32004R0862



Official Journal L 161 , 30/04/2004 P. 0035 - 0043


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 862/2004

tad-29 ta' April 2004

li jaddatta r-Regolament (KE) Nru 2888/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-kamp tat-trasport, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jirrigwarda l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvija, ir-Repubblika tal-Lituwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea [1] (minn issa 'l quddiem imsejjaħ it-"Trattat ta' l-Adeżjoni") u b'mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvija, ir-Repubblika tal-Lituwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea [2](minn issa 'l quddiem imsejjaħ l-Att ta' l-Adeżjoni) u b'mod partyikolari l-Artiklu 57(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Rigward ċerti atti li jibqgħu validi lil hemm mill-1 ta' Mejju 2004 u jeħtieġu l-addattament minħabba l-Adeżjoni, l-adattamenti meħtieġa ma kienux ipprovvduti fl-Att ta' l-Adeżjoni, jew kienu pprovvduti, imma jeħtieġu aktar addattamenti. Dawn l-addattamenti kollha jeħtieġu li jiġu addottati qabel l-adeżjoni għalbiex jidħlu fis-seħħ mill-adeżjoni.

(2) Skond l-Artikolu 57(2) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, dawn l-addattamenti jridu jiġu addottati mill-Kunsill fil-każijiet kollha meta l-Kunsill waħdu jew b'mod konġunt ma' l-Unjoni Ewropea jkun addotta l-att oriġinali.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 2888/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar it-tqassim tal-permessi tal-vetturi tqal tal-merkanzija li jivvjaġġaw fl-Isvizzera għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq [3],

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi mar-Regolament (KE) Nru 2888/2000 għandhom jiġu mibdula bit-test iddikjarat fl-Anness

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni u mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

M. McDowell

[1] ĠU L 236, tat-23.9.2003, p. 17.

[2] ĠU L 236, tat-23.9.2003, p. 33.

[3] ĠU L 336, tat-30.12.2000, p. 9.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS I

L-Iskala għall-allokazzjoni tal-permessi ta' "toqol sħiħ"

Il-Kummissjoni għandha talloka l-permessi ta' "toqol sħiħ" (full-weight) skond l-iskala li ġejja:

L-Istat Membru | % |

Il-Belġju | 6,9 |

Id-Danimarka | 1,4 |

Il-Ġermanja | 25 |

Il-Greċja | 0,9 |

Spanja | 2 |

Franza | 15 |

L-Irlanda | 0,85 |

L-Italja | 24 |

Il-Lussemburgu | 1,45 |

L-Olanda | 8,9 |

L-Awstrija | 8 |

Il-Portugall | 0,7 |

Il-Finlandja | 0,8 |

L-Isvezja | 0,75 |

Ir-Renju Unit | 3,35 |

Total: | 100 |

In-numru totali tal-permessi li jridu jiġu allokati jrid jammonta għal 300000 fis-snin 2001 u 2002 u għal 400000 fis-snin 2003 u 2004.

Għall-perjodu taż-żmien mill-1 ta' Jannar 2004 sal-31 ta' Diċembru 2004, il-Kummissjoni għandha talloka 10000 permess ta' "toqol sħiħ" addizzjonali lill-Istati Membri skond l-iskala li ġejja:

L-Istat Membru | In-Numru tal-permessi |

Ir-Repubblika Ċeka | 3164 |

L-Estonja | 440 |

Ċipru | 66 |

Latvija | 132 |

Il-Lituwanja | 308 |

L-Ungerija | 1934 |

Malta | 352 |

Il-Polonja | 2109 |

Is-Slovenja | 1055 |

Is-Slovakja | 440 |

It-Total | 10000 |

L-ANNESS II

L-Iskala għall-allokazzjoni tal-permessi "battala" (empty).

Il-Kummissjoni għandha talloka permessi "battala" lill-Istati Membri skond l-iskala li ġejja: In-Numru ta' permessi "battala" disponibbli kull sena

L-Istat Membru | 2001 - 2004 |

Il-Belġju | 14067 |

Id-Danimarka | 1310 |

Il-Ġermanja | 50612 |

Il-Greċja | 5285 |

Spanja | 1500 |

Franza | 16126 |

L-Irlanda | 220 |

L-Italja | 93012 |

Il-Lussemburgu | 3130 |

L-Olanda | 21517 |

L-Awstrija | 2183 |

Il-Portugall | 192 |

Il-Finlandja | 867 |

L-Isvezja | 381 |

Ir-Renju Unit | 9598 |

Total: | 220000 |

Għall-perjodu taż-żmien mill-1 ta' Jannar 2004 sal-31 ta' Diċembru 2004, il-Kummissjoni għandha talloka 5500 permess "battal" addizzjonali lill-Istati Membri skond l-iskala li ġejja:

