27.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

113


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL (2005/776/PESK)

tas-7 ta' Novembru 2005

li temenda l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Moldova

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Marzu 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/265/PESK (1) li taħtar lis-Sur Adriaan JACOBOVITS de SZEGED bħala Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (EUSR) għall-Moldova.

(2)

Fit-28 ta' Lulju 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/584/PESK (2), li testendi l-mandat ta' l-EUSR sat-28 ta' Frar 2006.

(3)

Fit-2 ta' Ġunju 2005, il-President Voronim tal-Moldova u l-President Yuschenko ta' l-Ukraina bagħtu ittra konġunta fost l-oħrajn li titlob lill-Unjoni Ewropea teżamina l-possibbiltajiet li toffri assistenza biex jiġi stabbilit kontroll doganali internazzjonali fis-segment Transnistrijan tal-fruntiera ta' l-istati Moldova-Ukraina, kif ukoll biex jinħoloq mekkaniżmu effettiv ta' monitoraġġ internazzjonali fuq dan is-segment tal-fruntiera.

(4)

Fl-20 ta' Settembru 2005, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà qabel għall-istabbiliment ta' Missjoni ta' Fruntiera ta' l-UE għall-Moldova - Ukraina inkluż permezz tar-rinfurzar tal-grupp ta' l-EUSR għall-Moldova.

(5)

Tenut kont tal-kompiti l-ġodda ta' l-EUSR għall-Moldova fir-rigward tal-Missjoni ta' Fruntiera ta' l-UE għall-Moldova - Ukraina, il-mandat tiegħu għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2005/265/PESK hija hawnhekk emendata kif ġej:

(a)

il-punt li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 2(1):

“(g)

biex tittejjeb l-effettività tal-kontrolli tal-fruntiera u doganali u s-sorveljanza ta' l-attivitajiet tal-fruntiera fil-Moldova u fl-Ukraina tul il-fruntiera komuni tagħhom, b'attenzjoni partikolari fuq it-taqsima Transnistrijana, jiġifieri permezz ta' Missjoni ta' Fruntiera ta' l-UE.”

;

(a)

il-punt li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 3(1):

“(e)

permezz ta' grupp ta' appoġġ immexxi mill-Konsulent Politiku Anzjan għall-EUSR:

(i)

tiġi żgurata ħarsa politika ġenerali ta' żviluppi u attivitajiet relatati mal-fruntiera ta' l-istati Moldova - Ukraina;

(ii)

issir analiżi ta' l-impenn politiku tal-Moldova u ta' l-Ukraina biex tittejjeb il-ġestjoni tal-fruntiera;

(iii)

tiġi promossa kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta' fruntiera bejn in-naħat tal- Moldova u ta' l-Ukraina, anki bil-ħsieb li jinbnew pre-kondizzjonijiet għal soluzzjoni għall-konflitt Transnistrijan.”

;

(ċ)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri l-ispiża relatata mal-mandat ta’ l-EUSR għandu jkun ta’ EUR 430 000.”

;

(d)

fl-Artikolu 8, il-paragrafu uniku għandu jsir il-paragrafu 1 u għandu jiżdied paragrafu ġdid għandu jiżdied kif ġej:

“2.   Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw, kull wieħed skond is-setgħat rispettivi tagħhom, konsistenza bejn l-implimentazzjoni ta' din l-Azzjoni Konġunta u attivitajiet esterni tal-Komunità skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3 tat-Trattat. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw għal dan il-għan.”

;

(e)

it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 10 għandu jinbidel b'li ġej:

“Għandu japplika sat-28 ta' Frar 2006.”

.

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2005.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Maghmula fi Brussel, 7 ta' Novembru 2005.

Ghall-Kunsill

Il-President

J. STRAW


(1)  ĠU L 81, 30.3.2005, p. 50.

(2)  ĠU L 199, 29.7.2005, p. 95.