32004R0796



Official Journal L 141 , 30/04/2004 P. 0018 - 0058


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004

tal-21 ta' April 2004

li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta' kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għall-iskemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa kif emendat bir-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 7(1), 10(3), 24(2), 34(2), 52(2), 145(b), (c), (d), (g), (j), (k), (l), (m), (n), (p), tiegħu,

Billi:

(1) R-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jintroduċi skema ta' ħlas waħdieni kif ukoll ċerti skemi oħra ta' ġlas dirett. Fl-istess waqt huwa inkorpora flimkien diversi skemi eżistenti għall-ħlas dirett. B'żieda, huwa stabbilixxi prinċipju li skond dan ħlasijiet diretti lill-bidwi li ma jkunx jikkonforma ma' ċerti kondizzjonijiet fl-oqsma tas-saħħa pubblika, ta' l-annimali u tal-pjanti, l-ambjent u l-welfare tal-annimali ("konformita reċiproka") għandhom ikunu suġġetti għal tnaqqis jew esklużjonijiet.

(2) L-iskemi għall-ħlas dirett l-ewwel introduċew bħala riżultat tar-riforma fil-politika agrikola komuni fl-1992 u żviluppaw aktar taħt l-Aġenda 2000 miżuri li kienu suġġetti għall-amministrazzjoni integrata u sistema ta' kontroll (hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjħa "s-sistema integrata"). Ġie ppruvat li s-sitema hija effettiva u mezz effiċjenti għall-implimentazzjoni ta' l-iskemi ta' ħlas dirett. Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jibni fuq il-bażi ta' dik is-sistema ntegrata u jibgħata lill-amministrazzjoni u l-kontroll it-tnejn ta' l-iskemi tal-ħlas dirett stabbiliti minnu t-tħaris ta' l-obbligi reċiproki.

(3) Huwa għalhekk xieraq li jitħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001 tal-11 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-amministrazzjoni ntegrata u s-sistema ta' kontrollgħal ċerti skemi ta' għajnuna tal-Komunità stabbiliti bir- Regolament (KEE) Nru 3508/92 [2] u li dan ir-Regolament jiġi bbażat fuq il-pronċipji kif stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 2419/2001.

(4) Għal raġunijiet ta' ċarezza huwa xieraq li jkun hemm prvvediment għal ċerti tifsiriet.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprovdi, bħala parti mill-konformità, għal ċerti obbligi ta' l-Istati Membri mill-parti 'l waħda u bdiewa ndividwali mill-parti 'l oħra, fir-rigward taż-żamma ta' mergħa permanenti. Huwa meħtieġ li jiġu preskritti d-dattalji għall-istabbiliment tal-proporzjon ta' mergħa permanenti u art agrikola li għandu jinżamm u li jiġi provdut għall-obbligi ndividwali fil-livell tal-bdiewa li għandhom ikunu mħarsa fejn jiġi stabbilit li dak il-proporzjon ikun qed jitnaqqas bi ħsara tal-art taħt mergħa permanenti.

(6) Għar-raġunijiet tal-kontroll effettiv u biex tiġi evitata s-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet moltipliċi għall-għajnuna lill-Aġenziji differenti li Jħallsu ġewwa Stat membru wieħed, l-Istati membri għandhom jipprovdu għal sistema waħdiena biex jirrekordjaw l-identità tal-bdiewa li jibgħatu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna bla ħsara għas-sistema ntegrata.

(7) Huma meħtieġa regoli dettaljati fir-rigward tas-sistema għall-identifikazzjoni ta' pakketti agrikoli li jkunu operati mill-Istati membri skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Skond dik id-dispożizzjoni għandu jsir użu minn teknika ta' sistema komputerizzata ta' informazzjoni ġeografika (GIS). Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat f'liema livell għandha topera s-sistema u l-livell ta' dettalji ta' informazzjoni li għandhom ikunu disponibbli fil-GIS.

(8) B'żieda, l-introduzzjoni ta' żona ta' ħlas għall-lewż fil-Kaiptolu 4 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2203 twassal għall-ħtieġa ta' l-introduzzjoni ta' saff ġdid ta' informazzjoni fil-GIS. Iżda, huwa xieraq li jiġu rilaxxati minn dawk l-obbligi dawk l-Istati Membri fejn iż-żona massima garantita hija ta' 1500 ha jew anqas u li minflok jiġi provdut għal rata għola ta' kontroll ta' verifiki fuq il-post.

(9) Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni kif imiss ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni kif hemm provdut għaliha fit-Titolu III tar-Regolament Nru 1782/2003, l-Iatati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni li skond din id-drittijiet għall-ħlas għandhom ikunu jistgħu jiġu ntraċċati u li tippermetti, fost ħwejjeġ oħra, għal żoni ta' verifikazzjoni doppja dikjarati għall-finijiet ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni mad-drittijiet għall-ħlas disponibbli lil kull bidwi u d-drittijiet għall-ħlas differenti bħala tali.

(10) L-immonitorjar u t-tħaris ta' l-obbligi differenti ta' konformita reċiproka jeħtieġu l-istabbiliment ta' sistema ta' kontroll u sanzjonijiet adattati. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet differenti fl-Istati membri huma meħtieġa li jikkomunikaw l-informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet għall-għajnuna, il-kontroll ta' kmapjuni, r-riżultati tal-verifiki fuq il-post eċċ. Għandha ssir dispożizzjoni għall-elementi bażiċi ta' dik is-sistema.

(11) Sabiex tingħata kontribuzzjoni għall-interess finanzjarju tal-Komunità għandu jiġi prevedut li l-ħlasijiet taħt ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistgħu jsiru biss malli jiġu finalizzati l-verifiki fir-rigward tal-kriterji ta' eliġibilità.

(12) Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 iħalli għażla lill-Istati Membri fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' xi wħud mill-iskemi ta' għajnuna li hemm provvediment dwarhom fih. Dan ir-Regolament, għalhekk, għandu jagħmel dispożizzjonijiet għall-ħtiġiet tal-amministrazzjoni u l-kontroll minħabba l-għażla possibbli li tista' ssir. Dawn id-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament jistgħu, għalhekk, japplikaw biss sal-limitu li l-Istati Membri jkunu għamlu dawk l-għażliet.

(13) Għar-raġuni ta' kontrolli effettivi, kul tip ta' żona wżata u l-iskemi ta' għajnuna konċernati għandhom jiġu dikjarati f'dak iż-żmien. Għalhekk, għandha ssir dispożizzjoni għas-sottomissjoni ta' applikazzjoni waħdiena għall-għajnuna li tkun tikkomprendi kull applikazzjonijiet għall-għajnuna li b'xi mod ikunu relatati maż-żona.

(14) B'żieda, formola ta' applikazzjoni waħdiena għandha wkoll tintbagħat mill-bdiewa li ma japplikawx għal xi waħda mill-għajnuniet suġġetta għall-applikazzjoni waħdiena jekk ikollhom żona agrikola għad-dispożizzjoni tagħhom.

(15) Skond l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati membri ma jistgħux jiffissaw data aktar tard mill-15 ta' Mejju ta' sena partikolari għas-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-għajnuna taħt l-iskema ta' Ħlas Waħdieni. Għall-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna relatati maż-żona li jkunu suġġetti għal applikazzjoni waħdiena, huwa għalhekk xieraq li tiġi applikata din ir-regola fir-rigward ta' l-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna relatati maż-żona. Minħabba l-kondizzjonijiet partikolari klimatiċi tal-Finlandja u l-Isveżja, dawn l-Istati Membri għandhom, fuq il-bażi tat-tieni subparagrafu ta' dik id-dispożizzjoni, jkunu jistgħu jiffissaw data aktar tard li ma tkunx aktar tard mill-15 ta' Ġunju. B'żieda, għandhom jiġu kontemplati derogi fuq il-bażi ta' każ b'każ fuq dak l-istess bażi legali jekk il-kondizzjonijiet klimatiċi f'sena partikolari fil-futur hekk jeħtieġu.

(16) Fl-applikazzjoni waħdiena, l-bidwi għandu jiddikjara mhux biss iż-żona li huwa juża għal finijiet agrikoli iżda wkoll id-drittijiet għall-ħlas tiegħu. Barra minn hekk, kull informazzjoni speċifika li tirrelata mal-produzzjoni tal-qanneb, qamħ durum, ross lewż, uċuh tar-raba ta' enerġija, patata tal-lamtu u żerriegħa għandha tintalab flimkien mal-applikazzjoni waħdiena.

(17) Bil-ħsieb tas-simplifikazzjoni taal-proċeduri ta' l-applikazzjoni u skond l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandha ssir, f'dan il-kuntest, dispożizzjoni għall-Istati Membri li jipprovdu lill-bdiewa sa fejn hu posibbli b'informazzjoni stampata minn qabel.

(18) Biex ikun jista' jsir immonitorjar effettiv, kull Stat Membru għandu, b'żieda, jistabbilixxi d-daqs minimu ta' pakketti agrikoli li jistgħu jkunu suġġetti għall-applikazzjoni għall-għajnuna.

(19) B'żieda, għandu jiġi provdut li jiġu dikjarati żoni fil-formola tal-applikazzjoni waħdiena li dwarhom ma tintalab ebda għajnuna. Skond it-tip ta' użu, jista' jkun importanti li jkun hemm informazzjoni eżatta l-għala ċerti użu għandhom jiġu dikjarati separatament waqt li oħrajn jistgħu jiġu dikjarati taħt intestatura waħda. Iżda, fil-każ fejn Stati Membri jkunu diġà rċevew dik it-tip ta' informazzjoni għandha tiġi permessa deroga minn din ir-regola.

(20) Biex tkun konċessa flessibilità kemm jista' jkun fir-rigward ta' ppjanar minn bdiewa li jikkonċerna l-użu taż-żona, huma għandhom ikunu jistgħu jemendaw l-applikazzjoni waħdiena tagħhom sa dawk id-dati meta normalment isseħħ iż-żergħa, kemm-il darba l-ħtiġiet kollha partikolari taħt l-iskemi differenti għall-għajnuna jiġu mħarsa u li l-awtorità kompetenti tkun għada ma nformatx lill-bidwi bl-iżbalji li jkunu jinsabu fl-applikazzjoni waħdiena, lanqas ma jkunu nnotifikaw verifika fuq il-post li tikxef dawk l-iżbalji, b'relazzjoni mal-parti effettwata mill-emenda. Wara l-emenda, għandha tingħata l-possibbiltà li jiġu aġġustati id-dokumenti jew kuntratti ta' sostenn li jikkorrispondu li għandhom jintbagħtu.

(21) Fil-każ fejn Stat Membru jagħżel għall-applikazzjoni ta' l-iskemi varji ta' għajnuna għall-bhejjem ta' l-irziezet għandhom isiru dispożizzjonijiet komuni li jikkonċernaw id-dettalji li għandhom jiġu nklużi fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-bhejjem ta' l-irziezet.

(22) Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 200 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annaimali bovini u fir-rigward tat-tikkettjat taċ-ċanga u l-prodotti taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 [3] jeħtieġ li dawk li jżommu annimali bovini jikkomunikaw data li tikkonċerna lil dawn l-annimali lill-database komputerizzata. Skond l-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, premiums taħt l-iskemi ta' għajnuna bovina jistgħu jitħallsu biss għall-annimali li jkunu identifikati kif imiss u reġistrati skond ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000. Id-database komputerizzata akkwistat ukoll importanza kbira sa fejn huwa konċernat l-immaniġġar ta' l-iskemi konċernati ta' l-għajnuna. Il-bdiewa li jibgħatu l-applikazzjonijiet taħt l-iskemi ta' għajnuna konċernati għandhom għalhekk jingħataw aċċess għall-informazzjoni relevanti fi żmien debitu.

(23) L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jagħmlu użu mill-informazzjoni kontenuta fid-database komupterizzata bil-ħsieb li jintroduċu proċeduri simplifikati ta' applikazzjoni kemm-il darba d-database komputerizzata tkun ta' min jorbot fuqha. Għandu jkun hemm provvediment għal opinjonijiet differenti, li jippermettu lill-Istati Membri li jagħmlu użu mill-informazzjoni kontenuta fid-database komputerizzata għal annimali bovini għall-fini tas-sottomissjoni u l-immaniġġar ta' l-applikazzjonijiet għall-għajnuna. Iżda, fejn dawk l-opinjonijiet jipprevedu li l-bidwi ma jkollux għal fejn jidentifika individwalment l-annimali bovini li fir-rigward tagħhom jitlob il-premiums għandu jintgħamel ċar li kull annimal potenzali eliġibbli li fir-rigward tiegħu jinkixfu irregolaritajiet li jikkonċernaw il-konformità mas-sistema ta' identifikazzjoni u reġistrazzjonijista', għall-fini ta' l-applikazzjoni ta' sanzjonijiet, jgħodd bħala annimal li dwaru tkun intalbet l-għajnuna.

(24) Id-dettlji fir-rigward tas-sottomissjoni u s-sustanza tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-premiums tal-maħleb u l-ħlasijiet relatati addizzjonali għandhom jiġu stabbiliti.

(25) Il-qafas ġenerali għall-introduzzjoni ta' proċeduri simplifikati fil-kuntest tal-komunikazzjonijiet bejn il-bidwi u l-awtoritajiet ta' l-Istati membri għandhom jiġu stabbiliti. Il-qafas għandu, b'mod partikolari, jipprovdi għall-possibbiltà li jagħmel użu minn mezzi elettroniċi. Għandu, iżda, jiġi garantit li, b'mod partikolari, id-data hemm imdaħħla tkun għal kollox ta' min jorbot fuqha u li dak il-proċeduri jiġu operati mingħajr xi diskriminazzjoni bejn il-bdiewa.

(26) Fejn l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkun fihom żbalji ovvji, għandhom għandhom ikunu aġġustati f'kul żmien.

(27) It-tħaris tal-limiti ta' żmien għas-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-għajnuna, għall-emendi ta' l-applikazzjonijiet għall-għajnuna fiż-żona, u għad-dokumenti, kuntratti u dikjarazzjonijiet ta' sostenn, huwa indispensabbli biex jippermetti lill-amministrazzjonijiet nazzjonali li jipprogrammaw u, sussegwentement, iwettqu verifiki effettivi dwar il-korrettezza ta' l-applikazzjonijiet għall-għajnuna. Għalhekk, għandha ssir dispożizzjoni, fir-rigward tal-limiti ta' żmien li fihom l-applikazzjonijiet li jintbagħtu tard għandhom ikunu aċċettati. B'żieda, għandu jiġi applikat tnaqqis biex iħajjar lill-bdiewa li jħarsu l-limiti taż-żmien.

(28) Il-bdiewa għandu jkollhom id-dritt li jirtiraw l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew partijiet minnhom f'kull żmien kemm-il darba l-awtorità kompetenti ma tkunx informat lill-bidwi b'xi żbalji kontenuti fl-applikazzjoni għall-għajnuna u lanqas innotifikat verifika fuq il-post li tikxef żbalji b'relazzjoni mal-parti effettwata mill-irtirar.

(29) Il-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-iskemi għall-għajnuna mmaniġġati taħt is-sistema integrata għandha tkun immonitorjata effettivament. Għal dan il-għan, u biex ikun hemm livell armonizzat ta' mmonitorjar fl-Istati Membri kollha, huwa meħtieġ li jiġu stipulati fid-dettal il-kriterji u l-proċeduri tekniċi għat-twettieq tal-verifiki amministrattivi u fuq il-post fir-rigward kemm tal-kriterji eliġibbli stabbiliti għall-iskemi ta' għajnuna u l-verifika tal-obbligi ta' konformità. B'żieda, fir-rigward tal-verifiki dwar il-konformità mal-kriterji eliġibbli, il-verifiki fuq il-post għandhom, bħala regola ġenerali, ma jkunux imħabbra minn qabel. Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom li jaqgħdu flimkien il-kontrolli varji taħt dan ir-Regolament.

(30) In-numru minimu ta' bdiewa li għandhom jiġu verifikati fuq il-post taħt l-iskemi varji ta' għajnuna għandu jiġi stabbilit. Fil-każ fejn l-Istati Membri jagħżlu għall-applikazzjoni ta' l-iskemi varji ta' għajnuna għall-bhejjem ta' l-irziezet, għandha tiġi prevvista attitudni ntegrata bbażata fuq azjenda b'relazzjoni mal-bdiewa li japplikaw għall-għajnuniet taħt dawk l-iskemi.

(31) L-istabbiliment ta' rregolaritajiet sinjifikanti għandu jeħtieġ żieda fil-livell ta' verifiki fuq il-post matul is-sena kurrenti u s-sena ta' wara biex jintlaħaq livell aċċettabbli ta' assigurazzjoni tal-korrettezza tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna konċewrnati.

(32) Il-kampjun tar-rata minima tal-verifiki fuq il-post għandu jitħejja parzjalment fuq il-bażi ta' l-analiżi tar-riskju u parzjalment kif jiġi jiġi. Il-fatturi prinċipali li għandu jingħata kont tagħhom għall-analiżi tar-riskju għandhom ikunu speċifikati.

(33) Il-verifiki fuq il-post lill-bdiewa li jibgħatu applikazzjonijiet għall-għajnuna ma għandhomx neċessarjament jitwettqu fuq kull annimal individwali jew pakkett agrikolu. Verifiki fuq bażi ta' kampjun jistgħu, f'ċerti każi, jitwettqu. Iżda, fejn dan ikun permess il-kampjun għandu jiġi estiż għal grad li jiggarantixxi livell ta' min jorbot fuqu u rappresentattiv ta' assigurazzjoni. F'każi l-kampjun jista' jkun meħtieġ li jiġi estiż għal kontroll sħiħ. L-Istati membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji għall-għażla tal-kampjun li għandu jiġi verifikat.

(34) Sabiex il-verifika fuq il-post tkun effettiva huwa importanti li l-impjegati li jwettqu l-verifika jkunu nformati bir-raġuni għall-għażla tal-verifika fuq il-post. L-Istati Membri għandhom iżommu r-rekords ta' dik l-informazzjoni.

(35) Barra minn hekk, biex l-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll xi awtorità kompetenti tal-Komunità jkunu jistgħu jkomplu jsegwu l-verifiki fuq il-post imwettqa, id-dettalji tal-verifiki għandhom ikunu rekordjati f'rapport ta' kontroll. Il-bidwi jew rappresentant tigeħu għandu jingħata l-opportunità li jiffirma r-rapport. Iżda, fil-każ ta' verifiki permezz ta' remote sensing l-Istati membri għandhom ikunu jistgħu jipprovdu għal dan id-dritt biss f'każi fejn il-verifika tikxef irregolaritajiet. Irrispettivament mit-tip ta' verifika fuq il-post imwettqa, il-bidwi għandu jirċievi kopja tar-rapport jekk jinstabu rregolaritajiet.

(36) Il-verifika fuq il-post ta' żoni, b'regola ġenerali, jikkonsistu f'żewġ partijiet, bl-ewwel waħda tkun tirrelata mal-verifikazzjonijiet u l-kejl tal-pakketti agrikoli dikjarati fuq il-bażi ta' materjal grafiku, fotografija mill-ajru u simili. It-tieni parti tikkonsisti fi spezzjoni fiżika tal-pakketti biex jiġi verifikat id-daqs attwali tal-pakketti agrikoli dikjarati u, skond l-iskema ta' għajnuna in kwistjoni, l-uċuh tar-raba dikjarati u l-kwalità tagħhom. Fejn meħtieġ kejl għandu jitwettaq. L-ispezzjoni fiżika fuq il-post tista' titwettaq fuq il-bażi ta' kampjun.

(37) Ir-regoli dettaljati li jikkonċernaw l-istabbiliment ta' żoni u metodi tal-kejl li għandhom jintużaw għandhom jiġu preskritti. Fejn l-għajnuna titħallas għall-produzzjoni ta' ċerti wċuh tar-raba, l-esperjenza wriet li, b'relazzjoni mal-istabbiliment tad-daqs tal-pakketti agrikoli eliġibbli għall-ħlas tad-daqs, huwa meħtieġ li tiġi mfissra l-wisa' aċċettabbli ta' ċerti karatteristiċi ta' l-għelieqi, b'mod partikolari, sisien tal-ħaxix, fossijiet u ħitan. Minħabba ħtiġiet speċifiċi ambjentali, huwa xieraq li tiġi provduta flessibilità fi ħdan i-limiti li ngħata kont tagħhom meta ġiet iffissata l-produzzjoni reġjonali.

(38) Fir-rigward ta' żoni dikjarati għall-fini biex jirċievu għajnuna taħt l-iskema ta' Ħlas Waħdieni, attitudni diufferenzata għandha, iżda, jingħata kont tagħha minħabba l-fatt li dawk il-ħlasijiet ma għandhom konnessi ma' obbligu ta' produzzjoni.

(39) Minħabba l-karatteristiċi partikolari ta' l-iskema ta' għajnuna għaż-żerriegħa skond l-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandhom ikunu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi ta' kontroll.

(40) Il-kondizzjonijiet għall-użu tar-remote sensing għal spezzjonijiet fuq il-post għandhom ikunu preskritti u għandha ssir dispożizzjoni għat-twettieq ta' verifiki fiżiċi fil-każi fejn l-interpretazzjoni fotografika ma twassalx għal riżultati ċari.

(41) L-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprovdi għal kontrolli partikolari fuq il-kontenut tat-tetrahydrocannabinol (THC) fil-każ fejn bidwi jkabbar il-qanneb fuq pakketti dikjarati għall-finijiet tal-iskema ta' Ħlas Waħdieni. Huwa meħtieġ li d-dettalji li jikkonċernaw dawk il-kontrolli jiġu stabbiliti.

(42) Fil-każ fejn Stat Membru jagħżel għall-applikazzjoni ta' tal-iskemi varji ta' għajnuna għall-bhejjem tal-irziezet, fejn l-għajnuna ssir applikazzjoni għaliha taħt dawk l-iskemi ta' għajnuna, iż-żmien u l-kontenut minimu tal-verifiki fuq il-post għandhom jiġu speċifikati. Sabiex tiġi verifikata b'mod effettiv il-korrettezza ta' dikjarazzjonijiet fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna u n-notifikazzjonijiet lid-database komputerizzata għall-annimali bovini huwa essenzali l-parti l-kbira ta' dawk il-verifiki fuq il-post jitwettqu waqt li l-annimali ikunu għadhom iridu jinżammu taħt l-obbligu taż-żamma.

(43) Fil-każ fejn Stat Membru jagħżel għall-applikazzjoni ta' l-iskemi varji ta' għajnuna għal annimali bovini, l-identifikazzjoni kif imiss u r-reġistrazzjoni ta' l-annimali bovini li huma l-kondizzjonijiet ta' eliġibilita skond l-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandu jiġi assigurat li l-Għajnuna tal-Komunità tingħata biss għall-bovini li jkunu identifikati u reġistrati kif imiss. Dawk il-verifiki għandhom ukoll jitwettqu fir-rigward ta' annimali bovini li jkunu għadhom ma talbux iżda li jistgħu jkunu s-suġġett ta' applikazzjoni għall-għajnuna fil-futur minħabba li dawk l-annimali, minħabba l-mod kif inhuma stabbiliti d-diversi skemi ta' għajnuna għall-bovini, jkunu, f'ħafna każi, talbu biss għall-għajnuna wara li jkunu diġà telqu mill-azjenda.

(44) Fil-każ fejn Stat Membru jagħżel għall-applikazzjoni għall-premium tal-qatla, għandha ssir dispożizzjoni biex jitwettqu verifiki fil-biċċeriji sabiex jiġi verifikat li l-annimali li talbu għall-għajnuna jkunu eliġibbli u li l-informazzjoni kontenuta fid-database komputerizzata tkun korretta. L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li japplikaw żewġ bażijiet differenti għall-għażla tal-biċċeriji fir-rigward ta' l-imsemmija verifiki.

(45) F'dak il-każ, sa fejn ikun konċernat il-premium tal-qatla mogħti wara l-esportazzjoni ta' annimali bovini, huma meħtieġa dispożizzjonijiet speċjali flimkien mad-dispożizzjonijiet ta' kontroll tal-Komunità li jirrelataw mal-esportazzjoni b'mod ġenerali tad-differenzi fl-għanijiet tal-kontroll.

(46) Id-dispożizzjonijiet tal-kontroll prevedibbli b'relazzjoni mal-għajnuna għall-bhejjem ta' l-irziezet għandhom ukoll, fejn xieraq, jgħodu fir-rigward tal-ħlasijiet addizzjonali skond l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(47) Dispożizzjonijiet ta' kontroll speċjali ġew stabbiliti fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1082/2003 tat-23 ta' Ġunju 2003 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli minimu tal-kontrolli li għandhom jitwettqu fil-qafas tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali bovini [4]. Fejn jitwettqu dawk il-verifiki taħt dak ir-Regolament, ir-riżultati għandhom jiddaħħlu fir-rapport ta' kontroll għall-finijiet tas-sistema integrata.

(48) Fir-rigward ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna għal premiums tal-maħleb u l-ħlasijiet addizzjonali relatati, il-kriterji prinċipali ta' eliġibilità huma l-ammont ta' ħlaib li jista' jiġi prodott fil-kwantità ta' referenza disponibbli lill-bidwi u jekk il-bidwi hux attwalment produttur tal-ħalib. Il-kawntità ta' refernza hija diħa magħrufa mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri. Il-kondizzjoni prinċipali li għandha tiġi verifikata fuq il-post hija, għalhekk, jekk il-bidwi hux produttur tal-ħalib. Dawk il-verifiki jistgħu jitwettqu b'mod partikolari fuq il-bażi tal-kontabilità tal-bdiewa u reġistri oħra.

(49) Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jintroduċi obbligi ta' konformità għall-bdiewa li jirċievu ħlasijiet ta' għajnuna taħt l-iskemi kollha ta' ħlas dirett elenkati fl-Anness I li jinsab ma' dak ir-Regolament. Huwa jipprovdi għal sistema ta' tnaqqis u esklużjonijiet fejn dawk l-obbligi ma jiġux imħarsa. Id-dettaljita' dik is-sistema għandhom jiġu stabbiliti.

(50) Id-dettalji li jikkonċernaw il-kwistjoni dwar liema awtoritajiet fl-Istati Membri jwettqu l-kontrolli fuq l-obbligi ta' konformità għandhom jiġu stabbiliti.

(51) F'ċerti każi jista' jkun utli għall-Istati Membri li jwettqu verifiki amministrattivi fuq l-obbligi ta' konformità. Iżda, dik l-għodda tal-kontroll ma għandhiex tintgħamel obbligatorja għall-Istati Membri waqt li jkun utli li wieħed jinkorpora l-użu tagħha fuq bażi diskrezzjonarju.

