għandu jkun hemm protezzjonijiet mal-ġnub sabiex l-annimali ma jkunux jistgħu jaħarbu;

(b)

jkunu mnaddfa u diżinfettati.

1.4.

(a)

Ir-rampi m'għandhomx ikunu għola minn angolu ta' 20 gradi, jiġifieri 36,4% orizzontali għall-qżieqeż, għoġġiela u żwiemel u angolu ta' 26 — il grad 34 minuta, jiġifieri 50 % orizzontali għal nagħaġ u bovini differenti minn għoġġiela. Fejn it-telgħa hija għola minn 10 gradi, jiġifieri 17,6 % orizzonatali, rampi għandhom jiġu ffittjati b'sistema, bħalma hija pprovduta minn qbid għas-saqajn, li jassigura li l-annimali jitilgħu jew jinżlu mingħajr riskji jew diffikultajiet;

(b)

pjattaformi li jtellgħu u sulari ta' fuq għandu jkollhom barrieri tas-sigurta' sabiex l-annimali ma jaqgħux jew jaħarbu matul l-operazzjonijiet tat-tagħbija jew il-ħatt.

1.5.

Oġġetti trasportati fl-istess mezzi tat-trasport ma' l-annimali għandhom ikunu mqiegħda b'mod li ma jikkawwżawx korriment, tbatija jew dwejjaq lill-annimali.

1.6.

Għandu jkun ipprovdut dawl xieraq matul it-tagħbija u l-ħatt.

1.7.

Meta kontenituri huma mgħobbija b'annimali huma mqiegħda fuq xulxin fuq il-mezzi tat-trasport, għandhom jiġu meħuda l-prekawzjonijiet meħtieġa:

(a)

sabiex jiġu evitati, jew f'każ ta' tjur, fniek u annimali bil-fur, jiġi limitat li awrina u ħmieġ jaqgħu fuq l-annimali mqiegħda taħt;

(b)

sabiex tiġi assigurata l-istabbilita' tal-kontenituri;

(ċ)

sabiex ikun assigurat li l-ventilazzjoni m'hijiex imfixxkla.

Tqandil

1.8.

Huwa pprojbit li:

(a)

l-annimali jiġu msawwta jew mogħtija bis-sieq;

(b)

tiġi applikata pressjoni fuq parti sensittiva tal-ġisem b'mod li jiġi kkawżat uġiegħ jew tbatija żejda;

(ċ)

jiġu sospiżi annimali b'mezzi mekkaniċi;

(d)

li l-annimali jiġu merfugħa jew imkaxkra mir-ras, widnejn, qrun, denb jew mantell, jew jiġu mqandla b'mod li jikkawwżalhom uġiegħ u tbatija żejda;

(e)

jintużaw elettrodi jew oġġetti oħra li jispiċċaw bil-ponta;

(f)

jiġi ostakolat annimal li huwa mmexxi jew meħud f'parti fejn l-annimal huwa mqandel.

1.9.

L-istrumenti tax-xokkijiet elettriċi għandhom jiġu evitati kemm jista' jkun. F'kull każ, dawn l-istrumenti għandhom jintużaw biss għal annimali bovini adulti u qżieqeż adulti li jirrifjutaw milli jimxu u meta jkollhom spazju quddiemhom fejn jimxu biss. Ix-xokkijiet ma jdumux aktar minn sekonda, jkunu mqassmin kif xieraq, dawn ix-xokkijiet jistgħu jiġu applikati biss lill-muskoli tas-saqgħajn ta' wara. Xokkijiet elettriċi m'għanhomx jiġu wżati repetutament jekk l-annimal ma jirrispondix.

1.10.

Swieq jew ċentri tal-ġbir għandhom jipprovdu apparat ta' l-irbit ta' l-annimali meta dan ikun meħtieġ. Annimali li mhumiex soltu marbuta għandhom jitħallew liberi. L-annimali għandu jkollhom aċċess għall-ilma.

1.11.

L-annimali m'għandhomx jintrabtu mill-qrun, ħoloq ta' l-imnieħer jew mis-saqajn flimkien. L-għoġġiela m'għandux ikollhom sarima. Equidae domestiċi ta' aktar minn tmien xhur għandhom jitlibbsu kappestru matul it-trasport ħlief għal żwiemel mhux miftuma.

Meta l-annimali għandhom jiġu marbuta, il-ħbula, sarimi jew mezzi oħra wżati għandhom ikunu:

(a)

b'saħħithom biżżejjed sabiex ma jitqattgħux matul kondizzjonijiet tat-trasport normali;

(b)

b' mod li jippermettu lill-annimali, jekk ikun hemm il-bżonn, sabiex jimteddu u jieklu u jixorbu;

(ċ)

iddiżinjati b'tali mod sabiex jiġi eliminati periklu ta' strangolament jew korriment, sabiex l-annimali jkunu meħlusa faċilment.

Separazzjoni

1.12.

L-annimali għandhom jiġu mqandla u trasportati separatament fil-każijiet li ġejjin:

(a)

annimali ta' speċi differenti;

(b)

annimali ta' qies jew etajiet differenti;

(c)

qżieqeż tar-refgħa adulti jew żwiemel mhux imsewwija miżmuma għar-razza;

(d)

annimali maskili maturi sesswalment minn annimali nisa;

(e)

annimali bil-qrun minn annimali mingħajr qrun;

(f)

annimali ostili għal xulxin;

(g)

annimali marbuta minn annimali mhux marbuta.

1.13.

Il-punti (a), (b), (ċ) u (e) tal-paragrafu 1.12. ma japplikawz fjen l-annimali kienu mrobbija fi gruppi kompatibbli, draw lil xulxin, fejn is-separazzjoni tikkawwża niket jew fejn l-annimali nisa huma akkumpanjati miż-żgħar li huma dipendenti.

2.   Matul it-trasport

2.1.

L-allokazzjoni ta' spazju għandu jikkonforma ta' l-anqas mal-figuri stabbiliti, rigward l-annimali u l-mezzi tat-trasport imsemmija, fil-Kapitolu VII.

2.2.