L-Istat Membru | In-Numru tal-permessi |

Ir-Repubblika Ċeka | 1741 |

L-Estonja | 242 |

Ċipru | 36 |

Il-Latvija | 73 |

Il-Lituwanja | 169 |

L-Ungerija | 1064 |

Malta | 193 |

Il-Polonja | 1160 |

Is-Slovenja | 580 |

Is-Slovakja | 242 |

It-Total | 5500 |

L-ANNESS III

Il-Metodoloġija għalbiex tiġi stabbilita l-allokazzjoni tal-permessi

L-Allokazzjoni tal-permessi stabbiliti fl-Annessi I u II iridu jsiru fuq il-bażi tal-metodoloġija li ġejja:

1. L-Istati Membri tal-permessi

"ta' toqol sħiħ" tal-KE-15

Inizjalment kull wieħed mill-Istati Membri jrid jirċievi 1500 permess. Wara dan, il-permessi li jifdlu jridu jiġu allokati f'partijiet indaqs fuq il-bażi tal-kriterji li għandhom x'jaqsmu mal-ħidmiet bilaterali tat-traffiku u l-ħidmiet tat-traffiku fit-transitu. Dan ir-riżultat irid jiġi aġġustat kemmxejn sabiex iqis is-sitwazzjoni ġografika speċifika ta' ċerti Stati Membri.

It-Traffiku bilaterali

L-allokazzjoni trid issir fuq il-bażi ta' l-ishma ta' l-Istati Membri fit-trasport bilaterali lejn u mill-Isvizzera.

It-Traffiku fit-transitu

L-allokazzjoni trid issir fuq il-bażi ta' l-ishma tal-vetturi tqal irreġistrati fl-Istat Membru interessat fin-numru totali ta' kilometri tad-direzzjoni mibdula fit-traffiku trans-Alpin bit-triq mit-tramuntana għan-nofs in-nhar u min-nofs in-nhar għat-tramuntana bħala riżultat tar-restrizzjonijiet korrenti fl-Isvizzera dwar it-toqol.

In-numru tal-mili bid-direzzjoni mibdula jrid jiġi kkalkolat bħala d-differenza bejn id-distanza attwali tal-vjaġġi trans-Alpini u l-iqsar distanza minn ġo l-Isvizzera. In-numru tal-mili minn ġo l-Isvizzera jrid jiġi aġġustat biż-żieda ta' 60 kilometru għalbiex iqis id-dewmien fuq il-fruntieri u l-kondizzjonijiet tat-traffiku bit-triq. Rigward dawk l-Istati Membri meta l-metodu tal-kalkolu msemmi hawn fuq iwassal għal ammont inqas minn 200, l-allokazzjoni trid tiġi stabbilita fil-livell ta' 200 permess.

Il-Permessi "battala"

Il-permessi "battala" jridu jiġu allokati fuq il-bażi ta' l-ishma tal-vetturi rreġistrati fl-Istati Membri fit-traffiku tat-transitu minn ġo l-Isvizzera tal-vetturi b'toqol ta' tagħbija ta' bejn is-7.5 u t-28 tunnellata metrika.

2. Il-Permessi ta'

"toqol sħiħ" ta' l-Istati Membri

L-Istati Membri li kkonkludew ftehimijiet bilaterali ma' l-Isvizzera (ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovenja) iridu jirċievu mill-inqas l-istess numru ta' permessi li jkunu rċevew skond il-ftehimijiet bilaterali għall-perjodu taż-żmien mill-1 ta' Mejju 2004 sal-31 ta' Diċembru 2004 jekk dawn il-ftehimijiet ikunu skkotaw fis-seħħ matul is-sena 2004. Ċipru, Malta u s-Slovakkja huma allokati l-permessi fuq il-bażi ta' l-ishma tagħhom fit-trasport lejn u mill-Isvizzera kif ukoll fit-transitu minn ġo fiha fis-sena 2002. Il-bqija tal-permessi disponibbli għall-għaxar Stati Membri ġodda irid jiġi allokat fuq bażi pro-rata.

Il-Permesssi "battala"

Mogħti illi l-Komunità trid tirċievi 5500 permess "battal", li jammontaw għal 55 % tan-numru tal-permessi ta' "toqol sħiħ", il-pemessi "battala" jridu jkunu allokati skond dan il-proporzjon.

"

--------------------------------------------------