32004R0656



Official Journal L 104 , 08/04/2004 P. 0050 - 0061


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 656/2004

tas-7 ta' April 2004

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 752/93 li jistabbilixxi disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3911/92 fuq l-esportazzjoni ta' merkanzija agrikola

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3911/92 fuq l-esportazzjoni tal-merkanzija kulturali [1] u b'mod partikolari l-Artikolu t tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kummitat Konsultattiv dwar il-Merkanzija Kulturali,

Billi,

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 752/93 tat-30 ta' Marzu 1993 jistabbilixxi disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3911/92 fuq l-esportazzjoni ta' merkanzija kulturali [2], għamel disposizzjonijiet għal mudell ta' formola ta' liċenza ta'l-esportazzjoni applikabbli għal kategoriji ta' merkanzija kulturali elenkata fl-anness tar-Regolament (KEE) Nru 3911/92. Madankollu, din il-formola m'hijiex konsistenti mal-Gwida għall-Preżentazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Dokumenti Kummerċjali u fil-prattika tikkawża xi problemi.

(2) Għalhekk mudell ġdid għal formola li tkun tikkonforma mal-Gwida għall-Preżentazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għandha ssir mill-ġdid.. Il-formola għandu jkollha magħha noti ta' spjegazzjoni biex jgħinu lil partijiet interessati biex jibnuha b'uniformità u korrettezza.

(3) Ir-Regolament (KEE) Nru 752/93 jistipula li l-formola għandha timtela b'mezzi mekkaniċi jew elettroniċi jew bl-idejn. Madankollu, biex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi, l-Istati Membri li jkunu jixtiequ u għandhom il-mezzi tekniċi neċessarji għandhom jitħallew joħorġu d-dokument b'mezzi elettroniċi.

(4) Biex jiġi żgurat li l-awtorità emittenti tirċievi l-paġna 3 tal-formola, għandu jkun hemm disposizzjoni biex l-uffiċċju doganali tal-ħruġ tat-territorju doganali Komunitarju jirritorna din il-paġna direttament lill-awtorità emittenti minflok li jagħtiha lill-esportatur jew lir-rappreżentant tiegħu/tagħha, kif previst fil-preżent.

(5) Ir-Regolament (KEE) Nru 752/93 għandu għalhekk jiġi emendat kif imiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 752/93 qiegħed b'hekk jiġi emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 3(3), is-sentenza tal-bidu qed tinbidel b'dan li ġej:

"3. Il-formoli għandhom isiru f'forma stampata jew elettronika u jimtlew bl-ilsien uffiċjali tal-Komunitajiet innominati mill-awtoritajiet kompetenti ta'l-Istat Membru emittenti."

2. Fl-Artikolu 6(3), is-sentenza tal-bidu qed tinbidel b'dan li ġej:

"1. L-applikant għandu jimla l-kaxxi 1, 3, 6 sa 21, 24 u, jekk ikun meħtieġ, 25 ta'l-applikazzjoni u l-paġni l-oħra minbarra fejn l-istampar min qabel tal-kaxxa jew tal-kaxxi jkun awtorizzat."

3. L-Artikolu 8 qed jiġi emendat kif ġej:

(a) l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1. L-uffiċċju doganali responsabbli biex jirċievi d-dikjarazzjoni ta'l-esportazzjoni għandu jiżgura li l-entrati fuq id-dikjarazzjoni ta'l-esportazzjoni jew, jekk ikun applikabbli, il-carnet ATA, jikkorrispondi ma'l-entrati fuq il-liċenza ta'l-esportazzjoni u li referenza għal-liċenza ta'l-esportazzjoni tiddaħħal fil-kaxxa 44 tad-dikjarazzjoni ta'l-esportazzjoni jew fuq il-mamma tal-carnet ATA."

(b) il-paragrafu 2 qed jinbidel b'dan li ġej:

"2. Wara li timtela l-kaxxa 23 fil-kopji 2 u 3, l-uffiċċju doganali awtorizzat biex jaċetta d-dikjarazzjoni ta'l-esportazzjoni għandu jirritorna lid-dikjarant jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu/tagħha il-paġna intiża għad-detentur."

(ċ) Fil-paragrafu 3, l-aħħar sentenza qed tinbidel b'dan li ġej:

"L-uffiċċju doganali għandu jagħmel it-timbru tiegħu mal-kazza 26 tal-formola u jirritornaħa lil-awtorità mittenti."

4. Fl-Artikolu 16(3), is-sentenza tal-bidu qed tinbidel b' dan li ġej:

"3. Il-formola tal-liċenza għandha ssir f'forma stampata jew elettronika b'lingwa uffiċjali waħda jew iżjed tal-Komunità."

5. L-Anness I qed jinbidel bit-test ta'l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-liċenzi ta'l-esportazzjoni maħruġa sat-30 ta' Ġunju 2004 għandhom jibqgħu validi sat-30 ta' Ġunju 2005.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2004

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' April 2004.

Ghall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 395, tal-31.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

[2] ĠU L 77, tal-31.3.1993, p. 24. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1526/98 (ĠU L 201, tas-17.7.1998, p. 47).

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS I

FORMOLA STANDARD TAL-LIĊENZA TA'L-ESPORTAZZJONI

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

NOTI TA' SPJEGAZZJONI

1. Ġenerali

1.1. Huma meħtieġa liċenzi għall-esportazzjoni ta'merkanzija biex jiġi protett il-wirt kulturali ta'l-Istati Membri skond ir-Regolament (KEE) Nru 3911/92 tad-9 ta' Diċembru 1992.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 752/93 tat-30 ta' Marzu 1993 jistabbilixxi l-forma li biha l-liċenzi standard għall-esportazzjoni għandhom isiru. L-intenzjoni hija li jiġu ggarantiti verifiki standardizzati għall-esportazzjoni ta' merkanzija kulturali barra l-fruntieri Komunitarji.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1526/98 tas-16 ta' Lulju 1998 previst għal żewġ tipi oħra ta' liċenza għall-esportazzjoni, jiġifieri:

- liċenzi speċifiċi miftuħa, li għandhom jinħarġu għal merkanzija kulturali speċifika li jistgħu jiġu esportati temporanjament mill-Komunità fuq bażi regolari għall-użu jew il-wiri f'pajiż terz.

- liċenzi ġenerali miftuħa, li għandhom jinħarġu lil mużewijiet u lil istituzzjonijiet oħra biex ikopru l-esportazzjoni temporanja ta' kwalunkwe waħda mill-merkanzija li tkun tappartieni għall-kollezzjonijiet permanenti tagħhom li jistgħu jiġu esportati temporanjment mill-Komunità fuq bażi regolari għall-wiri f'pajjiż terz.

1.2. Tliet kopji tal-formola tal-liċenza standard għall-esportazzjoni għandhom jimtlew b'mod li jinqraw u ma jitħassrux, preferibbilment b'mezzi elettroniċi jew mekkaniċi. Jekk jimtlew bl-idejn, dawn għandhom jinkitbu bil-linka u b'ittri kapitali. Dawn taħt l-ebda ċirkostanza ma jista' jkun fiħomn tħassir, kliem miktub fuq ieħor jew tibdil ieħor.

1.3. Il-kaxxi kollha li ma jintużawx għandhom ikunu ngassati b'linji biex xejn ma jiġi miżjud.

Il-kopji jistgħu jiġu identifikati bin-numerazzjoni u l-funzjoni tagħhom, indikati fil-marġini tax-xellug. Dawn għandhom jiġu ordnati fis-sett kif ġej:

- Kopja Nru 1: applikazzjoni li għandha tinżamm mill-awtorità emittenti (indika f'kull Stat Membru l-identità ta' dik l-awtorità); fil-każ ta' listi addizzjonali, għandhom jintużaw daqstant kopji minn Nru 1 daqs kemm ikun meħtieġ; huwa l-jedd ta' l-awtoritajiet emittenti kompetenti li jistabbilixxu jekk għandhiex tinħareġ liċenza għall-esportazzjoni waħda jew aktar,

- Kopja Nru 2: li għandha tiġi ppreżentata b'appoġġ għad-dikjarazzjoni ta'l-esportazzjoni fl-uffiċċju doganali kompetenti ta'l-esportazzjoni u tinżamm mid-detentur tal-liċenza wara li tiġi ttimbrata minn dak l-uffiċjju.

- Kopja Nru 3: li għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali kompetenti ta'l-esportazzjoni u għandha tmur mal-konsenja minn hemm 'il quddiem sa ma din tasal fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ mill-Komunità; l-uffiċċju doganali tal-ħruġ jittimbra din il-kopja u mbagħad jirritornaha lill-awtorità emittenti.

2. Intestaturi

Kaxxa 1: Applikant: Isem ta'l-individwu jew kumpannija u indirizz residenzali sħiħ tal-kwartier ġenerali tal-kumpannija.