Equidae domestiċi ħlief dwieb li jivvjaġġaw mal-moħor tagħhom għandhom jiġu trasportati f'kabini individwali meta l-vettura tiġi mgħobbija fuq bastiment Roll-on-Roll-off. Tista' tingħata deroga minn din id-disposizzjoni taħt ir-regoli nazzjonali jekk pprovdut li huma notifikati mill-Istati Membri lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimal.

2.3.

Equidae m'għandhomx jiġu trasportati f'vetturi multi-deck ħlief jekk l-annimali huma mgħobbija fuq il-livell t-isfel nett bla annimali fuq. L-għoli minimu intern ta' kompartiment għandu jkun ta' 75 cm ogħla mill-għoli tal-gerista ta' l-għola annimal.

2.4.

Equidae mhux miftuma m'għandhomx jiġu trasportati fi gruppi ta' aktar minn erba' individwi.

2.5.

Il-paragrafi 1.10. sa 1.13. japplikaw mutadis mutandis għall-mezzi tat-trasport.

2.6.

Ventilazzjoni suffiċjenti għandha tiġi pprovduta sabiex tiġi assigurata li n-neċessatijiet ta' l-annimali huma sodisfatti meħuda in konsiderazzjoni b'mod partikolari n-numru u t-tip ta' l-annimali li ser jiġu trasportati u l-kondizzjonijiet tat-temp li huma mistennija matul il-vjaġġ. Il-kontenituri għandhom ikunu maħżuna b'mod li ma jfixklux il-ventilazzjoni.

2.7.

Matul it-trasport, l-annimali għandhom jiġu mogħtija ilma, ġwies u l-opportunita' li jistrieħu kif jixraq skond l-ispecje u l-eta', f'intervalli xierqa u b'mod partikolari kif inhu msemmi fil-Kapitolu V. Jekk mhux imsemmi mod ieħor, mammiferi u għasafar għandhom jiġu mitmugħa mill-anqas kull 24 siegħa u mogħtija l-ilma mill-anqas kull 12 — il-siegħa. L-ilma u l-ikel għandu jkun ta' kwalita' tajba u mogħti lill-annimali b'mod li jnaqqas it-tniġġiż. Għandha tingħata attenzjoni għall-bżonn ta' l-annimali sabiex jidraw il-mod ta' kif jiġu mitmugħa u misqija.

KAPITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET ADDIZZJONALI GĦAL BASTIMENTI WŻATI GĦALL-ĠARR TAL-BHEJJEM JEW BASTIMENTI LI JITTRASPORTAW KONTENITURI TAL-BAĦAR

TAQSIMA 1

Kostruzzjoni u kondizzjonijiet għall-apparat għal bastimenti wżati għall-ġarr tal-bhejjem

1.

Is-saħħa tar-railing tal-kabini u tal-gverti għandha tkun xierqa sabiex jiġu trasportati annimali. Il-kalkoli tas-saħħa tar-railing tal-kabini u tal-gverti għandha tiġi verifikata matul il-kostruzzjoni jew il-konverżjoni tal-bastiment użat għall-ġarr tal-bhejjem minn soċjeta tal-klassifikazzjoni approvata mill-awtorità kompetenti.

2.

Il-kompartimenti fejn jiġi trasportati annimali għandhom jiġu ekwipaġġati b'sistema ta' ventilazzjoni li hija kapaċi biżżejjed sabiex tibdel il-volum ta' l-arja kollu kif inhu ġej:

(a)

40 bdil ta' l-arja kull siegħa jekk il-kompartiment huwa magħluq kompletament u l-għoli liberu huwa ta' anqas jew daqs 2,30 metri;

(b)

30 bdil ta' l-arja kull siegħa jekk il-kompartiment huwa magħluq kompletament u l-għoli liberu huwa ta' aktar minn 2,30 metri;

(ċ)

75 % tal-kapaċita' rilevanti jekk il-kompartiment huwa parzjalment magħluq.

3.

Il-volum tal-ħażna jew produzzjoni ta' ilma frisk għandha tkun xierqa sabiex tilħaq ir-rekwiżit ta' l-ilma stabbilit fil-Kapitolu VI meħuda in konsiderazzjoni in-numru massimu u t-tip ta' l-annimali li jkunu ser jiġu trasportati kif ukoll it-tul massimu tal-vjaġġi maħsuba.

4.

Is-sistema ta' l-ilma frisk għandha tkun kapaċi sabiex tissupplixxi ilma frisk kontinwament f'kull żona tal-bhejjem u għandu jkun hemm reċipjenti biżżejjed sabiex ikun assigurat li l-annimali kollha għandhom aċċess faċli u kostanti għal ilma frisk. Apparat ta' l-ippumpjar alternattiv għandu jkun disponibbli sabiex tkun assigurata d-disponibilita' ta' l-ilma fil-każ li s-sistema primarja tieqaf .

5.

Is-sistema tad-drenaġġ għandha tkun ta' kapaċita' xierqa sabiex likwidi joħorġu mill-kabini u l-gverti f'kull kondizzjoni. Katusi tad-drenaġġ u kanen għandhom jiġbru l-likwidi f'imħażen jew tankijiet minn fejn id-drenaġġ jista' jitneħħa permezz ta' pompi jew mezzi ta' tneħħija. Appart ta' l-ippumpjar alternattiv għandu jkun disponibbli sabiex jiġi assigurat id-drenaġġ fil-każ li s-sistema primarja tieqaf.

6.

Żoni tal-bhejjem, passaġġi u rampi lejn żoni tal-bhejjem għandhom ikunu mdawwla. Dawl ta' emerġenza għandu jkun ipprovdut fil-każ li l-installazzjoni elettrika prinċipali tieqaf. Għandu jkun hemm biżżejjed dawl li jinġarr sabiex l-akkompanjatur ikun jista' jagħmel spezzjoni adegwata u jikkura l-annimali.

7.

Għandha tkun installata sistema tat-tifi tan-nar fiż-żoni kollha tal-bhejjem u l-apparat tat-tifi tan-nar fiż-żoni tal-bhejjem għandu jikkonforma ma' l-istandards l-aktar reċenti tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurta' tal-Ħajja fuq il-Baħar (SOLAS) rigward protezzjoni min-nar, l-avvertiment f'każ ta' nar u tifi tan-nar.