(52) Ir-rata minima ta' kontroll fir-rigward tal-konformità mal-obbliġi għandha tiġi stabbilita. Ir-rata ta' kontroll għandha tiġi ffissata f'1 % għal bdiewa li jaqgħu taħt il-qasam ta' kompetenza ta' kull awtorità ta' kontroll li għandha tingħażel fuq il-bażi ta' l-analiżi tar-riskju adattat. Il-kampju għandu jew jittieħed fuq il-bażi tal-kampjuni ta' bdiewa li jingħażlu għall-verifika fuq il-post fir-rigward tal-kriterji ta' eliġibilità, jew mill-popolazzjoni sħiħa ta' bdiewa li jibgħatu applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħlasijiet diretti. Fil-każ imsemmi l-aħħar għandhom ikunu permessi għażliet oħra.

(53) Bħala regola ġenerali, waqt li jingħata kont tan-naturi differenti ta' l-obbligi ta' konformità, il-verifiki fuq il-post għandhom jiffokaw fuq l-obbligi kollha tal-konformità li jistgħu jiġu verifikati fiż-żmien taż-żjara. B'żieda, fir-rigward tal-ħtiġiet u l-istandards li għalihom il-ksur ma jkunx jista' jiġi identifikat b'mod ċar fiż-żmien taż-żjara, il-kontrollur għandu jidentifika każi li għandhom jintbagħtu għal aktar verifiki fejn meħtieġ.

(54) Ir-regoli għall-istabbiliment tar-rapporti ta' kontroll speċifiku għandhom jiġu stabbiliti. Il-kontrolluri speċjalizzati f'dan il-qasam għandhom jidiku xi riżultati kif ukoll il-grad tal-gravità ta' dawk ir-riżultati sabiex jippermettu lill-Aġenzija tal-Ħlas li tiffissa t-tnaqqis relatat jew, skond il-każ, tiddeċiedi dwar eskluzzjonijiet mir-riċeviment ta' ħlasijiet diretti.

(55) Biex jiġu protetti effettivament l-interessi finanzjarji tal-Komunità għandhom jiġu adottati miżuri adegwati għall-ġlieda kontra l-irregolaritajiet u l-frodi. Għandhom isiru dispożizzjonijiet separati fil-każi ta' irregolaritajiet misjuba fir-rigward talk-kriterji ta' eliġibilita għall-iskemi differenti konċernati ta' għajnuna.

(56) Is-sistema ta' tnaqqis u esklużjonijiet maħsuba fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tal-konformità mal-obbligi iżda tħares lejn miri differenti, jiġifieri biex tistabbilixxi inċentiv għall-bdiewa li jħarsu l-leġislazzjoni, diġà eżistenti, fl-oqsma differenti tal-konformità.

(57) It-tnaqqis u l-esklużjonijiet għandhom jiġu stabbiliti wara li jingħata kont tal-prinċipju tal-proporzjonalità u, fil-każ ta' kriterji ta' eliġibilità, il-problemi speċjali marbuta ma' każi ta' forza maġġuri kif ukoll ċirkostanzi eċċezjonali u naturali. Fil-każ ta' obbligi ta' konformità it-tnaqqis u l-esklużjonijiet jistgħu jiġu biss applikati fejn il-bidwi jkun aġixxa bi traskuraġni jew xjentement. It-tnaqqis u l-esklużjonijiet għandhom jiġi gradati skond il-gravità u l-irregolarità kommessa u jistgħu jwasslu sal-esklużjoni totali minn skema waħda jew diversi ta' għajnuna għal perjodu speċifiku. Dawn għandhom, fir-rigward tal-kriterji ta' eliġibilità, jagħtu kont tal-karatteristiċi tal-iskemi varji ta' għajnuna.

(58) B'relazzjoni ma' l-applikazzjonijiet ta' għajnuna taż-żona, l-irregolaritajiet normalment jeffettwaw partijiet taż-żona. Dikjarazzjonijiet biż-żejjed fir-rigward ta' pakkett wieħed jistgħu, għalhekk, jiġu paċuti kontra dikjarazzjonijiet bin-nieqes ta' pakketti oħra tal-istess grupp ta' uċuh tar-raba. Fi ħdan ċertu limitu ta' tolleranza għandu jiġi prevvist li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkunu biss ġustifikati għaż-żona attwalment stabbilita u t-tnaqqis għandu jibda jgħodd malli din il-marġini tinqabeż.

(59) Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu definiti ż-żoni li jaqgħu fl-istess grupp ta' wċuh tar-raba. Iż-żoni dikjarati għall-finijiet ta' l-iskema ta' Ħlas Waħdieni għandhom, fil-prinċipju jaqgħu fl-istess grupp ta' wċuh tar-raba. Iżda, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċjali bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk id-drittijiet għall-ħlas relatati jkunux ġew attivati fil-każ li tiġi stabbilita diskrepanza bejn iż-żona dikjarata u ż-żona stabbilita. Madanakollu, skond l-Artikolu 54(6) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, id-drittijiet imwarrba għandhom jiġu attivati qabel xi drittijiet oħra. Għandhom isiru dispożizzjonijiet fir-rigward ta' dan il-kuntest fiż-żewġ sitwazzjonijiet. l-ewwel nett, żona dikjarata bħala mwarrba għall-fini ta' l-attivazzjoni tad-drittijiet imwarrba u li fir-realtà jinsabu li ma jkunux imwarrbin, għandha titnaqqas miż-żona sħiħa dikjarata għall-fini ta' l-iskema ta' Ħlas Waħdieni bħala żona mhux stabbilita. It-tieni nett, il-każ għandu jkun l-istess, fuq bażi fittizju, fir-rigward ta' żona li tikkorrispondi mad-drittijiet imwarrba li ma jkunux qed jiġu attivati jekk, fl-istess waqt, id-drittjiet l-ooħra jkunu qed jiġu attivati flimkien maż-żona li tikkorrispondi.

(60) Dispożizzjonijiet speċjali huma meħtieġa biex jagħtu kont tal-karatteristiċi ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna ta' skemi ta' għajnuna għall-patata tal-lamtu u ż-żerriegħ. Fil-każ fejn Stat membru jagħżel l-applikazzjoni ta' l-iskemi varji ta' għajnuna għall-bhejjem ta' l-irziezet, fejn il-bdiewa japplikaw għall-għajnuna għall-bhejjem ta' l-irziezet u jiddikjaraw żona ta' għalf għaż-żwiemel għal dak il-għan, u fejn dikjarazzjoni biż-żejjed ta' dawk iż-żoni ma twassalx għal ħlas għola għall-bhejjem ta' l-rziezet, ma għandhom ikunu prevvisti ebda penalitajiet.

(61) Sal-limitu li huma konċernati applikazzjonijiet għall-għajnuna ta' bhejjem ta' l-irziezet, l-irregolaritajiet iwasslu għall-ineliġibilità ta' l-annimal konċernat. It-tnaqqis għandu jkun prevvist sa mill-ewwel annimal li jinstab b'irregolaritajiet iżda, irrispettivament mill-livell ta' tnaqqis, għandu jkun hemm sanzjonijiet anqas ħarxa fejn tlett annimali jew anqas jinstabu b'irrgolaritajiet. Fil-każi l-oħra kollha s-severità tas-sanzjoni għandha tiddependi fuq il-perċentwal ta' annimali misjuba b'irregolaritajiet.

(62) Il-bdiewa għandhoim ikunu jistgħu jissostitwixxu l-annimali bovini u ovini/kaprini fil-limiti permessi taħt ir-regoli relevanti settorali. Fejn, minħabba ċirkostanzi naturali, bidwi ma jkunx jista' jħares l-obbli taż-żamma taħt ir-regoli settorali, it-tnaqqis u l-esklużjonijiet ma għandhomx ikunu applikati.

(63) Fil-każ fejn Stat Membru jagħżel l-applikazzjoni ta' premium tal-qatla, minħabba l-importanza tal-biċċeriji għall-iffunzjonar kif imiss ta' xi skemi ta' għajnuna bovina, għandha wkoll issir dispożizzjoni għall-każi fejn il-biċċeriji, jew b'non-kuranza kbira jew xjetement, joħorġu ċertifikati jew dikjarazzjonijiet foloz.

(64) Sal-limitu li jkunu konċernati rregolaritajiet fir-rigward il-ħlasijiet addizzjonali li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal sanzjonijiet li għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk provduti b'relazzjoni maż-żona u l-iskemi ta' għajnuna għall-annimali tal-irziezet sakemm dan ma jkunx adattat. F'dan il-każ imsemmi l-aħħar l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal sanzjonijiet xierqa ekwivalenti.

(65) It-tnaqqis u s-sanzjonijiet għanhom jiġu stabbiliti fir-rigward tal-premium tal-maħleb u l-ħlasijiet addizzjonali fil-każ li bidwi li japplika għall-għajnuna ma jkunx qed jikkonforma mal-obbligi tiegħu ta' produzzjoni tal-ħalib.

(66) Fir-rigward ta' l-obbligi ta' konformità, minbarra l-iggradar tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet bil-ħsieb tal-prinċipju tal-proporzjonalità, għandu jiġi provdut li f'ċertu żmien ksur ripetut ta' l-istess obbligu ta' konformità għandha, wara twissija minn qabel lill-bidwi, jiġi ttrattat bħala non-konformità intenzjonali.

(67) It-tnaqqis u l-esklużjonijiet fir-rigward tal-kriterji ta' eliġibilità għandhom, bħala regola ġenerali, ma japplikaw għal bidwi li jkun bagħat informazzjoni fattwalment korretta jew fejn ikun jista' jipprova mod ieħor li ma għandux tort.

(68) Il-bdiewa li jagħtu avviż lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f'xi żmien ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna mhux korretti, ma għandhomx ikunu suġġetti għal xi tnaqqis jew esklużjonijiet irrispettivament mir-raġuni ta' l-iskorrettezzi, kemm-il darba l-bidwi ma jkunx informat bil-ħsieb ta' l-awtorità kompetenti li twettaq verifika fuq il-post u l-awtorità tkun għada ma nformatx lill-bidwi b'xi rregolarità fl-applikazzjoni. L-istess għandu japplika b'relazzjoni ma' data mhux korretta li tkun tinsab fid-database komputerizzata kemm fir-rigward ta' annimali bovini mitluba li dwarhom dawk l-irregolaritajiet mhux biss jikkostitwixxu ksur ta' obbligu tal-konformità iżda wkoll ksur tal-kriterju ta' eliġibilità, u fir-rigward ta' annimali bovini mhux mitluba fejn dawk l-irregolaritajiet ikunu relevanti biss taħt l-obbligi ta' konformità.

(69) L-amministrazzjoni ta' ammonti żgħar huwa kompitu kbir għall-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri. Huwa għalhekk xieraq li l-Istati membri jiġu awtorizzati li ma jħallsux ammonti ta' għajnuna li jkunu taħt ċertu limitu minimu u li ma jitolbux ħlas lura ta' ammonti imħallsa indebitament fejn l-ammonti nvoluti jkunu minimi.

(70) Għandhom jiġu preskritti dispożizzjonijiet speċifiċi u dettaljati sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ekwa tat-tnaqqis varju li għandu jiġi applikat fir-rigward ta' xi applikazzjoni waħda jew diversi applikazzjonijiet mill-istess bidwi. It-tnaqqis u l-esklużjonijiet li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament għandhom jgħoddu mingħajr preġudizzju għal sanzjonijiet addizzjonali taħt xi dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Komunità jew nazzjonali.

(71) Fejn, bħala konsegwenza ta' forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali, bidwi ma jkunx jista' jħares l-obbligi li hemm provvediment dwarhom taħt ir-regoli settorali, huwa ma għandux jitlef id-dritt tiegħu għall-ħlas ta' l-għajnuna. Għandu jiġi speċifikat liema każi jistgħu, b'mod partikolari, jiġu rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti bħala każi ta' ċirkostanzi eċċezzjonali.

(72) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-prinċipju tal-bona fede mal-Komunità kollha, fejn jiġu rkuprati ammonti mħallsa indebitament, il-kondizzjonijiet li taħhom jista' jiġi invokat dak il-prinċipjugħandhom jiġu preskritti mingħajr preġudizzju għat-trattament tan-nefqa konċernata fil-kuntest tal-ikklirjar ta' kuntijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni [5].

(73) Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jippreskrivu l-konsegwenzi ta' trasferimenti ta' azjendi sħaħ li jkunu taħt ċerti obbligi skond l-iskemi ta' ħlas dirett suġġett għas-sistema integrata.

(74) Bħala regola ġenerali l-Istati membri għandhom jieħdu aktar miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-iffunzjonar kif imiss ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jagħtu lil xulxin assistenza reċiproka fejn meħtieġ.

(75) Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tkun informata b'xi miżuri meħuda mill-Istati Membri li jintroduċu bidliet fl-implimentazzjoni tagħhom tas-sistema integrata. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' timmonitorja effettivament is-sistema integrata, l-Istati membri għandhom jibgħatulha ċerta statistika ta' kontroll ta' kull sena. B'żieda, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b'xi miżuri li huma jkunu qed jieħdu fir-rigward tal-manutenzjoni ta' art taħt mergħa permanenti.

(76) Għandhom ikunu stabbiliti regoli fir-rigward tal-bażi għall-kalkolazzjoni tat-tnaqqis li għandu jiġi applikat taħt modulazzjoni skond l-artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-allokazzjoni sussegwenti tal-ftuħ tal-mezzi finanzjarji biex b'hekk isiru disponibbli, kif ukoll il-kalkolazzjoni ta' l-ammont addizzjonali ta' għajnuna li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament sabiex jiġu ffissati r-regoli biex jistabblixxu jekk l-għatba ta' Ewro 5000 imsemmija f'dak l-Artikolu tkunx intlaħqet.

(77) Ir-Regolament presenti għandu jibda jgħodd mill-1 ta' Jannar 2005. Minn dik id-data, r-Regolament (KE) Nru 2419/2001 għandu jitħassar. Iżda, fir-rigward ta' l-applikazzjonijiet għall-għajnuna li jirrelataw mas-snin tas-suq jew il-perjodi tal-premium li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2005, dak ir-Regolament għandu jibqa jgħodd. Huma meħtieġa dispożizzjonijiet speċjali biex jiżguraw li t-tnaqqis li għandu jiġi applikat bħala konsegwenza tar-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2419/2001 ma jiġix żvujtat bit-trasferiment għar-reġim il-ġdid.

(78) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħlasijiet Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TAQSIMA I KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jippreskrivi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-konformità, modulazzjoni u l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta' kontroll (hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjħa 's-sistema integrata') stabbiliti bit-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Huwa għandu jkun bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi preskritti fir-Regolament li jkopri l-iskemi individwali ta' għajnuna.

Artikolu 2

Tifsiriet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-tifsiriet li ġejjin għandhom jgħoddu:

(1) "Art li tinħadem": għandha tfisser art koltivata għall-produzzjoni ta' uċuh tar-raba u art għat-twarrib jew miżmuma f'kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba skond l-artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew art taħt serer jew taħt kopertura fissa jew mobbli;

(2) "Mergħa permanenti": għandha tfisser art li tintuża għat-tkabbir ta' ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta' ħaxix b'mod naturali (biż-żriegħ waħdu) jew permezz ta' koltivazzjoni (miżrugħ) u li mhux inkluż fir-rotazzjoni tal-uċuh tar-raba ta' l-azjenda għal ħames snin jew aktar;

(3) "Sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali bovini": għandha tfisser is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' anninali bovini stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [6];

(4) "Tikketta tal-widna": għandha tfisser it-tikketta tal-widna biex tidentifika individwalment l-annimali msemmija fl-Artikoli 3(a) u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000;

(5) "Database komputerizzatta għall-annimali bovini": għandha tfisser id-database komputerizzata msemmija fl-Artikoli 3(b) u 5 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000;

(6) "Passaport ta' l-annimali": għandha tfisser il-passaport ta' l-annimali msemmi fl-Artikoli 3(c) u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000;

(7) "Reġsitru": għandha tfisser ir-reġistru miżmum minn dawk li jżommu l-annimali skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE [7], l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 [8], jew l-Artikoli 3(d) u 7 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 rispettivament;

(8) "Elementi tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali bovini": għandha tfisser l-elementi msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000;

(9) "Kodiċi ta' identifikazzjoni": għandha tfisser il-kodiċi ta' identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000;

(10) "Irregolaritajiet": għandha tfisser in-nuqqas ta' osservanza tar-regoli relevanti għall-għoti ta' l-għajnuna in kwistjoni;

(11) "Applikazzjoni waħdiena": għandha tfisser l-applikazzjoni għall-ħlasijiet diretti fir-rigward tal-iskema ta' ħlas waħdieni u skemi oħra ta' għajnuna relatati maż-żona stabbiliti taħt it-Titoli III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(12) "Skemi ta' għajnuna relatati maż-żona": għandha tfisser l-iskema ta' ħlas waħdieni u l-iskemi kollha ta' għajnuna stabbiliti taħt it-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ħlief dawk stabbiliti taħt il-Kapitoli 7, 11 u 12 ta' dak it-Titolu;

(13) "Applikazzjoni ta' għajnuna għall-bhejjem tal-irziezet": għandha tfisser l-applikazzjonijiet għall-ħlas ta' għajnuna taħt l-iskema tal-premiums tan-nagħaġ u l-mogħoż u l-iskema tal-ħlasijiet għaċ-ċanga u l-vitella li hemm provvediment dwarhom fil-Kapitoli 11 u 12 tat-Titolu IV, rispettivament, tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(14) "Applikazzjoni għall-għajnuna għall-premium tal-maħleb": għandha tfisser l-applikazzjonijiet għall-ħlas ta' għajnuniet taħt l-iskema tal-premium tal-maħleb u ta' ħlas addizzjonali li hemm provvediment dwarhom fil-Kapitolu 7 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(15) "Użu": għandha tfisser l-użu ta' żona skond it-tip ta' wċuh tar-raba jew art koperta jew in-nuqqas ta' wċuh tar-raba;

(16) "Skemi għal għajnuna bovina": għandha tfisser l-iskemi msemmija fl-Artikolu 121 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(17) "Skema għal għajnuna ovina/kaprina": għandha tfisser l-iskema ta' għajnuna msemmija fl-Artikolu 111 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(18) "Annimali bovini li dwarhom issir talba": għandha tfisser l-annimali bovini suġġetti għall-applikazzjoni ta' għajnuna għall-bhejjem tal-irziezet taħt l-iskemi ta' għajnuna għall-bovini;

(19) "Annimali bovini li dwarhom ma ssirx talba": għandha tfisser l-annimali bovini li jkunu għadhom mhux suġġetti għall-applikazzjoni ta' għajnuna għall-bhejjem tal-irziezet iżda potenzalment eliġibbli għall-għajnuna taħt l-iskemi ta' għajnuna għall-bovini;

(20) "Perjodu ta' żamma": għandha tfisser il-perjodu li matulu annimal li għalih tkun intalbet l-għajnuna għandu jinżamm fl-azjenda, kif hemm provvediment dwar dan fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) L-Artikoli 5 u 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2342/1999 tat-28 ta' Ottubru 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċanga u l-vitella fir-rigward ta' skemi għall-premium [9], b'relazzjoni mal-premium speċjali għall-bovini maskili,

(b) l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 2342/1999, b'relazzjoni mal-premium għall-baqar li jreddgħu,

(ċ) l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 2342/1999, b'relazzjoni mal-premium għall-qatla,

(d) l-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2550/2001 tal-21 ta' Diċembru 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2529/2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż fir-rigward ta' l-iskemi għall-premium u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2419/2001 [10] f'relazzjoni mal-għajnuniet imħallsa għall-ovini u l-kaprini;

(21) "Min iżomm l-annimali": għandha tfisser kull persuna naturali jew ġuridika responsabbli għall-annimali sew jekk fuq bażi permanenti jew temporanju, inkluż matul it-trasport jew f'suq;

(22) "Żona stabbilita": għandha tfisser iż-żona li dwarha jkunu tħarsu l-kondizzjonijiet kollha preskritti fir-regoli għall-għoti ta' l-għajnuna; fil-każ ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni, iż-żona dikjarata tista' titqies biss bħala li tkun stabbilita jekk tkun akkumpanjata b'numru li jikkorrispondi ta' drittijiet għall-ħlas;

(23) "Annimal stabbilit": għandha tfisser annimal li jkun iħares il-kondizzjonijiet kollha preskritti fir-regoli għall-għoti tal-għajnuna;

(24) "Perjodu ta' premium": għandha tfisser il-perjodu li għalih jirreferu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna irrispettivament miż-żmien meta jintbagħtu;

(25) "Sistema ta' Informazzjoni Ġeografika" (hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjħa "GIS"): għandha tfisser it-teknika tas-sistema komputerizzata ta' informazzjoni ġeografika msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(26) "Pakkett ta' referenza": għandha tfisser żona ġeografikament delimitata li żżomm identifikazzjoni unika kif reġistrata fil-GIS fis-sistema ta' identifikazzjoni ta' l-Istat Membru kif imsemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(27) "Materjal grafiku": għandha tfisser mappi u dokumenti oħra wżati biex jiġi komunikat il-kontenut tal-GIS bejn l-applikanti għall-għajnuna u l-Istati Membri;

(28) "Sistema ġeodetika nazzjonali": għandha tfisser is-sistema ta' referenza koordinata li tippermetti l-kejl standardised u l-identifikazzjoni unika ta' pakketti ta' art ma' l-Istat Membru kollu konċernat; fejn jintużaw sistemi differenti ta' koordinament, dawn għandhom ikunu kompatibbli fi ħdan kull Stat Membru;

(29) "Aġenzija li Tħallas": għandha tfisser l-awtoritajiet u l-kopri msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 [11];

(30) "Konformità": għandha tfisser il-ħtiġiet statutorji ta' amministrazzjoni u l-kondizzjonijiet tajbin agrikoli u ambjentali skond l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(31) "Żoni ta' konformità": għandha tfisser iż-żoni differenti tal-ħtiġiet statutorji ta' amministrazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-kondizzjoni tajba agrikola u ambjentali kif stipulati fl-Anness IV li jinsab ma' dak ir-Regolament;

(32) "Att": għandha tfisser kull waħda mid-Direttivi u Regolamenti individwali elenkati fl-Anness III li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1782/2003; iżda, id-Direttivi u r-Regolamenti elenkati fil-punti 6, 7, 8 u 8a ta' l-Anness III li jinsab ma' dak ir-Regolament għandhom jistabbilixxu att waħdieni;

(33) "Standard": għandha tfisser l-istandards kif definiti mill-Istati Membri skond l-Artikolu 5 u l-Anness IV li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(34) "Ħtieġa": fejn din l-espressjoni tintuża fil-kuntest tal-konformità, hija għandha tfisser kull ħtieġa individwali statutorja ta' amministrazzjoni li tirriżulta minn xi wieħed mill-Artikolu msemmija fl-Anness III li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 f'att partikolari, li tvarja fis-sustanza minn xi ħtiġiet oħra tal-istess att;

(35) "Nuqqas ta' konformità": għandha tfisser kull nuqqas ta' konformità mal-ħtiġiet u l-istandards; in-nuqqas ta' konformità mal-obbligi stipulati fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament għandhom ugwalment jikkostitwixxu każ ta' nuqqas ta' konformità;

(36) "Korpi speċjalizzati": għandha tfisser l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli, skond l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, biex jiżguraw il-konformità mal-ħtiġiet statutorji ta' amministrazzjoni u kondizzjoni tajba agrikola u ambjentali;

(37) "Kwantità individwali ta' referenza stabbilita": għandha tfisser il-kwantitajiet individwali ta' referenza li għalihom ikun intitolat il-bidwi.

Artikolu 3

Żamma ta' art taħt mergħa permanenti fil-livell ta' Stat Membru

1. Mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet li hemm provvediment dwarhom fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom, skond l-ewwel paragrafu tiegħu, jiżguraw iż-żamma tal-proporzjon tal-art taħt mergħa permanenti b'relazzjoni maż-żona totali agrikola kif imfissra fl-Artikolu 2 il-punt (a) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004. Dak l-obbligu għandu jgħodd fil-livell nazzjonali jew reġjonali.

Iżda, fejn l-ammont ta' art taħt mergħa permanenti f'termini assoluti stabbiliti skond il-paragrafu 4, il-punt (a) jinżamm, l-obbligu stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jitqies bħala li jkun ġie mħares.

2. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proporzjon imsemmi fil-paragrafu 1 ma jitnaqqasx bi ħsara għall-art taħt mergħa permanenti b'aktar minn 10 % relattivament għall-proporzjon ta' referenza għall-2003.

3. Il-proporzjoni imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi stabbilit kull sena fuq il-bażi taż-żoni dikjarati mill-bdiewa għas-sena konċernata.

4. Il-proporzjon ta' referenza għall-2003 imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi stabbilit kif ġej:

(a) l-art taħt mergħa permanenti għandha tkun l-art taħt mergħa permanenti dikjarata mill-bdiewa għall-2003, miżjuda bl-art taħt mergħa permanenti dikjarata għall-2005 skond l-Artikolu 14(1) ta' dan ir-Regolament u li ma kienitx dikjarata għal xi użu minbarra bħala mergħa għall-2003, sakemm il-bidwi ma jkunx jista' jagħti prova li dik l-art ma kienitx taħt mergħa permanenti fl-2003.

Żoni dikjarati fl-2005 bħala art taħt mergħa permanenti u li fl-2003 kienu eliġibbli għall-ħlas ta' żona li tinħadem għall-uċuh tar-raba skond l-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 li jistabbilixxi sistema ta' sostenn għall-produtturi ta' ċerti wċuh tar-raba minn art li tista' tinħadem [12] ma għandux jingħata kont tagħhom.

Art li kienet taħt mergħa permanenti fl-2003 u li ġiet afforestata mill-2003 'l hawn jew li għad trid tiġi afforestata skond it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ma għandux jingħata kont tagħha.

(b) iż-żona totali agrikola għandha tkun iż-żoona totali agrikola dikjarata mill-bdiewa fl-2005.

Artikolu 4

Żamma ta' art taħt mergħa permanenti f'livell individwali

1. Fejn jiġi stabbilit li l-proporzjon imsemmi fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament ikun qed inaqqas qed jonqos, l-Istat Membru konċernat għandu, f'livell nazzjonali jew reġjonali, jipprovdi għall-obbligu li l-bdiewa li japplikaw għall-għajnuna taħt xi waħda mill-iskemi ta' ħlas dirett elenkati fl-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ma jikkonvertux art taħt mergħa permanenti mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel.

2. Fejn jiġi stabbili li l-obbligu msemmi fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament ma jkunx jista' jiġi żgurat, l-Istat Membru konċernat għandu, b'żieda mal-miżuri li għandhom jittieħdu skond il-paragrafu 1, jipprovdi, f'livell nazzjonali jew reġjonali, għall-obbligu li l-bdiewa li japplikaw għall-għajnuna taħt xi waħda mill-iskemi ta' ħlas dirett elenkati fl-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jikkonvertu mill-ġdid l-art f'art taħt mergħa permanenti għal dawk il-bdiewa li jkollhom art għad-disponiment tagħhom li kienet konvertita minn art taħt mergħa permanenti għal art taħt użi oħra.