Kaxxa 2: Liċenza ta'l-esportazzjoni: Biex timtela mill-awtoritajiet kompetenti

Kaxxa 3: Kunsinnatarju: Isem u indirizz sħiħ tal-kunsinnatarju, inkluż il-pajjiż terz li lilu l-merkanzija tkun qed tiġi esportata temporanjament jew permanentement.

Kaxxa 4: Indika jekk l-esportazzjoni hijiex permanenti jew temporanja

Kaxxa 5: Awtorità emittenti: Isem ta'l-awtiorità kompetenti u l-Istat Membru li qed joħroġ l-awtorizzazzjoni.

Kaxxa 6: Rappreżentant ta'l-applikant: Għandha timtela biss meta l-applikant ikun qed juża rappreżentant awtorizzat

Kaxxa 7: Sid ta'l-oġġetti(I): Isem u indirizz

Kaxxa 8: Deskrizzjoni fit-termini ta'l-Anness għar-Regolamenti (KEE) Nru 3911/92. Kategorija(i) tal-merkanzija kulturali: Din il-merkanzija hija kklassifikata skond katergoriji enumerati mill-1 sal-14. Daħħal biss in-numru korrispondenti.

Kaxxa 9: Deskrizzjoni tal-merkanzija kulturali: Agħti n-natura eżatta tal-merkanzija (per eżempju pittura, skultura, basso riljev, matriċi negattiva jew kopja pożittiva fil-każ ta' pellikoli, għamara jew oġġetti, strumenti mużikali) u agħti deskrizzjoni oġġettiva dwar id-dehra tal-merkanzija.

- Għal oġġetti tal-kategorija 12: għid x'tip ta' kollezzjoni u/jew l-oriġini ġeografika.

- Għal kollezzjonijiet jew eżemplari xjentifiċi: agħti l-isem xjentifiku.

- Għal kollezzjonijiet arkeoloġiċi komposti minn għadd kbir ta' oġġetti: huwa biżżejjed li wieħed jagħti deskrizzjoni ġenerika, li għandu jkollha magħha attestat jew ċertifikat maħruġ mill-korp jew mill-istituzzjoni xjentifika jew arkeoloġika u lista ta'l-oġġetti.

Jekk ma jkunx hemm spazju biex jiġu deskritti l-oġġetti kollha, l-applikant għandu jżid kemm paġni żejda jkun hemm bżonn.

Kaxxa 10: Kodiċi tan-NM: Bħala indikazzjoni, agħti l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda.

Kaxxa 11: Numru/kwantità: Agħti n-numru ta'l-oġġetti, partikolarment fejn jikkostitwixxu sett.

Fil-każ tal-pellikoli, agħti indikazzjoni tan-numru ta'l-irkiekel, il-format u t-tul.

Kaxxa 12: Valur f'munita nazzjonali: Agħti l-valur tal-merkanzija f'munita nazzjonali.

Kaxxa 13: L-iskop li għalih il-merkanzija kulturali qed tiġi esportata/ir-raġuni għala l-liċenza qed tintalab. Għid jekk il-merkanzija li sa tiġi esportata inbiegħetx jew jekk hemmx il-ħsieb li tinbiegħ, tiġi esibita, valutata, imsewwija jew użata b'xi mod ieħor, u jekk ir-ritorn tagħha huwiex obbligatorju.

Kaxxa 14: Titolu jew suġġett: Jekk ix-xogħol ma jkollux isem eżatt, agħti indikazzjoni tas-suġġett permezz ta' sommarju tad-dehra ta'l-oġġett jew, fil-każ ta' pellikoli, is-suġġett.

Għal strumenti xjentifiċi jew oġġetti oħra li għalihom mhux possibbli li wieħed jispeċifika titolu jew suġġett, huwa biżżejjed li timtela l-Kaxxa 9.

Kaxxa 15: Qisien: Qisien (f'ċentimetri) tal-merkanzija u xi waqqafiet

Fil-każ ta' għamliet komplessi u mhux tas-soltu, agħti indikazzjoni tal-miżuri skond din l-ordni: Gh x W x F (għoli, wisa', fond).Kaxxa 16: Datazzjoni: b

Fejn nma tkunx magħrufa data preċiża, agħti ħjiel tas-seklu u parti mis-seklu (l-ewwel kwart, l-ewwel nofs) jew il-millenju (kategoriji minn 1 sa 6).