8.

Is-sistemi li ġejjin għandhom ikunu ekwipaġġati b' sistema ta' monitoraġġ, kontroll u alarm fil-post tal-kenn tat-tmunier:

(a)

ventilazzjoni;

(b)

ilma frisk u drenaġġ;

(ċ)

dawl;

(d)

il-produzzjoni ta' ilma frisk fejn huwa meħtieġ.

9.

Sors primarju ta' l-enerġija għandu jkun biżżejjed sabiex iforni enerġija kontinwa għas-sistemi tal-bhejjem msemmija fil-paragrafi (2), (4), (5) u (6) taħt l-operat normali tal-bastimenti wżat għall-ġarr tal-bhejjem. Sors ta' enerġija sekondarja għandu jkun biżżejjed sabiex jibdel is-sors primarju ta' l-enerġija għal perijodu kontinwu ta' tlett ijiem.

TAQSIMA 2

Ġwies u provvista ta' ilma fuq bastimenti wżati għall-ġarr tal-bhejjem jew bastimenti li jittrasportaw kontenituri tal-baħar

Bastimenti wżati għall-ġarr tal-bhejjem jew bastimenti li jittrasportaw kontenituri tal-baħar b'equidae domestiċi u annimali domestiċi ta' speċi bovina, ovina, kaprina u suwina, għal vjaġġi li jeċċedu l-24 siegħa, għandhom iġorru mill-ħin tat-tluq materjal ta' sodod suffiċjenti kif ukoll biżżejjed ġwies u ilma sabiex tkun koperta l-provvista minima ta' kuljum stabbilita fit-Tabella 1 għall-vjaġġ intiż kif ukoll 25 % jew tlett ijiem ta' provvista ta' materjal ta' sodod, ġwies u ilma, liema minnhom huwa l-akbar.

Tabella 1

Provvista minima ta' ġwies u ilma ta' kuljum fuq bastimenti wżati għall-ġarr tal-bhejjem jew bastimenti li jittrasportaw kontenituri tal-baħar

Kategorija

Ġwies

(f' % piż attwali ta' l-annimali)

Ilma frisk (litri għal kull annimal) (*)

Għalf

Ġwies konċentrat

Baqar u Equidae

2

1,6

45

Nagħaġ

2

1,8

4

Qżieqeż

3

10

L-għalf jista' jiġi mibdul bi ġwies konċentrat u viċe-versa. Minkejja dan, għandha tingħata attenzjoni għal ċerti ħteġiet ta' l-annimali, sabiex jidraw il-bidla fil-ġwies minħabba l-bżonnijiet tal-metaboliżmu tagħhom.

KAPITOLU V

INTERVALLI TAX-XORB U L-IKEL, IL-ĦIN TAL-VJAĠĠI U L-PERIJODI TA' MISTRIEĦ

1.   Equidae domestiċi, annimali domestiċi ta' speċi bovina, ovina, kaprina u suwina

1.1.

Ir-rekwiżiti stabbiliti f'din it-Taqsima japplikaw għall-moviment ta' equidae domestiċi, ħlief equidae reġistrati, annimali domestiċi ta' speċi bovina, ovina, kaprina u suwina, għajr f'każ ta' trasport bl-ajru.

1.2.

Il-ħin tal-vjaġġi għal annimali ta' l-ispeċi msemmija f'punt 1.1. m'għandux jeċċedi tmien sigħat.

1.3.

Il-ħin tal-vjaġġ massimu f'punt 1.2. jista' jiġi estiż jekk ikunu sodisfatti r-rekwiżiti addizzjonali tal-Kapitoli VI.

1.4.

L-intervalli ta' l-ilma u l-ikel, il-ħin tal-vjaġġi u l-perijodi tal-mistrieħ meta jintużaw vetturi tat-triq li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 1.3. huma spjegati kif inhu ġej:

(a)

Għoġġiela mhux miftuma, ħrief, gidien u moħor li jixorbu l-ħalib u qżieqeż żgħar mhux miftum għandhom, wara disa' sigħat ta' vjaġġar, jingħataw perijodu ta' mistrieħ ta' mill-anqas siegħa biżżejjed b'mod partikolari sabiex jingħatawlhom likwidi u ikel jekk hemm bżonn. Wara dan il-perijodu ta' mistrieħ, jistgħu jiġu trasportati għal disa' sigħat oħra.

(b)

Qżieqeż jistgħu jiġu trasportati għal perijodu massimu ta' 24 siegħa. Għandu jkollhom aċċess kontinwu għall-ilma matul il-vjaġġ.

(ċ)

Equidae domestiċi jistgħu jiġu trasportati għal perijodu massimu ta' 14 — il siegħa. Għandhom jingħataw likwidi u jekk hemm bżonn ikel kull tmien sigħat matul il-vjaġġ.

(d)

L-annimali l-oħra kollha ta' l-ispeċi msemmija fil-punt 1.1. għandhom, wara 14 — il siegħa ta' vjaġġar, jingħataw perijodu ta' mistrieħ ta' mill-anqas siegħa biżżejjed għalihom b'mod partikolari jingħataw likwidi u jekk hemm bżonn ikel. Wara dan il-perijodu ta' mistrieħ, jisgħtu jiġu trasportati għal 14 — il siegħa oħra.

1.5.

Wara l-ħin stabbilit tal-vjaġġ, l-annimali għandhom jinħattu, jiġu mitmugħa u misqija u jitħallew jistrieħu għal mill-anqas 24 siegħa.

1.6.

L-annimali m'għandhomx jiġu trasportati permezz tal-ferrovija jekk il-ħin massimu tal-vjaġġ jeċċedi dak stabbilit f'punt 1.2. Minkejja dan, il-ħin tal-vjaġġi stabbilit f'punt 1.4. għandu japplika fejn il-kondizzjonijiet stabbiliti f'punti 1.3. u 1.4, ħlief għal perijodi ta' mistrieħ, huma sodisfatti.

1.7.

