32004R0785

Ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-rekwiżiti ta' l-assigurazzjoni tat-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani

Official Journal L 138 , 30/04/2004 P. 0001 - 0006
CS.ES Chapter 07 Volume 08 P. 160 - 165
ET.ES Chapter 07 Volume 08 P. 160 - 165
HU.ES Chapter 07 Volume 08 P. 160 - 165
LT.ES Chapter 07 Volume 08 P. 160 - 165
LV.ES Chapter 07 Volume 08 P. 160 - 165
MT.ES Chapter 07 Volume 08 P. 160 - 165
PL.ES Chapter 07 Volume 08 P. 160 - 165
SK.ES Chapter 07 Volume 08 P. 160 - 165
SL.ES Chapter 07 Volume 08 P. 160 - 165


Ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill

tal-21 ta' April 2004

dwar ir-rekwiżiti ta' l-assigurazzjoni tat-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Fl-istatura tal-politika kommuni tat-transport, u biex javvanzaw il-protezzjoni tal-konsumatur, huwa importanti li tassigura il-livell minimu ta' l-assigurazzjoni proprja biex tipproteġi l-obbligu tat-trasportaturi ta' l-ajru għar-rispett tal-passiġġieri, tal-bagalji, tat-tagħbija tal-merkanzija u tat-terzi parti.

(2) Fis-suq ta' l-avjazzjoni tal-Komunità, id-distinzjoni bejn trasport bl-ajru nazzjonali u internazzjonali trasportaturi ta' l-ajru ġie eliminat u issa, għalhekk, huwa xieraq li jkun stabbilit rekwiżiti minimi għall-assigurazzjoni għal trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità.

(3) Azzjoni komuni hija meħtieġa sabiex tassigura li dawn ir-rekwiżiti jkunu applikati ukoll għal trasportaturi ta' l-ajru minn pajjiżi terzi sabiex jassiguraw kondizzjonijet ugwali mat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità.

(4) Fil-Komunikazzjoni tagħha fl-10 ta' Ottubru 2001 dwar il-riperkussjonijiet ta' l-attakki terroristiċi fl-Istati Uniti fuq l-industrija tat-trasportaturi ta' l-ajru, il-Kummmissjoni iddikjarat l-intenzjonijiet tagħha biex teżamina l-ammonti u l-kondizzjonijiet ta' l-assigurazzjoni meħtieġa biex jingħataw liċenzi ta' l-operazzjoni mill-Istati Membri sabiex tassigura trattament armonizzat. Barra dan, fil-Komunikazzjoni tagħha tat-2 ta' Lulju 2002 dwar l-assigurazzjoni tas-settur tat-trasportaturi ta' l-ajru wara l-attakki terroristiċi tal-11 ta' Settembru 2001 fl-Istati Uniti, il-Kummmissjoni ddikjarat li għandha tiqba' ssegwi l-iżviluppi tas-suq ta' l-assigurazzjoni ta' l-avjazzjoni rigward il-reviżjoni ta' l-ammonti u tal-kondizzjonijiet meħtieġa biex jinħarġu liċenzji biex wieħed ikun jista' jopera mill-Istati Membri.

(5) Bid-deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE [4] il-Komunità ikkonkludiet il-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' ċerti Regoli Relatati mat-Trasportazzjoni Internazzjonali bl-Ajru, mifthema f'Montreal fit-28 ta' Mejju 1999 (Konvenzjoni ta' Montreal), li tfassal r-regoli ġodda dwar ir-responsabbiltà tat-trasportazzjoni internazzjonali bl-ajru ta' persuni, bagalji u ta' tgħabija ta' merkanzija. Dawn ir-regoli huma mistennija li jbidlu lil dawk tal-Konvenzjoni ta' Warsaw tal-1929 u ta' l-emendi sussegwenti tagħha.

(6) L-Artikolu 50 tal-Konvenzjoni ta' Montreal jinħtieġ li l-partijiet jassigura li t-trasportaturi ta' l-ajru huma assigurati biżżejjed biex tkopri r-responsabbiltà taħt dik il-Konvenzjoni. Il-Konvenzjoni ta' Warsaw ta' l-1929 u l-emendi sussegwenti tagħha għandhom ikomplu jkunu ko-eżistenti mal-Konvenzjoni ta' Montreal għal perjodu indefinit. Iż-żewġ Konvenzjonijiet jipprovdu l-possibilità ta' responsabbiltà mingħajr limitu.