Dan l-obbligu għandu, fl-2005, jgodd fir-rigward ta' art konvertita f'art għal użi oħra mid-data li fiha għandhom jintbagħtu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna taż-żona għall-2003. Mill-2006, dan l-obbligu għandu jgħodd fir-rigward ta' art hekk konvertita mill-bidu tal-perjodu ta' 12-il xahar li jiġi qabel l-aħħar data li fiha l-applikazzjonijiet waħdiena kellhom jintbagħtu skond l-Artikolu 11 fl-Istat membru konċernat.

F'dak il-każ, il-bdiewa għandhom jikkonvertu lura perċentwal ta' dik iż-żona f'art taħt mergħa permanenti jew jistabbilixxu dak l-ammont ta' żona bħala art taħt mergħa permanenti. Dan il-perċentwal għandu jiġi kalkolat fuq il-bażi tal-ammont taż-żona hekk konvertita mill-bidwi u l-ammont taż-żona li huwa meħtieġ biex jerġgħa jistabbilixxi l-bilanċ.

Iżda, fejn dik l-art tkun suġġetta għal trasferiment wara li tkun ġiet konvertita f'art għal użi oħra, dan l-obbligu għandu jgħodd biss jekk it-trasferiment kien seħħ wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

B'dergoga mill-Artikolu 2, il-punt 2, iż-żoni konvertiti mill-ġdid jew stabbiliti bħala art taħt mergħa permanenti għandhom, sa mill-ewwel jum tal-konverżjoni mill-ġdid jew stabbiliment jitqiesu bħala "mergħa permanenti".

3. Iżda, l-obbligi għall-bdiewa stipulati fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jgħoddu fejn il-bdiewa ħolqu art taħt mergħa permanenti fil-qafas ta' programmi skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar metodi ta' produzzjoni agrikola kompatibbli mal-ħtiġiet tal-protezzjoni tal-ambjent u l-manutenzjoni tal-kampanja [13] u (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar sostenn għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) li jemenda u jħassar ċerti regolamenti [14] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1017/94 tas-26 ta'April 1994 li jikkonċerna l-konverżjoni ta' art fil-present miżmuma taħt uċuh tar-raba għal biedja tal-bhejjem tal-irziezet fil-Portugall [15].

TAQSIMA II L-AMMINISTRAZZJONI INTEGRATA U S-SISTEMA TA' KONTROLL

It-TITOLU I ĠENERALI

Artikolu 5

Identifikazzjoni ta' bdiewa

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, is-sistema waħdiena biex tirrekordja l-identità ta' kull bidwi kif hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 18(1)(f) ta' dak ir-Regolament għandha tiggarantixxi identifikazzjoni unika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna kollha mibgħuta mill-istess bidwi.

Artikolu 6

Identifikazzjoni ta' pakketti agrikoli

1. Is-sistema ta' identifikazzjoni għall-pakketti agrikoli msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha topera fil-livell ta' pakkett ta' referenza bħal pakkett katastali, jew blokka ta' produzzjoni li għandha tiżgura identifikazzjoni unika għal kull pakkett ta' referenza.

L-Istati Membri jistgħu, madanakollu, jiżguraw li l-pakketti ta' art ikunu identifikati b'mod ta' min jorbot fuqu u għandhom b'mod partikolari jeħtieġu l-applikazzjoni waħdiena li tintbagħat bid-dettalji jew akkumpanjata bid-dokumenti speċifikati mill-awtorità kompetenti li jippermettu li kull pakkett ta' art jiġi lokat u mkejjel. Il-GIS għandu jopera fuq il-bażi ta' sistema nazzjonali ġeodetika.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f'ta' lanqas 75 % tal-pakketti ta' referenza li jkunu s-suġġett ta' applikazzjoni għall-għajnuna, ta' l-anqas 90 % fiż-żona rispettiva jkunu eliġibbli skond l-iskema ta' ħlas waħdieni. L-istima għandha ssir fuq bażi ta' kull sena bl-użu tal-metodi adattati statistiċi.

3. Fir-rigward tal-ħlas taż-żona għall-lewż li hemm provvediment dwaru fil-Kapitolu 4 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, li għalihom iż-żona nazzjonali garantita ffissata fl-Artikolu 84(3) ta' dak ir-Regolament tkun aktar minn 1500 ha, għandhom jintroduċu, mill-1 ta' Jannar 2006, saff addizzjonali ta' informazzjoni GIS li jirrelata man-numru ta' siġar kull pakkett, it-tip tagħhom, il-pożizzjoni tagħhom u l-kalkolazzjoni tal-wiċċ tal-ġonna tas-siġar tal-frott.

Artikolu 7

Identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' drittijiet għall-ħlas

1. Is-sistema għall-identifikazzjoi u r-reġistrazzjoni tad-drittijiet għall-ħlas li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha tkun reġistru elettroniku fil-livell ta' Stat Membru u għandha, b'mod partikolari fir-rigward tal-verifiki doppji li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament, tiżgura l-intraċċabilità effettiva ntitlements, tad-drittijiet għall-ħlas, b'mod partikolari fir-rigward tal-elementi li ġejjin:

(a) detentur;

(b) valur;

(ċ) data tal-istabbiliment;

(d) data ta' l-aħħar attivazzjoni;

(e) oriġini, b'mod partikolari fir-rigward tal-attribuzzjoni tagħha, oriġini jew riżerva naturali, xiri, kera, wirt;

(f) it-tip ta' dritt, b'mod partikolari drittijiet imwarrba, drittijiet suġġetti għall-kondizzjonijiet speċjali skond l-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, u drittijiet bl-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 60 ta' dak ir-Regolament;

(g) fejn japplika, restrizzjonijiet reġjonali.

2. L-Istati Membri li fihom ma jkunx hemm aktar minn Aġenzija waħda għall-Ħlas, jistgħu jiddeċiedu li joperaw reġistru elettroniku fil-livell ta' Aġenzija għall-Ħlas. F'dak il-każ, l-Istat Membru konċernat li r-reġistri differenti jkunu kompatibbli ma' xulxin.

Artikolu 8

Prinċipji ġenerali fir-rigward ta' pakketti agrikoli

1. Pakkett li jkun fih is-siġar għandu jitqies bħala pakkett agrikolu għall-finijiet tal-iskemi relatati maż-żona kemm-il darba li l-attivitajiet agrikoli msemmija fl-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew, fejn japplika, il-produzzjoni maħsuba tista' titwettaq b'mod simili bħal dik fuq pakketti mingħajr siġar fl-istess żona.

2. Fir-rigward ta' żoni għall-għalf:

(a) fejn żona ta' għalf tintuża ma ħaddieħor, l-awtoritajiet kompetenti għandhom nozzjonalment jallokawha bejn il-bdiewa ndividwali fil-proporzjon tal-użu tagħhom jew tad-dritt għall-użu tagħha;

(b) għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tal-Artikolu 131 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, kull żona tal-għalf għandha tkun disponibbli għat-trobbija tal-annimali għal perjodu minimu ta' seba' xhur, li jibda minn data li għandha tiġi stabbilita mill-Istat membru, li għandha tkun bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu.

(ċ) ħall-finijiet ta' l-applikazzjoni tal-Artikolu 131 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, fejn żona tal-għalf tkun tinsab fi Stat Membru li ma jkunx tal-post prinċipali tan-negozju tal-bidwi, dik iż-żona gġandha titqies, fuq it-talba tal-bidwi, li tkun parti mill-azjenda ta' dak il-bidwi kemm-il darba tkun tinsab fil-viċinanza mmedjata tal-azjenda u li parti prinċipali tal-art agrikola kollha wżata minn dak il-bidwi tkun tinsab fl-Istat Membru li fih ikollu l-post prinċipali tiegħu tan-negozju.

Artikolu 9

Sistema ta' kontroll fir-rigward tal-konformità

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema li tiggarantixxi kontroll effettiv fir-rigward tal-konformità. Dik is-sistema għandha, skond il-Kapitolu III tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament b'mod partikolari tipprovdi għal:

(a) fejn l-awtorità kompetenti ta' kontroll ma tkunx l-Aġenzija għall-Ħlas, it-trasferiment tal-informazzjoni meħtieġa li tikkonċerna l-bdiewa li japplikaw għal ħlasijiet diretti mill-Aġenzija għall-Ħlas lill-korpi speċjalizzati ta' kontroll u/jew, fejn japplika, permezz tal-korp li jikkoordina msemmi fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(b) il-metodi li għandhom jiġu applikati għall-għażla tal-kampjuni ta' kontroll;

(ċ) l-indikazzjonijiet fir-rigward tan-natura u l-limiti tal-verifiki li għandhom jitwettqu;

(d) ir-rapporti ta' kontroll li jkun fihom b'mod partikolari xi kxif ta' nuqqas ta' konformità u stima tas-severità tagħha, limitu, permanenza u repetizzjoni;

(e) fejn l-awtorità kompetenti ta' kontroll ma tkunx l-Aġenzija għall-ħlas, it-trasferiment tar-rapporti ta' kontroll mill-korpi speċjalizzati ta' kontroll jew lill-Aġenzija għall-Ħlas jew lill-korp li jikkoordina msemmi fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew lit-tnejn;

(f) l-applikazzjoni tas-sistema ta' tnaqqis u esklużjonijiet mill-Aġenzija għall-Ħlas.

B'żieda, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal proċedura li skond din il-bidwi jindika lill-Aġenzija għall-Ħlas l-elementi meħtieġa biex jiġu identifikati l-ħtiġiet u l-istandards applikabbli għalih.

Artikolu 10

Ħlas ta' għajnuna

1. Mingħajr preġudizzju għall-limitu ta' żmien li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew xi regoli li jipprovdu għall-ħlas ta' avvanzi skond il-paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu, il-ħlasijiet diretti li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma għandhomx isiru qabel il-verifiki fir-rigward tal-kriterji eliġibbli, li għandhom jitwettqu mill-Istat Membru skond dan ir-Regolament, ikunu ġew finalizzati.

2. Fir-rigward tal-verifiki tal-konformità speċifikati fil-Kapitolu 3 tat-Titolu II tar-Regolament presenti fejn dawk il-verifiki ma jkunux jistgħu jiġu finalizzati qabel il-ħlas, kull ħlasijiet indebiti għandhom jiġi rkuprati skond l-Artikolu 73 ta' dan ir-Regolament.

It-TITOLU II APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-GĦAJNUNA

Il-KAPITOLU I L-APPLIKAZZJONI WAĦDIENA

Artikolu 11

Data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni waħdiena

1. Bidwi li japplika għall-għajnuna taħt xi waħda mill-iskemi ta' għajnuna relatati maż-żona jista' jibgħat biss applikazzjoni waħdiena kull sena.

Bidwi li ma japplikax għall-għajnuna taħt xi waħda mill-iskemi ta' għajnuna relatati maż-żona iżda japplika għal għajnuna taħt xi skema oħra ta' għajnuna elenkata fl-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandu jibgħat formola ta' applikazzjoni waħdiena jekk ikollu żona agrikola kif imfissra fl-Artikolu 2, il-punt (a) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għad-disponiment tiegħu li fiha għandu jelenka dawk iż-żoni skond l-Artikolu 14. Iżda, Stat Membru jista' jeżenta bdiewa minn dan l-obbligu fejn l-informazzjoni konċernata ssir disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti fil-qafas ta' xi sistemi oħra ta' amministrazzjoni jew kontroll li jiggarantixxi l-kompatibilità mas-sistema integrata skond l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

2. L-applikazzjoni waħdiena għandha tintbagħat sa data li għandha tiġi ffissata mill-Istati Membri li ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta' Mejju. Il-Finlandja u l-Isvezja jistgħu, iżda, jiffissaw data aktar tard li ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta' Ġunju.

Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jista' jiġi konċess li jiġu posposti d-dati msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'ċerti żoni fejn kondizzjonijiet eċċezzjonali klimatiċi jagħmlu d-dati normali inapplikabbli.

Meta jiffissaw dik id-data, l-Istati Membri għandhom jagħtu kont tal-perjodu meħtieġ li d-data kollha relevanti tkun disponibbli għall-amministrazzjoni kif imiss u l-immaniġġar finanzjarju tal-għajnuna u għandhom jiżguraw li kontrolli effettivi jistgħu jiġu skedati, b'mod partikolari meta titqies id-data li għandha tiġi ffissata skond l-Artikolu 44(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

3. Fejn aktar minn Aġenzija waħda ta' Ħlas tkun responsabbli fir-rigward ta' l-istess bidwi għall-immaniġġar tal-iskemi ta' għajnuna suġġetti għas-sottomissjoni ta' applikazzjoni waħdiena, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li l-informazzjoni mitluba f'dan l-Artikolu tkun qed ssir disponibbli lill-Aġenziji kollha ta' Ħlas involuti.

Artikolu 12

Kontenut ta' applikazzjoni waħdiena

1. L-applikazzjoni waħdiena għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi stabbilita l-eliġibilità għall-għajnuna, b'mod partikolari:

(a) l-identità tal-bidwi;

(b) l-iskema jew skemi ta' għajnuna konċewrnati;

(ċ) l-identifikazzjoni tad-drittijiet għall-ħlas skond is-sistema ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 7 għall-finijiet tal-iskema ta' ħlas waħdieni, imqassma skond id-drittijiet imwarrba u drittijiet oħra;

(d) dettalji li jippermettu l-identifikazzjoni tal-pakketti agrikoli kollha tal-azjenda, id-daqs tagħhom espress f'ettari sa żewġ punti deċimali, il-lokazzjoni tagħhom u, fejn japplika, l-użu tagħhom u jekk il-pakkett agrikolu huwiex saqwi;

(e) dikjarazzjoni mill-bidwi li huwa konxju mill-kondizzjonijiet marbuta mal-iskemi ta' għajnuna in kwistjoni.

2. 2.Għall-fini tal-identifikazzjoni tad-drittijiet għall-ħlas imsemmijafil-paragrafu 1(ċ), il-formoli stampati minn qabel imqassma lill-bidwi skond l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom isemmu l-identifikazzjoni tad-drittijiet għall-ħlas skond is-sistema ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 7 imqassma skond drittijiet imwarrba u drittijiet oħra.

Meta jibgħat il-formola tal-applikazzjoni, l-bidwi għandu jikkoreġi l-formola stampata minn qabel jekk ikunu seħħew xi emendi, b'mod partikolari trasferimenti ta' drittijiet għall-ħlas skond l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Il-bidwi għandu jiddikjara separatament iż-żona li ssostni d-drittijiet imwarrba u ż-żona li ssostni drittijiet oħra. Skond l-Artikolu 54(6) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-bidwi għandu jitlob id-drittijiet imwarrba qabel xi drittijiet oħra. B'konsegwenza, l-bidwi għandu jiddikjara iż-żona għat-twarrib li tikkorrispondi man-numru ta' drittijiet imwarrba kemm-il darba jkollu ammont suffiċjenti ta' żona eliġibbli għad-disponiment tiegħu. Fil-każ li l-ammont ta' żona eliġibbli jkun anqas minn-numru ta' drittijiet imwarrba, il-bidwi jista' jitlob in-numru ta' drittijiet imwarrba li jikkorrispondu mal-ammont ta' żona għad-disponiment tiegħu.

3. Għall-fini tal-identifikazzjoni tal-pakketti agrikoli kollha tal-azjenda msemmija fil-paragrafu 1(d), il-formoli stampati minn qabel imqasma lill-bidwi skond l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom isemmu ż-żona massima eliġibbli għal kull pakkett ta' referenza għall-finijiet tal-iskema ta' ħlas waħdieni. B'żieda, l-materjal grafiku provdut lill-bidwi skond l-istess dispożizzjoni għandu jindika l-konfini tal-pakketti ta' referenza u l-identifikazzjoni unika tagħhom u l-bidwi għandu jindika l-lokazzjoni ta' kull pakkett agrikolu. Meta jibgħat il-formola tal-applikazzjoni, il-bidwi għandu, b'żieda, jikkoreġi l-formola stampata minn qabel jekk ikunu seħħew xi emendi.

Artikolu 13

Ħtiġiet speċifiċi marbta mal-applikazzjoni waħdiena

1. Fil-każ fejn applikazzjoni għall-għajnuna għal ħlasijiet ta' żona ta' uċuh miżrugħa tar-raba skond il-Kapitolu 10 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ikun fiha dikjarazzjoni tal-koltivazzjoni ta' kittien u qanneb imkabbra għall-fibra skond l-Artikolu 106 ta' dak ir-Regolament, it-tikketti uffiċjali għall-ippakkeġġar taż-żerriegħa skond id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE [16], u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, għandhom jinbagħtu jew, fil-każż ta' kittien imkabbra għall-fibra, kull dokumenti oħra rikonoxxuti mill-Istati Membri konċernati, inklużi ċ-ċertifikazzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 19 ta' dik id-Direttiva.

Fejn iż-żriegħ iseħħ wara l-limitu ta' żmien li fih għandha tintbagħat l-applikazzjoni waħdiena, dawk it-tikketti jew dokumenti għandhom jintbagħtu l-aktar tard sat-30 ta' Ġunju.

Fejn it-tikketti għaż-żerriegħa tal-kittien imkabbra għal-fibra ukoll għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet nazzjonali oħra, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu biex dawk it-tikketti jintbagħtu lura lill-bidwi malli jkunu ġew mibgħuta.

Fil-każ ta' kittien imkabbar għall-fibra, l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-pakketti kollha miżrugħa ta' kittien għal kull varjetà ta' kittien miżrugħ għandha tiġi provduta.

F'dak il-każ u fil-każ fejn bidwi jkollu l-ħsieb li jipproduċi kittien skond l-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-applikazzjoni waħdiena għandu jkun fiha:

(a) kopja tal-kuntratt jew l-obbligazzjoni msemmija fl-artikoli 52 u 106 ta' dak ir-Regolament, kemm-il dwarba l-Istat Membru ma jkunx ipprovda li dik il-kopja tista' tintbagħat d'data aktar tard li ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta' Settembru;

(b) fil-każ imsemmi fl-Artikolu 52 ta' dak ir-Regolament, indikazzjoni tal-kwantitajiet ta' żerriegħa wżati (kr kull ettaru);

(ċ) it-tikketti uffiċjali wżati fuq l-ippekkeġġar taż-żerriegħa skond id-Direttiva 2002/57/KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tagħha; iżda, fejn iż-żriegħ iseħħ wara l-limitu taż-żmien li fih għandha tintbagħat l-applikazzjoni waħdiena, it-tikketti għandhom jintbagħtu l-aktar tard sat-30 ta' Ġunju; ukoll fejn it-tikketti għandhom jintbagħtu lil awtoritajiet nazzjonali oħra, l-Istati Membri jisgħu jipprovdu biex dawk it-tikketti jintbagħtu lura lill-bidwi malli dawn it-tikketti jkunu ntbagħtu skond dan il-punt.

2. Fil-każ ta' art imwarrba wżata skond l-Artikolu 55(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 107(3) ta' dak ir-Regolament, l-applikazzjoni waħdiena għandu jkun fiha l-prova meħtieġa taħt ir-regoli settorali applikabbli.

3. Fil-każ ta' applikazzjoni għall-għajnuna għall-premium ta' kwalità tal-qamħ durum li hemm provvediment dwarhu fil-Kapitilu I tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u għas-suppliment ta' qamħ durum u l-għajnuna speċifika li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 105 ta' dak ir-Regolament, l-applikazzjoni waħdiena għandu jkun fiha prova, skond ir-regoli li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru, li l-kwantità minima ta' żerriegħa ċertifikata għall-qamħ durum kienet intużat.

4. Fil-każ ta' applikazzjoni għall-ħlas speċifiku ta' wiċċ tar-raba għar-ross kif hemm provvediemtn dwaru fil-Kapitolu III tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-applikazzjoni waħdiena għandu jkun fiha speċifikazzjoni tal-varjetà tar-ross miżrugħ u identifikazzjoni tal-pakketti rispettivi.

5. Fil-każ ta' applikazzjoni għall-ħlas taż-żona għal-lewż li hemm provvediment dwarha fil-Kapitolu 4 tat-Titolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-applikazzjoni waħdiena għandu jkun fiha n-numru tas-siġaw, il-pożizzjoni tagħhom u t-tip tagħhom.

6. Fil-każ ta' applikazzjoni għal uċuh tar-raba ta' enerġija li hemm provvediment dwarhom fil-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-applikazzjoni waħdiena għandu jkun fiha kopja tal-kuntratt li l-applikant ikun għamel ma' l-ewwel proċessur skond l-artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 2237/2003.

7. Fil-każ ta' applikazzjoni għall-għajnuna għall-patata tal-lamtu li hemm provvediment dwarha fil-Kapitolu 6 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-applikazzjoni waħdiena għandu jkun fiha kopja tal-kuntratt ta' koltivazzjoni; iżda, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li dik il-kopja tista' tintbagħat sa data aktar tard li ma għandhiex tkun aktar tard mit-30 ta' Ġunju.

8. Fil-każ ta' applikazzjoni għall-għajuna għaż-żerriegħa li hemm provvediment dwarha fil-Kapitolu 9 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-applikazzjoni waħdiena għandu jkun fiha:

(a) kopja tal-kuntratt tat-tkabbir jew dikjarazzjoni tat-tkabbir; iżda, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li dik il-kopja tista' tintbagħat sa data aktar tard li ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta' Settembru;

(b) indikazzjoni dwar l-ispeċi taż-żerriegħa miżrugħa f'kull pakkett;

(ċ) indikazzjoni tal-kwantità ta' żerriegħa ċertifikata prodotta, espressa fi kwintali sa punt wieħed deċimali; iżda, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li dik l-informazzjoni tista' tintbagħat sa data aktar tard li ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta' Ġunju tas-sena li tiġi wara l-ħsad;

(d) kopja tad-dokumenti ta' sostenn li juru li l-kwantitajiet ta' żerriegħa msemmija tkun ġiet uffiċjalment ċertifikata; iżda, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li dik l-informazzjoni tista' tintbagħat sa data aktar tard li ma għandhiex tkun aktar tard mill-31 ta' Mejju tas-sena li tiġi wara l-ħsad.

Artikolu 14

Regoli Ġenerali li jirreferu għall-applikazzjoni waħdiena u dikjarazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' użi partikolari ta' żona

1. L-użi ta' żona kif imsemmija fl-Artikoli 5(2) u 51 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u dawk elenkati fl-Anness V li jinsab ma' dak ir-Regolament, kif ukoll iż-żoni wżati għall-produzzjoni tal-kittien imkabbar għall-fibra fejn dawk iż-żoni ma għandhomx għal fejn ikunu dikjarati skond l-artikolu 13 ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu dikjarati taħt intestatura separata fl-applikazzjoni waħdiena.

L-użi ta' żona li la jkun għall-finijiet tal-iskemi ta' għajnuna li hemm provvediment dwarhom fit-Titoli III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u lanqas ma huma elenkati fl-Anness V li jinsab ma' dak ir-Regolament għandhom jiġu dikjarati taħt intestatura waħda jew aktar ta' "użi oħra".

L-istati Membri jistgħu jipprovdu li l-ewwel u t-tieni subparagrafi ma għandhomx jgħaoddu fejn l-infoemazzjoni konċernata tintgħamel disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti fil-qafas ta' sistemi oħra amministrattivi jew ta' kontroll li jiggarantixxu l-kompatibilità mas-sistema integrata skond l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

2. Fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tas-sistema ta' ħlas waħdieni l-Istati membri jistgħu jidderogaw mid-dispozizzjonijiet ta' l-Artikoli 12 u 13 jekk id-drittijiet għall-ħlas ma jkunux għadhom ġew definittivament stabbiliti fid-data l-aktar tard iffissata għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni waħdiena.

3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna taħt it-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom ikunu koperti b'applikazzjoni waħdiena. F'dak il-każ, il-Kapitoli 2 u 3 ta' dan it-Titolu għandhom jgħoddu skond il-każ fir-rigward tal-ħtiġiet partikolari stabbiliti bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni għall-għajnuna taħt dawk l-iskemi.

4. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi d-daqs minimu ta' pakketti agrigoli fir-rigward li tagħhom tista' ssir applikazzjoni. Iżda, id-daqs minimu ma jistgħax jisboq iż-0,3 ha.

Artikolu 15

Emendi għall-applikazzjonijiet waħdiena

1. Wara li jiskadi l-mitu ta' żmien għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni waħdiena, il-pakketti invidwali agrikoli, skond il-każ jistgħu jkun, akkumpanjati bid-drittijiet għall-ħlas li jikkorrispondu, li jkunu għandhom ma ġewx dikjarati fl-applikazzjoni waħdiena għall-finijiet ta' xi skemi ta' għajnuna relatati maż-żona, jistgħu jiġu miżjuda mal-applikazzjoni waħdiena kemm-il darba jiġu rispettati l-ħtiġiet taħt l-iskemi ta' għajnuna konċernati.

Bidliet fir-rigward ta' użu jew skema ta' għajnuna li jirrelataw ma' pakketti individwali agrikoli diġà dikjarati fl-applikazzjoni waħdiena jistgħu jsiru taħt l-istess kondizzjonijiet.

Fejn l-emendi msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi jkollhom impatt fuq xi dokumenti ta' sostenn jew jew kuntratti li għandhom jintbagħtu, għandhom ikunu permessi wkoll l-emendi li għandhom x'jaqsmu ma' dawk id-dokumenti jew kuntratti.

2. Mingħajr preġudizzju għad-dati ffissati mill-Finlandja jew l-Isvezja għas-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni waħdiena skond l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2), l-emendi skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu notifikati bil-miktub lill-awtorità kompetenti l-aktar tard sal-31 ta' Mejju, fil-każ tal-Finlandja u l-Isvezja sal-15 ta' Ġunju, tas-sena kalendarja konċernata.

3. Fejn l-awtorità kompetenti tkun ġiġà infurmat lill-bidwi b'irregolaritajiet fl-applikazzjoni waħdiena jew fejn din tkun tat avviż lill-bidwi bil-ħsieb tagħha li twettaq verifika fuq il-post u fejn dik il-verifika fuq il-post tikxef irregolaritajiet, l-emendi skond il-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu awtorizzati fir-rikward tal-pakketti agrikoli affettwati mill-irregolaritajiet.

