32004R0830



Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0031 - 0032


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 830/2004

tas-26 ta' April 2004

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jiddiffenixxi għall-perijodu taż-żmien mill-1 ta' Jannar 2004 sal-31 ta' Diċembru 2008, l-opportunutajiet ta' sajd u l-kumpens finanzjarju li hemm provvediment dwaru fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Guinea dwar is-sajd 'il barra mill-kosta tal-Guinea

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37 b'konnessjoni ma' l-Artikolu 300(2), u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) Bis-saħħa tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 15 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Guinea dwar is-sajd il-barra mill-kosta tal-Guinea (Il-Ftehim) [2], iż-żewġ partijiet wettqu negozjati sabiex jiddetterminaw xi emendi jew żidiet li għandhom isiru għall-Ftehim fit-tmiem tal-perijodu ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll anness miegħu.

(2) Bħala riżultat ta' dawn in-negozjati, Protokoll ġdid li jiddiffenxxi l-perijodu mill-1 ta' Jannar 2004 sal-31 ta' Diċembru 2008 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim kien ġie inizjalat fis-27 ta' Ġunju 2003.

(3) Il-metodu ta' l-allokazzjoni tal-possibilitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri għandu tkun definit fuq il-bażi ta' l-allokazzjoni tradizzjonali tal-possibiltajiet tas-sajd skond il-Ftehim dwar is-Sajd.

(4) Huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova dan il-Protokoll,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Protokoll li jiddiffenixxi għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2004 sal-31 ta' Diċembru 2008, l-opportunutajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju li hemm provvediment dwaru bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Guinea dwar is-sajd 'il barra mill-kosta tal-Guinea huwa b'dan appruvat f'isem il-Komunità.

It-test ta' dan il-Protokoll huma mehmuż ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1. L-opportunitajiet tas-sajd li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim għandhom ikunu allokati bejn l-Istati Membri kif ġej:

(a) sajt għall-gambli:

- Spanja: 1050 GRT,

- Portugall: 300 GRT,

- Greċja: 150 GRT;

(b) dgħajjes tas-sajd tat-tonn bit-tartarun:

- Franza: 17 dgħajjes

- Spanja: 17 il-dgħajsa;

(ċ) dgħajjes tas-sajd għat-ton bil-qasba u x-xlief:

- Franza: 7 dgħajjes

- Spanja: 7 il-dgħajsa;

(d) dgħajjes tas-sajd bil-konz tal-wiċċ:

- Spanja: 8,

- Portugall: 1.

2. L-opportunitajiet tas-sajd li hemm provvediment dwarhom fil-Protokoll għall-ħut tal-pinna u ċ-ċefalodi għandhom ikunu allokati bejn l-Istati Membri kif ġej:

- Spanja: 844 GRT

- Italja: 750 GRT

- Greċja: 906 GRT

3. Jekk l-opportunitajiet tas-sajd ikunu miżjuda mill-2005 kif inqabbla mal-2004 bi qbil ma l-Artikolu 1 tal-Protokoll, dawm iż-żidiet għandhom ikunu allokati bi proporżjoni ta' l-opportunitajiet tas-sajd indikati għall-2004.

4. Jekk l-applikazzjonijiet għal-liċenzi minn dawn l-Istati Membri ma jkoprux l-opportunijiet tas-sajd kollha li hemm provvediment dwarhom fil-Protokoll, il-Kummissjoni tista' tikkonsidra applikazzjonijiet minn kwalunkwe Stat Membru ieħor.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fis-26 ta' April 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Walsh

[1] Opinjoni mogħtija fl-1 ta' April 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 111, tas-27.4.1983, p. 1.

--------------------------------------------------