(7) L-Artikolu 7 tal-Regolment tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar il-ħruġ tal-liċenza għall-trasportaturi ta' l-ajru [5], timponi lilt-trasportaturi ta' l-ajru li għandhom ikunu assigurati sabiex jipproteġu r-responsabbiltà jekk ikun hemm xi aċċidenti, b'mod partikolari b'rispett tal-passiġġieri, tal-bagalji, tat-tagħbija tal-merkanzija, tal-posta, u tat-terzi partijiet, għalkemm mingħajr ma tispeċifika l-ammonti minimi u l-kondizzjonijiet tal-assigurazzjoni.

(8) Huwa xieraq li jittieħed akkont tal-fatt li l-Konferenza Ewropea Tal-Avjazzjoni ċivili li fit-13 ta' Diċembru 2000 addpttat ir-Riżoluzzjoni ECAC/25-1 dwar il-livelli minimi tal-assigurazzjoni biex tkopri r-responsabbiltà tal-passiggieri u ta' partijiet terzi, li kienet immodifikata fis-27 ta' Novembru 2002.

(9) Huwa neċessarju li jkunu definiti l-kondizzjonijiet minimi meħtieġa ta' l-assigurazzjoni biex tipproteġi l-passiġġieri, il-bagalji, it-tagħbija tal-merkanzija u partijiet terzi tat-trasportaturi ta' l-ajru u tal-operaturi ta' l-ajruplani, li jtiru ġewwa, 'l ġewwa, 'l barra minn, jew fuq it-territorju ta' l-Istati Membri, inklużi l-ilma territorjali tagħhom.

(10) L-obbligazzjoni ta' l-assigurazzjoni għandha tibqa' mat-trasportaturi ta' l-ajru b'liċenza valida u, fil-każ tat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità, b' liċenza valida li ngħatatilhom skond ir-Regolment (KEE) Nru 2407/92. In-nuqqas jew l-iskadenza ta' din il-liċenza ma teħlisx lill-impriża minn din l-obbligu.

(11) Filwaqt li l-Konvenzjoni ta' Montreal tirregola partikolarment ir-responsabbiltà tal-passiġġieri, tal-bagalji, u tat-tagħbija tal-merkanzija, ir-responsabbiltà tal-posta hi, skond l-Artikolu 2 ta' dak il-Konvenzjoni, suġġett "għar-regoli applikabbli għar-relazzjoni bejn it-trasportaturi u l-amministraturi tal-posta". Fil-Komunità, l-assigurazzjoni għal din r-responsabbiltà hija regolata mill-Artikolu 7 tal-Regolment (KEE) Nru 2407/92.

(12) L-assigurazzjoni mandatarja ma għandhiex tkun stipulata għal-ajruplani ta' l-Istat u lanqas għal ċerti tipi ta' ajruplani oħra.

(13) Il-protezzjoni ta' l-assigurazzjoni minima għandha tipprovdi f'sitwazzjonijiet fejn it-trasportaturi ta' l-ajru jew l-operaturi ta' l-ajruplani huma responsabbli b'rispett għal-passiġġieri, għall-bagalji, għat-tagħbija tal-merkanzija u għal-partijiet terzi skond ir-regoli tal-Konvenzjoni internazzjonali, il-Komunità jew il-liġi nazzjonali mingħajr interferenza ma' dawn ir-regoli.

(14) L-assigurazzjoni għandha tipproteġi r-responsabbiltà speċifika ta' l-avjazzjoni b'rispett għal-passiġġieri, għall-bagalji, għat-tagħbija tal-merkanzija u għal-partijiet terzi. Dwar il-passiġġieri, il-bagalji u t-tagħbija tal-merkanzija, l-assigurazzjoni għandha tinkludi f'każ ta' mewt jew ta' inġurja personali ikkaġunata b'aċċidenti u f'każ ta' xi telf jew ta' ħsara tal-bagalji u tat-tagħbija tal-merkanzija. Dwar partijiet terzi, l-assigurazzjoni għandha tinkludi il-protezzjoni tal-mewt, ta' inġurja personali u ta' ħsara ta' propjetà ikkaġunata b'aċċidenti.

(15) Dan ir-Regolment m'għandux ikun interpretat li jirrikjedi assigurazzjoni doppja. Safejn it-trasportaturi ta' l-ajru kontrattanti u t-trasportaturi ta' l-ajru attwali li jaqgħu taħt it-tifsira mogħtija fl-Artikolu 39 tal-Konvenzjoni ta' Montreal jistgħu jinżammu responsabbli għall-istess danni, l-Istati Membri jistgħu jistabilixxu miżuri speċifiċi biex jevitaw assigurazzjoni doppja.

(16) Waqt li l-prattika fis-suq B'mod evidenti l-ammonti għaqqdu uzanza fuq is-suq biex tkun tista' tippermetti l-assigurazzjoni, partikolarment għal riskji ta' gwerer u it-terrorizmu, billi ppermettaw lil-assigutari kontrol aħjar fuq ir-responsabbiltà tagħhom, din il-prattika ma teħlisx it-trasportaturi ta' l-ajru jew l-operaturi ta' l-ajruplani mill-obbligu biex tirrispetta il-kondizzjoni meħtieġa tal-assigurazzjoni minimu fis-somma fissa mingħand il-kuntratti ta' l-assigurazzjoni tagħhom tiġi issettiljata'.

(17) Huwa neċessarju li titlob lit-trasportaturi ta' l-ajru prova li huma jirrispettaw il-ħin kollu il-kondizzjoni meħtieġa tal-assigurazzjoni minimu li tipproteġi r-responsabbiltà, skond dan il-Regolment. Rigward il-Komunità tat-trasportaturi ta' l-ajru u rigward l-operaturi ta' l-ajruplani li juzaw ajruplani rreġistrati fil-Komunità, il-preżentazzjoni tal-prova tal-assigurazzjoni f'wieħed mil-Istati Membri għandha tkun biżżejjed għal-Istati Membri kollha, l-assigurazzjoni msemmija fuq qed tkun affettwata mil-impriża awtorizzata taħt il-liġi applikkabbli.

(18) B'rispett għat-titrijiet fuq it-territorju ta' l-Istati Membri minn trasportaturi ta' l-ajru li mhumiex tal-Komunità jew ajruplan irreġistrat barra mil-Komunità, li m'għandux permess li jinżel jew itir minn l-ebda Stat Membru, jekk titjira tgħaddi minn fuq Stat Membru dan għandu id-dritt skond il-liġi internazzjonali jitlob prova tal-kondizzjoni meħtieġa tal-assigurazzjoni ta' din ir-Regolment, per-ezempju billi jagħmel kontrolli għall-għarrieda.

(19) Ir-rekwiżiti ta' assigurazzjoni minima għandhom jiġu reveduti wara perjodu ta' żmien.

(20) Il-proċeduri għall-monitoraġġ ta' l-applikazzjoni tal-kondizzjoni meħtieġa tal-assigurazzjoni għandhom ikunu ċari u mingħajr diskriminazzjoni u m'għandhomx ifixklu l-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital.

(21) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [6].

(22) Filwaqt li liġijiet addizzjoali huma neċissarja biex jistabbilixxi assigurazzjoni approprja li tkopri r-responsabbilità speċifika ta' l-avjazzjoni fuq aspetti li mhumiex assigurati minn dan ir-Regolment, l-Istati Membri għandhom ikollhom il-possibilità li jintroduċu dawn il-liġijiet.

(23) Fit-2 ta' Diċembru 1987, f'Londra, ir-Renju ta' Spanja u r-Renju Unit qablu b'dikjarazzjoni kommuni tal-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin taż-żewġ pajjiżi, miżuri ta' qbil biex irrinforza il-koperazzjoni dwar l-użanza ta' l-ajruport ta' Ġibraltar.