Il-KAPITOLU II APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BHEJJEM TA' L-IRZIEZET

Artikolu 16

Ħtiġiet li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet ta' għajnuna għall-bhejjem tal-irziezet

1. L-applikazzjonijiet ta' għajnuna għal bhejjem tal-irziezet għandu jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi stabbilita l-eliġibilità għall-agħajnuna, u b'mod partikolari:

(a) l-identità tal-bidwi;

(b) referenza għall-applikazzjoni waħdiena jekk din tkun diġà ntbagħtet;

(ċ) in-numru ta' annimali ta' kull tip li fir-rigward tagħhom tkun saret talba għall-għajnuna u, għall-bovini, l-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-annimali;

(d) fejn japplika, obbilgazzjoni mill-bidwi li jżomm l-annimali msemmija fil-punt (ċ) fl-azjenda tiegħu matul il-perjodu ta' żamma u informazzjoni dwar il-post jew il-postijiet fejn l-annimali ikunu qed jinżammu nkluż il-perjodu jew pejodi konċernati;

(e) fejn japplika, l-limitu individwali jew il-limitu massimu ndividwali għall-annimali konċernati;

(f) fejn japplika, l-kwantità ta' referenza tal-ħalib disponibbli għall-bidwi fil-31 ta' Marzu jew, jekk l-Istat Membru konċernat jiddeċiedi li jagħmel użu mid-deroga li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 44(a) tar-Regolament (KE) Nru 2342/1999, fl-1 ta' April tas-sena kalendarja konċernata; fejn din il-kwantità ma tkunx magħrufa fid-data li fiha tintbagħat l-applikazzjoni, din għandha tiġi komunikata lill-awtorità kompetenti mal-ewwel opportunita;

(g) dikjarazzjoni mill-bidwi li huwa konxju mill-kondizzjonijiet tal-għajnuna in kwistjoni.

Jekk l-annimal jiġi mċaqlaq minn post għall-ieħor matul il-perjodu taż-żamma l-bidwi għandu jinforma bil-miktub lill-awtorità kompetenti bil-quddiem.

2. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu lil kull min iżomm l-annimali d-dritt li jikseb mill-awtorità kompetenti mingħajr tfixkil, f'intervalli raġonevoli u mingħajr dewmien żejjed, informazzżjoni dwar id-data li tirrelata għalih u għall-annimali tiegħu miżmuma fid-database komputerizzata għall-annimali bovini. Meta jibgħat l-applikazzjoni tigeħu għall-għajnuna, il-bidwi għandu jiddikjara li d-data hija korretta u sħiħa jew huwa għandu jikkoreġi kull data skorretta jew iżid id-data nieqsa.

3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li xi parti mill-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx meħtieġa li tiddaħħal fl-applikazzjoni għall-għajnuna, fejn din tkun diġa ġiet komunikata lill-awtorità kompetenti.

L-Istati Membri jistgħu b'mod partikolari jdaħħlu proċeduri li bihom id-data li tkun tinsab fid-database komputerizzata għall-annimali bovini tkun tista' tintuża għall-finijiet ta' l-applikazzjoni għall-għajnuna, kemm-il darba d-database komputerizzata għall-annimali bovini tkun toffri l-livell ta' assigurazzjoni u implimentazzjoni meħtieġa għall-immaniġġar kif imiss ta' l-iskemi ta' għajnuna nvoluti. Dawk il-proċeduri jistgħu jkunu jikkonsistu f'sistema li skond din il-bidwi jkun jista' japplika għall-għajnuna fir-rigward tal-annimali kollha li, f'data li għandha tiġi stabbilita mill-Istat Membru, jikkwalifikaw għall-għajnuna fuq il-bażi tad-data li tkun tinsab fid-database komputerizzata dwar l-annimali bovini. F'dan il-każi, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiggarantixxu li:

(a) Skond id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-iskema ta' għajnuna in kwistjoni, id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodi relevanti taż-żamma ikunu identifikati b'mod ċar u mgħarrfa lill-bidwi;

(b) il-bidwi jkun konxju li l-annimali kollha li jinstabu li ma jkunux identifikati kif imiss jew reġistrati fis-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali bovini għandhom jgħoddu bħala annimali misjuba b'irregolaritajiet kif imsemmi fl-Artikolu 59.

Fir-rigward tal-premium għall-baqar li jreddgħu skond l-artikolu 125 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, irregolaritajiet misjuba fir-rigward tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-eġistrazzjoni ta' annimali bovini għandhom jiġu allokati proporzjonalment bejn in-numru ta' annimali meħtieġa li jirċievu l-premium u l-annimali meħtieġa għall-provvista tal-ħalib jew prodotti mill-ħalib skond l-Artikolu 125(2)(b) ta' dak ir-Regolament. Iżda, dawk l-irregolaritajiet għandhom l-ewwel jiġu allokati lin-numru ta' annimali mhux meħtieġa fil-limiti ndividwali jew fil-limti massimi ndividwali msemmija fl-Artikolu 125(2)(b) u l-Artikolu 126.

4. L-istati Membri jistgħu jipprovdu li xi parti mill-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi jew għandha tiġi mibgħuta permezz ta' korp jew korpi approvati minnhom. Iżda, il-bidwi għandu jibqa' responsabbli għat-tagħrif mibgħut.

Il-KAPITOLU III APPLIKAZZJONI GĦALL-GĦAJNUNA GĦALL-PREMIUM TAL-MAĦLEB U ĦLASIJIET ADDIZZJONALI

Artikolu 17

Ħtiġiet li għandhom x'jaqsmu mall-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-premium tal-maħleb u ħlasijiet addizzjonali

Kull produttur tal-ħalib li japplika għall-premium tal-maħleb u l-ħlasijiet addizzjonali li hemm provvediment dwarhom fil-Kapitolu 7 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jibgħat applikazzjoni għall-għajnuna li jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi stabbilita l-eliġibilità għall-għajnuna, u b'mod partikolari:

(a) l-identità tal-bidwi;

(b) a dikjarazzjoni mill-bidwi li huwa konxju mill-kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-għajnuna in kwistjoni.

L-applikazzjoni għall-għajnuna għandha tintbagħat sa data li għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri li ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta' Mejju u, fil-każ tal-Finlandja u l-Isvezja, il-15 ta' Ġunju.

Il-KAPITOLU IV DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 18

Simplifikazzjoni ta' proċeduri

1. Mingħajr preġudizzju għal xi dispożizzjonijiet speċifiċi f'dan ir-Regolament jew fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jeħtieġu li kull tip ta' komunikazzjonijiet skond dan ir-Regolament kemm mill-bidwi lill-awtoritajiet u l-kuntrarju jintgħamlu b'mezzi elettroniċi. F'dak il-każ, għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat b'mod partikolari li:

(a) il-bidwi jiġi identifikat b'mod mhux ambigwu;

(b) il-bidwi jkun jikkonforma mal-ħtiġiet kollha tal-għajnuna konċernata;

(ċ) id-data trasmessa tkun ta' min jorbot fuqha bil-ħsieb tal-immaniġġar kif imiss tal-iskema ta' għajnuna konċernata; fejn isir użu mid-data li tinsab fid-database komputerizzata għall-annimali bovini, dik id-database għandha toffri l-livell tal-assigurazzjoni u l-implimentazzjoni meħtieġa għall-immaniġġar kif imiss tal-iskemi ta' għajnuna nvoluti;

(d) fejn id-dokumenti li jakkumpnajaw ma jkunux jistgħu jiġi trasmessi elttronikament, dawk id-dokumenti għandhom jiġu riċevuti mill-awtoritajiet kompetenti fl-istess limiti ta' żmien bħal fil-każ ta' trasmissjoni mhux b'mezzi elettroniċi;

(e) ma jkun hemm diskriminazzjoni bejn il-bdiewa li jużaw mezzi mhux elettroniċi għas-sottomissjoni u dawk li jagħżlu mezzi elettroniċi;

2. Fir-rigward tas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna, l-Istati Membri jistgħu, taħt il-kondizzjonijiet li hemm provvediment drawhom fil-paragrafu 1(a) sa (e), jipprovdu għal proċeduri simplifikati fejn id-data tkun diġà disponibbli lill-aworitajiet, b'mod partikolari fejn is-sitwazzjoni ma tkunx inbidlet mill-aħħar sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna taħt l-iskema ta' għajnuna konċernata.

Artikolu 19

Aġġustamenti ta' żbalji ovvji

Mingħajr preġuddizzju għall-Artikoli 11 sa 18, applikazzjoni għall-għajnuna tista' tiġi aġġustata f'kull żmien wara li tintbagħat, fil-każi ta' żbalji ovvji rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 20

Derogi mid-data finali għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna, dokumenti ta' sostenn, kuntratti u dikjarazzjonijiet

B'deroga mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 [17], fejn l-aħħar data għas-sottomissjoni ta' applikazzjoni għall-għajnuna jew xi dokumenti ta' sostenn, kuntratti jew dikjarazzjonijiet taħt dan it-Titolu tkun btala pubblika, Sibt jew Ħadd, din għandha titqies li taqa' fl-ewwel jum utli li jkun imiss.

Artikolu 21

Applikazzjonijiet li jintbgaħtu tard

1. Ħlief fil-każi ta' forza maġġuri u ċirkostanzi eċċezzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 72, is-sottomissjoni ta' applikazzjoni għall-għajuna skond dan ir-Regolament wara l-limitu ta' żmien relevanti għandu jwassal għal tnaqqis ta' 1 % għal kull jum utli fl-ammonti li għalihom il-bidwi kien ikun intitolat kieku l-applikazzjoni kienet saret fil-waqt.

Mingħajr preġudizzju għal xi miżuri partikolari li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri fir-rigward tal-ħtieġa tas-sottomissjoni ta' xi dokumenti ta' sostenn fi żmien debitu li jippermetti li kontrolli effettivi jiġu skedati u mwettqa, l-ewwel subparagrafu għandu wkoll jgħodd fir-rigward ta' dokumenti, kuntratti jew dikjarazzjonijiet li għandhom jintbagħtu lill-awtorità kompetenti skond l-Artikoli 12 u 13 fejn dawk id-dokumenti, kuntratti jew dikjarazzjonijiet, ikunu importanti għall-kostituzzjoni tal-eliħibilità għall-għajnuna in kwistjoni. F'dak il-każ, it-tnaqqis għandu jiġi applikat fuq l-ammont li għandu jitħallas għall-għajnuna konċernata.

Jekk id-dewmien jammonta għal aktar minn 25 jum kalendarju l-applikazzjoni għandha titqies bħala inammissibbli.

2. Is-sottomissjoni ta' emenda għal applikazzjoni waħdiena wara l-aħħar data kif hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 15(2) għandha twaasal għal tnaqqis ta' 1 % għal kull jum utli fl-ammonti li jirrelataw mal-użu attwali tal-pakketti agrikoli konċernati.

Emendi għal applikazzjoni waħdiena għandhom ikunu ammissibbli biss sal-aħħar data ta' applikazzjoni waħdiena li tintbagħat tard kif speċifikat fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1. Iżda, fejn dik id-data tkun aktar kmieni minn, jew l-istess bħall-, aħħar data li hemm prvvediemnt dwarha fl-Artikolu 15(2), l-emendi għal applikazzjoni waħdiena għandhom jitqiesu bħala inammissbli wara d-data li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 14(2).

3. Fir-rigward ta' żoni tal-għalf, fejn l-applikazzjoni waħdiena tintbgaħat tard, it-tnaqqis li jirriżulta għandu jkun b'żieda ma' kull tnaqqis ieħor applikabbli għas-sottomissjoni tard ta' l-applikazzjonijiet għall-għajnuna msemmija fl-Artikoli 131 u 132 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Artikolu 22

Irtirar ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna

1. Applikazzjoni għall-għajnuna tista' tiġi rtirata kollha kemm hi jew parzjalment f'kull żmien bil-miktub.

Fil-każ fejn Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltajiet li hemm provvediemtn dwarhom fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(3), dak l-Istat Membru jista' jipprovdi li n-notifikazzjonijiet għad-database komputerizzata għall-annimali bovini ta' annimal li jkun ħalla l-azjenda jistgħu jissostitwixxu l-irtirar bil-miktub.

Iżda, fejn l-awtorità kompetenti tkun diġà nformat lill-bidwi b'irregolaritajiet fl-applikazzjoni għall-għajnuna jew fejn l-awtorità kompetenti tkun tat avviż lill-bidwi bil-ħsieb tagħha li twettaq verifika fuq il-post u fejn dik il-verifika fuq il-post tikxef irregolaritajiet, l-irtirar ma għandux ikun awtorizzat fir-rigward tal-partijiet tal-applikazzjoni għall-għajnuna affettwati bl-irregolaritajiet.

2. L-irtira skond il-pargarafu 1 għandho jqiegħed lill-applikant fl-istess pożizzjoni li kien fiha qabel ma bagħat l-applikazzjoni għall-għajnuna jew il-parti tal-applikazzjoni għall-għajnuna in kwistjoni.

It-TITOLU III KONTROLLI

Il-KAPITOLU I REGOLI KOMUNI

Artikolu 23

Prinċipji ġenerali

1. Il-verifiki amministrattivi u fuq il-post li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament għandhom isiru b'dak il-mod li tiġi żgurata l-verifikazzjoni effettiva tal-konformità mat-termini li taħthom jingħataw l-għajnuniet u tal-ħtiġiet u l-istandards relevanti għall-konformità reċiproka.

2. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna konċernata għandhom jiġu rifjutati jekk il-bidwi jew ir-rappresentant tiegħu jipprevjeni milli titwettaq verifika fuq il-post.

Il-KAPITOLU II KONTROLLI FIR-RIGWARD TA' KRITERJI TA' ELIĠIBILITà

Taqsima I Verifiki amministrattivi

Artikolu 24

Verifiki

1. Il-verifiki amministrattivi msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jippermettu l-kxif ta' irregolaritajiet, b'mod partikolari l-kxif awtomatizzat bl-użu ta' mezzi komputerizzati, inklużi verifiki reċiproċi:

(a) fuq drittijiet għall-ħlas dikjarati u pakketti dikjarati, rispettivament, sabiex jiġi evitat l-għoti indebitu moltipliku tal-istess għajnuna fir-rigward tal-istess sena kalendarja jew tas-suq u biex jipprevjenu kull kumular indebitu ta' għajnuna mogħtija taħt l-iskemi ta' għajnuna relatati maż-żona elenkati fl-Annessi I u V li jinsabu mar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(b) dwar id-drittijiet għall-ħlas biex tiġi verifikata l-eżistenza tagħhom u l-eliġibilità għall-għajnuna;

(ċ) bejn il-pakketti garikoli kif dikjarati fl-applikazzjoni waħdiena u l-pakketti ta' referenza kif jinsabu fis-sistema ta' identifikazzjoni għall-pakketti agrikoli biex tiġi verifikata l-eliġibilità għall-għajnuna taż-żoni bħala tali;

(d) bejn id-drittijiet għall-ħlas u ż-żona stabbilita sabiex jiġi verifikat li d-drittijiet ikunu akkumpanjati b'numru ugwali ta' ettari eliġibbli kif imfisser fl-Artikolu 44(2) u l-Artikolu 54(2), rispettivament, tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(e) permezz tad-database komputerizzata għall-annimali bovini, biex tiġi evitata l-eliġibilità għall-għajnuna u biex jiġi evitat l-għoti indebitu moltipliku tal-istess għajnuna fir-rigward tal-istess sena kalendarja;

(f) fejn id-dokumenti ta' sostenn, kuntratti jew dikjarazzjonijiet tat-tkabbir għandhom jintbagħtu u fejn japplika, bejn il-pakketti agrikoli kif dikjarati fl-applikazzjoni waħdiena u fid-dikjarazzjonijiet ta' sostenn, kuntratti jew dikjarazzjonijiet tat-tkabbir biex tiġi verifikata l-eliħibilità għall-għajnuna taż-żona;

(g) bejn pakketti agrikoli kif dikjarati fl-applikazzjoni waħdiena u l-bċejjeċ tal-art suġġetti għall-eżami uffiċjali li jkunu nstabu li jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttivi msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1674/72 tat-2 ta' Awissu 1972 li jippreskrivi r-regoli ġenerali għall-għoti u l-iffinanzjar ta' għajnuna għaż-żerriegħa [18];

2. L-indikazzjonijiet tal-irregolaritajiet li jirriżultaw minn verifiki reċiproki għandhom jiġi segwiti b'kull proċedura oħra amministrattiva adattata, u fejn meħtieġ, b'verifika fuq il-post.

Taqsima II verifiki fuq il-post

sub-Taqsima I Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 25

Prinċipji ġenerali

1. Il-verifiki fuq il-post ma għandhom jitħabbru minn qabel. Iżda, kemm-il darba l-għan tal-kontroll ma jiġix perikolat, jista' jingħata avviż bil-quddiem, limitat strettament għall-perjodu minimu ta' żmien meħtieġ. Dak l-avviż għandhu, ħlief f'każi debitament ġustifikati, ma jisboqx it-48 siegħa.

2. Fejn xieraq, il-verifiki fuq il-post li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament u kull verifiki oħra li jipprovdu għalihom ir-regoli tal-Komunità jitweqqu fl-istess waqt.

Artikolu 26

Rata ta' Kontroll

1. In-numru ta' verifiki mwettqa kull sena għandu tal-anqas ikopri 5 % tal-bdiewa kollha li jibgħatu applikazzjoni waħdiena.

Bla ħsara għat-tielet subparagrafu, fil-każi li ġejjin l-Istati membri għandhpm jieħdu kampjuni addizzjonali ta' kontroll ta' l-anqas għall-:

(a) 5 % tal-bdiewa kollha li japplikjaw għall-għajnuna għall-patata tal-lamtu li hemm provvediment dwarha fil-kapitolu 6 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(b) 5 % għal kull speċi ta' żerriegħa li dwarha tintalab għajnuna skond l-Artikolu 99 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(ċ) 50 % tal-bdiewa kollha li japplikaw għall-għajnuna għall-lewż li hemm provvediment dwarha fil-Kapitolu 4 tal-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fil-każ fejn Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltà li ma jdaħħalx, skond l-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament, saff addizzjonali ta' informazzjoni GIS;

Fir-rigward tal-Istati Membri l-oħra kollha, dwar is-sena 2005, 5 % tal-bdiewa kollha li japplikaw għall-għajnuna għall-lewż li hemm provdut dwarha fil-Kapitolu 4 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 sakemm is-saff addizzjonali ta' informazzjoni GIS ma jkunx diġà ddaħħal.

Fejn il-kampjun ta' kontroll meħud taħt l-ewwel subparagrafu jkun diġà applikanti għall-għajnuniet imsemmija fil-punti (a) sa (ċ) tat-tieni subparagrafu, dawk l-applikanti jistgħu jingħadu bħala parti mir-rati ta' kontroll stipulati fih.

2. In-numru totali ta' verifiki mwettqa fuq il-post kull sena għandu, b'żieda, jkopri, tal-anqas:

(a) ir-rata minima ta' kontroll ta' 30 % jew 20 % taż-żoni dikjarati għall-produzzjoni tal-kittien kif imsemmija fl-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Fejn Stat Membru jkun diġà daħħal sistema ta' approvazzjoni minn qabel għal dik il-koltivazzjoni u jkun diġà nnotifika lill-Kummissjoni bir-regoli dettaljati tagħha u l-kondizzjonijiet marbuta ma dik is-sistema qabel il-bidu fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, kull emendi għal dawk ir-regoli dettaljati jew kondizzjonijiet għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed.

(b) 5 % tal-bdiewa kollha li japplikaw għall-għajnuna taħt l-iskemi ta' għajnuna bovina. Iżda, fejn id-database komputerizzata għall-annimali bovini ma toffrix il-livell ta; assigurazzjoni u implimentazzjoni meħtieġa għall-immaniġġar kif imiss tal-iskemi ta' għajnuna nvoluti il-perċentwali għandu jiżdied għal 10 %. Dawk il-verifiki fuq il-post ħandhom ikopru tal-anqas 5 % tal-annimali kollha għal kull skema ta' għajnuna li għaliha issir applikazzjoni;

(ċ) 10 % tal-bdiewa kollha li japplikaw għall-għajnuna taħt l-iskema ovina/kaprina irrispettivament ta' jekk l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkunux qed jintbagħtu bħala parti minn applikazzjoni waħdiena jew indipendentement;

(d) 2 % tal-produtturi kollha tal-ħalib li japplikaw għall-premium tal-maħleb u/jew ħlasijiet addizzjonali.

3. Jekk il-verifiki fuq il-post jikxfu xi rregolaritajiet sinjifikanti fil-kuntest ta' skema partikolari ta' għajnuna jew f'reġjun jew f'parti minn reġjun, l-awtoritàkompetenti għandha żżid kif xieraq in-numru ta' verifiki fuq il-post matul is-sena kurrenti u għandha żżid kif xieraq in-numru ta' bdiewa li għandhom jiġu verifikati fuq il-post fis-sena ta' wara.

4. Fejn hemm provvediment li elementi partikolari ta' verifika fuq il-post jistgħu jitwettqu fuq il-bażi ta' kampjun, il-kampjun għandu jiggarantixxi livell ta' min jorbot fuqu u rappresentattiv ta' kontroll. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji għall-għażla tal-kampjun. Jekk il-verifiki mwettqa fuq dak il-kampjun jikxu rregolaritajiet, il-limitu u l-kamp ta' applikazzjoni tal-kampjun għandhom jitwessu' kif xieraq.

Artikolu 27

Għażla tal-kampjun ta' kontroll

1. Il-bdiewa suġġetti għall-verifiki fuq il-post għandhom jingħażlu mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi ta' analżi tar-riskju u element ta' reppresentanza tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna mibgħuta. L-effettività tal-parametri tal-analiżi tar-riskju wżati fis-sena ta' qabel għandhom jiġu stmati fuq bażi ta' kull sena.

Biex jiġi provdut għall-elkement tar-rappresentanza, l-Istati Membri għandhom jagħżlu kif jiġi jiġi bejn 20 % u 25 % tan-numru minimu ta' bdiewa li għandhom ikunu suġġetti għall-verifiki fuq il-post kif provdut fl-Artikolu 26(1) u (2).

2. L-analiżi tar-riskju għandu jagħti kont ta':

(a) l-ammont ta' għajnuna nvoluta;

(b) in-numru ta' pakketti agrikoli u ż-żona jew numru ta' annimali li għalihom tintalab l-għajnuna;

(ċ) il-bidliet mis-sena ta' qabel;

(d) is-sejbiet tal-verifiki magħula fis-snin ta' qabel;

(e) każi ta' nuqqas ta' konformità mar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 u r-Regolament (KE) Nru 21/2004;

(f) dawk il-bdiewa li jknu eżattament jew taħt jew fuq il-limitu jew limiti relevanti għall-għoti tal-għajnuniet;

(g) is-sostituzzjoni ta' annimali skond l-Artikolu 58 ta' dan ir-Regolament;

(h) il-konformità mal-Artikolu 49(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(i) il-kwantità ta' patata maħsuba għall-manifattura ta' lamtu tal-patata fir-rigward taż-żona dikjarata fil-kuntratt ta' koltivazzjoni msemmi fl-Artikolu 13(7);

(j) fil-każ ta' applikazzjoni għall-għajnuna għaż-żerriegħa li hemm provvediment dwarha fil-Kapitolu 9 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-kwantità ta' żerriegħa ċertifikata b'relazzjoni maż-żona dikjarata;

(k) fatturi oħra kif imfissra mill-Istati Membri.

3. L-awtorità kompetenti għandha żżomm ir-rekords tar-raġunijiet għall-għażla ta' kull bidwi għall-verifika fuq il-post. L-ispettur li jwettaq il-verifika fuq il-post għandu jkun hekk informat qabel il-bidu tal-verifika fuq il-post.

Artikolu 28

Rapport tal-kontroll

1. Kull verifika fuq il-post taħt din it-taqsima għandha tkun is-suġġett ta' rapport tal-kontroll li jagħmilha possibbli li jiġu riveduti d-dettalji tal-verifiki mwettqa. Ir-rapport għandu juri b'mod partikolari:

(a) l-iskemi ta' għajnuna u l-applikazzjonijiet verifikati;

(b) il-persuni presenti;

(ċ) il-pakketti agrikoli vverifikati, il-pakketti agrikoli mkejjla, ir-riżultati tal-kejl għal kull pakkett agrikolu mkejjel u l-metodi ta' kejl użati;

(d) in-numru u t-tip ta' annimali misjuba u, d-daħliet fir-reġistru u database komputerizzata għall-annimali bovini u kull dokumenti ta' sostenn verifikati, ir-riżultati ta' dawk il-verifiki u, fejn japplika, osservazzjonijiet partikolari fir-rigward ta' annimali ndividwali u/jew il-kodiċi tagħhom a' identifikazzjoni;

(e) jekk kienx ingħata avviż lill-bidwi taż0żjara u, jekk iva, il-perjodu tan-notifikazzjoni bil-quddiem;

(f) indikazzjonijiet ta' xi miżuri speċifiċi ta' kontroll li għandhom jitwettqu fil-kuntest ta' skemi ta' għajnuna individwali;

(g) indikazzjoni ta' xi miżuri oħra ta' kontroll imwettqa.

2. Il-bidwi għandu jingħata l-opportunità li jiffirma r-rapport biex jiċċertifika l-presenza tiegħu waqt il-verifika u li jżid osservazzjonijiet. Fejn jinsabu rregolaritajiet il-bidwi għandu jirċievi kopja tar-rapport ta' kontroll.

Fejn il-verifiki fuq il-post jitwettqu permezz ta' remote sensing skond l-Artikolu 32, l-Istati membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux lill-bidwi jew lir-rappresentant tiegħu l-opportunità li jiffirma r-rapport ta' kontroll jekk ma jinkixfu ebda rregolaritajiet matul il-verifika permezz ta' remote-sensing. Jekk jinkixfu rregolaritajiet bħala konsegwenza ta' dawk il-verifiki l-opportunità li jiġi ffirmat ir-rapport għandha tingħata qabel ma' l-awtorità kompetenti tasal għall-konklużjonijiet tagħha fir-rigward ta' xi tnaqqis jew esklużjonijiet li jirriżultaw.

Sub-Taqsima II Verifika fuq il-post u applikazzjonijiet Waħdiena fir-rigward ta' skemi ta' għajnuna relatati ma' żona

Artikolu 29

Elementi ta' verifiki fuq il-post

Il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru l-pakketti kollha agrikoli li għalihom tintalab l-għajununa taħt taħt l-iskemi ta' għajnuna elenkati fl-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ħlief għal dawk relatati ma' applikazzjonijiet għal għajnuna għaż-żerriegħa skond l-Artikolu 99 ta' dak ir-Regolament. Iżda. l-ispezzjoni attwali fuq il-post bħala parti minn verifika fuq il-post tista' tiġi limitata għal kampjun tal-anqas ta' nofs il-pakketti agrikoli li għalihom ikunu ntbagħtu l-applikazzjonijiet.

Artikolu 30

Stabbiliment ta' żoni

1. Iż-żoni ta' pakketti agrikoli għandhom jiġu stabbiliti b'kull mezz xieraq imfisser mill-awtorità kompetenti li jiżguraw kejl ta' preċiżjoni ta' l-anqas ekwivalenti għal dak meħtieġ għall-kejl uffiċjali taħt ir-regoli nazzjonali. Tolleranza ta' kejl tista' titfisser mill-awtorità kompetenti li ma għandhiex teċċdi l-5 % taż-żona tal-pakkett agrikolu jew żona mewwieta ta' 1,5 m applikata għall-perimetru tal-pakkett agrikolu. Iżda, t-tollerenza massima fir-rigward ta' kull pakkett agrikolu ma għandhiex, f'termini assuluti, tisboq 1,0 ha.

