32004R0783



Official Journal L 123 , 27/04/2004 P. 0098 - 0099


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 783/2004

tas-26 ta' April 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1555/96 rigward il-livelli grillu għad-dmiritjiet addizzjonali fuq il-ħjar u ċ-ċirasa, għajr għaċ-ċirasa morra

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex ta' l-ikel [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 33(4) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1555/96 tat-30 ta' Lulju 1996 dwar ir-rEgoli sabiex jiġu applikati dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex ta' l-ikel [2] jipprovdi għas-sorveljanza ta' l-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness ta' miegħu. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi d-disposizzjonijiet għalbiex jiġi implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Kommunitarju [3]

(2) Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar il-Biedja [4] konkluż matul ir-Round ta' l-Urugwaj tan-negozjati kummerċjali multi-laterali u fid-dawl ta' l-informazzjoni disponibbli l-iktar reċentement għas-snin 2000, 2001 u 2002, il-livelli grillu għad-dmirijiet addizzjonali fuq il-ħjar u ċ-ċirasa, għajr għaċ-ċirasa qarsa, għandhom jiġu aġġustati sabiex iqisu s-sitwazzjoni l-ġdida li tirriżulta mit-tkabbir tal-Komunità fl-1 ta' Mejju 2004.

(3) B'riżultat ta' dan, ir-Regolament (KE) Nru 1555/2001 għandu jiġi emendat kif jixraq.

(4) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Frott u l-Ħaxix ta' l-Ikel,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 1555/96 huwa hawnhekk mibdul bl-Anness ta' ma' hawn.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, pġ. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, tal-11.1.2003, pġ. 1

[2] ĠU L 193, tat-3.8.1996, pġ. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 555/2004 (ĠU L 89, tas-26.3.2004, pġ. 6.).

[3] ĠU L 253, tal-11.10.93, pġ. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2286/2003 (ĠU L 343, tal-31.12.2003, pġ. 1.).

[4] ĠU L 336, tal-31.12.1998, pġ. 22.

--------------------------------------------------

“ANNESS

"

ANNESS

Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-nomenklaura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija meqjusa li hija biss indikattiva. L-iskop tad-dmirijiet addizzjonali għall-għanijiet ta' dan l-Anness huwa stabbilit bl-iskop tal-kodiċijet tan-NM kif jeżistu fil-waqt ta' l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Meta tidher "ex" quddiem kodiċi tan-NM, l-iskop tad-dmirijiet addizzjonali jiġi stabbilit kemm mill-iskop tal-kodiċi tan-NM u kemm mill-perjodu grillu korrispondenti taż-żmien.

In-Numru tas-Serje | Il-Kodiċi tan-NM | Id-Deskrizzjoni | Il-Perjodu grillu taż-żmien | Il-Livell grillu (tunnellati metriċi) |

78.0015 78.0020 | ex 0702 00 00 | It-tuffieħ tadam | —Mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Mejju—Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru | 20624510586 |

78.0065 78.0075 | ex 0707 00 05 | Il-Ħjar | —Mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru—Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' April | 119248560 |

78.0085 | ex 0709 10 00 | Il-Qaqoċċ | —Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' Ġunju | 1357 |

78.0100 | 0709 90 70 | Il-Qarabagħli | —Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2003 | 18056 |

78.0110 | ex 0805 10 10 ex 0805 10 30 ex 0805 10 50 | Il-Larinġ: | —Mill-1 ta' Dċembru sal-31 ta' Mejju | 404503 |

78.0120 | ex 0805 20 10 | Il-Klementina | —Mill-1 ta' Novembru sa l-aħħar ta' Frar | 164111 |

78.0130 | ex 0805 20 30 ex 0805 20 50 ex 0805 20 70 ex 0805 20 90 | Il-mandolin (inklużi t-tanġerin u s-satsuma); il-klementina, il-wilkings u ibridi simili taċ-ċitru, friski jew imnixxfa | —Mill-1 ta Novemru sa l-aħħar ta' Frar | 89273 |

78.0155 78.0160 | ex 0805 50 10 | Il-Lumi | —Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru—Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Meju | 19638364351 |

78.0170 | ex 0806 10 10 | L-Għeneb tal-mejda | —Mill-21 ta' Lulju sal-20 ta' Novembru | 62108 |

78.0175 78.0180 | ex 0808 10 20 ex 0808 10 50 ex 0808 10 90 | It-Tuffieħ ta' Belludja | —Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awissu—Mill-1 ta' Serrembru sal-31 ta' Diċembru | 63899625380 |

78.0220 78.0235 | ex 0808 20 50 | Il-Lanġas | —Mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April—Mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru | 25100784984 |

78.0250 | ex 0809 10 00 | Il-Berquq | —Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju | 24312 |

78.0265 | ex 0809 20 95 | Iċ-Ċirasa, għajr għaċ-ċirasa morra | —Mill-21 ta' Mejju sal-10 ta' Awissu | 32863 |

78.0270 | ex 0809 30 | Il-Ħawħ, inkluż in-nettarin | —Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru | 113101 |

78.0280 | ex 0809 40 05 | L-Għanbaqar | —Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru | 18236 |

"

--------------------------------------------------