32004R0673



Official Journal L 105 , 14/04/2004 P. 0017 - 0018


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 673/2004

tat-13 ta' April 2004

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2220/85 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' garanziji għall-prodotti agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju ta' l-1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1] u in partikolari l-Artikoli 5, 6(2), 7(3), 8(5), 9(2), 13, 16(2), 17(2) u 21 tiegħu, u d-disposizzjonijiet korrispondenti ta' regolamenti oħrajn dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq, kif ukoll id-disposizzjonijiet ta' dawk ir-regolamenti li, meta applikati fil-prattika, jinħtieġu garanzija,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1782/2003 tad-29 Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett skond il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa [2] u b'mod partikolari l-Artikolu 145 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1051/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 dwar il-Għajnuna għall-Prodotti tal-Qoton [3], u b'mod partikolari l-Artikolu 19(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 li jwaqqaf sistema ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċerti uċuħ ta' raba' maħrut [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2202/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 li jistabbilixxi s-sistema ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċerti wċuħ tar-raba' [5], u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Wara li kkunisdrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerta merkanzija riżultanti mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli [6], u b'mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikolu 8(3) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 1 tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 [7] jistabbilixxi l-iskop ta' dak ir-Regolament billi jelenka r-Regolamenti li jiddisponu dwar il-garanziji li japplika għalihom. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 670/2003 tat-8 ta' April 2003 jiddisponi miżuri speċifiċi dwar is-suq ta' l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola [8] u jipprovdi għal garanzija fil-materja tal-liċenzi ta' importazzjoni u esportazzjoni. Għaldaqstant għandu jkun speċifikat li d-disposizzjonijiet tar-Regolamenti (KEE) Nru 2220/85 għandhom jgħoddu wkoll għar-Regolament (KEE) Nru 670/2003.

(2) Ċerti regolamenti li jimplimentaw ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2202/96 u (KEE) Nru 1782/2003 jistgħu jipprovdu għal garanziji. Għaldaqstant għandu jkun speċifikat li d-disposizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 jgħoddu wkoll għar-Regolamenti (KEE) Nru 2202/96 u (KEE) Nru 1782/2003.

(3) Uħud mir-Regolamenti elenkati fl-Artikolu 1 tar-Regolamenti (KEE) Nru 2220/85 ġew mħassrin. Għall-finijiet ta' kjarezza, l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 għandu għaldaqstant ikun aġġornat, billi fejn meħtieġ jiġu sostitwiti r-riferimenti għar-regolamenti mħassrin b'riferiment għas-sostituzzjonijiet.

(4) Ir-Regolament (KEE) Nru 2220/85 għandu jiġi emendat f'dan is-sens.

(5) Il-miżuri meħudin b'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitati ta' Ġestjoni kollha interessati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 1

Dan ir-Regolament jiddisponi regoli li jirregolaw il-garanziji li għandhom jingħataw, jew taħt dawn ir-regolamenti jew taħt kwalunkwe regolament ieħor ta' implimentazzjoni, jekk kemm-il darba ma jkunx hemm regoli oħrajn stabbiliti b'dawn l-istess Regolamenti:

(a) Ir-Regolamenti li jiddisponu dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq ta' ċerti prodotti agrikoli:

- Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE (żjut u xaħmijiet) [*1] ĠU C 172, tat-30.9.1966, pġ. 3025/66.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 (żrieragħ) [*2] ĠU L 246, tal-5.11.71, pġ. 1.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 (laħam tal-majjal) [*3] ĠU L 282, ta' l-1.11.75, pġ. 1.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 (bajd) [*4] ĠU L 282, ta' l-1.11.75, pġ. 49.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 (laħam tat-tjur) [*5] ĠU L 282, ta' l-1.11.75, pġ. 77.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (ċereali) [*6] ĠU L 181, ta' l-1.7.92, pġ. 21.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 (tabakk mhux maħdum) [*7] ĠU L 215, tat-30.7.92, pġ. 70.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3072/95 (ross) [*8] ĠU L 329, tat-30.12.95, pġ. 18.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 603/95 (għalf niexef) [*9] ĠU L 63, tal-21.3.95, pġ. 1.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2200/96 (frott u ħaxix) [*10] ĠU L 297, tal-21.11.96, pġ. 1.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2201/96 (prodotti proċessati tal-frott u l-ħaxix) [*11] ĠU L 297, tal-21.11.96, pġ. 1.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1254/1999 (ċanga u vitella) [*12] ĠU L 160, tas-26.6.99, pġ. 21.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1255/1999 (ħalib u lattiċibi) [*13] ĠU L 160, tas-26.6.99, pġ. 48.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1493/1999 (inbid) [*14] ĠU L 179, ta' l-14.7.99, pġ. 1.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 104/2000 (sajd u prodotti ta' l-akkwakultura) [*15] ĠU L 17, tal-21.1.00, pġ. 22.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1673/2000 (kittien u qanneb) [*16] ĠU L 193, tad-29.7.2000, pġ. 16.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru1260/2001(zokkor) [*17] ĠU L 178, tat-30.6.1, pġ. 1.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2529/2001 (laħam tan-nagħġa u tal-mogħża) [*18] ĠU L 341, tat-22.12.1, pġ. 3.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 670/2003 (alkol etiliku ta' oriġini agrikola) [*19] ĠU L 97, tal-15.4.3, pġ. 6.;

(b) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1782/2003 (skemi ta' appoġġ dirett) [*20] ĠU L 270, tal-21.10.3, pġ. 1.;

(ċ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru1051/2001 (skema għall-għajnuna għall-qoton) [*21] ĠU L 148, ta' l-1.6.1, pġ. 3.;

(d) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1251/1999 (sistema ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċerti uċuħ ta' raba') [*22] ĠU L 160, tas-26.6.99, p. 1.;

(e) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2202/96 (skema ta' għajnuna għall-produtturi ta' ċertu frott taċ-ċitru) [*23] ĠU L 297, tal-21.11.96, p. 49.;

(f) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3448/93 (arranġamenti għas-snajja' applikabbli għal ċerti prodotti riżultanti mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli)( [*24] ĠU L 318, ta' l-20.12.93, p. 18. )."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-13 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta' l-1.7.92, pġ. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1104/2003 (ĠU L 158, tas-27.6.3, pġ. 1).Regolamenti (KEE) Nru 1766/92 huwa mħassar bir-Regolament (KEE) Nru 1784/2003 (ĠU L 270, tal-21.10.2003, pġ. 78) b’effett mid-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament (ta’ l- 1.7.2004).

[2] ĠU L 270, tal-21.10.3, pġ. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 21/2004 (ĠU L 5, 9.1.4, pġ. 8).

[3] ĠU L 148, ta' l-1.6.1, pġ. 3.

[4] ĠU L 160, tas-26.6.99, pġ. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, tal-21.10.3, pġ. 1).

[5] ĠU L 297, tal-21.11.1996, pġ. 49. Regulation kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1933/2001 (ĠU L 262, tat- 2.10.2001, pġ. 6).

[6] ĠU L 318, ta' l-20.12.93, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, tal-25.11.00, p. 5).

[7] ĠU L 205, tat-3.8.85, pġ. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1932/1999 (ĠU L 240, ta' l- 10.9.99, pġ. 11).

[8] ĠU L 97, tal-15.4.3, pġ. 6.

--------------------------------------------------