(24) Sakemm l-għan ta' dan ir-Regolment, li huwa l-introduzzjoni tal-kondizzjoni meħtieġa ta' l-assigurazzjoni minima li tista' tikkontribwixxi għall-għanijiet tas-suq intern ta' l-avjazzjoni billi tnaqqas id-distorsjoni tal-Kompetizzjoni, ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri u jista' jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif imniżżla fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif imniżżel f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolment ma jmurx oltre dak li hu neċessarju biex jintlaħaq dak l-objettiv.

ADOTTAW DAN IR-REGOLMENT:

Artikolu 1

Għan

1. L-għan ta' dan Regolment hu biex jistabbilixxi il-kondizzjoni meħtieġa ta' l-assigurazzjoni minima tat-trasportaturi ta' l-ajru u tal-operaturi ta' l-ajruplani b'rispett għall-passiġġieri, għall-bagalji, għat-tagħbija tal-merkanzija u għal terzi partijiet.

2. Fil-każ ta' transport tal-posta, il-kondizzjonijiet meħtieġa huma dawk miktuba fil-Regolment (KEE) Nru 2407/92 u fil-liġijiet nazzjonali ta' l-Istati Membri.

Artikolu 2

Ambitu

1. Dan ir-Regolment għandu japplika għat-trasportaturi ta' l-ajru kollha u għall-operaturi ta' l-ajruplani kollha li jtiru fi ħdan, għal, barra minn, jew fuq it-territorju ta' l-Istati Membri fejn japplika it-Trattat.

2. Dan ir-Regolment ma japplikax għal:

(a) Ajruplani ta' l-Istat kif imsemmija fl-Artikolu 3(b) tal-Konvenzjoni ta' l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f'Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944;

(b) mudelli ta' l-inġenji ta' l-ajru b'MTOM inqas minn 20 kg

(ċ) inġenji ta' l-ajru li jinqatgħu mill-art bil-ġiri (inklużi paragliders li jaħdmu bil-magna u hang gliders)

(d) captive balloons;

(e) tjur;

(f) parachutes (inklużi parasceding parachutes)

(g) inġenji ta' l-ajru, inklużi gliders, b' MTOM ta' inqas minn 500 kg u microlights, li:

- li huma użati għal skopijiet mhux kummerċjali, jew

- li huma użati għal-korsijiet tat-titjir lokali li ma jinkludux il-qsim tal-fruntieri internazzjonali,

safejn l-obbligi ta' l-assigurazzjoni taħt dan ir-Regolament li għandhom x'jaqsmu mar-riskju tal-gwerra u t-terroriżmu huma kkonċernati.

3. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolment fl-ajruport ta' Gibraltar huwa mifmhum li huwa mingħajr preġidizzju fil-posizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit rigward il-konflitt dwar is-sovranità fuq it-territorju fejn jinsab l-ajruport.

4. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolment fl-ajruport ta' Gibraltar għandha tkun imwaqqfa sakemm l-arranġamenti inklużi fid-Dikjarazzjoni Konġuta magħmula mill-Ministri Barranin tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit fit-2 ta' Diċembru 1987 jidħlu fis-seħħ. Il-Gvernijiet ta' Spanja u tar-Renju Unit għandhom jinfurmaw lill-Kunsill bid-data.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) "trasportatur bl-ajru" ifisser impriża tat-trasport bl-ajru b'liċenza valida;

(b) "Komunità tat-trasportaturi ta' l-ajru" tfisser trasportatur bl-ajru b'liċenza valida mogħtija mingħand Stat Membru skond ir-Regolment (KEE) Nru 2407/92;

(ċ) "l-operatur ta' l-ajru" ifisser il-persuna jew l-entità, li ma jkunx trasportatur tal-ajru, li għandu użu kontinwament għad dispożizzjoni tal-ħidma ta' l-ajruplan; il-persuna fizika u legali li għandha l-ajruplan il-ħin kollu ireġistrat f'isimha għandha titqies li tkun l-operatur, kemm il-darba dik il-persuna tista' tagħti prova li persuna oħra hi l-operatur;

(d) "titjira" tfisser:

- rigward il-passiġġieri u l-bagalji li mhumiex ireġistrati, il-perjodu tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajruplan tinkludi meta jidħlu fl-ajruplan u jinżlu minnu,