(a)

L-annimali m'għandhomx jiġu trasportati bil-baħar jekk il-ħin tal-vjaġġ massimu jeċċedi dak stabbilit fil-punt 1.2, jekk mhux f'każ li l-kondizzjonijiet stabbiliti f'punti 1.3. u 1.4, barra mill-ħin tal-vjaġġi u l-perijodi ta' mistrieħ, huma sodisfatti.

(b)

F'każ ta' trasport bil-baħar fuq konnessjoni regolari u diretta bejn żewġ punti ġeografiċi Komunitarji permezz ta' mezzi mgħobbija fuq bastimenti mingħajr il-ħatt ta' l-annimali, dawn għandhom jitħallew jistrieħu għal 12 — il siegħa wara l-ħatt fil-port ta' destinazzjoni jew fil-viċinanzi jekk mhux f'każ li l-ħin tal-vjaġġ bil-baħar huwa tali li l-vjaġġ jista' jkun inkluż fl-iskema ġenerali tal-punti 1.2. sa 1.4.

1.8.

Fl-interess ta' l-annimali, il-ħin tal-vjaġġi fil-punti 1.3, 1.4. u 1.7. (b) jistgħu jiġu estiżi b'sagħtejn, meħuda in konsiderazzjoni, b'mod partikolari il-qrib lejn il-post tad-destinazzjoni.

1.9.

Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-punti 1.3. sa 1.8, l-Istati Membri huma awtorizzati sabiex jipprovdu għal ċertu ħin tal-vjaġġ li m'huwiex estiż u huwa massimu ta' tmien siegħat għat-trasport ta' l-annimali destinati għall-qatla, fejn it-trasport isir esklussivament minn post tat-tluq lejn post ta' destinazzjoni li t-tnejn li huma jinsabu fl-istess territorju.

2.   Speċi oħra

2.1.

Għat-tjur, għasafar domestiċi u fniek domestiċi, għandu jkun hemm ikel u xorb disponibbli fi kwantitajiet adegwati, ħlief fil-każ ta' vjaġġ li jdum anqas minn:

(a)

12 — il-siegħa; jew

(b)

24 siegħa għal flieles ta' l-ispeċi kollha, ladarba jseħħ fi żmien 72 siegħa minn meta jofsqu.

2.2.

Klieb u qtates li jiġu trasportati għandhom jiġu mitmugħa f'intervalli ta' mhux aktar minn 24 siegħa u mogħtija ilma f'intervalli ta' mhux aktar minn tmien siegħat. Għandu jkun hemm istruzzjonijiet ċari dwar l-ikel u x-xorb.

2.3.

Speċi oħra differenti minn dawk imsemmija fil-punt 2.1. jew 2.2. għandhom jiġu trasportati skond l-istruzzjonijiet bil-miktub dwar l-ikel u x-xorb u meħuda in konsiderazzjoni kull kura speċjali li hija meħtieġa.

KAPITOLU VI

DISPOSIZZJONIJIET ADDIZZJONALI GĦAL VJAĠĠI TWAL TA' EQUIDAE DOMESTIĊI U ANNIMALI DOMESTIĊI TA' SPEĊI BOVINA, OVINA, KAPRINA U SUWINA

1.   Il-vjaġġi twal kollha

Saqaf

1.1.

Il-mezzi tat-trasport għandhom ikunu ekwipaġġati b'saqaf ta' kulur ċar u jkunu insulati b'mod xieraq.

L-art u materjal għas-sodda

1.2.

L-annimali għandhom jiġi pprovduti b'materjal tas-sodda xieraq jew materjal ekwivalenti li jiggarantixxi l-kumdita' xierqa għall-ispeċi, in-numru ta' l-annimali trasportati, il-ħin tal-vjaġġ, u t-temp. Dan il-materjal għandu jassigura l-assorbiment adegwat ta' awrina u ħmieġ.

Ġwies

1.3.

Il-mezzi tat-trasport għandhom iġorru kwantita' ta' ikel għall-ħteġiet tat-tmiegħ ta' l-annimali in kwistjoni matul il-vjaġġ konċernat. L-ikel għandu jkun protett mit-temp u minn kontaminati bħalma huma għabra, fjuwil, gassijiet ta' l-exhaust u awrina u ħmieġ ta' l-annimali.

1.4.

Fejn apparat speċifiku ta' l-ikel huwa wżat għat-tmiegħ ta' l-annimali, dak l-apparat għandu jiġi trasportat fil-mezzi tat-trasport.

1.5.

Fejn huwa wżat apparat ta' l-ikel kif inhu msemmi fil-paragrafu 1.4, għandu jkun ddisinjat, jekk meħtieġ, b'tali mod li jkun imwaħħal mal-mezz tat-trasport sabiex jiġi evitat li jinqaleb. Meta l-mezz tat-trasport ikun miexi u meta l-apparat qed jintuża, għandu jiġi maħżun separat mill-annimali.

Partitions

1.6.

L-equidae għandhom jiġu trasportati f'kabini individwali ħlief dwieb li jivvjaġġaw mal-moħor tagħhom.

1.7.

Il-mezz tat-trasport għandu jkollu partitions ffittjati fih sabiex jiġi maħluqa kompartimenti separati, filwaqt li l-annimali jkollhom aċċess liberu għall-ilma.

1.8.

Il-partitions għandhom jiġu mibnija f'tali mod li jkunu mqiegħda f'pożizzjonijiet differenti sabiex il-qies tal-kompartiment ikun adattat għall-ħteġiet speċifiċi, u t-tip, qies u numru ta' l-annimali.

Kriterji minimi għal ċerti speċi

1.9.

Ħlief jekk ikunu akkompanjati minn ommhom, vjaġġi twal huma permessi biss għal equidae domestiċi u annimali domestiċi ta' speċi bovina, ovina, kaprina u suwina jekk:

equidae domestiċi huma ta' aktar minn erba' xhur, bl-eċċezzjoni ta' Equidae;

għoġġiela huma akbar minn erbatax — il jum;

qżieqeż huma itqal minn 10 kg.

Żwiemel mhux miftuma m'għandhomx jinġarru għal vjaġġi twal.

2.   Provvista ta' l-ilma għat-trasport bit-triq, ferrovija jew kontenituri tal-baħar

2.1.

