31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

228


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Lulju 2005

li taħtar membru supplenti tar-Renju Unit tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2005/507/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern tar-Renju Unit,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Jannar 2002 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2002/60/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2002 sal-25 ta' Jannar 2006.

(2)

Post ta' membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara li skada l-mandat tas-Sur William SPEECHLEY,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Huwa maħtur membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2006 is-Sur David PARSONS, Councillor, Leicestershire County Council biex jieħu post is-Sur William SPEECHLEY.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Lulju 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BROWN


(1)  ĠU L 24, 26.1.2002, p. 38.