6.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

277


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/26/KE

tal-21 ta' Marzu 2005

Li tistabbilixxi lista ta’ ingredjenti ta’ l-ikel jew ta’ sustanzi li huma proviżorjament esklużi minn Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta' Marzu ta’l-2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fl-ambitu tat-tikkettjar, tal-preżentazzjoni u tar-reklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 6(11) tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE jistabbilixxi lista ta’ ingredjenti ta’ l-ikel li għandhom jiġu indikati fuq it-tikkettjar għaliex huwa possibbli li jikkawżaw rejazzjonijiet ta’ ħsara fuq individwi li huma suxxettibbli.

(2)

Skond id-Direttiva 2000/13/KE il-Kummissjoni tista’ proviżorjament teskludi ċerti ingredjenti jew prodotti ta' dawk l-ingredjenti mill-Anness IIIa ta' dik id-Direttiva, waqt li l-produtturi ta' l-ikel jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom jiżvolġu studji xjentifiċi sabiex jistabbilixxu li dawk l-ingredjenti jew prodotti huma konformi mal-kondizzjonijiet għall-esklużjoni minn dak l-Anness.

(3)

Il-Kummissjoni rċeviet 27 applikazzjoni dwar 34 ingredjent jew prodotti tagħhom, li minnhom 32 jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva, u li ġew sottomessi lill-Awtoritá dwar is-Sigurtá ta’ l-Ikel (EFSA) għall-opinjoni xjentifika.

(4)

Fuq bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mill-applikant, u fuq informazzjoni oħra disponibbli, l-EFSA kkunsidrat li ċerti prodotti mill-ingredjenti x’aktarx jew ftit li xejn ma jistgħu jikkawżaw rejazzjonijiet ta’ ħsara f’individwi li huma suxxettibbli. Għal ċerti każijiet, l-EFSA kkonkludiet li ma tistax toħroġ b’konklużjoni soda, għalkemm ma kienn hemm ebda rapport dwar xi każ.

(5)

Dawk il-prodotti jew ingredjenti huma konformi ma’ dawn il-kondizzjonijiet u għalhekk għandhom jiġu esklużi proviżorjament mill-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-ingredjenti jew sustanzi elenkati fl-Anness ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu esklużi mill-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE sal-25 ta’ Novembru ta’ l-2007.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn […], il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jaslu f’konformitá ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom, mingħajr ebda telf ta’ żmien, jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella li turi l-korrelazzjoni ta’ bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw tali dispożizzjonijiet mill-25 ta’ Novembru ta’ l-2005.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati bit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif it-tali referenza għandha ssir.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, nhar il-21 ta' Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/89/KE (ĠU L 308, 25.11.2003, p. 15.)


ANNESS

Lista ta’ ingredjenti ta’ l-ikel jew ta’ sustanzi li huma proviżorjament esklużi minn Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE

Ingredjenti

Prodotti tagħhom esklużi proviżorjament

Ċereali li fihom il-glutina

Ġulepp tal-glukosju bbażat fuq qamħ inkluż id-destrosju (1).

maltodextrins  (1) bbażati fuq qamħ.

Ġulepp tal-glukosju bbażat fuq ix-xgħir.

Ċereali użati fid-distillati għall-ispirti.

Bajd

Lysozym (prodott mill-bajd) użat fl-inbid.

Albumina (prodotta mill-bajd) użata bħala aġent ta’ raffinar fl-inbid u fis-sidru.

Ħut

Ġelatina tal-ħut li tintuża bħala mezz ta’ ħażna ta’ vitamini u ta’ aġenti ta’ togħmiet.

Ġelatina tal-ħut jew Isinglass użat bħala aġent ta’ raffinar fil-birra, fis-sidru u fl-inbid.

Sojja

Żejt u xaħam rrafinat tas-sojja (1).

Tocopherols imħallta naturalment (E306), tocopherol naturali D-alpha, tocopherol acetate D-alpha naturali, tocopherol D-alpha naturali succinate minn sorsi ta’ sojja.

Żjut veġetali derivati minn physterols u esteri ta’ phytosterol minn sorsi tas-sojja.

Esteri stanol ta’ pjanti prodotti minn sterols ta’ żjut veġetali minn sorsi tas-sojja.

Ħalib

Xorrox użat fid-distillati għall-ispirti.

Lactitol

Prodotti ta’ ħalib (kaseina) użati bħala aġenti ta’ raffinar fis-sidru u fl-inbid.

Ġwież

Ġwież użat fid-distillati għall-ispirti.

Ġwież (lewż, ġewż) użati (bħala agenti ta’ togħma) fl-ispirti.

Karfus

Weraq ta’ karfus u żejt taż-żrieragħ tal-karfus

Oleoresin taż-żrieragħ tal-karfus.

Mustarda

Żejt tal-mustarda

Żejt ta’ żrieragħ tal-mustarda

Oleorisin minn żrieragħ tal-mustarda.


(1)  u prodotti tagħhom, sa kemm il-proċess li għaddew minnu x’aktarx li ma jwassalx għal żieda fil-livell ta’ allerġeniċitá assessjata mill-EFSA għall-prodott kkonċernat li oriġinaw minnu.