2. The total area of an agricultural parcel may be taken into account provided that it is fully utilized in accordance with the customary standards of the Member State or region concerned. F'każi oħra għandu jingħata kont taż-żona attwalment utilizzata.

fir-rigward tar-reġjuni fejn ċerti fatturi, b'mod partikolari sisien tal-ħaxix, ħniedaq u ħitan huma tradizzjonalment parti mill-prattiċi ta' agrikoltura tajba għall-uċuh tar-raba jew utilizzazzjoni, l-Istati membri jistgħu jiddeċiedu li ż-żona li tikkorrispondi għandhom jitqiesu bħala parti miż-żona utilizzata kollha kemm hi bil-kondizzjoni li majisbqux wisa' totali li għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri. Dik il-wisa' għandha tikkorrispondi mal-wisa' tradizzjonali fir-reġjun in kwistjoni u ma għandhiex tisboq iż-żewġ metri.

L-Istati Membri jistgħu, wara n-notifikazzjoni minn qabel lill-Kummissjoni, jippermettu wisa' ta' aktar minn żewġ metri jekk iż-żoni koltivati ta' wċuħ tar-raba konċernati kien ingħata kont tagħhom għall-iffissar tal-produzzjoni tar-reġjuni konċernati.

3. B'żieda mal-paragrafu 2, fil-każ ta' pakketti li jkunu dikjarati għall-finijiet tal-iskema ta' ħlas waħdieni, kull karatteristiċi msemmija fl-atti elenkati fl-Anness III li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew li jagħmlu parti mill-kondizzjoni għal agrikoltura u ambjent kif imiss kif imsemmija fl-Artikolu 5 u l-Anness IV li jinsab ma' dak ir-Regolament għandhom jagħmlu parti miż-żona totali ta' pakkett agrikolu.

4. L-eliġibilità ta' pakketti agrikoli għandha tkun verifikata b'kull mezz adattat. Għal dak il-għan, għandha tintalab prova addizzjonali fejn meħtieġ.

Artikolu 31

Elementi tal-verifiki fuq il-post relatati mal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għaż-żerriegħa

Verifiki fuq il-post relatati ma' applikazzjonijiet għall-għajnuna għaż-żerriegħa skond l-Artikolu 99 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom ikopru b'mod partikolari:

(a) verifiki fil-livell tal-bidwi li japplika għall-għajnuna:

(i) fuq il-pakketti kollha biex jiġi verifikat l-ispeċji jew il-grupp tal-varjetà ta' żerriegħa miżrugħa fuq kull pakkett dikjarat;

(ii) fuq id-dokumenti kollha biuex jiġi verifikat tal-anqas l-ewwel destinazzjoni taż-żerriegħa li għaliha tkun intalbet l-għajnuna;

(iii) kull verifiki meqjusa meħtieġa mill-Istati Membri biex jiġi żgurat li ma titħalasx għajnuna fir-rigward ta' żerriegħa mhux ċertifikata jew żerriegħaminn pajjiżi terzi.

(b) jekk l-ewwel destinazzjoni taż-żerriegħa tkun stabbiliment tal-propagazzjoni jew taż-żerriegħa, għandhom isiru verifiki addizzjonali fil-lok tagħhom biex jiġi żgurat li:

(i) ż-żerriegħa tkun attwalment inxtrat u tħallset mill-istabbiliment tal-propagazzjoni jew taż-żerriegħa skond il-kuntratt tat-tkabbir;

(ii) il-ħlas taż-żerriegħa jiġi rifless fil-kontijiet finanzjarji tal-istabbiliment tal-propagazzjoni jew taż-żerriegħa;

(iii) iż-żerriegħa tkunb attwalment ġiet marketed għaż-żergħa. Marketed għandha tfisser iż-żamma ta' disponibilità jew ta' ħażniet, it-turija għall-bejgħ, l-offerta għall-bejgħ, bejgħ jew twassil lil persuna oħra. Għal dak il-għan, verifiki fiżiċi u dokumentarji tal-ħażniet u l-kontijiet finanzjarji tal-istabbiliment tal-propagazzjoni jew taż-żerriegħa għandhom jitwettqu;

(ċ) fejn xieraq, verifiki fil-livell tal-utenti finali.

Artikolu 32

Remote sensing

1. L-Istati membri jistgħu jagħmlu użu minn remote sensing fir-rigward tal-kampjun imsemmi9 fl-Artikolu 26(1) minflok li japplikaw il-mezzi tradizzjonali tal-verifika fuq il-post taħt il-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu. L-Artikoli 23, 25, 26, 27 u 28, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 29 u l-Artikolu 30 għandhom jgħoddu fejn xieraq.

2. Iż-żoni li għandhom jiġu verifikati permezz ta' remote sensing għandhom jingħażlu fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju jew kif jiġi jiġi.

Fil-każ ta' għażla fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju l-Istati membri għandhom jagħtu kont tal-fatturi xierqa tar-riskju, u b'mod partikolari:

(a) is-sinjifikat finanzjarju tagħhom f'termini ta' għajnuna tal-Komunità;

(b) il-komposizzjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna;

(ċ) l-istruttura tas-sistema tal-pakketti agrikoli, u l-komplessità tal-pajsaġġ agrikolu;

(d) in-nuqqas ta' kopertura fi snin ta' qabel;

(e) il-limiti tekniċi tal-użu effettiv tar-remote sensing, fir-rigward tat-tifsira taż-żona;

(f) is-sejbiet ta' verifiki magħmula fi snin ta' qabel.

3. Il-verifiki fuq il-post permezz ta' remote sensing għandhom ikopru jew:

(a) (a)l-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna li jkollhom tal-anqas 80 % taż-żona li għaliha tintalab l-għajnuna taħt skemi stabbiliti bit-Titoli III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ġewwa ż-żona rispettiva,

jew

(b) applikazzjonijiet għall-għajnuna li għandhom jintgħażlu mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi tal-Artikolu 27(2) ta' dan ir-Regolament.

L-applikazzjonijiet magħżula kif jiġi jiġi skond l-Artikolu it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(1) jistgħu jiġu verifikati premezz ta' remote sensing.

4. Malli bidwi jkun intgħażel għal verifika fuq il-post skond il-paragrafu 3, tal-anqas 80 % taż-żona li għaliha jitlob l-għajnuna taħt skemi ta' għajnuna stabbiliti bit-Titoli III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha tkun suġġetti għal verifika fuq il-post permezz tar-remote sensing.

5. Fejn Stat Membru japplika l-possibbiltà li jwettaq verifiki fuq il-post permezz ta' remote sensing, huwa għandu:

(a) iwettaq interpretazzjoni tar-ritratti tal-immaġini tas-satellita jew ritratti mill-ajru tal-pakketti agrikoli kollha għal kull applikazzjoni li għandhom jiġu verifikati skond il-paragrafu 4 bil-ħsieb li tiġi rikonoxxuta l-art koperta u l-kejl taż-żona;

(b) iwettaq spezzjonijiet fiżiċi fil-qasam tal-pakketti agrikoli kollha li dwarhom l-interpretazzjoni bir-ritratti ma tagħmilhiex possibbli li tiġi verifikata l-eżattezza tad-dikjarazzjoni għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti.

6. Il-verifiki addizzjonali msemmija fl-Artikolu 26(3) għandhom jitwettqu permezz tal-verifiki tradizzjonali fuq il-post jekk ma jkunx aktar possibbli li jitwettqu permezz tar-remote sensing fis-sena kurrenti.

Artikolu 33

Verifikazzjoni tal-kontenut tetrahydrocannabinol fit-tkabbir tal-kittien

1. Is-sistema li għandha tintuża mill-Istati membri skond l-Artikolu 52(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 sabiex jiġi stabbilit il-kontenut tat-tetrahydrocannabinol (hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "THC") tal-uċuh tar-raba mkabbra għandha tkun kif stipulat fl-Anness I li jinsab ma' dan ir-Regolament.

2. L-Istati membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni, l-aktar tard sal-15 ta' Novembru tas-sena tas-suq in kwistjoni, rapport dwar is-sejbien tal-kontenut THC. Ir-rapport għandu juri, għal kull varjetà:

(a) għall-proċedura A kif provdut fl-Anness I, indikazzjoni tal-punt li fih ittieħed il-kapmjun;

(b) in-numru ta' testijiet imwettqa;

(ċ) ir-riżultati f'termini tal-kontenut THC, muri separatament għal kull 0,1 %;

(d) il-miżuri meħuda fil-livell nazzjonali.

3. Fejn il-livell juri, għal numru sinjifikanti ta' kampjuni ta' varjetà partikolari, kontenuti ta' THC li jisbqu dawk preskritti fl-Artikolu 52(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jista' jiġi deċiż, bla preġudizzju għal xi miżuri oħra li l-Kummissjoni tista' tieħu u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) ta' dak ir-Regolament, li tuża l-proċedura B kif hemm provdut fl-Anness I li jinsab ma' dan ir-Regolament għall-varjetà konċernata fil-kors tas-sena kalendarja ta' wara.

4. Il-varjetajiet tal-kittien imkabbar għall-fibra eliġibbli għall-ħlasijiet diretti huma elenkati fl-Anness II. It-talbiet mill-Istati Membri biex jinkludu varjetà ta' kittien f'dak l-Anness għandhom ikunu akkumpanjati minn rapport li jagħti s-sejbiet tal-analiżi mwettaq skond il-proċedura B kif hemm provdut fl-Anness I u deskrizzjoni tal-varjetà in kwistjoni.

Sub-Taqsima III Verifiki fuq il-post ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-bhejjem tal-irziezet

Artikolu 34

Meta jkun iż-żmiem għall-verifiki fuq il-post

1. Għall skemi tal-għajnuna minbarra dawk li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 123(6) u 130 tar-regolament (KE) Nru 1782/2003, tal-anqas 60 % tar-rata minima tal-verifiki fuq il-post kif hemm provdut dwarhom fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 26(2)(b) ta' dan ir-Regolament għandhom jitwettqu fiż-żmien tal-perjodu taż-żamma tal-iskema tal-għajnuna konċernata. Il-perċentwali li jibqa' tal-verifiki fuq il-post għandhom jitwettqu matul il-perjodu ta' żamma ta' l-anqas għall waħda minn dawk l-iskemi ta' għajnuna.

Iżda, fejn Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltajiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ir-rata minima tal-verifiki fuq il-post kif hemm provdut dwarha fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 26(2)(b) għandhom jitweqqu kollha kemm huma matul il-perjodu taż-żamma tal-iskema ta' għajnuna konċernata.

2. Tal-anqas 50 % tar-rata minima tal-perjodi fuq il-post li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 26(2)(c) għandhom jitwettqu matul il-perjodu taż-żamma. Iżda, ir-rata minima tal-verifiki fuq il-post għandha titwettaq kollha kemm hi matul il-perjodu taż-żamma fl-Istati Membri fejn is-sistema stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 21/2004 li tikkonċerna l-ovini u l-kaprini, b'mod partikolari b'relazzjoni mal-identifikazzjoni tal-annimali u ż-żamma kif imiss ta' reġistri, ma tkunx implimentata u applikata kollha kemm hi.

Artikolu 35

Elementi ta' verifiki fuq il-post

1. Il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru l-bhejjem tal-irziezet kollha li dwarhom ikunu ntbagħtu applikazzjonijiet għall-għajnuna taħt l-iskemi ta' għajnuna li għandhom jiġu verifikati u, fil-każ ta' verifiki tal-iskemi ta' għajnuna għall-bovini, ukoll in-numru ta' annimal bovini li m,a ssirx talba dwarhom.

2. Il-verifiki fuq il-post għandhom jinkludu b'mod partikolari:

(a) verifika li n-numru ta' annimali presenti fl-azjenda li għalihom ikunu ntbagħtu applikazzjonijiet għall-għajnuna u n-numru ta' annimali bovini li dwarhom ma tkunx saret talba ikun jikkorrisspondi man-numru ta' annimali mdaħħal fir-reġistri u, fil-każ ta' annimali bovini, in-numru ta' annimali notifikati lid-database komputerizzatta għall-annimali bovini;

(b) b'relazzjoni mal-iskemi ta' għajnuna għall-bovini, verifiki

- dwar il-korrettezza tad-daħliet fir-reġistru u n-notifikazzjonijiet lid-database komputerizzata għall-annimali bovini fuq il-bażi ta' kampjun tad-dokumenti ta' sostenn bħal fatturi tax-xiri u l-bejgħ, ċertifikati tal-qatla, ċertifikati veterinarji u, fejn japplika, il-passaporti tal-annimali, b'relazzjoni mal-annimali li dwarhom kienu ntbagħtu applikazzjonijiet għall-għajnuna fit-12-il xahar li jiġu qabel il-verifika fuq il-post,

- li l-informazzjoni miżmuma fid-database komputerizzata għall-bovini tikkorrispondi mal-informazzjoni mogħtija fir-reġistru fuq il-bażi ta' kampjun fir-rigward tal-annimali li għalihom kienu ntbagħtu applikazzjonijiet għall-għajnuna fit-12-il xahar li jiġu qabel il-verifika fuq il-post,

- li l-annimali kollha presenti fl-azjenda u li jkunu għadhom miżmuma taħt l-obbligu taż-żamma jkunu eliġibbli għall-għajnuna mitluba,

- li l-annimali kollha presenti fl-azjenda ikunu identifikati permezz ta' tikketti tal-widnejn u akkumpanjati, fejn japplika, b'passaporti tal-annimali u li jkunu rekorjati fir-reġistru u li jkunu ġew debitament notifikati lid-database komputerizzata għall-annimali bovini.

Il-verifiki msemmija fir-raba' inċiż tal-punt (b) għandhom jintgħamlu individwalment għal kull bovin individwali maskili li jkun għadu miżmum taħt obbligu ta' żamma, li għalih tkun intbagħtet applikazzjoni għall-premium speċjali taċ-ċanga bl-eċċezzjoni ta' dawk mibgħuta skond l-Artikolu 123(6) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Fil-każi l-oħra kollha, il-verifika dwar l-irrekordjar korrett fil-passaporti tal-annimali, ir-reġistru u n-notifikazzjoni lid-database jistgħu jsiru fuq il-bażi ta' kampjun;

(ċ) b'relazzjoni mal-iskemi tal-għajnuna ovina/kaprina:

(i) verifika fuq il-bażi tar-reġistru li l-annimali kollha li dwarhom intbagħtu applikazzjonijiet għall-għajnuna fil-perjodu ta' 12-il xahar li jiġi qabel il-verifika fuq il-post ikunu nżammu fl-azjenda fil-perjodu kollu taż-żamma,

(ii) verifika dwar il-korrettezza tad-daħliet fir-reġistru fuq il-bażi ta' kampjun tad-dokumenti ta' sostenn bħall-fatturi tax-xiri u l-bejgħ u ċ-ċertifikati veterinarji.

Artikolu 36

Miżuri ta' kontroll fir-rigward ta' verifiki f'biċċeriji

1. Fir-rigward tal-premium speċjali għaċ-ċanga li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 123(6) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-premium tal-qatla li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 130 ta' dak ir-Regolament u fil-każi fejn Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltajiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 68 ta' dak ir-Regolament, il-verifiki fuq il-post għandhom jitwettqu fil-biċċeriji. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki fuq il-post jew:

(a) f'ta' l-anqas 30 % tal-biċċeriji kollha, magħżula fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju, f'liema każ il-kontrolli għandhom ikopru kampjun ta' 5 % tan-numru totali ta' annimali bovini li jkunu ġew maqtula fil-biċċerija konċernata matul il-perjodu ta' 12-il xahar li jiġi qabel il-verifika fuq il-post, jew

(b) f'ta' l-anqas 20 % tal-biċċeriji li jkunu ġew approvati minn qabel skond kriterji partikolari ta' kemm wieħed jista' jorbot fuqhom li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri u li jintgħażlu fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju, f'liema każ il-kontrolli għandhom ikopru kampjun ta' 2 % tan-numru totali tal-annimali bovini li jkunu nqatlu fil-biċċerija konċernata fil-perjodu ta' 12-il li jiġu qabel il-verifika fuq il-post.

Il-verifiki fuq il-post fil-biċċeriji għandhom jikkomprendu skrutinju induttiv ta' dokumenti, paragun mad-daħliet fid-database komputerizzata għall-annimali bovini u verifiki tas-sommarji li jirrelataw maċ-ċertifikati tal-qatla u l-informazzjoni li jkun hemm minflok dan, li kienu ntbagħtu lill-Istati Membri l-oħra skond l-Artikolu 35(3) tar-Regolament (KE) Nru 2342/1999.

2. Il-verifiki fuq il-post fil-biċċeriji għandhom jikkomprendu verifiki fiżiċi tal-proċeduri tal-qatla imwettqa fil-jum tal-verifika fuq il-post fuq il-bażi ta' kampjun. Fejn meħtieġ, għandu jiġi verifikat jekk il-karkassi presentati biex jintiżnu kienux eliġibbli għall-għajnuna.

Artikolu 37

Miżuri ta' kontroll fir-rigward tal-premium mogħti wara l-esportazzjoni

1. Fir-rigward tal-premium tal-qatla mogħti għal annimali bovini esportati lejn pajjiżi terzi skond l-Artikolu 130 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u fejn Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltajiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-operazzjonijiet kollha tat-tagħbija għandhom ikunu suġġetti għall-verifiki fuq il-post li għandhom jitwettqu kif ġej:

(a) fiż-żmien tat-tagħbija għandu jiġi verifikat li l-annimali bovini kollha jiġu identifikati premezz ta' tikketti tal-widnejn. B'żieda, ta' l-anqas 10 % tal-annimali bovini hekk verifikati għandhom jiġu verifikati individwalment bil-ħsieb tal-verifikazzjoni tal-identifikazzjoni tagħhom;

(b) fiż-żmien tat-tluq mit-territorju tal-Komunità:

- fejn siġill uffiċjali doganali jkun ġie applikat għall-mezzi tat-trasport, għandu jiġi verifikat li s-siġill ma jkollux ħsara. jekk is-siġill ma jkollux ħsara għandha titwettaq verifika fuq bażi ta' kampjun biss jekk ikun hemm dubbji dwar ir-regolarità tat-tagħbija,

- fejn ma jkun ġie applikat ebda siġill uffiċjali doganali għall-mezzi tat-trasport jew fejn is-siġill doganali jkollu l-ħsara, tal-anqas 50 % tal-annimali bovini li kienu individwalment verifikati fiż-żmien tat-tagħbija għandhom jerġgħu jiġu verifikati.

2. Il-passaporti tal-annimali għandhom jingħataw lill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000.

3. L-Aġenzija tal-Ħlas għandha tifli bir-reqqa l-applikazzjonijiet għall-għajnuna fuq il-bażi tal-fajls tal-ħlas u informazzjoni oħra disponibbli, waqt li tingħata attenzjoni partikolari għad-dokumenti li jirrelataw mal-esportazzjoni u l-kummenti tal-awtoritajiet kompetenti tal-kontroll u għandha tivverifika jekk il-passaporti tal-annimali jkunux ingħataw skond il-paragrafu 2.

Artikolu 38

Dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward ta' ħlasijiet addizzjonali

Fir-rigward tal-ħlasijiet addizzjonali li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istat Membru għandu, fejn xieraq, japplikas d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Titolu. Jekk dan ma jkunx xieraq minħabba l-istruttura tal-iskema tal-ħlasijiet addizzjonali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu kontrolli li jiżguraw livell ta' kontroll ekwivalenti għal dak preskritt f'dan ir-Regolament.

Artikolu 39

Dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward tar-rapport tal-kontroll

1. Fejn l-Istati Membri jwettqu verifiki fuq il-post skond dan ir-Regolament flimkien ma' spezzjonijiet skond ir-Regolament (KE) Nru 1082/2003 ir-rapport tal-kontrolli li hemm provvediment dwaru fl-artikolu 28 ta' dan ir-Regolament għandu jiġi supplimentat b'rapporti skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1082/2003.

2. Fir-rigward tal-verifiki fil-biċċeriji li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 36(1), ir-rapport tal-kontroll li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 28 jista' jkun jikkonsisti minn indikazzjoni fil-kontijiet tal-biċċerija li juri li l-annimali kienu ġew suġġetti għall-verifiki.

Fir-rigward tal-verifiki li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 36(2), ir-rapport għandu jinkludi, fost ħwejjeġ oħra, in-numri ta' identifikazzjoni, il-piżijiet tal-karkassi u d-dati tal-qatla b'relazzjoni mal-annimali kollha maqtula u verifikati fil-jum tal-verifika fuq il-post.

3. Fir-rigward tal-verifiki li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 37, ir-rapport tal-kontroll jista' jikkonsisti biss f'indikazzjoni tal-annimali hekk verifikati.

4. Fejn il-verifiki fuq il-post imwettqa skond dan ir-Regolament jikxu każi ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, il-kopji tar-tar-rapport tal-kontroll li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 28 ta' dan ir-Regolament għandhom jintbagħtu mingħajr dewmien lill-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1082/2003.

Sub-Taqsima IV Verifiki fuq il-post fir-rigward ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-premium tal-maħleb u ħlasijiet addizzjonali

Artikolu 40

Verifiki fuq il-post fir-rigward ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-premium tal-maħleb u ħlasijiet addizzjonali

Il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru l-kondizzjonijiet ta' eliġibilità, b'mod partikolari fuq il-bażi tal-kontabilità tal-bdiewa u reġistri oħrajn.

Il-KAPITOLU III KONTROLLI RELATATI MA' KONFORMITà REĊIPROKA

Taqsima I Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 41

Prinċipji ġenerali u tifsiriet

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, il-prinċipji ġenerali u t-tifsiriet li ġejjin għandhom jgħoddu:

(a) Nuqqas ta' konformità "ripetuta" għandha tfisser nuqqas ta' konformità mal-istess ħtieġa, standard jew obbligu msemmija fl-Artikolu 4 stabbilit aktar minn darba f'perjodu konsekuttiv ta' tlett snin, kemm-il darba l-bidwi jkun ġie informat bin-nuqqas ta' konformità ta' qabel u, skond il-każ, kellu l-possibbiltà li jieħu l-miżuri meħtieġa biex itemm dak in0nuqqas ta' konformità ta' qabel;

(b) Il-"limitu" ta' nuqqas ta' konformità għandu jiġi stabbilit billi jingħata kont, b'mod partikolari, ta' jekk in-nuqqas ta' konformità kellux impatt wiesa' ħafna jew kienx limitat għar-razzett innifsu;

(ċ) Is-"severità" ta' nuqqas ta' konformità għandha tiddependi, b'mod partikolari, fuq l-importanza tal-konsegwenzi tan-nuqqas ta' konformità billi jingħata kont tal-għanijiet tal-ħtieġa jew standard konċernat;

(d) Jekk nuqqas ta' konformità ikunx ta' "natura permanenti" għandu jiddependi, b'mod partikolari, fuq it-tul ta' żmien li fih idum l-effett jew il-potenzal biex dawk l-effetti jintemmu fi żmien raġonevoli.

Artikolu 42

Awtorità kompetenti ta' kontroll

1. Il-korpi speċjalizzati ta' kontroll għandhom iġorru r-responsabbiltà biex iwettqu l-kontrolli fir-rigward tal-ħtiġiet u l-istandards in kwistjoni.

L-Aġenziji tal-Ħlas għandhom iġorru r-responsabbiltà bies jiffissaw it-tnaqqis jew l-esklużjonijiet f'każi individwali skond il-Kapitolu II tat-Titolu IV ta' dan ir-Regolament.

2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati membri jistgħu jiddeċiedu li l-kontrolli li jirreletaw ma' ċerti ħtiġiet jew mal-ħtiġiet kollha, standards, atti jew żoni ta' konformità reċiproka għandhom jitwettqu mill-Aġenzija tal-Ħlas kemm-il darba l-Istat Membru jiggarantixxi li l-effettività tal-kontrolli tkun tal-anqas ugwali għal dik miksuba fil-każ fejn il-kontrolli jitwettqu minn korp speċjalizzat ta' kontroll.

Taqsima II Verifiki amministrattivi

Artikolu 43

Verifiki amministrattivi

Skond il-ħtiġiet, standards, atti jew żoni tal-konformità reċiproka in kwistjoni, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jwettqu verifiki amministrattivi, b'mod partikolari dawk li diġà hemm provvediment dwarhom fis-sistemi ta' kontroll applikabbli għall-ħtieġa rispettiva, standard, att jew żona ta' konformità reċiproka.

Taqsima III Verifiki fuq il-post

Artikolu 44

Rata minima ta' kontroll

1. L-awtorità kompetenti ta' kontroll għandha, fir-rigward tal-ħtiġiet jew standards li għalihom tkun responsabbli, twettaq verifiki fuq tal-anqas 1 % tal-bdiewa li jibgħatu applikazzjonijiet għall-għajnuna taħt l-iskemi ta'sostenn stabbilti fit-Titoli III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u li għalihom hija responsabbli l-awtorità kompetenti ta' kontroll in kwistjoni.

Fejn il-leġislazzjoni applikabbli għall-att u l-istandards diġà tiffissa rati minimi ta' kontroll, ir-rata għandha tiħi applikata sa dak il-limitu minflok ir-rata minima msemmija fl-ewwel subparagrafu.

2. Jekk il-verifiki fuq il-post jikxfu grad sinjifikanti ta' non-konformità ma' żona partikolari ta' konformità reċiproka, in-numru ta' verifiki fuq il-post li jkollhom jitwettqu fil-perjodu ta' kontroll li jkun imiss għandu jiżdied.

Artikolu 45

Għażla tal-kampjun ta' kontroll

1. Mingħajr preġudizzju għall-verifiki mwettqa bħala insegwiment ta' każi ta' nuqqas ta' konformità miġjuba għall-attenzjoni tal-awtorità kompetenti tal-kontroll b'xi mod ieħor, l-għażla tal-irziezet li għandhom jiġu verifikati skond l-Artikolu 44 għandha tkun ibbażata, fejn japplika, fuq analiżi tar-riskju skond il-leġislazzjoni applikabbli, jew fuq analiżi tar-riskju adattat għall-ħtiġiet jew standards. Dak l-analiżi tar-riskju jista' jkun ibbażat fuq il-livell ta' razzett individwali jew fuq il-livell ta' kategoriji ta' rziezet jew żoni ġeografiċi jew, fil-każ tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, fuq il-livell ta' intrapriżi.

2. L-awtorità kompetenti ta' kontroll għandha, fir-rigward tal-ħtiġiet jew standards li tkun responsabbli għalihom, tagħżel il-bdiewa li għandhom jiġu verifikati skond l-Artikolu 44 billi tagħżel il-kampjun mill-kampjun tal-bdiewa li jkunu diġà ġew magħżula skond l-Artikoli 26 u 27 u li għalihom jgħoddu l-istandards jew ħtiġiet relevanti.