- rigward it-tagħbija tal-merkanzija u tal-bagalji ireġistrati, il-perjodu tat-trasport tal-bagalji u tat-tagħbija tal-merkanzija mill-mument li l-bagalji u t-tagħbija jingħataw lit-trasportaturi ta' l-ajru sal-mument li jingħataw lura lil sidhom,

- rigward it-terzi parti, l-uzu tal-ajruplan mil-mument ta' meta l-magni jibdew jaħdmu sal-mument li jkun wieqaf bil-magni mitfijien; għandha tfisser ukoll, meta l-ajruplan ikun miexi waqt li jkun irmunkat u b'vetturi li jimbuttawh jew b'forzi oħra li huma tipiku għaċ-ċaqlieq u għar-rfigħ 'il fuq ta' l-ajruplan, partikolament il-kurrenti ta' l-ajra;

(e) "SDR" tfisser Id-Drittijiet Speċjali Ta' Preljev kif inhi definita mill-Fond Monetarju Internazzjonali;

(f) "MTOM" tfisser il-Massa Massima tat-Take-Off, li jikkorrispondu għal-ammonti speċifiki għal kull tipi ta' ajruplan, kif inhu iddikkjarat fil-ċertifikat tal-navigazzjoni tal-arja tal-ajruplan;

(g) "passiġġier" tfisser kull persuna li qegħdha fuq titjira bil-permess tat-trasportaturi ta' l-ajru jew tal-operaturi ta' l-ajru, esklużi l-membri li huma xogħol kemm il-membri tal-ekwipaġġ u il-membri tal-gabina;

(h) "terzi parti" tfisser il-persuni fiżiċi u morali kollha, ħlief għal passiġġieri u l-membri tax-xogħol kemm tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-membri tal-gabina;

(i) "operazzjoni kummerċjali" tfisser l-operazzjoni għal rimunerazzjoni u/jew b'kera.

Artikolu 4

Il-Prinċipji tal-assigurazzjoni

1. It-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom ikunu assigurati skond ir-Regolment fir-rigward tar-responsabbiltà ta' l-assigurazzjoni speċifiki tagħhom b'rigward tal-passiġġieri, tal-bagalji, tat-tagħbija tal-merkanzija u tat-terzi parti. Ir-riskji li huma assigurati għandhom jinkludu l-atti tal-gwerra, it-terrorizmu, il-piraterija tal-ajru, l-atti tas-sabotaġġ, il-qbid illegali tal-ajruplan u l-aġitazzjoni ċivili.

2. It-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani għandhom jassiguraw li l-assigurazzjoni tipproteġi u tezisti għal titjiriet kollha, mingħajr ma jagħmlu differenza dwar jekk l-ajruplan li qed jaħdem hux disponibbli lilhom minħabba li hu proprjetà tagħhom jew permezz ta' xi forma ta' arranġamenti ta' kuntratt ta' kera, jew minħabba operazzjonijiet ta' franchise jew flimkien, l-użu tal-kowd minn tnejn jew iktar jew xi ftehim ieħor ta' l-istess natura.

3. Dan ir-Regolment huwa mingħajr preġudizzju għal-liġijiet tal-responsabbiltà li jistgħu jiġu minn:

- Il-Konvenzjoni internazzjonali fejn l-Istati Membri u/jew il-Komunità huma partijiet,

- Il-liġi tal-Komunità, u

- il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri.

Artikolu 5

Konformità

1. It-trasportaturi ta' l-ajru u, meta jeħtieġu, l-operaturi ta' l-ajru, skond l-Artikolu 2, għandhom juru konformità tal-obbligazzjoni tal-assigurazzjoni kif inhi miktuba f'dan ir-Regolment billi jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri involuti b'depositu ta' ċertifikat tal-assigurazzjoni jew prova oħra valida tal-assigurazzjoni.

2. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu "l-Istat Membru involut" għandu jfisser l-Istat Membru li ta' il-permess għal-liċensja ta' l-operazzjoni tal-ajruplan lil Komunità jew l-Istat Membru fejn l-ajruplan tal-operatur huwa irreġistrat. Għalt-trasportaturi ta' l-ajru li mhumiex tal-Komunità u l-operaturi ta' l-ajruplani li juzaw ajruplani li huma ireġistrati barra mil-Komunità, "l-Istat Membri involut" għandha tfisser l-Istat Membru għal jew minn fejn l-ajruplani huma operati.

3. B'eċċezzjoni għal paragrafu 1, l-Istati Membri li jittajru minn fuqhom it-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom juru prova ta' l-assigurazzjoni valida skond dan ir-Regolment.

4. Rigward it-trasportaturi ta' l-ajru Komunitarji u l-operaturi ta' l-ajruplani li qed juzaw ajruplani rreġistrati fil-Komunità, depożitu ta' prova ta' l-assigurazzjoni fl-Istati Membri imsemmija fil-paragrafu 2 hu biżżejjed għall-Istati Membri kollha, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8(6).

5. F'kazijiet eċċezzjonali ta' nuqqas fis-suq ta' l-assigurazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, skond il-proċedura ddikjarata fl-Artikolu 9(2), il-miżuri addattati għal-applikazzjoni tal-paragrafu 1.

Artikolu 6

L-Assigurazzjoni b'rispett tar-responsabbiltà tal-passiġġieri, tal-bagalji, tat-tagħbija tal-merkanzija

1. Għar-responsabbiltà tal-passiġġieri, il-protezzjoni ta' l-assigurazzjoni minima għandha tkun 250000 SDR għall kull passiġġier. Madankollu, b'rispett ta' operazzjonijiet li mhumiex kummerċjali b'ajruplan b' MTOM ta' 2700 kg jew inqas, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu livell inqas tal-protezzjoni tal-assigurazzjoni minima, bil-kondizzjoni li l-protezzjoni tkun ta' l-inqas 100000 SDR għal kull passiġġier.

2. Għal-responsabbiltà b'rispett tal-bagalji, il-protezzjoni ta' l-assigurazzjoni minima għandha tkun 1000 SDR għal kull passiġġier f'operazzjonijiet kummerċjali.

3. Għal-responsabbiltà b'rispett tat-tagħbija tal-merkanzija, il-protezzjoni ta' l-assigurazzjoni minima għandha tkun 17 SDR kull kilogramma f'operazzjonijiet kummerċjali.

4. Paragrafi 1, 2 u 3 m'għandhomx japplikaw b'rispett għal titjiriet fuq territorju ta' l-Istati Membri mwettqa minn trasportaturi ta' l-ajru u minn operaturi ta' l-ajruplani li mhumiex tal-Kommunità li jużaw ajruplani rreġistrati barra mill-Komunità li ma tinvolvix l-inżul fi, jew it-tluq minn, dan it-territorju.

5. L-ammonti msemmija f'dan l-Artikolu jistgħu jkunu emendati, kif inhu xieraq, skond il-proċedura fl-Artikolu 9(2), jekk l-emendi tat-trattati internazzjonali relevanti jindikaw il-ħtieġa ta'dan.

Artikolu 7

Ir-responsabbiltà ta' l-assigurazzjoni b'rispett għal terzi partijiet

1. In respect of liability for third parties, the minimum insurance cover per accident, for each and every aircraft, shall

Kategorija | MTOM (kg) | Assigurazzjoni minima (miljun SDR) |

1 | < 500 | 0,75 |

2 | < 1000 | 1,5 |

3 | < 2700 | 3 |

4 | < 6000 | 7 |

5 | < 12000 | 18 |

6 | < 25000 | 80 |

7 | < 50000 | 150 |

8 | < 200000 | 300 |

9 | < 500000 | 500 |

10 | ≥ 500000 | 700 |

Jekk fi kwalunkwe ħin il-protezzjoni ta' l-assigurazzjoni għal xi ħsarat ta' terzi partijiet minħabba riskji ta' gwerer jew ta' terroriżmu mhux disponibbli għall-ebda trasportatur ta' l-ajru jew għal operaturi ta' l-ajruplani fuq bażi ta' kull aċċident, dan it-trasportatur ta' l-ajru jew l-operatur ta' l-ajruplani jistgħu jissodisfaw l-obbligazzjoni tagħhom li jassiguraw dawn ir-riskji billi jieħdu assigurazzjoni fuq bażi ta' aggregat. Il-Kummissjoni għandha timonitorja bir-reqqa l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni sabiex tassigura li l-aggregat ikun għal inqas ekwivalenti għall-ammont relevanti stabbilit fit-tabella.