Il-mezzi tat-trasport u l-kontenituri tal-baħar għandhom jiġu ekwipaġġati bi provvista ta' l-ilma li tagħmilha possibbli li l-akkompanjatur jipprovdi ilma kull meta huwa meħtieġ matul il-vjaġġ, sabiex kull annimal ikollu aċċess għall-ilma.

2.2.

L-apparat ta' l-ilma għandu jaħdem sew u jkun magħmul u mpoġġi għall-kategoriji ta' l-annimali li jiġu misqija abbord il-vettura.

2.3.

Il-qies totali tat-tankijiet ta' l-ilma għall-mezz tat-trasport għandu jkun mill-anqas daqs 1,5 % tal-payload massimu. It-tankijiet ta' l-ilma għandhom jiġu ddiżinjati b'mod li jkunu jistgħu jiġu mnaddfa wara kull vjaġġ u għandu jkollhom sistema sabiex il-livell ta' l-ilma jkun kontrollat. Għandhom ikunu kkonnettjati ma' apparat tax-xorb fil-kompartimenti u miżmuma b'mod xieraq.

2.4.

Tista' tapplika deroga mill-punt 2.3. għall-kontenituri tal-baħar użati esklussivament fuq bastimenti li jipprovdu ilma mit-tankijiet ta' l-ilma tal-bastiment stess.

3.   Ventilazzjoni għall-mezzi tat-trasport bit-triq u l-monitoraġġ tat-temperatura

3.1.

Sistemi ta' ventilazzjoni fuq mezzi tat-trasport bit-triq għandhom ikunu ddiżinjati, mibnija u miżmuma b'tali mod li, f'kull ħin matul il-vjaġġ, kemm il-mezz tat-trasport huwa wieqaf jew miexi, jistgħu iżommu temperatura minn 5 °C sa 30 °C ġol-mezz tat-trasport, għall-annimali kollha, b'+/– 5 °C ta' varjabbilita, dan jiddependi mit-temperatura ta' barra.

3.2.

Is-sistema ta' ventilazzjoni għandha tkun kapaċi li tassigura distribuzzjoni ekwa kullimkien m'airflow minima ta' kapaċita' nominali ta' 60 m3/h/KN ta' payload. Għandha tkun kapaċi taħdem għal mill-anqas 4 sigħat, indipendentement mill-magna tal-vettura.

3.3.

Mezzi tat-trasport bit-triq għandu jkollhom sistema ta' monitoraġġ kif ukoll mezz ta' reġistrazzjoni ta' din id-data. Sensors għandhom jiġu mqiegħda f'partijiet tat-truck li, jiddependi mid-diżinn, huma l-aktar li jistgħu jsibu l-agħar kondizzjonijiet klimatiċi. Reġistrazzjonijiet tat-temperatura miksuba b'tali mod għandhom jiġu datati u jkunu disponibbli fuq talba għall-awtorità kompetenti.

3.4.

Mezzi tat-trasport bit-triq għandu jkollhom sistema ta' warning (allarm) sabiex timmarka lix-xufier meta t-temperatura fil-kompartimenti ta' l-annimali tilħaq il-limitu massimu jew minimu.

3.5.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport qabel il-31 ta' Lulju 2005 abbażi ta' parir ta' l-Awtorita Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel, akkumpanjat minn miżuri xierqa f'forma ta' abbozz intiżi sabiex sabiex jiġu stabbiliti temperaturi massimi u minimi għat-trasport ta' annimali, li għandhom jiġi adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2), meħuda in konsiderazzjoni it-temperaturi dominanti f'ċerti reġjuni tal-Komunita' li għandhom kondizzjonijiet klimatiċi partikolari.

4.   Sistema ta' Navigazzjoni

4.1.

Il-mezzi tat-trasport bit-triq għandhom jiġu ekwipaġġati, mill-1 ta' Jannar 2007 għall-mezzi tat-trasport bit-triq li jidħlu għall-ewwel darba fis-servizz u mill-1 ta' Jannar 2009 għall-mezzi kollha ta' trasport bis-Sistema ta' Navigazzjoni xierqa li tippermetti r-reġistrazzjoni u l-għoti ta' informazzjoni ekwivalenti g]al dawk imsemmija fil-ktieb tal-vjaġġ kif imsemmi fl-Anness II, taqsima 4, u informazzjoni dwar il-ftuħ u l-għeluq tal-bieba tat-tagħbija.

4.2.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill, sal-1 ta' Jannar 2008, ir-riżultati ta' studji ta' sistemi ta' navigazzjoni u l-applikazzjoni ta' din it-teknoloġija għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

4.3.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill, sa qabel l-1 ta' Jannar 2010 rapport dwar l-implimentazzjoni tas-sistema ta' navigazzjoni msemmi fil-paragrafu 4.2, flimkien ma' kull proposta li tikkonsidra bħala xierqa, intiża b'mod partikolari sabiex tiddefenixxi l-ispeċifikazzjonijiet tas-Sistema ta' navigazzjoni satellitari li għandha tintuża għall-mezzi kollha tat-trasport. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq dawn il-proposti b'maġġoranza kwalifikata.

KAPITOLU VII

ALLOKAZZJONI TA' SPAZJU

L-allokazzjoni ta ' spazju għal annimali għandhom mill-anqas ikunu konformi mal-figuri li ġejjin :

A.   Equidae domestiċi

Trasport ferrovjarju

Żwiemel kbar

1,75 m2 (0,7 × 2,5 m) (**)

Żwiemel żgħar (6 - 24 xhur) (għal vjaġġi sa 48 siegħa)

1,2 m2 (0,6 × 2 m)

Żwiemel żgħar (6 - 24 xhur) (għal vjaġġi ta' aktar minn 48 siegħa)

2,4 m2 (1,2 × 2 m)

Ponijiet (taħt il-144 cm)

1 m2 (0,6 × 1,8 m)

Moħor (0 - 6 xhur)

1,4 m2 (1 × 1,4 m)

Nota: Matul vjaġġi twal, moħor u żwiemel żgħar għandhom ikollhom il-possibilita' li jimteddu.