3. B'deroga mill-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti ta' kontroll tista', fir-rigward tal-ħtiġiet jew standards li tkun responsabbli għalihom, tagħżel kampjun ta' kontroll ta' 1 % tal-bdiewa kollha li jibgħatu applikazzjonijiet għall-għajnuna taħt l-iskemi ta' sostenn stabbiliti fit-Titoli III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u li jkunu taħt l-obbligu li jħarsu ta' l-anqas waħda mill-ħtiġiet jew standards.

F'dak il-każ:

(a) fejn l-awtorità kompetenti ta' kontroll tikkonkludi, fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju applikat fuq il-livell tar-razzett, li persuni li ma jkunux benefiċjarji ta' għajnuna diretta joħolqu riskju għola minn bdiewa li japplikaw għall-għajnuna, hija tista' tissostitwixxi l-bdiewa li applikaw għall-għajnuna b'dawk li ma jkunux benefiċjarji. F'dak il-każ, in-numru totali ta' bdiewa verifikati għandu, madanakollu, jilħaq ir-rata ta' kontrollli hemm provvediment dwarha fl-ewwel subparagrafu. Ir-raġunijiet għal dawk is-sostituzzjonijiet għandhom ikunu ġustifikati u dokumentati kif imiss;

(b) jekk aktar effettiv, l-awtorità kompetenti ta' kontroll tista' twettaq l-analiżi tar-riskju fil-livell tal-intrapriżi, b'mod partikolari biċċeriji, negozjanti u provdituri pjuttost milli fil-livell tar-razzett. F'dak il-każ, il-bdiewa hekk verifikati jistgħu jingħaddu bħala parti mir-rata ta' kontrollli hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 44.

4. L-awtorità kompetenti ta' kontroll tista' tiddeċiedi li tipproċedi b'taħlita tal-proċeduri stipulati fil-paragrafi 2 u 3 fil-każ fejn dak it-taħlita żżid l-effettività tas-sistema ta' kontroll.

Artikolu 46

Stabbiliment tal-konformità mal-ħtiġiet u l-istandards

1. Fejn japplika, it-tħaris tal-ġtiġiet u l-istandards għandu jiġi stabbilit bl-użu ta' mezzi kif stipulati fil-leġislazzjoni applikabbli għall-ħtieġa jew l-istandard in kwistjoni.

2. F'każi oħra u fejn xieraq, l-istabbiliment għandu jitwettaq bl-użu ta' kull mezz adattat kif imfisser mill-awtorità kompetenti ta' kontroll li jiżgura preċiżjoni tal-anqas ekwivalenti ma' dik meħtieġa għal istabblimenti uffiċjali taħt ir-regoli nazzjonali.

3. Fejn xieraq, il-verifiki fuq il-post jistgħu jitwettqu bl-applikazzjoni tat-teknika tar-remote-sensing.

Artikolu 47

Elementi ta' verifiki fuq il-post

1. Fit-twettieq tal-verifiki fuq il-kampjun li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 44, l-awtorità kompetenti ta' kontroll għandha tiżgura li l-bdiewa kollha hekk magħżula jiġu verifikati fir-rigward tal-konformità tagħhom mal-ħtiġiet u l-istandards li għalihom tkun responsabbli.

2. Il-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom, bħala regola ġenerali jitwettqu bħala parti minn żjara waħda ta' kontroll u għandhom jikkonsistu f'verifika tal-ħtiġiet u l-istandards li l-konformità tagħhom tkun tista' tiġi verifikata fiż-żmien taż-żjara, immirata biex tikxef xi nuqqas ta' konformità possibbli ma' dawk il-ħtiġiet jew standards u, b'żieda, biex jiġu identifikati każi li għandhom jintbagħtu għal aktar verifiki.

Artikolu 48

Rapport tal-kontroll

1. Kull verifika fuq il-post taħt dan il-Kapitolu, irrispettivament ta' jekk il-bidwi in kwisjoni kienx magħżul għall-verifika fuq il-post skond l-Artikolu 45 jew bħala l-insegwiment ta' nuqqas ta' konformità miġjuba għall-attenzjoni tal-awtorità kompetenti ta' kontroll b'xi mod ieħor, għandha tkun is-suġġett ta' rapport ta' kontroll li għandu jiġi stabbilit mill-awtorità kompetenti ta' kontroll.

Ir-rapport għandu jitqassam fil-partijiet li ġejjin:

(a) parti ġenerali li jkun fiha, b'mod partikolari, l-informazzjoni li ġejja:

(i) il-bidwi magħżul għall-verifika fuq il-post;

(ii) il-persuni presenti;

(iii) jekk kienx ingħata avviż taż-żjara lill-bidwi u, jekk iva, il-perjodu ta' notifikazzjoni bil-quddiem.

(b) parti li tirrifletti separatament il-verifiki mwettqa fir-rigward ta' kull wieħed mill-atti u l-istandards u li jkun fiha, b'mod partikolari, l-informazzjoni li ġejja:

(i) il-ħtiġiet u l-istandards suġġetti għall-verifika fuq il-post;

(ii) in-natura u l-limitu tal-verifiki mwettqa;

(iii) is-sejbiet;

(iv) l-atti u l-istandards li fir-rigward tagħhom instab li kien hemm nuqqas ta' konformità;

(ċ) parti ta' evalwazzjoni li tagħti stima tal-importanza tan-nuqqas ta' konformità fir-rigward ta' kull att u/jewstandard fuq il-bażi tal-kriterji "severità", "limitu", "permanenza" u "repetizzjoni" skond l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 b'indikazzjoni ta' xi fatturi li għandhom iwasslu għal xi żieda jew tnaqqis fit-tnaqqis li għandu jiġi applikat.

Fejn id-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-ħtieġa jew l-istandard in kwistjoni jħallu marġini li n-nuqqas ta' konformità misjub ma għandux jiġi aktar segwit, ir-rapport għandu juri l-indikazzjoni li tikkorrispondi. L-istess jgħodd fejn Stat Membru jagħti perjodu għall-konformità ma' standard ġdid kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) [19] jew perjodu għall-konformità minn bdiewa żgħażagħ mal-istandards minimi msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2002 tas-26 ta' Frar 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 [20].

2. Il-bidwi għandu jiġi nformat b'kull nuqqas ta' konformità misjub.

3. Mingħajr preġudizzju għal xi dispożizzjonijiet partikolari li jinsabu fil-leġislazzjoni applikabbli għall-ħtiġiet u l-istandards, ir-rapport ta' kontroll għandu jiġi finalizzat fi żmien xahar mill-verifika fuq il-post. Iżda, dak il-perjodu jista' jiġi mtawwal għal tlett xhur taħt ċirkostanzi debitament ġustifikati, b'mod partikolari jekk l-analiżi kimiku jew fiżiku hekk jeħtieġ.

Fejn l-awtorità kompetenti ta' kontroll ma tkunx l-Aġenzija tal-Ħlas, ir-rapport għandu jintbagħat lill-aġenzija tal-Ħlas fi żmien xahar minn meta jiġi finalizzat.

It-TITOLU IV IL-BAŻI GĦALL-KALKOLAZZJONI TA' L-GĦAJNUNA, RIDUZZJONIJIET U ESKLUŻJONIJIET

Il-KAPITOLU I SEJBIET DWAR IL-KRITERJA TA' L-ELIĠIBILITÀ

TAQSIMA I SKEMA TA' ĦLAS WIEHED U SKEMI OHRA TA'GHAJNUNA RELATATA MA' ZONI.

Artikolu 49

Prinċipji ġenerali

1. Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, il-gruppi tal-uċuh tar-raba li ġejjin għandhom jiġu distinti kif jixraq:

(a) żoni għall-finijiet tal-iskema ta' ħlas waħdieni, skond il-każ, b'kull waħda tħares il-kondizzjonijiet partikolari għaliha;

(b) żoni li għalihom tiġi applikata rata differenti ta' għajnuna;

(ċ) żoni dikjarati bħala mwarrba taħt skemi ta' għajnuna stabbiliti fit-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u, fejn japplika, u, fejn japplika, żoni mwarrba li għalihom tapplika rata differenti ta' għajnuna;

(d) żoni ta' għalf dikjarati għall-finijiet tal-Artikolu 131 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(e) żoni ta' għalf minbarra art tal-mergħa u żoni oħra wżati għall-produzzjoni ta' wċuh miżrugħa tar-raba skond it-tifsira tal-Artikolu 132(3) (b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 dikjarati għall-finijiet ta' dak l-Artikolu;

(f) art tal-mergħa skond it-tifsira tal-Artikolu 132(3) (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 dikjarati għall-finijiet ta' dak l-Artikolu;

B'deroga mill-punt (b), għall-finijiet tal-punt (a), għandu jingħata kont tal-medja tal-valuri ta' drittijiet għall-ħlas differenti b'relazzjoni maż-żona rispettiva dikjarata.

2. Fejn iż-żona stabbilita għall-finijiet tal-iskema ta' ħlas waħdieni tkun aktar baxxa miż-żona dikjarata, dan li ġej għandu jgħodd biex jiġi stabbilit jekk id-drittijiet għall-ħlas għandhomx jintraddu lura lir-riżerva nazzjonali skond l-Artikolu 45(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 42(8) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003:

(a) għandu jingħata kont taż-żona stabbilita li tibda bid-drittijiet għall-ħlas li jkollhom l-għola valur;

(b) id-drittijiet għall-ħlas bl-għola valur għandhom jiġu attribwiti l-ewwel għal dik iż-żona, segwiti b'dawk li jkollhom it-tieni valur l-aktar baxx.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, id-drittijiet imwarrba u d-drittijiet għal ħlasijiet oħra għandhom jiġu ttrattati separatament.

3. Fejn l-istess żona sservi bħala l-bażi għal applikazzjoni għall-għajnuna taħt aktar minn skema waħda tal-għajnuna relatata maż-żona, dik iż-żona għandu jingħata kont tagħha separatament għal kull waħda minn dawk l-iskemi ta' għajnuna.

Artikolu 50

Bażi għall-kalkolazzjoni fir-rigward ta' żoni dikjarati

1. Fil-każ ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna taħt skemi ta' għajnuna relatati maż-żona, ħlief għall-patata tal-lamtu u ż-żerriegħa kif hemm provvediment dwarhom fil-Kapitoli 6 u 9 rispettivament tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jekk iż-żona tal-grupp ta' wċuh tar-raba stabbilita tinstab li tkun akbar minn dik dikjarata fl-applikazzjoni għall-għajnuna, iż-żona dikjarata għandha tintuża għall-kalkolu tal-għajnuna.

2. Mingħajr preġudizzju għal xi tnaqqis jew esklużjonijiet li għandhom jiġu applikati wara l-istabbiliment attwali taż-żona skond l-Artikoli 51 u 53, fir-rigward ta' applikazzjoni għall-għajnuna taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni, jekk ikun hemm diskrepanza bejn id-drittijiet għall-ħlas dikjarati u ż-żona dikjarata, l-kalkolu tal-ħlas għandu jkun ibbażat fuq l-iżgħar daqs.

3. Mingħajr preġudizzju għal xi tnaqqis jew esklużjonijiet skond l-Artikoli 51 u 53, fil-każ ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni, ħlief għall-lamtu tal-patata u ż-żerriegħa kif hemm provdut dwarhom fil-Kapitoli 6 u 9 rispettivament tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jekk iż-żona dikjarata f'applikazzjoni waħdiena tisboq iż-żona stabbilita għal dak il-grupp ta' wċuh tar-raba, l-għajnuna għandha tiġi kalkolata fuq il-bażi stabbilit għal dak il-grupp ta' wċuh tar-raba.

4. Mingħajr preġudizzju għat-tnaqqis u l-esklużjonijiet skond l-Artikoli 51 u 53, fir-rigward ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni dan li ġej għandu jgħodd fir-rigward tad-drittijiet imwarrba għall-finijiet tat-tifsira ta' "żona stabbilita" fl-Artikolu 2 il-punt (22):

(a) jekk bidwi ma jiddikjarax iż-żona kollha tiegħu għall-finijiet tal-attivazzjoni tad-drittijiet imwarrba għad-disponiment tiegħu, iżda jiddikjara, fl-istess waqt, żona li tikkorrispondi għall-attivazzjoni ta' drittijiet oħra, dik iż-żona għandha titqies bħala li tkun ġiet dikjarata bħala żona mwarrba u mhux stabbilita għall-finijiet tal-grupp ta' wċuh tar-raba msemmija fl-Artikolu 49(1)(a);

(b) jekk żona dikjarata bħala żona mwarrba tinstab li ma tkunx imwarrba, dik iż-żona għandha tiġi dikjarata bħala li ma tkunx stabbilita.

5. Fir-rigward ta' żoni dikjarati għall-premium speċjali tal-kwalità għall-qamħ durum skond l-Artikolu 72 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u għas-suppliment ta' qamħ durum u l-għajnuna speċjali skond l-Artikolu 105 ta' dak ir-Regolament u f'każ li tiġi stabbilita differenza bejn il-kwantità minima ta' żerriegħa ċertifikata ffissata mill-Istat Membru u l-kwantità effettivament użata, iż-żona għandha tiġi stabbilita billi tiġi diviża l-kwantità totali ta' żerriegħa ċertifikata li dwarha tingħata l-prova ta' użu mill-bidwi, bil-kwantità minima ta' żerriegħa ċertifikata għal kull ettaru ffissata mill-Istat Membru fiż-żona ta' produzzjoni konċernata.

6. Il-kalkolazzjoni taż-żona massima eliġibbli għall-ħlasijiet li japplikaw għall-ħlas għal żona ta' wċuh tar-raba miżrugħa skond il-Kapitolu 10 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha sir fuq il-bażi taż-żona ta' art imwarrba stabbilita fuq il-bażi pro rata għal kull wiċċ tar-raba konċernat. Iżda, il-ħlasijiet lill-produtturi ta' wċuh tar-raba miżrugħa għandhom, b'relazzjoni maż-żona ta' art imwarrba stabbilita, jitnaqqsu għall-livell li jikkorrispondi maż-żona li kienet tkun meħtieġa biex tipproduċi 92 tunellata metrika ta' ċereali, skond l-Artikolu 107(7) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

7. Jekk il-bidwi ma jkunx jista' jikkonforma mal-obbligi tiegħu minħabba forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 72, huwa għandu jżomm id-dritt tiegħu għall-għajnuna fir-rigward taż-żona eliġibbli fiż-żmien meta l-każ ta' forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali seħħew.

Artikolu 51

Tnaqqis u esklużjonijiet fil-każ ta' dikjarazzjoni biż-żejjed

1. Jekk, fir-rigward ta' grupp ta' wċuh tar-raba, iż-żona dikjarata għall-finijiet ta' xi skemi ta' għajnuna relatati maż-żona, ħlief dawk għall-patata tal-lamtu u ż-żerriegħa skond l-Artikoli 93 u 99 rispettivament tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, tisboq iż-żona stabbilita skond l-Artikolu 50(3) sa (5) ta' dan ir-Regolament, l-għajnuna għandha tiġi kalkolata fuq il-bażi taż-żona stabbilita imnaqqsa bid-doppju tad-differenza miżjuba jekk dik id-differenza tkun aktar minn jew 3 % jew żewġ ettari, iżda mhux aktar minn 20 % taż-żona stabbilita.

Jekk id-differenza tkun aktar minn 20 % taż-żona stabbilita, ma għandha tingħata ebda għajnuna marbuta maż-żona għall-grupp ta' wċuh tar-raba konċernat.

2. Jekk, fir-rigward taż-żona kollha stabbilita koperta b'applikazzjoni waħdiena ħlief għall-patata tal-lamtu u żerriegħa skond l-Artikoli 93 u 99 rispettivament tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, iż-żona dikjarata tisboq iż-żona stabbilita skond l-Artikolu 50(3) sa (5) ta' dan ir-Regolament b'aktar minn 30 %, l-għajnuna li għaliha l-bidwi kien ikun intitolat skond l-Artikolu 50(3) sa (5) ta' dan ir-Regolament għandha tiġi rifjutata għas-sena kalendarja in kwistjoni taħt dawk l-iskemi ta' għajnuna.

Jekk id-differenza tkun aktar minn 50 %, il-bidwi għandu għal darba oħra jiġi eskluż milli jirċievi għajnuna sa ammont ugwali għall-ammont li jikkorrispondi mad-differenza bejn iż-żona dikjarata u ż-żona stabbilita skond l-Artikolu 50(3) sa (5). Dak l-ammont għandu jiġi paċut kontra ħlasijiet ta' għajnuna taħt l-iskemi ta' għajnuna msemmija fit-Titoli III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li għalihom il-bidwi kien ikun intitolat fil-kuntest ta' applikazzjonijiet li huwa jibgħat fil-kors tat-tlett snin kalendarji li jiġu wara s-sena kalendarja tas-sejba. Jekk l-ammont ma jkunx jista' jiġi paċut kollu kemm hu kontra dawk il-ħlasijiet ta' għajnuna, il-bilanċ li jibqa' għandu jiġi kanċellat.

3. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, fejn bidwi japplika għall-għajnuna għall uċuh tar-raba tal-enerġija skond l-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew jiddikjara pakketti bħala mwarrba skond l-Artikolu 55 il-punt (b) jew l-Artikolu 107(3) l-ewwel inċiż ta' dak ir-Regolament jonqos milli jwassal il-kwantità meħtieġa ta' xi materja prima partikolari, huwa għandu jitqies li jkun naqas milli jħares l-obbligu tiegħu fir-rigward tal-pakketti maħsuba għall-finijiet tal-enerġija jew twarrib, rispettivament, fir-rigward ta' żona kalkolata billi tiġi moltiplikata ż-żona ta' art koltivata u wżata minnu għall-produzzjoni tal-materja prima bil-perċentwali tat-twassil anqas ta' dik il-materja prima.

Artikolu 52

Tnaqqis fir-rigward ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-patata tal-lamtu u żerriegħa

1. Jekk jinstab li ż-żona attwalment koltivata tkun aktar baxxa minn 10 % taż-żona dikjarata għall-ħlas ta' għajnuna għall-patata tal-lamtu kif hemm provdut fil-Kapitolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-għajnuna li għandha titħallas għandha titnaqqas bid-doppju tad-differenza misjuba.

2. Jekk jinstab li ż-żona attwalment koltivata tkun għola b'aktar minn 10 % taż-żona dikjarata għall-ħlas ta' għajnuna għaż-żerriegħa kif hemm provdut fil-Kapitolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-għajnuna li għandha titħallas għandha titnaqqas bid-doppju tad-differenza misjuba.

3. Fejn jinstab li l-irregolaritajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jirriżultaw mill-intenzjoni tal-bidwi, l-ammont sħiħ ta' l-għajnuna msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi rifjutat.

F'dak il-każ, il-bidwi għandu jiġi eskluż għal darba oħra milli jirqievi għajununa ugwali għal dak l-ammont. Dak l-ammont għandu jiġi paċut kontra ħlasijiet ta' għajnuna taħt xi waħda mill-iskemi ta' għajnuna msemmija fit-Titoli II u IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li għalihom il-bidwi jkun intitolat fil-kuntest tal-applikazzjonijiet li huwa jibgħat fil-kors tat-tlett snin kalendarji li jiġu wara s-sena kalendarja tas-sejba. Jekk l-ammont ma jkunx jista' jiġi paċut kollu kemm hu kontra dawk il-ħlasijiet ta' għajnuna, il-bilanċ li jibqa' għandu jiġi kanċellat.

Artikolu 53

Dikjarazzjoni biż-żejjed magħmula apposta

Fejn id-differenzi bejn iż-żona dikjarata u ż-żona stabbilita skond l-Artikolu 50(3), (4)(b) u (5) jirriżultaw minn irregolaritajiet magħmula apposta, l-għajnuna li għaliha l-bidwi kien ikun intitolat skond l-Artikolu 50(3), (4)(b) u (5) ma għandhiex tingħata għas-sena kalendarja in kwistjoni taħt l-iskema ta' għajnuna koċernata.

B'żieda, fejn id-differenza tkun aktar minn 20 % taż-żona stabbilita, il-bidwi għandu jkun eskluż għal darba oħra mill-jirċievi għajnuna sa ammont ugwali għall-ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn iż-żona dikjarata u ż-żona stabbilita skond l-Artikolu 50(3), (4)(b) u (5). Dak l-ammont għandu jiġi paċut kontra ħlasijiet ta' għajnuna taħt xi waħda mill-iskemi ta' għajnuna msemmija fit-Titoli II u IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li għalihom il-bidwi jkun intitolat fil-kuntest tal-applikazzjonijiet li huwa jibgħat fil-kors tat-tlett snin kalendarji li jiġu wara s-sena kalendarja tas-sejba. Jekk l-ammont ma jkunx jista' jiġi paċut kollu kemm hu kontra dawk il-ħlasijiet ta' għajnuna, il-bilanċ li jibqa' għandu jiġi kanċellat.

Artikolu 54

Tnaqqis u esklużjonijiet li jikkonċernaw applikazzjonijiet ta' l-għajnuna għaż-żerriegħa

1. Fejn jinsab li żerriegħa suġġetta għal applikazzjoni għall-għajnuna ma kienitx attwalment marketed skond it-tifsira tal-artikolu 31 il-punt (b)(iii) biex tinżergħa mill-bidwi, l-għajnuna li għandha titħallas għall-ispeċi konċernat, wara l-applikazzjoni ta' xi tnaqqis li għandu jiġi applikat skond l-Artikolu 52, għandha titnaqqas b'50 % jekk il-kwantità mhux marketed tammonta għal aktar minn 25 iżda mhux aktar minn 5 % tal-kwantità koperta mill-applikazzjoni għall-għajnuna. Jekk il-kwantità mhux marketed tiżboq il-5 % ebda għajnuna għaż-żerriegħa ma għandha tingħata għas-sena tas-suq konċernata.

2. Fejn jinstab li tkun ġiet mitluba għajnuna għal żerriegħa mhux uffiċjalment ċertifikata jew maħsuda fl-Istat Membru in kwistjoni matul is-sena kalendarja li fiha tibda s-sena tas-suq li għaliha tkun ġiet iffissata l-għajnuna, ma għandha tingħata ebda għajnuna għal dik is-sena tas-suq u lanqas għal dik ta' wara.

Artikolu 55

Kalkolazzjoni taż-żona ta' għalf għall-premiums imsemmija fl-Artikolu 131 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

1. L-Artikoli 50(1), 50(3), 51(1) u 53 għandhom jgħoddu għall-kalkolu taż-żona ta' għalf għall-għoti tal-għajnuniet imsemmija fl-Artikolu 131 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

2. Fejn tinstab differenza ta' aktar minn 50 % bejn iż-żona dikjarata u ż-żona stabbilita skond l-Artikolu 50(3), il-bidwi għandu, fil-qafas tal-applikazzjonijiet għall-għajnua li jibgħat fil-kors ta' tlett snin kalendarji li jiġu wara s-sena kalendarja tas-sejba, jiġi eskluż għal darba oħra fir-rigward taż-żona tal-għalf ugwali għad-differenza bejn iż-żona dikjarata u ż-żona stabbilita. Jekk iż-żona li għandha tiġi eskluża ma tkunx tista' tiġipaċuta kollha kemm hi f'dak il-perjodu, l-bilanċ li jibqa' għandu jiġi kkanċellat.

3. It-tnaqqis u l-esklużjonijiet skond il-paragrafi 1 u 2 għandhom jgħoddu biss jekk iż-żona dikjarata irriżultat jew kienet tirriżulta fi ħlas għola.

Artikolu 56

Kalkoli taż-żona tal-għalf għall-ħlas ta' estensifikazzjoni skond l-Artikolu 132 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

1. Il-ħlasijiet ta' estensifikazzjoni li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 132 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ma għandhomx jingġataw għal numru akbar ta' annimali minn dak li għalih il-premiums imsemmija fl-Artikolu 131 ta' dak ir-Regolament jistgħu jitħallsu wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 55 ta' dan ir-Regolament.

2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, iż-żona tal-għalf konċernata għandha tiġi stabbilita skond l-Artikolu 50.

Jekk il-limitu tal-fattur tad-densità tal-ħażna ma jinqabiżx b'relazzjoni maż-żona hekk stabbilita iż-żona stabbilita għandha tkun il-bażi għall-kalkolu tal-ħlas ta' estensifikazzjoni.

Jekk il-limitu jinqabeż, l-ammont totali ta' għajnuna li għalih il-bidwi jkun intitolat wara l-applikazzjonijiet għall-għajnuna taħt l-iskemi ta' għajnuna msemmija fl-Artikolu 131 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 mibgħuta matul is-sena kalendarja in kwistjoni, għandu jitnaqqas b'50 % tal-ammont li l-bidwi kellu, jew kien mod ieħor, jirċievi bħala ħlas ta' estensifikazzjoni.

3. Fejn id-differenza bejn iż-żona dikjarata u ż-żona stabbilita tirriżulta minn irregolaritajiet kommessi apposta u fejn il-limitu tal-fattur tad-densità tal-ħażna jinqabeż b'relazzjoni maż-żona stabbilita, l-ammont totali tal-għajnuna msemmija fil-paragrafu 2 għandu jiġi rifjutat. F'dak il-każ, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53 għandu hekk jgħodd.

Taqsima II Premia għall-bhejjem tal-irziezet

Artikolu 57

Bażi tal-kalkolazzjoni

1. Fejn limitu individwali jew limitu massimu individwali ikun jgħodd, in-numru ta' annimali muri fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandu jitnaqqas sal-limitu jew il-liomitu massimu ffissat għall-bidwi konċernat.

2. Fl-ebda każ ma għandha tingħata għajnuna għal numru ta' annimali li jkun akbar minn dak muri fl-applikazzjoni għall-għajnuna.

3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 59 u 60, jekk in-numru ta' annimali dikjarati fl-applikazzjoni għall-għajnuna jisboq dak stabbilit bħala riżultat ta' verifiki amministrattivi jew fuq il-post, l-għajnuna għandha tiġi kalkolata fuq il-bażi tal-annimali stabbiliti.

Iżda, jekk il-bidwi ma jkunx jista' jikkonforma mal-obbligu tiegħu taż-żamma bħala riżultat ta' forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 72, huwa għandu jżomm id-dritt tiegħu għall-għajnuna fir-rigward tan-numru ta' annimali eliġibbli fiż-żmien meta l-każ ta' forza maġġuri jew iċ-ċirkostanza eċċezzjonali jkun seħħ.

4. Fejn jinstabu każi ta' rregolaritajiet fir-rigward tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-annimali bovini, dan li ġej għandu jgħodd:

(a) annimal bovin li jkun tilef waħda miż-żewġ tikketti tal-widnejn għandu jitqies bħala stabbilit kemm-il darba jkun identifikat b'mod ċar u individwalment mill-elementi l-oħra tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-annimali bovini;

(b) fejn l-irregolaritajiet misjuba jirrelataw ma' daħliet skorretti fir-reġistru jew fil-passaporti tal-annimali, l-annimal konċernat għandu biss jitqies bħala li ma jkunx stabbilit jekk dawk l-iżbalji jinstabu f'tal-anqas żewġ verifiki f'perjodu ta' 24 xahar. Fil-każi l-oħra kollha l-annimali konċernati għandhom jitqiesu bħala li mhux stabbiliti wara l-ewwel sejba.

