7.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

293


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2183/2004

tas-6 ta' Diċembru 2004

li jestendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti ta' l-euro

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Meta adotta r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 (2) l-Kunsill indika li r-Regolament għandu japplika fl-Istati Membri parteċipanti kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta' Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni ta' l-euro (3),

(2)

Madankollu, huwa importanti li r-regoli dwar midalji u tokens simili għall-muniti ta' l-euro għandhom ikunu uniformi madwar il-Komunitá kollha, u d-disposizzjonijiet meħtieġa għandhom jiġu adottati għal dak l-għan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2182/2004 għandha tiġi estiża għal Stati Membri barra mill-Istati Membri parteċipanti kif definit fir-Regolament (KE) Nru. 974/98.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar is-6 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

H. HOOGERVORST


(1)  Opinjoni mogħtija fl-1 ta' April 2005.

(2)  GU L 373, 21.12.2004, p.1.

(3)  ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament/(KE) Nru 2596/2000 (ĠU L 300, 29.11.2000 p. 2.)