32004R0828



Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0023 - 0024


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 828/2004

tas-26 ta' April 2004

li jipprojbixxi l-importazzjoni ta' pixxispad (Xiphias gladius) mill-Atlantiku li joriġina fis-Sierra Leone u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2093/2000

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Ir-riżorsi tal-ħut, li huma riżorsi naturali li jistgħu ikunu eżawriti, għandhom ikunu mħarsa fl-interessi tal-bilanċi boloġiċi u s-sigurtà globali ta' l-ikel.

(2) Fil-1995 il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta' l-Atlantiku (ICCAT), li magħha il-Komunità Ewropea hija parti kontraenti, adottat, sabiex tassigura l-konservazzjoni effettiva tal-ispeċje, pjan ta' azzjoni sabiex tasigura l-effettività tal-programm ta' konservazzjoni għall-pixxispad ta' l-Atlantiku.

(3) Il-ħażniet ikkonċernati ma jistgħux ikunu amministratti b'mod effettiv mill-partijiet kontraenti ICCAT, li s-sajjieda tagħhom huma obbligati li jnaqqsu il-qabdiet tagħhom tal-pixxispad ta' l-Atlantiku, sakemm il-partijiet mhux-kontraenti li jistgħadu għall-pixxispad ta' l-Atlantiku jikkoperaw mal-ICCAT u jkunu konformi mal-miżuri tagħha dwar il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni.

(4) Fil-1998 l-ICCAT identifikat lill-Beliż, u lill-Ħonduras, u fil-2002 lill-Sjerra Leone, bħala l-pajjiżi li d-dgħajjes tagħhom jistgħadu għall-pixxispad ta' l-Atlantiku b'manjera li tnaqqas l-effettività tal-miżuri tal-konservazzjoni tal-pixxispad mill-organizzazzjoni, issosstanzjat is-sejbiet tagħha mad-dettalji li jikkonċernaw il-qabdiet, il-kummerċ u l-attivitajiet tad-dgħajjes.

(5) L-importazzjoni tal-pixxispad ta' l-Atlantiku li toriġina fil-Beliż u Ħonduras hija preżentament ipprojbita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2093/2000 tat-28 ta' Settembru 2000 li jipprojbixxi l-importazzjoni tal-pixxispad ta' l-Atlantiku (Xiphias gladius) li joriġina mill-Beliż u l-Ħonduras [1].

(6) L-ICCAT ikkonsidrat it-tisħieħ tal-koperazzjoni mal-Ħonduras għall-konservazzjoni tat-tonn tal-pixxispad ta' l-Atlantiku. Fil-laqgħa annwali tagħha tal-2001 hija irrakkomandat it-tneħħija tal-projbizzjoni ta' l-importazzjoni tal-pixxispad ta' l-Atlantiku fi kwalunkwe forma, kif imposta mill-partijiet kontraenti fuq il-Ħonduras.

(7) L-ICCAT ikkonsidrat it-tisħieħ tal-koperazzjoni mal-Beliż għall-konservazzjoni tal-pixxispad ta' l-Atlantiku. Fil-laqgħa annwali tagħha tal-2003 hija neħħiet, sa mill-1 ta' Jannar 2004, il-projbizzjoni ta' l-importazzjoni tal-pixxispad ta' l-Atlantiku fi kwalunkwe forma, kif imposta mill-partijiet kontraenti fuq Beliż.

(8) L-attentati tal-ICCAT sabiex tinkorraġixxi lill-Sjera Leono sabiex tkun konformi mal-miżuri għall-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tal-pixxispad ta' l-Atlantiku kienu kolla ta' xejn.

(9) Il-ICCAT irrakkommandat lill-partijiet kontraenti tagħha li jiħedu l-miżuri xierqa sabiex jipprojbixxu l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti fi kwalunkwe għamla minn għand Sierra Leone. Dawn il-miżuri għandhom ikunu mneħħija malli jkun stabbilit li l-pajjiż f'dan il-każ ikun wassal li l-prattici tas-sajd tiegħu ikunu konformi mal-miżuri tal-ICCAT. Dawn il-miżuri għandhom għalhekk ikunu implimentati mill-Komunità, li għandha l-unika kompetenza f'din il-materja.

(10) Dawn il-miżuri huma kompatibbli ma l-obbligi tal-Komunità skond ftehim internazzjonali oħrajn.

(11) F'ġieħ iċ-ċarezza, ir-Regolament (KE) Nru 2093/2000 għandu għalhekk ikun imħasar u mibdul b'dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, "importazzjoni" tfisser il-proċeduri doganali referuti fl-Artikolu 4(15)(a), (15)(b) u (16)(a) sa (16(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi il-Kodiċi Diganali tal-Komunità [2].

Artikolu 2

1. L-importazzjoni fil-Komunità tal-pixxispad ta' l-Atlantiku (Xiphias gladius) li joriġina fi Sjerra Leone u li jidħol taħt il-kodiċi NM ex03019990, 03026987, ex03027000, 03037987, ex03038000, ex03041038, ex03041098, 03042087, 03049065, ex03051000, ex03052000, ex03053090, ex03054980, ex03055980 u ex03056980 hija ipprojbita.

2. L-importazzjoni ta' xi prodott ipproċessat mill-pixxidpad ta' l-Atlantiku referut fil-paragrafu 1 u li jidħol fi ħdan il-kodiċi ex16041991, ex16041998 u ex16042090 u ex16042070 hija ipprojbita.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament m'għandux ikun applikabbli għall-kwantitajiet tal-prodotti referuti fl-Artikolu 2 u li joriġina fi Sierra Leone li jista jkun muri għas-sodisfazzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jkunu fi triqthom lejn territorju tal-Komunità fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu u li jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa mhux aktar tard minn 14 il-jum wara dik id-data.

Artikolu 4

1. Ir-Regolament (KE) Nru 2093/2000 huwa b'hekk imħassar.

2. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fis-26 ta' April 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. Cowen

[1] ĠU L 249, ta' l-4.10.2000, p. 3.

[2] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004 (ĠU L 9, tal-15.1.2004, p. 8).

--------------------------------------------------