32004R0660



Official Journal L 104 , 08/04/2004 P. 0097 - 0098


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 660/2004

tas-7 ta’ April 2004

li jemenda l-Anness tar-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE f’dak li jirrigwardja l-lista tad-diviżjonijiet

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi qafas għall-ġbir ta’ l-informazzjoni tad-dħul u l-operat tan-negozju ta’ l-impriżi agrikoli fil-Komunità Ekononika Ewropea [1], u partikolarment l-Artikolu 2!!! error character !!! Β!!! error character !!! Ί tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talba magħmula mill-Belġju,

Billi:

(1) Lista ta’ diviżjonijiet fil-qofol tat-tifsira ta’ l-Artikolu 2(d) tar-Regolament Nru 79/65/KEE hija stabbilita fl-Anness ta’ dak ir-Regolament.

(2) Skond dak l-Anness, il-Belġju jikkostitwixxi diviżjoni waħda. Għall-iskopijiet tar-Regolament Nru 79/65/KEE, il-Belġju talab li jaqsam id-diviżjoni waħda fi tliet diviżjonijiet.

(3) Ir-Reġolament Nru 79/65/KEE għandu għalhekk ikun emendat kif mistħoqq,

(4) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunità dwar il-Qafas tad-Data tal-Kontijiet ta’ l-Irziezet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament Nru 79/65/KEE huwa emendat b’konformità ma l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jkun japplika mis-sena tal-kontijiet 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta’ April 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU C 109, tat-23.6.1965, p. 1859/65 Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2059/2003 (ĠU L 308, tal-25.11.2003, p. 1).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Fl-Anness tar-Regolament Nru 79/65/KEE, il-kliem

"il-BELĠJU jikkostitwixxi diviżjoni waħda"

huma mibdula b’dan li ġej:

"Il-BELĠJU

1. Vlaanderen

2. Brussel

3. Wallonie."

--------------------------------------------------