Dawn il-figuri jvarjaw b'massimu ta' 10 % għal żwiemel kbar u ponijiet u b'massimu ta' 20 % for żwiemel żgħar u moħor, jiddependi mhux biss fuq il-piż u l-qies taż-żwiemel imma wkoll fuq il-kondizzjoni fiżika tagħhom, il-kondizzjonijiet meteoroloġiċi u l-ħin approssimat tal-vjaġġ.

Trasport bit-triq

Żwiemel kbar

1,75 m2 (0,7 × 2,5 m)

Żwiemel żgħar (6 - 24 xhur) (għal vjaġġi sa 48 siegħa)

1,2 m2 (0,6 × 2 m)

Żwiemel żgħar (6 - 24 xhur) (għal vjaġġi ta' aktar minn 48 siegħa)

2,4 m2 (1,2 × 2 m)

Ponijiet (taħt il-144 cm)

1 m2 (0,6 × 1,8 m)

Moħor (0 - 6 xhur)

1,4 m2 (1 × 1,4 m)

Nota: Matul vjaġġi twal, moħor u żwiemel żgħar għandhom ikollhom il-possibilità li jimteddu.

Dawn il-figuri jvarjaw b'massimu ta' 10 % għal żwiemel kbar u ponijiet u b'massimu ta' 10 % for żwiemel żgħar u moħor, jiddependi mhux biss fuq il-piż u l-qies taż-żwiemel imma wkoll fuq il-kondizzjoni fiżika tagħhom, il-kondizzjonijiet meteoroloġiċi u l-ħin approssimat tal-vjaġġ.

Trasport bl-ajru

Ammonti ta' tagħbija ta' żwiemel rigward is-Superfiċi

0-100 kg

0,42 m2

100-200 kg

0,66 m2

200-300 kg

0,87 m2

300-400 kg

1,04 m2

400-500 kg

1,19 m2

500-600 kg

1,34 m2

600-700 kg

1,51 m2

700-800 kg

1,73 m2

Trasport bil-baħar

Piż f' kg

m2/annimal

200-300

0,90 -1,175

300-400

1,175 -1,45

400-500

1,45 -1,725

500-600

1,725 -2

600-700

2-2,25

B.   Annimali bovini

Trasport ferrovjarju

Kategorija

L-eqreb piż (f'kg)

Superfiċi f' m2/annimal

Għoġġiela żgħar

55

0,30 sa 0,40

Għoġġiela ta' daqs medju

110

0,40 sa 0,70

Għoġġiela tqal

200

0,70 sa 0,95

Baqar ta' daqs medju

325

0,95 sa 1,30

Baqar tqal

550

1,30 sa 1,60

Baqar tqal ħafna

> 700

> 1,60

Dawn il-figuri jistgħu ivarjaw mhux biss minħabba l-piż u l-qies ta' l-annimal imma wkoll fuq il-kondizzjoni fiżika tagħhom, il-kondizzjonijiet meteoroloġiċi u l-ħin approssimat tal-vjaġġ.

Trasport bit-triq

Kategorija

L-eqreb piż (f'kg)

Superfiċi f' m2/annimal

Għoġġiela żgħar

50

0,30 sa 0,40

Għoġġiela ta' daqs medju

110

0,40 sa 0,70

Għoġġiela tqal

200

0,70 sa 0,95

Baqar ta' piż medju

325

0,95 sa 1,30

Baqar tqal

550

1,30 sa 1,60

Baqar tqal ħafna

> 700

> 1,60

Dawn il-figuri jistgħu ivarjaw mhux biss minħabba l-piż u l-qies ta' l-annimal imma wkoll fuq il-kondizzjoni fiżika tagħhom, il-kondizzjonijiet meteoroloġiċi u l-ħin approssimat tal-vjaġġ.

Trasport bl-ajru

Kategorija

L-eqreb piż (f'kg)

Superfiċi f' m2/annimal

Għoġġiela

50

70

0,23

0,28

Baqar

300

500

0,84

1,27

Trasport bil-baħar

Piż f' kg

m2/annimal

200-300

0,81 -1,0575

300-400

1,0575 -1,305

400-500

1,305 -1,5525

500-600

1,5525 -1,8

600-700

1,8 -2,025

Annimali ħobbla għandhom jingħataw 10 % spazju aktar.

C.   Nagħaġ/mogħoż

Trasport ferrovjarju

Kategorija

Piż f' kg

Superfiċi f' m2/annimal

Nagħaġ imġiżża

< 55

0,20 sa 0,30

 

> 55

> 0,30

Nagħaġ mhux imġiżża

< 55

0,30 sa 0,40

 

> 55

> 0,40

Nagħaġ ħobbla

< 55

0,40 sa 0,50

 

> 55

> 0,50

Mogħoż

< 35

0,20 sa 0,30

 

35 sa 55

0,30 sa 0,40

 

> 55

0,40 sa 0,75

Mogħoż ħobbla fi stadju avvanzat

< 55

0,40 sa 0,50

 

> 55

> 0,50

Is-superfiċi indikat hawn fuq jista' jvarja skond ir-razza, il-qies, il-kondizzjoni fiżika u t-tul tas-suf ta' l-annimali, kif ukoll fuq il-kondizzjonijiet meteoroloġiċi u l-ħin tal-vjaġġ.

Trasport bit-triq

Kategorija

Piż f' kg

Superfiċi f' m2/annimal

Nagħaġ imġiżża u ħrief ta' 16 — il kg u aktar

< 55

0,20 sa 0,30

 

> 55

> 0,30

Nagħaġ imġiżża

< 55

0,30 sa 0,40

 

> 55

> 0,40

Nagħaġ ħobbla fi stadju avvanzat

< 55

0,40 sa 0,50

 

> 55

> 0,50

Mogħoż

< 35

0,20 sa 0,30

 

35 sa 55

0,30 sa 0,40

 

> 55

0,40 sa 0,75

Mogħoż ħobbla fi stadju avvanzat

< 55

0,40 sa 0,50

 

> 55

> 0,50

Is-Superfiċi indikat hawn fuq jista' jvarja skond ir-razza, il-qies, il-kondizzjoni fiżika u t-tul tas-suf ta' l-annimali, kif ukoll fuq il-kondizzjonijiet meteoroloġiċi u l-ħin tal-vjaġġ. Bħala indikazzjoni: għal ħrief żgħar, Superfiċi ta' anqas minn 0,2 m2 kull annimal tista' tiġi pprovduta.

