18.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

250


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-4 ta' April 2005

dwar ċertifikati ssimplifikati għall-importazzjoni fis-semen ta' l-annimali ta' l-ifrat u laħam frisk tal-majjal mill-Kanada u li temenda d-Deċiżjoni 2004/639/KE

(innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 1002)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/290/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE ta' l-14 ta' Diċembru 1998 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada fuq miżuri sanitarji biex jiġu protetti s-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ ta' l-annimali ħajjin u prodotti ta' l-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1988 li tistipola l-ħtiġijiet għas-saħħa ta' l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjonijiet tas-semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat (2), b'mod partikulari l-Artikoli 10(2) u 11(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 71/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar problemi dwar ispezzjonijiet ta' saħħa u veterinarji fuq l-importazzjoni ta' annimali ta' l-ifrat, ovini u kaprini u ħnieżer, laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi (3), u b'mod partikulari l-Artikoli 16(1) u 22(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistipola r-regoli dwar is-saħħa ta' l-annimali dwar il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li ġejjin mill-annimali maħsuba għal konsum tal-bniedem (4), b'mod partikulari l-Artikoli 8(4) u 9(4)(b) tagħha.

Billi:

(1)

Anness V għall-Ftehim tas-17 ta' Diċembru 1998 bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji biex jiġu protetti s-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali f'dak li għandu x'jaqsam man-negozju ta' l-annimali ħajjin u prodotti ta' annimali ('il-Ftehim') jistabbilixxi l-miżuri għas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali għal importazzjonijiet fil-Komunità ta' ċertu annimali u prodotti tagħhom għal liema għandha tiġi rikonoxxuta ekwivalenza.

(2)

Anness VII għal dan il-Ftehim jipprovdi għal attestazzjonijiet uffiċjali simplifikati għas-saħħa ta' l-annimali u/jew dik pubblika li għandhom jiġu inklużi fiċ-ċertifikat mudell tas-saħħa għal importazzjonijiet fil-Komunità ta' annimali ħajjin u prodotti ta' l-annimali għal liema l-ekwivalenza tal-miżuri (Iva-1) ġiet rikonoxxuta.

(3)

Ġiet rikonoxxuta ekwivalenza għas-semen tal-bovini f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħtiġijiet tas-saħħa ta' l-annimali fuq il-bażi tad-Direttiva 88/407/KEE, kif emendata mid-Direttiva 2003/43/KE (5), u għalhekk iċ-ċertifikat mudell simplifikat għas-semen tal-bovini għandu jiġi stabbilit.

(4)

Għandu jiġi kjarit li l-użu taċ-ċertifikati mudell tas-saħħa ta' l-annimali stipulat fid-Deċiżjoni 2004/639/KE tas-6 ta' Settembru 2004 li tistipola il-kundizzjonijiet ta' l-importazzjoni tas-semen ta' l-annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat (6) huwa mitlub mingħajr preġudizzju għall-ħtiġijiet ta' ċertifikazzjoni speċifiċi bbażati fuq ftehim ta' ekwivalenza bejn il-Komunità u pajjiżi terzi. Id-Deċiżjoni 2004/639/KE għalhekk għandha tiġi emendata skond dan.

(5)

L-ekwivalenza ġiet rrikonoxxuta f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħtiġijiet tas-saħħa pubblika għal-laħam tal-majjal iżda mhux għal ħtiġijiet tas-saħħa ta' l-annimali. Għalhekk is-simplifikazzjoni bbażata fuq l-ekwivalenza taċ-ċertifikat mudell għal-laħam tal-majjal għandu jkopri biss miżuri ta' saħħa pubblika.

(6)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/119/KE tat-22 ta' Diċembru 1993 dwar il-protezzjoni ta' l-annimali fil-ħin tal-qtil (7) jipprovdi li ċ-ċertifikati tas-saħħa li jaslu mal-laħam li jiġi importat minn pajjiż terz għandu jkun issupplimentat minn attestazzjoni li tiċċertifika li l-annimali msemmija f'dik id-Direttiva kienu ġew maqtula taħt kundizzjonijiet li joffru garanzija ta' trattament mhux krudili għallinqas ekwivalenti għal dawk ipprovduti f'dik id-Direttiva. Dik l-attestazzjoni għandha tiġi inkluża fiċ-ċertifikat mudell għal-laħam tal-majjal frisk stipulat f'din id-Deċiżjoni.

(7)

Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il- Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIZJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri ser jawtorizzaw l-importazzjoni mill-Kanada tas-semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni stipulati fiċ-ċertifikat mudell stipulat fl-Anness I, u mehmuż b'ċertifikat bħal dan komplut b'mod korrett u maħruġ qabel it-tluq tal-kunsinna mill-Kanada.

Artikolu 2

L-Istati Membri ser jawtorizzaw l-importazzjoni mill-Kanada ta' laħam frisk tal-majjal domestiku li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni stipulati fiċ-ċertifikat mudell stipulat fl-Anness II, u mehmuż b'ċertifikat bħal dan komplut b'mod korrett u maħruġ qabel it-tluq tal-kunsinna mill-Kanada.

Artikolu 3

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2004/639/KE, il-paragrafu 4 li ġej huwa miżjud:

“4.   Il-ħtieġa stipulata fil-paragrafu 1 biex jintuża' ċ-ċertifikat mudell għas-saħħa ta' l-annimali stipulat fl-Anness II, parti 1, ser ikun mingħajr preġudizzju lejn il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċertifikazzjoni u ċ-ċertifikati mudell adottati skond il-ftehim bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi wara rikonoxxenza ta' ekwivalenza.”

Artikolu 4

Għal perijodu ta' transizzjoni li ma jaqbiżx id-90 ġurnata mid-data ta' l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri ser jawtorizzaw l-importazzjoni mill-Kanada ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovini u ta' laħam frisk tal-majjal domestiku taħt iċ-ċertifikat mudell applikabbli qabel id-data ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fl-4 ta' April 2005.

Ghall-Kummissjoni

Is-Sur Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 71, tat-18.3.1999, p. 1.

(2)  ĠU L 194, tat-22.7.1998, p. 10. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/101/KE (ĠU L 30, ta' l-4.2.2004, p. 15).

(3)  ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 24. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

(4)  ĠU L 18, tat-23.1.2003, p. 11.

(5)  ĠU L 143, tal-11.6.2003, p. 23.

(6)  ĠU L 292, tal-15.9.2004, p. 21.

(7)  ĠU L 340, tal-31.12.1993, p. 21. Direttiva emendata bir-regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).


ANNESS I

Ċertifikat tas-Saħħa għas-Semen ta' Annimali Domestiċi ta' l-Ispeċi ta' l-Ifrat

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Ċertifikat tas-Saħħa ta' l-Annimali u dik Pubblika għal-Laħam Frisk tal-Majjal Domestiku

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni