12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

211


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Lulju 2005

li temenda d-Deċiżjoni 2002/472/KE li tistipula kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd mir-Repubblika tal-Bulgarija

(notifikata taħt dokument numru C(2005) 2454)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/497/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWOPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KE tat-22 ta' Lulju 1991 li tistipula l-kundizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/472/KE li tistipula kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd mir-Repubblika tal-Bulgarija (2) tipprovdi li ż-żieda ta' stabbilimenti u bastimenti ġodda mal-lista ta' stabbilimenti u bastimenti li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd mill-Bulgarija se jeħtieġu spezzjoni Komunitarja.

(2)

Id-Deċiżjoni 2002/472/KE tipprovdi wkoll li t-tnaqqis fil-frekwenza ta' kontrolli fiżiċi, stipulata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KE (3) ma jiġix applikat għal prodotti tas-sajd impurtati mill-Bulgarija.

(3)

Ir-riżultati ta' żjara ta' spezzjoni mill-esperti tal-Kummissjoni tindika li l-Bulgarija issa tissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex tipprovdi garanziji sanitarji li huma għallinqas daqs dawk applikati fil-Komunità. Fid-dawl ta' dak ir-riżultat huwa xieraq li tingħata l-konċessjoni fir-rigward tat-tnaqqis fil-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi, li jiġu inklużi stabbilimenti ġodda fil-lista u li tiġi applikata l-proċedura stipulata fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 95/408/KE (4) għal emendi ġejjiena ta' dik il-lista.

(4)

Id-Deċiżjoni 2002/472/EC għandha, għalhekk, tiġi emendata kif xieraq.

(5)

Jixraq li din id-Deċiżjoni tiġi applikata 45 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali biex b'hekk isir provvediment għall-perjodu tranżitorju meħtieġ.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2002/472/KE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikoli 4 u 5 huma mħassra;

2.

L-Annessi I u II jinbidlu bit-test li hemm fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mit-28 ta’ Awwissu 2005.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-12 ta’ Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 15. Direttiva kif ġiet emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 163, 21.6.2002, p. 24.

(3)  ĠU L 158, 25.6.1994, p. 41. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament Nru 2002/237/KE (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 40).

(4)  ĠU L 243, 11.10.1995, p. 17. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva Nru 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).


ANNESS

ANNESS I

ĊERTIFIKAT SANITARJU

għall-prodotti ta' l-industrija tas-sajd importati mill-Bulgarija u maħsuba għall-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea bl-esklużjoni ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar fi kwalunkwe għamla

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS II

LISTA TA' STABBILIMENTI U BASTIMENTI

Nru ta' l-approvazzjoni

Isem

Belt

Reġjun

Skadenza ta' l-Approvazzjoni

Kategorija

Rimarki

BG 051 3001

Maxim-G Keranov

Vidin – id-Distrett ta’ Novo Sello

 

PP

 

BG 161 3002

Parpen Chobanov

Plovdiv – id-Distrett ta’ Boliartsi

 

PP

 

BG 211 3002

Salvenius ReyaFish

Smolyan – id-Distrett ta’ Dospat

 

PP

 

BG 261 3001

Euro Pesca, Ltd company

Svolengrad – id-Distrett ta’ Haskovo

 

PP

 

BG 051 3002

Beluga AD

il-Belt ta' Vidin – ir-Reġjun ta' Vidin

 

PP

 

BG 021 3024

Buljac AD

il-Belt ta' Bourgas – ir-Reġjun ta' Bourgas

 

PP

 

BG 020 3001

Buljac AD

il-Belt ta' Bourgas – ir-Reġjun ta' Bourgas

 

PP

A

Tifsira tal-Kategorija:

PPa

Impjant li jipproċessa esklussivament jew parzjalment materjali li jiġu mill-akkwakoltura (prodotti mrobbija).