Trasport bl-ajru

Ammonti ta' tagħbija ta' nagħaġ u mogħoż b'konsiderazzjoni tas-Superfiċi

Piż medju (f'kg)

Superfiċi għal kull nagħġa/mogħża (f'm2)

25

0,2

50

0,3

75

0,4

Trasport bil-baħar

Piż f' kg

m2/annimal

20 - 30

0,24 - 0,265

30 - 40

0,265 - 0,290

40 - 50

0,290 - 0,315

50 - 60

0,315 - 0,34

60 - 70

0,34 - 0,39

D.   Qżieqeż

Trasport ferrovjarju u bit-triq

Il-qżieqeż kollha għandu jkollhom il-possibilità li jimteddu ta' l-anqas u li jibqgħu fuq saqajhom.

L-ammont tat-tagħbija ta' qżieqeż ta' madwar il-100 kg m'għandux jeċċedi l-235 kg/m2, sabiex wieħed ikun konformi mal-kondizzjonijiet minimi.

Ir-razza, il-qies u l-kondizzjoni fiżika tal-qżieqeż tista' tfisser li s-Superfiċi minima meħtieġa hawn fuq għanda tiżdied; żjieda massima ta' 20 % tista' tkun meħtieġa skond il- kondizzjonijiet meteoroloġiċi u l-ħin tal-vjaġġ.

Trasport bl-ajru

L-ammont tat-tagħbija għandu jkun relattivament għoli sabiex jiġi evitat korriment waqt it-tluq u l-inżul jew fil-każ ta' turbolenzi, għalkemm l-annimali kollha għandhom ikunu jistgħu jimteddu. Il-klima, il-ħin tal-vjaġġ kollu u l-ħin tal-wasla għandu jiġu meħuda in konsiderazzjoni meta jiġi deċiż dwar l-ammont tat-tagħbija.

Piż medju

Superfiċi għal kull qażquż

15 kg

0,13 m2

25 kg

0,15 m2

50 kg

0,35 m2

100 kg

0,51 m2

Trasport bil-baħar

Piż f' kg

m2/annimal

10 jew anqas

0,20

20

0,28

45

0,37

70

0,60

100

0,85

140

0,95

180

1,10

270

1,50

E.   Tjur

L-ammonti applikabbli għat-trasport ta' tjur f'kontenituri

Superfiċi ta' art minima għandha tiġi pprovduta kif inhu ġej :

Kategorija

Superfiċi f'ċm2

Flieles ta' jum

21 - 25 għal kull fellus

Tjur differenti minn flieles ta' jum: piż f'kg

Superfiċi f'ċm2 għal kull kg

< 1,6

180 - 200

1,6 sa < 3

160

3 sa < 5

115

> 5

105

Dawn il-figuri jistgħu ivarjaw mhux biss minħabba l-piż u l-qies tat-tjur imma wkoll fuq il-kondizzjoni fiżika tagħhom, il-kondizzjonijiet meteoroloġiċi u l-ħin approssimat tal-vjaġġ.


(1)  ĠU L 358, 18.12.1986 p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar permezz tad- Direttiva 2003/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 230, 16.9.2003, p. 32).

(*)  Il-ħteġiet minimi tal-provvista ta' l-ilma stabbiliti fir-raba' kolonna jistgħu jiġu mibdula għall-ispeċi kollha permezz ta' provvista ta' l-ilma ta' l-10 % tal-piż attwali ta' l-annimali.

(**)  Il-wisa' standard ta' vaguni wżati huwa ta' 2,6 sa 2,7 m.


ANNESS II

IL-KTIEB TAL-VJAĠĠ

(kif imsemmi fl-Artikolu 5(4), Artikolu 8(2), punti (a) u (ċ) ta' l-Artikolu 14 u l-Artikolu 21(2))

1.

Persuna li tippjana vjaġġ twil, għandha tipprepara, tittimbra u tiffirma l-paġni kollha tal-ktieb tal-vjaġġ skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Anness.

2.

Il-ktieb tal-vjaġġ għandu jinkludi dawn it-taqsimiet:

 

Taqsima 1 — Ippjanar;

 

Taqsima 2 — Post tat-tluq;

 

Taqsima 3 — Post ta' destinazzjoni;

 

Taqsima 4 — Dikjarazzjoni minn trasportatur;

 

Taqsima 5 — Rapport dwar anomalija ta' kampjun.

Il-paġni tal-ktieb tal-vjaġġ għandhom jiġu mhemuża flimkien.

Mudelli ta' kull taqsima jinsabu mfassla fl-appendiċi hawn taħt.

3.

L-organizzatur għandu:

(a)

jidentifa kull dħul tal-vjaġġ permezz ta' numru ta' distinzjoni;

(b)

jassigura li kopja ffirmata u mimlija sħiħa tat-Taqsima 1 tal-ktieb tal-vjaġġ, mimlija kif xieraq barra n-numri taċ-ċertifikati veterinarji, tkun riċevuta mill-awtorità kompetenti tal-post tat-tluq, mill-anqas jumejn ta' xogħol qabel il-ħin tat-tluq bil-mod kif stabbilit mit-tali awtorità;

(ċ)

jikkonforma ma' istruzzjoni mogħtija mill-awtorita' kompetenti taħt il-punt (a) ta' l-Artikolu 14(1);

(d)

jassigura li l-ktieb tal-vjaġġ huwa ttimbrat kif inhu meħtieġ fl-Artikolu 14(1);

(e)

jassigura li l-ktieb tal-vjaġġ jakkompannja lill-annimali matul il-vjaġġ sal-post tad-destinazzjoni jew, fil-każ ta' esportazzjoni lejn pajjiż terz, mill-anqas sal-punt tal-ħruġ.

4.