L-Artikolu 19 għandu jgħodd b'relazzjoni mad-daħlietfi, u n-notifikazzjonijiet lis-, sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini.

Artikolu 58

Sostituzzjoni

1. L-annimali bovini presenti fl-azjenda għandhom jitqiesu biss bħala stabbiliti jekk ikunu identifikati fl-applikazzjoni għall-għajnuna. Iżda, baqar li jreddgħu jew għoġġiela li fir-rigward tagħhom tintalab l-għajnuna skond l-Artikolu 125 jew l-Artikolu 129 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u baqar tal-ħalib li dwarhom tintalab l-għajnuna skond l-Artikolu 132(4) ta' dak ir-Regolament jistgħu jiġu sostitwiti matul il-perjodu taż-żamma fil-limiti li hemm provvediment dwarhom f'dawk l-Artikoli mingħajr it-telf tad-dritt għall-ħlas tal-għajnuna li għaliha saret l-applikazzjoni.

2. Is-sostituzzjonijiet skond il-paragrafu 1 għandhom iseħħu fi żmien 20 jum wara l-ġrajja li tqanqal il-ħtieġa tas-sostituzzjoni u għandhom jiddaħħlu fir-reġistru mhux aktar minn tlett ijiem wara d-data tas-sostituzzjoni. L-awtorità kompetenti li lilha kienet intbagħtet l-applikazzjoni għall-għajnuna għandha tkun informata fi żmien sabat ijiem wara s-sostituzzjoni.

Iżda, fil-każ li Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltajiet li hemm provvediment dwarhom fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(3), dak l-Istat Membru jista' jipprovdi li n-notifikazzjonijiet lid-database komputerizzata għall-annimali bovini ta' annimal li jkun ħalla l-azjenda u annimal ieħor li jkun wasal fl-azjenda fil-limiti ta' żmien li hemm provvediment dwarhom fl-ewwel subparagrafu jistgħu jissostitwixxu li dik l-informazzjoni tintbagħat lill-awtorità kompetenti.

3. Fejn bidwi japplika għall-għajnuna kemm fir-rigward ta' ngħaġ u mgħoż u fejn ma jkun hemm ebda differenza fil-livell ta' għajnuna mħallsa, nagħġa tista' tiġi sostitwita b'mogħża u mogħża b'nagħġa. In-ngħaġ u l-mgħoż li fir-rigward tagħhom tintalab l-għajnuna skond l-Artikolu 113 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistgħu jiġu sostitwiti fil-perjodu taż-żamma fil-limiti li hemm provvediment dwarhom f'dak l-Artikolu mingħajr it-telf tad-dritt għall-ħlas tal-għajnuna li tkun saret l-applikazzjoni dwarha.

4. Is-sostituzzjonijiet skond il-paragrafu 3 għandhom iseħħu fi żmien għaxart ijiem wara li sseħħ il-ġrajja li tqanqal il-ħtieġa tas-sostituzzjoni u għandhom jiddaħħlu fir-reġistru mhux aktar tard minn tlett ijiem wara l-jum tas-sostituzzjoni. L-awtorità kompetenti li lilha tkun intbagħtet l-applikazzjoni għandha tkun informata fi żmien ħamest ijiem utli wara s-sostituzzjoni.

Artikolu 59

Tnaqqis u sostituzzjonijiet fir-rigward ta' annimali bovini li għalihom tintalab l-għajnuna

1. Fejn, fir-rigward ta' applikazzjoni għall-għajnuna taħt l-iskemi ta' għajnuna għall-bovini, tinstab differenza bejn in-numru ta' annimali dikjarati u dak stabbilit skond l-Artikolu 57(3), l-ammont totali ta' għajnuna li għaliha l-bidwi jkun intitolat taħt dawk l-iskemi għall-perjodu premium konċernat għandha titnaqqas bil-perċentwali li għandu jiġi stabbilit skond il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, jekk ma jkunx hemm aktar minn tlett annimali li nstabu b'irregolaritajiet.

2. Jekk jinstabu aktar minn tlett annimali b'irregolaritajiet l-ammont totali ta' għajnuna li għaliha l-bidwi jkun intitolat taħt l-iskemi msemmija fil-paragrafu 1 għall-premium konċernat għandu jitnaqqas:

(a) bil-perċentwali li għandu jiġi stabbilit skond il-paragrafu 3, jekk ma jkunx aktar minn 10 %,

(b) bid-doppju tal-perċentwali li għandu jiġi stabbilit skond il-paragrafu 3, jekk ikun aktar minn 10 % iżda anqas minn 20 %.

Jekk il-perċentwali stabbilit skond il-paragrafu 3 jkun aktar minn 20 %, l-għajnuna li għaliha l-bidwi kien ikun intitolat skond l-Artikolu 57(3) għandha tiġi rifjutata taħt dawk l-iskemi għall-perjodu ta' premium konċernat.

Jekk il-perċentwali stabbilit skond il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jkun aktar minn 50 %, il-bidwi għandu, b'żieda, jiġi eskluż għal darba oħra milli jirċievi għajnuna sa ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn in-numru ta' annimali dikjarati u n-numru ta' annimali stabbiliti skond l-Artikolu 57(3). Dak l-ammont għandu jiġi paċut kontra ħlasijiet ta' għajnuna taħt l-iskemi ta' għajnuna għall-bovini li għalihom il-bidwi jkun intitolat fil-kuntest tal-applikazzjonijiet li jagħmel fil-kors tat-tlett snin kalendarji li jiġu wara s-sena kalendarja tas-sejba. Jekk l-ammont ma jkunx jista' jiġi paċut kollu kemm hu kontra dawk il-ħlasijiet ta' għajnuna, il-bilanċ li jibqa' għandu jiġi kanċellat.

3. Sabiex jiġu stabbiliti l-perċentwali msemmija fil-poaragrafi 1 u 2, l-annimali bovini li dwarhom issir talba taħt l-iskemi kollha tal-għajnuna għall-bovini matul il-perjodu premium konċernat u misjuba b'irregolaritajiet għandhom jiġu diviżi bl-annimali bovini kollha stabbiliti għall-perjodu premium konċernat.

4. Fejn id-differenzi bejn in-numru ta' annimali dikjarati u dak stabbilit skond l-Artikolu 57(3) jirriżultaw minn irregolaritajiet magħmula apposta l-għajnuna l-bidwi kien ikun intitolat għaliha skond l-Artikolu 57(3) għandha tiġi rifjutata taħt l-iskema jew skemi ta' għajnuna għall-bovini konċernati għall-perjodu tal-premium in kwistjoni.

Fejn id-differenza stabbilita skond il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu tkun aktar minn 20 %, il-bidwi gġħandu jkun eskluż għal darba oħra milli jirċievi għajnuna sa ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn in-numru ta' annimali dikjarat u n-numru ta' annimali stabbilit skond l-Artikolu 57(3). Dak l-ammont għandu jiġi paċut kontra ħlasijiet ta' għajnuna taħt l-iskemi ta' għajnuna għall-bovini li għalihom il-bidwi jkun intitolat fil-kuntest tal-applikazzjonijiet li jagħmel fil-kors tat-tlett snin kalendarji li jiġu wara s-sena kalendarja tas-sejba. Jekk l-ammont ma jkunx jista' jiġi paċut kollu kemm hu kontra dawk il-ħlasijiet ta' għajnuna, il-bilanċ li jibqa' għandu jiġi kanċellat.

Artikolu 60

Tnaqqis u esklużjonijiet fir-rigward ta' annimali ovini jew kaprini li dwarhom tintalab għajnuna

1. Fejn fir-rigward ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna taħt skema ta' għajnuna ovina/kaprina, tinstab differenza skond l-Artikolu 57(3), l-Artikolu 59(2), (3) u (4) għandu jgħodd skond il-każ sa mill-ewwel annimal li fir-rigward tiegħu jkunu nstabu l-irregolaritajiet.

2. Jekk jiġi stabbilit li produttur tan-ngħaġ li jqiegħed fis-suq ħalib tan-ngħaġ jew prosotti mill-ħalib tan-ngħaġ jonqos li jiddikjara fl-applikazzjoni tiegħu għall-premium li kein qed jagħmel dan, l-ammont ta' għajnuna li għaliha jkun intitolat għandu jitnaqqas għall-premium li għandu jitħallas lill-produtturi tan-ngħaġ li jqiegħdu fis-suq ħalib tan-ngħaġ jew prodotti mill-ħalib tan-ngħaġ imnaqqas bid-differenza bejn dak l-ammont u l-ammont sħiħ tal-premium tan-ngħaġ.

3. Fejn, fir-rigward ta' applikazzjonijiet għall-premium supplimentari, jiġi stabbilit li anqas minn 50 % taż-żona tal-azjenda wżata għall-agrikoltura tkun tinsab f'żoni msemmija fl-Artikolu 114(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-premium supplimentari ma għandux jitħallas u l-premium tan-ngħaġ u l-mgħoż għandu jitnaqqas b'ammont ekwivalenti għal 50 % tal-premium supplimentari.

4. Fejn jiġi stabbilit li k-perċentwali taż-żona tal-azjenda wżat għall-agrikoltura jkun jinsab fiż-żoni elenkati fl-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 2550/2001 ikun taħt il-50 %, il-premium għall-mgħoż ma għandux jitħallas.

5. Fejn jiġi stabbilit li produttur li jipprattika ċ-ċaqliq minn reġjun għall-ieħor li jibgħat applikazzjoni għall-premium supplimentari ma jkunx ħalla jirgħu 90 % tal-annimali tiegħu għal ta' l-anqas 90 jum f'żona msemmija fl-artikolu 114(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-premium supplimentari ma għandux jitħallas u l-premium għan-ngħaġ jew mogħż għandu jitnaqqas b'ammont ekwivalenti għal 50 % tal-premium supplimentari.

6. Fejn jinstab li l-irregolarità msemmija fil-paragrafi 2, 3, 4 jew 5 tirriżulta minn nuqqas ta' konformità apposta, l-ammont totali ta' għajnuna msemmi f'dawk il-paragrafi għandu jiġi rifjutat.

F'dak il-każ, il-bidwi għandu jiġi eskluż għal darba oħra milli jirqievi għajununa ugwali għal dak l-ammont. L-ammont li għandu jiġi paċut kontra ħlasijiet ta' għajnuna taħt l-iskema ta' għajnuna ovina/kaprina li għaliha l-bidwi jkun intitolat fil-kuntest tal-applikazzjonijiet li huwa jibgħat fil-kors ta' tlett snin kalendarji li jiġu wara s-sena kalendarja tas-sejba.

7. Fir-rigward ta' bdiewa li jżommu kemm ngħaġ u mogħż intitolati għall-istess livell ta' premium, fejn verifika fuq il-post tikxef differenza fil-komposizzjoni tal-merħla f'termini ta' numri tal-annimali kull speċji, l-annimali għandhom jitqiesu bħala li jkunu tal-istess grupp.

Artikolu 61

Ċirkostanzi naturali

It-tnaqqis u l-esklużjonijiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 59 u 60 ma għandhomx jgħoddu fil-każi fejn, minħabba l-impatt ta' ċirkostanzi naturali fuq il-merħla jew qatgħa, il-bidwi ma jkunx jista' jħares l-obbligi tiegħu li jżomm l-annimali li fir-rigward tagħhom tintalab l-għajnuna matul il-perjodu taż-żamma, kemm-il darba jkun informa bil-miktub lill-awtorità kompetenti fi żmien gaħxart ijiem utli bis-sejba ta' xi tnaqqis fin-numru ta' annimali.

Mingħajr preġudizzju għaċ-ċirkostanzi attwali li għandu jingħata kont tagħhom f'każi individwali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikonoxxu, b'mod partikolari, il-każi li ġejjin ta' ċirkostanzi naturali tal-merħla jew qatgħa:

(a) il-mewt ta' annimal bħala konsegwenza ta' mard;

(b) il-mewt ta' annimal wara aċċident li għalih il-bidwi ma jistax jinżamm responsabbli.

Artikolu 62

Ċertifikati foloz u dikjarazzjonijiet maħruġa minn biċċeriji

Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet jew ċertifikati maħruġa minn biċċeriji b'konnessjoni mal-premium tal-qatla li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 2342/1999, jekk jinstab li biċċerija tkun tat ċertifikat falz jew dikjarazzjoni bħala riżultat ta' traskuraġni serja jew apposta, l-Istat Membru konċernat għandu japplika s-sanzjonijiet nazzjonali xierqa. Fejn dawk l-irregolaritajiet jinstabu għat-tieni darba, l-biċċerija nvoluta għandha tkun eskluża tal-anqas għall-perjodu ta' sena mid-dritt li tagħmel dikjarazzjonijiet jew toħroħ ċertifikati validi għall-finijiet tal-premium.

Artikolu 63

Sejbiet b'relazzjoni ma' ħlasijiet addizzjonali

Fir-rigward tal-ħlasijiet addizzjonali li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal tnaqqis u esklużjonijiet li għandhom, fis-sustanza, jkunu ekwivalenti għal dawk li hemm provvediment dwarhom f'dan it-Titolu.

Taqsima I Premium tal-maħleb u ħlasijiet addizzjonali

Artikolu 64

Premium tal-maħleb u ħlasijiet addizzjonali

Fir-rigward ta' sejbiet stabbiliti f'relazzjoni ma' applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-premium tal-maħleb u ħlasijiet addizzjonali, l-Artikoli 50, 51(1) u 53 għandhom jgħoddu sal-limitu li "żona" tinqara bħala "kwantità individwali ta' referenza" u "żona stabbilita" bħala "kwantità individwali ta' referenza stabbilita".

Fejn, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 30 tar-Regolament 2237/2003, il-persuna konċernata ma tibdiex il-produzzjoni sal-limitu taż-żmien għall-applikazzjoni, il-kwantità individwali ta' referenza stabbilita għandha titqies li tkun żero. F'dak il-każ, l-applikazzjoni għall-għajnuna tal-persuna konċernata għas-sena in kwistjoni għandha tiġi rifjutata. Ammont ugwali għall-ammont kopert bl-applikazzjoni rifjutata għandu jiġi paċut kontra ħlasijiet ta' għajnuna taħt xi waħda mill-iskemi ta' għajnuna stabbiliti taħt it-Titoli III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li għaliha l-persuna tkun intitolata fil-kuntest ta' l-applikazzjonijiet li jibgħat fil-kors tas-sena kalendarja lit iġi wara s-sena kalendarja tas-sejba.

Il-KAPITOLU II SEJBIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MA' KONFORMITÀ REĊIPROKA

Artikolu 65

Prinċipji ġenerali u tifsir

1. Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 41 għandhom jgħoddu.

2. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, azzjoni jew ommissjoni għandha tkun direttament attribwibbli għall-bidwi individwali li jkun ikkometta in-nuqaas ta' konformità hu stess u li, fiż-żmien tal-istabbliment tan-nuqqas ta' konformità in kwsitjoni, kien inkarigat mill-azjenda, ż-żona, l-unità ta' produzzjoni jew l-annimal konċernat. Fejn l-azjenda, ż-żona, l-unità ta' produzzjoni jew l-annimal konċernat kienu trasferiti lill-bdiwi wara li kien beda jseħħ in-nuqqas ta' konformità. il-persuna li tirċievi t-trasferiment għandha tinżamm ugwalment responsabbli fil-każ li jżomm in-nuqqas ta' konformità, kemm-il darba din setgħat raġonevolment tikxef u ttemm dak in-nuqqas ta' konformità.

3. Fejn aktar minn Aġenzija waħda tal-Ħlas tkun responsabbli fil-kuntest tal-immaniġġar tal-iskemi differenti ta'ħlas dirett kif imfissra fl-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet taħt dan il-Kapitolu, b'mod partikolari li rata waħda ta' tnaqqis tiġi applikata għall-ħlasijiet kollha diretti li dwarhom issir applikazzjoni mill-bdiewa.

4. In-nuqqasijiet ta' konformità għandhom jitqiesu li jkunu "stabbiliti" jekk ikunu stabbiliti bħala konsegwenza ta' xi tip ta' verifiki mwettqa skond dan ir-Regolament jew wara li jkunu nġiebu għall-attenzjoni tal-awtorità kompetenti ta' kontroll b'xi mezz ieħor.

Artikolu 66

Applikazzjoni tat-tnaqqis fil-każ ta' negliġenza

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 71, fejn nuqqas stabbilit ta' konformità jirriżulta minn negliġenza tal-bidwi, għandu jiġi applikat tnaqqis fuq l-ammont kollu ta'ħlasijiet diretti, kif imfissra fl-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, li jkun, jew għandu, jingħata lill-bidwi konċernat wara li jkun bagħat jew ikun ser jibgħat applikazzjonijiet għall-għajnuna fil-kors tas-sena kalendarja tas-sejba. Dak it-tnaqqis għandu, bħala regola ġenerali, jkun ta' 3 % ta' dak l-ammont sħiħ.

Iżda, l-Aġenżija tal-Ħlas tista', fuq il-bażi tal-istima provduta mill-awtorità kompetenti ta' kontroll fir-rapport tal-kontroll skond l-Artikolu 48(1)(c), tiddeċiedi jew li tnaqqas dak il-perċentwali għal 1 % jew li żżidu għal 5 % ta' dak l-ammont sħiħ jew, fil-każi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 48(1)(ċ), ma timponiex xi tnaqqis affattu.

2. Fejn ikun ġie stabbilit aktar minn każ wieħed ta' nuqqas ta' konformità fir-rigward ta' atti jew standards varji tal-istess żona ta' konformità reċiproka, dawk il-każi għandhom, għall-finijiet tal-iffissar tat-tnaqqis skond il-paragrafu 1, jitqiesu bħala nuqqas ta' konformità waħda.

3. Fejn ikun hemm aktar minn-nuqqas ta' konformità wieħed fir-rigward ta' żoni differenti ta' konformità reċiproka, il-proċedura għall-iffissar tat-tnaqqis kif stipulat fil-paragrafu 1 għandha tiġi applikata individwalment għal kull nuqqas ta' konformità. Il-perċentwali li jirriżultaw mit-tnaqqis għandhom jiżdiedu. It-tnaqqis massimu għandu, iżda, ma jisboqx il-5 % tal-ammont kollu mesmmi fil-paragrafu 1.

4. Mingħajr preġudizzju għall-każi ta' nuqqas ta' konformità intenzjonata skond l-Artikolu 6, fejn ikun ġie stabbilit nuqqas ta' konformità ripetut, il-perċentwal iffissat skond il-paragrafu 1 fir-rigward tal-ewwel nuqqas ta' konformità għandu, fir-rigward tal-ewwel repetizzjoni, jiġi moltiplikat bil-fatturvta' tlieta. Għal dan il-għan, l-Aġenzija tal-Ħlas għandha, fil każ fejn il-perċentwal kien iffissat skond il-paragrafu 2 jistabbilixxi l-perċentwal li kieku kien jiġi applikat għall-ewwel nuqqas ta' konformità mal-ħtieġa jew standard konċernat.

Fil-każ ta' aktar repetizzjonijiet il-fattur ta' moltiplikazzjoni ta' tlieta għandu jiġi applikat kull darba għar-riżultat tat-tnaqqis iffissat fir-rigward tan-nuqqas ta' konformità ripetut ta' qabel. It-tnaqqis massimu għandu, iżda, ma jisboqx il-15 % tal-ammont kollu msemmi fil-paragrafu 1.

Malli l-perċentwal massimu ta' 15 % jkun intlaħaq, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-bidwi konċernat li jekk jerġa jiġi stabbilit l-istess nuqqas ta' konformità, għandu jitqies li jkun aġixxa intenzjoanlemtn skond it-tifsira tal-Artikolu 6. Fejn jiġi stabbilit aktar nuqqas ta' konformità wara dan, il-perċentwal ta' tnaqqis li għandu jiġi applikat għandu jiġi ffissat billi jiġi moltiplikat ir-riżultat tal-moltiplikazzjoni ta' qabel, fejn japplika, qabel il-limitazzjoni ta' 15 % li hemm provvediment dwarha fl-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tkun ġiet applikata, bil-fattur ta' tlieta.

Artikolu 67

Applikazzjoni ta' tnaqqis u esklużjonijiet fil-każi ta' nuqqas ta' konformità intenzjonat

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1, fejn in-nuqqas ta' konformità stabbilit ikun ġie kommess intenzjonalment mill-bidwi, it-tnaqqis li għandu jiġi applikat għall-ammont sħiħ imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 66(1) għandu, bħala regola ġenerali, ikun ta' 20 % ta' dak l-ammont sħiħ.

Iżda, l-Aġenzija tal-Ħlas tista', fuq il-bażi tal-istima tal-awtorità kompetenti ta' kontroll fir-rapport tal-kontroll skond l-Artikolu 48(1)(ċ), tiddeċiedi li tnaqqas dak il-perċentwal għal mhux anqas minn 15 % jew, fejn xieraq, iżżid il-perċentwal sa 100 % ta' dak l-ammont sħiħ.

2. Fejn in-nuqqas ta' konformità intenzjonat ikun jirrelata ma' skema partikolari ta' għajnuna, il-bidwi għandu jiġi eskluż minn dik l-iskema ta' għajnuna għas-sena kalendarja in kwistjoni.

Fil-każ ta' limitu estrem ta' severità jew permanenza jew fejn in-nuqqas ta' konformità ripetut intenzjonali ikun ġie stabbilit, il-bidwi għandu, b'żieda, jiġi eskluż mill-iskema ta' gġajnuna konċernata fis-sena kalendarja ta' wara.

Il-KAPITOLU III DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 68

Eċċezzjonijiet mill-applikazzjoni tat-tnaqqis jew esklużjonijiet

1. It-tnaqqis u l-esklużjonijiet li hemm provvediment dwarhom fil-Kapitolu I ma għandhomx jgħoddu fejn il-bidwi jkun bagħat informazzjoni fattwalment korretta jew fejn ikun jista' juri mod ieħor li ma jkollux tort.

2. It-tnaqqis u l-esklużjonijiet li hemm provvediment dwarhom fil-KapitolU I ma għandhomx jgħoddu fir-rigward tal-partijiet tal-applikazzjoni għall-għajnuna li fihom il-bidwi jinforma lill-awtorità kompetenti bil-miktub li l-applikazzjoni għall-għajnuna ma tkunx korretta jew ma tkunx baqgħet korretta minn mindu tkun intbagħtet, kemm-il darba l-bidwi ma jkunx ġie infurmat bl-intenzjoni tal-awtorità kompetenti li twettaq verifika fuq il-post u li l-awtoritàma tkunx diġà ġinformat lill-bidwi b'xi rregolarità fl-applikazzjoni.

L-informazzjoni mogħtija mill-bidwi kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollha l-effett li l-applikazzjoni għall-għajnuna tiġi aġġustata għas-sitwazzjoni attwali.

Artikolu 69

Emendi u aġġustamenti għad-daħliet fid-database komputerizzata għall-annimali bovini

Fir-rigward ta' annimali bovini li ssir talba dwarhom, l-Artikolu 68 għandu jgħodd miż-żmien li tintbagħat l-applikazzjoni għall-għajnuna għal żbalji u ommisjonijiet b'relazzjoni ma' daħliet fid-database komputerizzata għall-annimali bovini.

Fir-rigward ta' annimali bovini li ma ssirx talba dwarhom, l-istess għandu jgħodd fir-rigward tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet li għandhom jiġu applikati skond il-Kapitolu II ta' dan it-Titolu.

It-TITOLU V DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 70

Ħlasijiet minimi

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux xi għajnuna jekk l-ammont għal kull applikazzjoni għall-għajnuna ma jkunx jisboq l-Ewro 100.

Artikolu 71

Akkumulazzjoni ta' tnaqqis

1. Fil-każ fejn in-nuqqas ta' konformità jikkostitwixxi wkoll irregolarità, li għalhekk tkun relevanti fir-rigward tal-applikazzjoni tat-tnaqqis jew esklużjonijiet skond kemm il-Kapitolu I u l-Kapitolu II tat-Titolu IV:

(a) it-tnaqqis jew esklużjonijiet skond il-Kapitolu I tat-Titolu IV għandu jiġi applikat fir-rigward tal-iskemi ta' għajnuna in kwistjoni;

(b) it-tnaqqis u l-eskjlużjonijiet skond il-Kapitolu II tat-Titolu IV għandhom jiġu applikati fir-rigward tal-ammont totali tal-ħlasijiet li għandhom jingħataw taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni li ma jkunux suġġetti għat-tnaqqis jew esklużjonijiet imsemmijafil-punt (a).

2. Fejn japplika, wara l-applikazzjoni tal-paragrafu 1, fejn ikun ġie applikat tnaqqis varju bħala konsegwenza ta' modulazzjoni, nuqqas ta' konformità jew irregolaritajiet, l-awtorità kompetenti għandha tikkalkola t-tnaqqis kif ġej:

(a) l-ewwel, it-tnaqqis skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jiġi applikat;

(b) it-tieni, l-ammont li jirriżulta ta' għajununa li għaliha kien ikun intitolat il-bidwi għandu jitnaqqas bit-tnaqqis li hemm provvediment dwaru fil-Kapitolu I tat-Titolu IV ta' dan ir-Regolament;

(ċ) it-tielet, l-ammont li jirżulta għandu jservi bħala l-bażi tal-kalkolazzjoni ta' xi tnaqqis li għandu jiġi applikat minħabba sottomissjonijiet tard fuq il-bażi tal-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament;

(d) ir-raba', l-ammont li jirriżulta għandu jitnaqqas b'xi tnaqqis li hemm provvediment dwaru fil-Kapitolu II tat-Titolu IV ta' dan ir-Regolament.

3. Bla ħsara għall-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2988/95 [21], it-tnaqqis u l-esklużjonijiet taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal xi sanzjonijiet addizzjonali skond xi dispożizzjonijiet oħra taħt il-liġi tal-Komunità jew dik nazzjonali.

Artikolu 72

Forza maġġuri u ċirkostanzi eċċezzjonali

Fil-każi ta' forza maġġuri u ċirkostanzi eċċezzjonali skond it-tifsira tal-Artikolu 40(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 bl-evidenza relevanti għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti għandhom ikunu notifikati bil-miktub lill-awtorità fi żmien għaxart ijiem utli mid-data li fiha l-bidwi jkun f'pożizzjoni li jagħmel dan.

Artikolu 73

Irjupru ta'ħlasijiet indebiti

1. Jekk isir ħlas indebitu, il-bidwi għandu jħallas lura l-ammont in kwistjoni miżjud b'mgħax kalkolat skond il-paragrafu 3.

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-irkupru ta' ħlas indebitu jsir permezz ta' tnaqqis mill-ammont li jikkorrispondi minn xi avvanzi jew ħlasijiet taħt l-iskemi ta' għajnuna msemmija fit-Titoli III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 magħmula lill-bidwi konċernat wara d-data tad-deċiżjoni dwar l-irkupru. Iżda, l-bidwi jista' jħallas l-ammont lura mingħajr ma jistenna t-tnaqqis.

