7.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
293 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2183/2004
tas-6 ta' Diċembru 2004
li jestendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti ta' l-euro
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Meta adotta r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 (2) l-Kunsill indika li r-Regolament għandu japplika fl-Istati Membri parteċipanti kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta' Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni ta' l-euro (3), |
(2) |
Madankollu, huwa importanti li r-regoli dwar midalji u tokens simili għall-muniti ta' l-euro għandhom ikunu uniformi madwar il-Komunitá kollha, u d-disposizzjonijiet meħtieġa għandhom jiġu adottati għal dak l-għan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2182/2004 għandha tiġi estiża għal Stati Membri barra mill-Istati Membri parteċipanti kif definit fir-Regolament (KE) Nru. 974/98.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, nhar is-6 ta' Diċembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
H. HOOGERVORST
(1) Opinjoni mogħtija fl-1 ta' April 2005.
(2) GU L 373, 21.12.2004, p.1.
(3) ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament/(KE) Nru 2596/2000 (ĠU L 300, 29.11.2000 p. 2.)