Gwardjani fil-post tat-tluq u, meta l-post tad-destinazzjoni jinsab fit-territorju tal-Komunita', gwardjani fil-post tad-destinazzjoni, għandhom jimlew u jiffirmaw it-taqsimiet rilevanti tal-ktieb tal-vjaġġ. Għandhom jinfurmaw lill-awtorita' kompetenti b'kull riżerva dwar il-konformità mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament permezz ta' l-użu tal-formola kampjun tat-Taqsima 5 mill-aktar fis possibbli.

5.

Meta l-post tad-destinazzjoni jinsab ġot-territorju tal-Komunità, gwardjani fil-post tad-destinazzjoni għandhom iżommu l-ktieb tal-vjaġġ, ħlief it-Taqsima 4, għal mill-anqas tliet snin mid-data tal-wasla fil-post tad-destinazzjoni:

Il-ktieb tal-vjaġġ għandu jkun disponibbli għall-awtorita' kompetenti fuq talba.

6.

Meta l-vjaġġ ikun spiċċa fit-territorju tal-Komunita', it-trasportatur għandu jimla u jiffirma t-Taqsima 4 tal-ktieb tal-vjaġġ.

7.

Jekk l-annimali huma esportati lejn pajjiż terz, it-trasportatur għandu jagħti l-ktieb tal-vjaġġ lill-veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ.

F'każ ta' esportazzjoni ta' annimali bovini ħajjin b'rimbors, it-Taqsima 3 tal-ktieb tal-vjaġġ m'għandhiex tkun meħtieġa jekk il-leġislazzjoni agrikola tirrikjedi rapport.

8.

It-trasportatur imsemmi fit-Taqsima 3 tal-ktieb tal-vjaġġ għandu jżomm:

(a)

kopja tal-ktieb tal-vjaġġ komplet;

(b)

id-dokument tar-rekords jew kopja stampata kif inhu msemmi fl-Anness I jew fl-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 jekk il-vettura hija koperta mir-Regolament.

Id-dokumenti msemmija f' punti (a) u (b) għandhom ikunu disponibbli għall-awtorità kompetenti li taw l-awtorizzazzjoni lit-trasportatur u fuq talba ta' l-awtorità kompetenti tal-post tat-tluq, fi żmien xahar wara li ġiet kompluta u għandha tinżamm minn trasportatur għal perijodu ta' mill-anqas tliet snin mid-data ta' l-ispezzjoni.

Id-dokumenti msemmija f'punt (a) għandhom jiġu mogħtija lura lill-awtorita' kompetenti tal-post tat-tluq fi żmien xahar minn meta jispiċċa l-vjaġġ, jekk ma jkunux ġew użati s-sistemi msemmija fl-Artikolu 6(9). Għandhom jiġu stabbiliti verżjoni simplifikata tal-ktieb tal-vjaġġ u linji gwida għall-preżentazzjoni tar-rekords imsemmija fl-Artikolu 6(9) skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2), meta l-vetturi jkunu mgħammra bis-sistemi msemmija fl-Artikolu 6(9).

Appendiċi

TAQSIMA 1

PJANAR

Image

Test ta 'immaġni

TAQSIMA 2

POST TAT-TLUQ

Image

Test ta 'immaġni

TAQSIMA 3

POST TA' DESTINAZZJONI

Image

Test ta 'immaġni

TAQSIMA 4

DIKJARAZZJONI MINN TRASPORTATUR

Image

Test ta 'immaġni

TAQSIMA 5

RAPPORT KAMPJUN TA' ANOMALIJA Nru ……

Kopja tar-rapport ta' l-anomalija għandu jiġi akkumpajat permezz ta' kopja tat-taqsima 1 tal-ktieb tal-vjaġġ għandhom jiġu trażmessi lill-awtorita' kompetenti.

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

FORMOLI

(kif imsemmi fl-Artikoli 10(2), 11(2), 17(2) u 18(2))

KAPITOLU I

L-awtorizzazzjoni ta' trasportatur skond l-Artikolu 10(1)

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU II

Awtorizzazzjoni ta' trasportatur skond l-Artikolu 11(1)

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU III

Ċertifikat ta' kompetenza għal xufiera u akkumpanjaturi skond l-Artikolu 17(2)

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU IV

Ċertifikat ta' approvazzjoni tal-mezzi tat-trasport bit-triq għal vjaġġi twal skond l-Artikolu 18(2)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

TAĦRIĠ

1.

Xufiera ta' fuq it-triq u akkompanjaturi kif inhu msemmi fl-Artikolu 6(5) u fl-Artikolu 17(1) għandhom jispiċċaw it-taħriġ kif inhu pprovdut fil-paragrafu 2 u għaddew minn eżami approvat mill-awtorita' kompetenti, li għandha tassigura li l-eżaminaturi huma indipendenti.

2.

Il-korsijiet ta' taħriġ msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkldu mill-anqas l-aspetti tekniċi u amministrattivi tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-protezzjoni ta' l-annimali matul it-trasport u b'mod partikolari dawn li ġejjin:

(a)

l-Artikoli 3 u 4 u l-Annessi I u II;

(b)

il-fiżjoloġija ta' l-annimal u b'mod partikolari il-ħteġiet ta' l-ikel u x-xorb, l-imġieba ta' l-annimal u l-kunċett ta' stress;

(ċ)

aspetti prattiċi ta' tqandil ta' l-annimali;

(d)

impatt tas-sewqan fuq il-benesseri ta' l-annimali trasportati u l-kwalita' tal-laħam;

(e)

kura ta' emerġenza għall-annimali;

(f)

rekwiżiti tas-sigurta' għall-persunal li jqandel l-annimali.


ANNESS V

FTEHIM INTERNAZZJONALI

(kif inhu msemmi fl-Artikolu 21(1)(e))

Il-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta' l-annimali matul it-trasport internazzjonali.


ANNESS VI

STANDARDS INTERNAZZJONALI GĦALL-KONTENITURI, KABINI JEW STALEL XIERQA GĦAT-TRASPORT BL-AJRU TA' ANNIMALI ĦAJJIN

(kif inhu msemmi fl-Anness I, Kapitolu II (paragrafu 4.1))

Assoċjazzjoni għat-Trasport bl-Ajru Internazzjonali (IATA) regolamenti dwar l-annimali ħajjin il-31 edizzjoni, 1 ta' Ottubru 2004.