12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
211 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Lulju 2005
li temenda d-Deċiżjoni 2002/472/KE li tistipula kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd mir-Repubblika tal-Bulgarija
(notifikata taħt dokument numru C(2005) 2454)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/497/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWOPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KE tat-22 ta' Lulju 1991 li tistipula l-kundizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/472/KE li tistipula kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd mir-Repubblika tal-Bulgarija (2) tipprovdi li ż-żieda ta' stabbilimenti u bastimenti ġodda mal-lista ta' stabbilimenti u bastimenti li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta' prodotti tas-sajd mill-Bulgarija se jeħtieġu spezzjoni Komunitarja. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2002/472/KE tipprovdi wkoll li t-tnaqqis fil-frekwenza ta' kontrolli fiżiċi, stipulata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KE (3) ma jiġix applikat għal prodotti tas-sajd impurtati mill-Bulgarija. |
(3) |
Ir-riżultati ta' żjara ta' spezzjoni mill-esperti tal-Kummissjoni tindika li l-Bulgarija issa tissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex tipprovdi garanziji sanitarji li huma għallinqas daqs dawk applikati fil-Komunità. Fid-dawl ta' dak ir-riżultat huwa xieraq li tingħata l-konċessjoni fir-rigward tat-tnaqqis fil-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi, li jiġu inklużi stabbilimenti ġodda fil-lista u li tiġi applikata l-proċedura stipulata fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 95/408/KE (4) għal emendi ġejjiena ta' dik il-lista. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2002/472/EC għandha, għalhekk, tiġi emendata kif xieraq. |
(5) |
Jixraq li din id-Deċiżjoni tiġi applikata 45 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali biex b'hekk isir provvediment għall-perjodu tranżitorju meħtieġ. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2002/472/KE hija emendata kif ġej:
1. |
L-Artikoli 4 u 5 huma mħassra; |
2. |
L-Annessi I u II jinbidlu bit-test li hemm fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mit-28 ta’ Awwissu 2005.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar it-12 ta’ Lulju 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 15. Direttiva kif ġiet emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(2) ĠU L 163, 21.6.2002, p. 24.
(3) ĠU L 158, 25.6.1994, p. 41. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament Nru 2002/237/KE (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 40).
(4) ĠU L 243, 11.10.1995, p. 17. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva Nru 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).
ANNESS
ANNESS I
ĊERTIFIKAT SANITARJU
għall-prodotti ta' l-industrija tas-sajd importati mill-Bulgarija u maħsuba għall-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea bl-esklużjoni ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar fi kwalunkwe għamla
Test ta 'immaġni Test ta 'immaġniANNESS II
LISTA TA' STABBILIMENTI U BASTIMENTI
Nru ta' l-approvazzjoni |
Isem |
Belt Reġjun |
Skadenza ta' l-Approvazzjoni |
Kategorija |
Rimarki |
||
BG 051 3001 |
Maxim-G Keranov |
Vidin – id-Distrett ta’ Novo Sello |
|
PP |
|
||
BG 161 3002 |
Parpen Chobanov |
Plovdiv – id-Distrett ta’ Boliartsi |
|
PP |
|
||
BG 211 3002 |
Salvenius ReyaFish |
Smolyan – id-Distrett ta’ Dospat |
|
PP |
|
||
BG 261 3001 |
Euro Pesca, Ltd company |
Svolengrad – id-Distrett ta’ Haskovo |
|
PP |
|
||
BG 051 3002 |
Beluga AD |
il-Belt ta' Vidin – ir-Reġjun ta' Vidin |
|
PP |
|
||
BG 021 3024 |
Buljac AD |
il-Belt ta' Bourgas – ir-Reġjun ta' Bourgas |
|
PP |
|
||
BG 020 3001 |
Buljac AD |
il-Belt ta' Bourgas – ir-Reġjun ta' Bourgas |
|
PP |
A |
||
Tifsira tal-Kategorija:
|