3. L-imgħax għandu jiġi kalkolat għall-perjodu li jiddekorri bejn in-notifikazzjoni tal-obbligu tal-ħlas lura lill-bidwi u jew il-ħlas lura jew it-tnaqqis.

Ir-rata ta' mgħax applikabbli għandha tiġi kalkolata skond il-liġi nazzjonali iżda ma għandhiex tkun aktar baxxa mir-rata ta' mgħax applikabbli għall-irkupru ta' ammonti taħt id-dispożizzjonijiet nazzjonali.

4. L-obbligu tal-ħlas lura msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux jgħodd jekk il-ħlas ikun sar bi żball tal-awtorità kompetenti jew ta' xi awtorità oħra u jekk l-iżball ma setgħax jiġi raġonevo,ent skopert mill-bidwi.

Iżda, fejn l-iżball jirrelata ma' elementi fattwali relevanti għall-kalkolazzjoni tal-ħlas konċernat, l-ewwel subparagrafu għandu jgħodd biss jekk id-deċiżjoni biex jiġi rkuprat ma kienitx notifikata fi żmien 12-il xahar mill-ħlas.

5. L-obbligu tal-ħlas imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux jgħodd jekk il-perjodu li jiddekorri bejn id-data tal-ħlas tal-għajnuna u dik tal-ewwel notifikazzjoni tal-benefiċjarju mill-awtorità kompetenti dwar in-natura ndebita tal-ħlas konċernat ikun aktar minn għaxar.

Iżda, l-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi limitat għal erba' snin jekk il-benefiċjarju jkun aġixxa in bona fede.

6. L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati bħala konsegwenza tal-applikazzjoni tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet skond l-Artikolu 21 tat-Titolu IV għandhom, fil-każi kollha, ikunu suġġett għal perjodu ta' preskrizzjoni ta' erba' snin.

7. Il-paragrafi 4 u 5 ma għandhomx jgħoddu fil-każ ta' avvanzi.

8. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jirkuprawx ammont ta' Ewro 100 jew anqas, li ma jinkludux l-imgħax, għal kull bidwi u perjodu ta' premium, kemm-il darba l-liġi nazzjonali tagħhom tikun tipprovdi għal dak in-nuqqas ta' rkupru f'dawk il-każi.

Fejn ikollhom jiġu rkuprati ammonti li jirrelataw mal-imgħax indipendentement minn ammonti mħallsa indebitament,l-Istati Membri jistgħu, taħt l-istess kondizzjonijiet,jiddeċiedu li ma jirkuprawx ammonti li jirrelataw ma' mgħax ta' Ewro 50 jew anqas.

Artikolu 74

Trasferiment ta' azjendi

1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:

(a) "trasferiment ta' azjenda" tfisser il-bejgħ, kiri jew tip simili ta' transazzjoni fir-rigward tal-unitajiet ta' produzzjoni konċernati;

(b) "il-persuna li tagħmel it-trasferiment" tfisser il-bidwi li l-azjenda tiegħu tiġi trasferita lil bidwi ieħor;

(ċ) "persuna li lilha jsir it-trasferiment" tfisser il-bidwi li lilu tiġi trasferita l-azjenda.

2. Fejn azjenda tiġi trasferita kollha kemm hi minn bidwi għal ieħor wara li tkun intgħamlet applikazzjoni għall-għajnuna u qabel mal-kondizzjonijiet kollha għall-għoti ta' l-għajnuna ma jkunu ġew imħarsa, ma għandha tingħata ebda għajnuna lill-persuna li tagħmel it-trasferiment fir-rigward tal-azjenda trasferita.

3. L-għajnuna li ssir applikazzjoni dwarha mill-persuna li tagħmel it-trasferiment għandha tingħata lill-persuna li lilha jsir it-trasferiment fejn:

(a) f'perjodu ta' trasferiment li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri il-persuna li lilha jsir it-trasferiment tinforma lill-awtorità kompetenti bit-trasferiment u titlobv il-ħlasijiet tal-għajnuna;

(b) il-persuna li lilha jsir it-trasferiment tippresenta kull evidenza meħtieġa mill-awtorità kompetenti;

(ċ) il-kondizzjonijiet kollha għall-għoti tal-għajnuna jiġu mħarsa fir-rigward tal-azjenda trasferita.

4. Malli l-persuna li lilha jsir it-trasferiment tinforma lill-awtorità kompetenti u titlob il-ħlas tal-għajnuna skond il-paragrafu 3(a):

(a) id-drittijiet u l-obbligi kollha tal-persuna li tagħmel it-trasferiment li jirriżultaw mir-relazzjoni legali bejn il-persuna li tagħmel it-trasferiment u l-awtorità kompetenti ġenerati mill-applikazzjoni għall-għajnuna għandhom jiġu konferiti fuq il-persuna li lilha jsir it-trasferiment;

(b) l-azzjonijiet kollha meħtieġa għall-għoti tal-għajnuna u d-dikjarazzjonijiet kollha magħmula mill-persuna li tagħmel it-trasferiment qabel it-trasferiment għandhom jiġu attribwiti lill-persuna li lilha jsir it-trasferiment għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli relevanti tal-Komunitaà;

(ċ) l-azjenda trasferita għandha titqies, fejn xieraq, bħala azjenda separata fir-rigward tas-sena tas-suq jew perjodu ta' premium in kwistjoni.

5. Fejn applikazzjoni għall-għajnuna tintgħamel wara li jkunu twettqu l-azzjonijiet meħtieġa għall-għoti tal-għajnuna u l-azjenda tiġi trasferita kollha kemm hi minn bidwi għall-ieħor wara li jkunu nbdew dawk l-azzjonijiet iżda qabel ma jkunu tħarsu l-kondizzjonijiet kollha għall-għoti tal-għajnuna, l-għajnuna tista' tingħata lill-persuna li lilha jsir it-trasferiment kemm-il darba jkunu tħarsu l-kondizzjonijiet fil-paragrafu 3 (a) u (b). F'da il-każ għandu jgħodd il-paragrafu 4 (b).

6. L-Istati membri jistgħu jiddeċiedu, fejn xieraq, li jagħtu l-għajnuna lill-persuna li tagħmel it-trasferiment. F'dak il-każ:

(a) ma għandha tingħata ebda għajnuna lill-persuna li lilha jsir it-trasferiment,

(b) l-Istati Membri għandhom japplikaw skond il-każ il-ħtiġiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 5.

7. Fejn azjenda tiġi trasferita kollha kemm hi minn bidwi għall-ieħor matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 44(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-persuna li lilha jsir it-trasferiment tista' tuża l-pakketti konċernati għall-finijiet tas-sottomissjoni ta' applikazzjoni għall-ħlas taħt l-iskema ta'ħlas waħdieni.

Artikolu 75

Miżuri addizzjonali u assitenza komuni bejn l-Istati Membri

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu (aktar) l-miżuri kollha meħtieġa għall-applikazzjoni kif imiss tas-sistema integrata u għandhom jagħtu lil xulxin l-assistenza komuni meħtieġa għall-finijiet tal-verifiki meħtieġa skond dan ir-Regolament. F'dak ir-rigward, l-Istati Membri jistgħu, fejn dan ir-Regolament ma jipprovdix għat-tnaqqis u l-esklużjonijiet xierqa, jipprovdu sanzjonijiet nazzjonali xierqa kontra produtturi jew parteċipanti oħra tal-marketing, bħal biċċeriji jew assoċjazzjonijiet oħra nvoluti fil-proċedura għall-għoti tal-għajnuna, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-ħtiġiet ta' kontroll bħar-reġistru tal-merħla kurrenti tal-azjenda jew fir-rigward tal-obbligi ta' notifikazzjoni.

2. L-Istati membri għandhom jgħinu lil xulxin biex jiġu żgurati kontrolli effettivi, u biex tiġi żgurata l-verifika fuq l-awtentiċità ta' dokumenti u/jew l-eżattezza tat-tagħrif mibdul.

Artikolu 76

Notifikazzjonijiet

1. L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni l-aktar tard sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, għall-iskemi ta' ħlas waħdieni u oħrajn ta' għajnuna relatatri maż-żona, u l-aktar tard sal-31 ta' Awissu ta' kull sena, għall-premiums tal-annimali, rapport li jkun ikopri s-sena kalendarja ta' qabel u, b'mod partikolari, li jirrelata mal-punti li ġejjin:

(a) l-istat ta' implimentazzjoni tas-sistema integrata, inkluż b'mod partikolari l-għażliet magħżula għall-kontroll tal-konformità reċiproka u l-korpi kompetenti ta' kontroll responsabbli għall-kontrolli tal-ħtiġiet u l-kondizzjonijiet tal-konformità reċiuproka;

(b) in-numru ta' appliakzzjonijiet kif ukoll iż-żona totali u n-numru totali ta' annimal mqassma skond l-iskema ta' għajnuna individwali;

(ċ) in-numru ta' applikazzjonijiet kif ukoll iż-żona totali u n-numru totali ta' annimali koperti bil-verifiki;

(d) ir-riżultat tal-verifiki mwettqa, bindikazzjoni tat-tnaqqis u esklużjonijiet applikati skond it-Titolu IV;

Fl-istess waqt li l-komunikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu fir-rigward tal-premiums tal-annimali tintbagħat lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw in-numru ta' benefiċjarji li jirċievu għajnuniet taħt l-iskemi ta' għajnuna li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tas-sistema integrata.

2. L-Istati Membri għandhom, b'żieda, jibgħatu lill-Kummissjoni l-aktar tard sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena komunikazzjoni dwar il-proporzjon tal-art taħt mergħa permanenti b'relazzjoni għall-art agrikola totali kif imsemmija fl-Artikolu 3(1). L-aktar tard sal-31 ta' Ottubru 2005,l-Istati Membri għandhom, b'żieda, jibgħatu lill-Kummissjoni komunikazzjoni dwar dak il-proprozjon fis-sena ta' referenza 2003 msemmija fl-Artikolu 3(2).

3. F'sitwazzjonijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu, bi qbil mal-Kummissjoni, jidderogaw mid-dati li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafi 1 u 2.

4. Id-data komputerizzata stabbilita bħala parti mill-sistema integrata għandha tintuża biex issostni l-informazzjoni speċifikata fil-qafas tar-regoli settorali li l-Istati Membri huma obbligati li jibgħatu lill-Kummissjoni.

TAQSIMA III MODULAZZJONI

Artikolu 77

Bażi għall-kalkolazzjoni tat-tnaqqis

L-ammont ta' tnaqqis skond l-artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jiġi kalkolat fuq il-bażi tal-ammonti ta' ħlasijiet diretti li għalihom il-bdiewa jkunu ntitolati qabel ma jiġi applikat xi tnaqqis jew esklużjonijiet taħt dan ir-Regolament jew, fil-każ tal-iskemi ta' għajnuna elenkati fl-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 iżda li ma jaqgħux taħt it-Titoli III jew IV ta' dak ir-Regolament, taħt il-leġislazzjoni speċifika applikabbli għalihom.

Artikolu 78

Prinċipju ta' allokazzjoni

Il-prinċipju ta' allokazzjoni tal-ammonti li jibqa' msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jiġi kompilat billi jittieħdu l-ishma tal-Istati Membri f'żona agrikola u l-impieg agrikolu peżati b'65 % u 35 % rispettivament.

Is-sehem ta' kull Stat Membru fiż-żona u fl-impiegi għandu jiġi aġġustat b'relazzjoni mal-Prodott Gross Domestiku relattiv tiegħu (GDP) per capita espress fl-istandard tas-saħħa tal-flus biex tixtri bihom, bl-uż ta' terz tad-differenza tal-medja tal-Istati Membri li għalihom tapplika l-modulazzjoni.

Għal dak il-għan, id-data bażi li ġejja, ibbażata mid-data disponibbli mill-Eurostat fl-Awissu 2003 għandha tintuża:

(a) fir-rigward taż-żona agrikola, l-Istħarriġ Strutturali tal-Irziezet 2000 skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 571/88 [22];

(b) fir-rigward tal-impiegi agrikoli, is-serje ta' kull sena ta' l-Istħarriġ tal-Forza tax-Xogħol 2001 dwar l-impiegi fl-agrikoltura, kaċċau sajd skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 [23];

(ċ) fir-rigward tal-GDP per capita fis-saħħa tal-flus biex tixtri bihom, il-medja ta' tlett snin, ibbażata fuq id-data tal-kontejiet nazzjonali, 1999 sal-2001.

Artikolu 79

Ammont addizzjonali ta' għajnuna

1. Għall-finijiet tal-istabbiliment ta' jekk l-għatba ta' Ewro 5000 imsemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tkun intlaħqet, għandu jingħata kont tal-ammont totali ta' ħlasijiet diretti li kieku kienu jingħataw qabel l-applikazzjoni ta' xi tnaqqis taħt dan ir-Regolament jew, fil-każ tal-iskemi ta' għajnuna elenkati fl-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 iżda li ma jaqgħux taħt it-Titoli III jew IV ta' dak ir-Regolament, taħt il-leġislazzjoni speċifika applikabbli għalihom.

Iżda, fejn bidwi jkun eskluż milli jirċievi xi ħlasijiet diretti bħala konsegwenza ta' irregolaritajiet jew nuqqas ta' konformità, ma għandhom jingħataw ebda ammonti addizzjonali ta' għajnuna.

2. L-aktar tard sal-31 ta' Ottubru, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-ammont totali tal-għajnuna addizzjonali li tkun ingħatat fis-sena ta' qabel.

TAQSIMA IV DISPOSIZZJONIJIET TARNSITORJI U FINALI

Artikolu 80

Tħassir

1. Ir-Regolament (KE) Nru 2419/2001 huwa mħassar. Iżda huwa għandu jkompli jgħodd fir-rigward ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna li jirrelataw mas-snin tas-suq jew il-perjodi tal-premium li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2005.

Fil-każi fejn it-tnaqqis li għandu jiġi applikat permezz tat-tpaċija skond it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33, l-Artikolu 34(2), l-aħħar sentenza tal-Artikolu 35(3), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 38(4) u l-Artikolu 40(1) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 2419/2001 ma jkunx jista' jiġi paċut kollu kemm hu qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-bilanċ li jibqa għandu jiġi paċut kontra ħlasijiet taħt xi waħda mill-iskemi ta' għajnuna li jaqgħu taħt dan ir-Regolament, kemm-il dwarba l-limiti ta' żmien għat-tpaċija stipulati f'dawk id-0disposizzjonijiet ma jkunux skadew.

2. Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 2419/2001 għandhom jiftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabbella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 81

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jgħodd għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna li jirrelataw mas-snin tal-marketing jew il-perjodu ta' premium li jibdew mill-1 ta' Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' April 2004.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 270, tal-21.10.2003, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 21/2004 (ĠU L 5, tad-9.1.2004, p. 8).

[2] ĠU L 327, tat-12.12.2001, p. 11. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 118/2004 (ĠU L 17, ta’ l-24.1.2004, p. 7).

[3] ĠU L 204, 11.08.00, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bl-Att li jikkonċerna il-kondizzjonijiet għall-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, r-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, r-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ malta, r-Rerpubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovejna u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija fondata l-Unjoni Ewropea – l-Anness II: Il-lista msemmija fl-Artikolu 20 tal-Att tal-Adeżjoni - 6. Agrikoltura - B. Leġislazzjoni veterinarja u fitosanitarja - I. Leġislazzjoni veterinarja (ĠU L 236, tat-23.9.2003, p. 381).

[4] ĠU L 156, tal-25.6.2003, p. 9.

[5] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103

[6] ĠU L 204, tal-11.8.2000, p. 1.

[7] ĠU L 355, tal-5.12.1992, p. 32.

[8] ĠU L 5, tad-9.1.2004, p. 8.

[9] ĠU L 281, ta’ l-4.11.1999, p. 30. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1473/2003 (ĠU L 211, tal-21.8.2003, p. 12.

[10] ĠU L 341, tat-22.12.2001, p. 105. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2307/2003 (ĠU L 342, tat-30.12.2003, p. 11).

[11] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103

[12] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 1

[13] ĠU L 215, 30/7/1992, p. 85

[14] ĠU L 160, 26/06/1999, p. 80

[15] ĠU L 112, tat-3.5.1994, p. 2.

[16] ĠU L 193, ta’ l-20.7.2002, p. 74.

[17] ĠU L 124, tat-8.6.1971, p. 1.

[18] ĠU L 177, ta’ l-4.8.1972, p. 1.

[19] ĠU L 160, 26; -.6.1999, p. 80. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1783/2003 (ĠU L 270, tal-21.10.2003, p. 70).

[20] ĠU L 74, tal-15.3.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 963/20003 (ĠU L 138, tal-5.6.2003, p. 32).

[21] ĠU L 312, tat-23.12.1995, p. 1.

[22] ĠU L 56, tat-2.3.1988, p. 1.

[23] ĠU L 77, ta’ l-14.3.1998, p. 3.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

METODU TAL-KOMUNITÀ GĦALL-ISTABBILIMENT KWANTITATTIV TA' KONTENUT Δ9-TETRAHYDROCANNABINOL F'VARJETAJIET TAL-KITTIEN

1. Kamp u żona ta' applikazzjoni

Dan il-metodu jfittex li jistabbilixxi l-kontenut ta' Δ9-tetrahydrocannabinol (hawnhekk iżjed 'l quddiem "THC") ta' varjetajiet ta' kittien (Cannabis sativa L.). Skond kif xieraq, il-metodu jinvolvu l-applikazzjoni tal-proċedura A jew B hawn deskritti.

Il-metodu huwa bbażat fuq l-istabbiliment kwantitattiv ta' Δ9-THC permezz ta' kromatografija tal-gass (GC) wara estrazzjoni b'solvent adattat.

1.1. Proċedura A

Il-proċedura A għandha tintuża għall-verifiki fuq il-produzzjoni kif kemm prvovdut fl-Artikolu 52(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-Artikolu 26(2)(a) ta' dan ir-Regolament.

1.2. Proċedura B

Il-proċedura B għandha tintuża fil-każi msemmija fl-Artikolu 52(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-Artikolu 33(4) ta' dan ir-Regolament.

2. Kampjonar

2.1. Kampjuni

(a) Proċedura A: f'wiċċ tar-raba wieqaf ta' varjetà partikolari ta' kittien, għandha tittieħed parti ta' 30 ċm li jkun fiha tal-anqas tinwir femminili wieħed ta' kull pjanta magħżula. Il-kampjonar għandu jitwettaq matul perjodu li jibda jiddekorri minn 20 jum wara li jibdew ħerġin il-fjuri sa għaxart ijiem wara li jkunu ħarġu l-fjuri kollha, matul il-jum, li jsegwi xejra sistematika biex jiġi żgurat li l-kampjun ikun rappresentattiv tal-għalqa iżda esklużi t-truf tal-uċuh tar-raba.

L-Istati membri jistgħu jawtorizzaw li l-kampjonar jitwettaq matul perjodu li jibda minn meta jibdew joħorġu l-fjuri sa 20 jum wara li jkunu bdew joħorġu l-fjuri, kemm-il darba, għal kull varjetà mkabbra, jittieħdu kampjuni oħra rappresentattivi skond ir-regoli ta' hawn fuq matul il-perjodu mill-20 jum wara li jibdew ħerġin il-fjuri sa għaxart ijiem wara li jieqfu joħorġu fjuri.

(b) Proċedura B: f'wiċċ tar-raba wieqaf ta' varjetà partikolari ta' kittien, għandha tittieħed il-parti minn tlieta ta' fuq ta' kull-pjanta magħżula. Il-kampjonar għandu jitwettaq matul lk-għaxart ijiem li jiġu wara i jkunu ħarġu l-fjuri kollha, matul il-jum, li jsegwi xejra sistematika biex jiġi żgurat li l-kampjun ikun rappresentattiv tal-għalqa iżda esklużi t-truf tal-uċuh tar-raba. Fil-każ ta' varjetajiet li għandhom organi maskili u femminili fi pjanti differenti, għandhom jittieħdu biss pjanti femminili.

2.2. Daqs tal-kampjun

Proċedura A: il-kampjun għandu jkun magħmul minn partijiet ta' 50 pjanta kull għalqa.

Proċedura B: il-kampjun għandu jkun magħmul minn partijiet ta' 200 pjanta kull għalqa.

Kull kampjun għandu jitqiegħed f'borża tad-drapp jew tal-karta, mingħajr ma jitgħaffeġ, u jintbagħat lill-laboratorju għall-analiżi.

L-Istat Membru jista jipprovdi li kampjun ieħor li għandu jinġabar għall-kontroanaliżi, fejn meħtieġ, li jinżamm jew mil-produttur jew mill-korp responsabbli għall-analżi.

2.3. Tnixxif u ħażna tal-kampjun

It-tnixxif tal-kampjun għandu jibda kemm jista' jkun malajr, u f'kull każ, fi żmien 48 siegħa bl-użu ta' xi metodu taħt is-70°C. Il-kampjuni għandhom jitnixxfu għal piż kostanti b'kontenut ta' ndewwa ta' bejn 8 % u 13 %.

Wara t-tnixxif, il-kampjuni għandhom jinħażnu mingħajr ma jitgħaffġu f'post fid-dlam taħt il-25°C.

3. Stabbiliment tal-kontenut THC

3.1. Tħejjija tal-kampjun tat-test

Iz-zkuk u żerriegħa ta' daqs ta' aktar minn 2mm għandhom jitneħħew mill-kampjuni mnixxfa.

Il-kampjuni mnixxfa għandhom jintaħnu biex jinkiseb trab semi fin (li jgħaddi minn passatur b'toqob ta' 1mm).

it-tnab jista' jinħażen għal 10 ġimgħat f'temperatura taħt il-25°C f'post niexef fid-dlam.

3.2. Riaġenti u l-likwidu ta' estrazzjoni

Riaġenti

- Δ9-tetrahydrocannabinol, pur għal finijiet kromatografiċi,

- Squalane, pur għal finijiet kromatigrafiċi, bħala standard intern.

Likwidu ta' estrazzjoni

- 35 mg ta' squalane għal kull 100 ml hexane.

3.3. Estrazzjoni ta' Δ9-THC

Għandha tiġi miżuna 100 mg tal-kampjun magħmul trab tat-test, li għandhom jitqiegħdu f'tubu ċentrifugu u għandhom jiżdiedu 5 ml ta' likwidu ta' estrazzjoni li jkun fihom l-istandard intern.

Qiegħed f'banju ta' mwieġ ultrasoniċi u ħalli għal 20 minuta. Iċċentrifuga għal ħames minuti fi 3000 dwar kull minuta u imbagħad neħħi l-likwidu ta' THC li tkun tgħum fil-wiċċ. Injetta l-likwidu fil-kromatografu u wettaq analiżi kwantitattiv.

3.4. Kromatografija bil-gass

(a) Apparat

- kromatografu tal-gass li jikxef fjamma ta jonizzazzjoni u injettatur maqsum/mhux maqsum,

- kolonna li tippermetta s-separazzjoni kif imiss ta' cannabinoids, per eżempju kolonna kapillari tal-ħġieġ twila 25 m u b'dijametru ta' 0.22 mm imxappa b'5 % ta' fażi non-polar phenyl-methyl-siloxane.

(b) Firxiet ta' kalibrazzjoni

Tal-anqas tlett punti għall-proċedura A u ħames punti għall-proċedura B, inklużi punti 0.04 u 0.50 mg/ml Δ9-THC f'likwidu ta' estrazzjoni.

(ċ) Kondizzjonijiet esperimentali

Il-kondizzjonijiet li ġejjin huma mogħtija bħala eżempju għall-kolonna msemmija fl-(a):

- temperatura tal-forn ta' 260°C

- temperatura tal-injettatur ta' 300°C

- tempratura tad-ditekter ta' 300°C

(d) Volum injettat: 1 μl

4. Riżultati

Is-sejbiet għandhom jiġu espressi sa żewġ punti deċimali fi grammi ta' Δ9-THC għal kull 100 gramma tal-kampjun analitiku mnixxef għal piż kostanti. Għandha tgħodd tollerenza ta' 0.03 g kull 100 g.

- Proċedura A: stabbiliment wieħed għal kull test tal-kampjun.

Iżda, ir-riżultat miksub ikun 'l fuq mill-limitu preskritt fl-Artikolu 52(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandu jitwettaq tieni stabbiliment għal kull kampjun tal-analiżi u l-valur medju taż-żewġ stabbilimenti għandu jittieħed bħala r-riżultat.

- Proċedura B: Ir-riżultat jikkorrispondi mal-valur medju taż-żewġ stabbilimenti għall kull test tal-kampjun.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

VARJETAJIET TA' KITTIEN IMKABBAR GĦALL-FIBRA ELIĠIBBLI GĦALL-ĦLASIJIET DIRETTI

a. Kittien imkabbar għall-fibra

Carmagnola

Beniko

Chamaeleon

Cs

Delta-Ilosa

Delta 405

Dioica 88

Epsilon 68

Fedora 17

Felina 32

Ferimon - Férimon

Fibranova

Fibrimon 24

Futura 75

Juso 14

Red Petiole

Santhica 23

Santhica 27

Uso 31

b. Kittien imkabbar għall-fibra awtorizzat fis-sena tas-suq 2004/2005

Bialobrzeskie

Cannacomp [1]

Fasamo

Felina 34 - Félina 34

Fibriko TC

Finola

Lipko [2]

Silesia [3]

Tiborszállási [4]

UNIKO-B

[1] fl-Ungerija biss

[2] fl-Ungerija biss

[3] fil-Polonja biss

[4] fl-Ungerija biss

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Artikoli tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2419/2001 | Artikoli ta' dan ir-Regolament |

1 | – |

2 | 2 |

3 | 5 |

4 (1) | 6 (1) |

4 (2) | 14 (4) |

5 | 8 |

6 | – |

7 | – |

8 | 15 |

9 | – |

10 | 16 |

11 | 18 |

12 | 19 |

13 | 21 |

14 | 22 |

15 | 23 (1) |

16 | 24 |

17 (1) | 25 (1) |

17 (2) | 25 (2) |

17 (3) | 23 (2) |

18 | 26 |

19 | 27 |

2 | 28 |

21 | 29 |

22 | 30 |

23 | 32 |

24 | 34 |

25 | 35 |

26 | 36 |

27 | 37 |

28 | 38 |

29 | 39 |

30 | 49 |

31 (1) | 50 (1) |

31 (2) | 50 (3) |

31 (3) | 50 (6) |

31 (4) | 50 (7) |

32 | 51 |

33 | 53 |

34 | 55 |

35 | 56 |

36 | 57 |

37 | 58 |

38 | 59 |

39 | – |

40 | 60 |

41 | 61 |

42 | 62 |

43 | 63 |

44 | 68 |

45 | 69 |

46 | 70 |

47 | 71 |

48 | 72 |

49 | 73 |

50 | 74 |

51 | 75 |

52 | 76 |

53 | – |

54 | – |

--------------------------------------------------