2. Il-ammonti msemmija f'dan l-Artikolu jistgħu jkunu emendati, kif inhu xieraq, skond il-proċedura fl-Artikolu 9(2), jekk l-emendi tat-trattati internazzjonali relevanti jindikaw il-ħtieġa ta'dan.

Artikolu 8

Infurzar u sanzjonijiet

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-trasportaturi ta' l-ajru u l-operaturi ta' l-ajruplani msemmija fl-Artikolu 2 iħarsu dan ir-Regolment.

2. Għar-raġunijiet tal-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, b'rispett ta' titjiriet ġewwa l-Komunità ta' trasportaturi ta' l-arju li mhumiex tal-Komunità jew ajruplani rreġistrati barra mill-Komunità li ma jinvolvux nżul jew tluq minn Stat Membru, kif ukoll b'rispett għal waqfien f'Stati Membri minn ajruplan ta' din ix-xorta għal raġunijiet mhux tat-traffiku, l-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob prova ta' l-osservanza tal-ħtiġijiet ta' l-assigurazzjoni kif imniżżla f'dan ir-Regolment.

3. Fejn hu neċessarju, l-Istati Membri jistgħu jitolbu prova addizzjonali mingħand it-trasportatur ta' l-ajru, l-operatur ta' l-ajruplan jew il-kumpanija ta' l-assigurazzjonikkonċernata.

4. Sanzjonijiet għal ksur ta' dan ir-Regolment għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi.

5. Rigward it-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità, dawn is-sanzjonijiet għandhom jinkludu l-irtirar tal-liċenza ta' l-operazzjoni, suġġett ta' u skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Komunità.

6. Rigward trasportaturi ta' l-ajru li mhumiex tal-Komunità u ta' l-operaturi ta' ajruplani li juzaw ajruplan ireġġistrat barra min Komunità, is-sanzjonijiet jistgħu jinkludu rifjut tad-dritt ta' inzul fit-territorju f'Stat Membru.

7. Meta l-Istati Membri ma humiex sodisfatti li il-kondizzjonijiet ta' dan ir-Regolment intlaħqu, huma ma għandhomx iħallu l-ajruplan itir, qabel il-trasportatur ta' l-ajru jew dan l-operatur ta' l-ajruplan jipprovdu prova ta' protezzjoni ta' l-assigurazzjoni addattata skond dan ir-Regolment.

Artikolu 9

Proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mil-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar l-aċċess tal-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għar-rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji [7].

2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8.

Il-perijodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

4. Barra dan il-Kumitat għandu jkun ikkonsultat mingħand il-Kummissjoni dwar kwalunkwe sitwazzjoni fejn tikkonċerna l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolment.

Artikolu 10

Rapport u ko-operazzjoni

1. Il-Kumissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-ħidma ta' dan ir-Regolment sat-30 ta' April 2008.

2. Meta mitluba, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolment lill-Kumissjoni.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolment għandu jidħol fis-seħħ tnax-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, fil-21 ta' April 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

F'isem il-Kunsill

Il-President

D. Roche

[1] ĠU C 20 E, tat-28.1.2003, p. 193.

[2] ĠU C 95, tat-23.4.2003, p. 16.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2003 (li għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Offiċċjali), il-Pożizzjoni Komuni Tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2003 (ĠU C 54 E, tat-2.3.2004, p. 40), Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2004 (li għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Marzu 2004.

[4] ĠU L 194, tat-18.7.2001, p. 38.

[5] ĠU L 240, ta' l-24.8.1992, p. 1.

[6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[7] ĠU L 240, ta' l-24.8.1992, p. 8. Ir-Regolment kif emendat l-aħħar bir-Regolment. (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

--------------------------------------------------