Għal merkanzija antika li għaliha jgħoddu l-ispeċifikazzjonijiet ta' antikità (aktar minn 50 jew 100 sena), u li għaliha mhux biżżejjed li wieħed jindika s-seklu, speċifika s-sena, anke jekk bejn wieħed u ieħor (p.e. madwar l-1890, bejn wieħed u ieħor ta'l-1950).

Rigward pellikoli, jekk id-data ma tkunx magħrufa, speċifika d-deċennju.

Fil-każ ta' settijiet (arkivji u libreriji), agħti indikazzjoni tad-dati l-aktar kmieni u l-aktar tard. (bikrija u mwaħħra)

Kaxxa 17: Karattersitiċi oħra: Agħti kwalunkwe informazzjoni oħra fuq aspetti formali li jistgħu jkunu siewja għall-identifkazzjoni, p.e. anteċedenti storiċi, kondizzjonijiet ta'l-eżekuzzjoni, sidien oriġinali, stat ta' preservazzjoni jew restawr, bibliografija, kodiċi jew marka elettronika.

Kaxxa 18: Dokumenti mogħtija/indikazzjonijiet speċifiċi rigward l-identifikazzjoni: Indika bi slaleb fil-kaxex approprjati.

Kaxxa 19: Artist, perjodu, bottega u/jew stil: Agħti l-isem ta'l-artist jekk ikun magħruf jew irreġistrat. Jekk l-opri jkunu prodotti jew kopji kollaborattivi, agħti indikazzjoni ta'l-artisti jew ta'l-artist ikkupjat, jekk ikun magħruf. Jekk l-opra tkun attribwita biss għal artist wieħed, niżżel "Attribwita lil…"

Jekk l-artist ma jkunx magħruf, niżżel il-bottega, l-iskola jew l-istil (p.e. bottega ta' Velasquez, skola Venezjana, perjodu Ming, stil Luigi XV jew stil Vittorjan)

Fil-każ ta' oġġetti stampati, agħti l-isem tal-pubblikatur, il-post u s-sena tal-pubblikazzjoni.

Kaxxa 20: Metodi jew teknika: L-informazzjoni li tingħata f'din il-kaxxa għandha tkun preċiża kemm jista' jkun. Agħti indikazzjoni tal-materjali li ntużaw u speċifika t-teknika mħaddma (p.e. pittura taż-żejt, kopja minn inċiżjoni fuq l-injam, disinn bil-lapis jew bil-faħma, forma biċ-ċera perduta, pellikola tan-nitrat, eċċ.).

Kaxxa 21 (Kopja 1): Applikazzjoni: Għandha timtela mill-applikant jew minn rappreżentant tiegħu/tagħha, li għandu jidħol responsabbli għall-korrettezza ta' l-informazzjoni fornuta fl-applikazzjoni u fid-dokumenti li jappoġġawha.

Kaxxa 22: Firma u timbru ta'l-awtorità emittenti …: Li għandhom jiġu mdaħħla mill-awtorità kompetenti, bil-post u d-data, fuq it-tliet kopji tal-liċenza.

Kaxxa 23 (Kopji 2 u 3): Għandha timtela mill-uffiċċju doganali ta'l-esportazzjoni: Għandha timtela mill-uffiċjju doganali fejn isiru t-tranżazzjonijiet ta'l-esportazzjoni u fejn tiġi ppreżentata l-liċenza ta'l-esportazzjoni.

"Uffiċċju doganali ta'l-esportazzjoni" tfisser l-uffiċċju fejn titressaq id-dikjarazzjoni ta'l-esportazzjoni u fejn isiru l-formalitajiet ta'l-esportazzjoni.

Kaxxa 24: Ritratti tal-merkanzija kulturali: Ritratt bil-kulur (talanqas 9 x 12 ċm) għandu jitwaħħal bil-kolla. Biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tri-dimensjonali, jistgħu jkunu meħtieġa ritratti tad-diversi faċċati.

L-awtorità kompetenti għandha tiċċertifika r-ritratt b'firma u bit-timbru ta'l-awtorità emittenti.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkunu jeħtieġu ritratti oħra.

Kaxxa 25: Paġni supplimentari: Agħti n-numri tal-paġni addizzjonali, jekk ikun hemm.

Kaxxa 26 (kopji 2 u 3): Uffiċjal doganali tal-ħruġ: Għandha timtela mill-uffiċċju doganali tal-ħruġ

"Uffiċjal doganali tal-ħruġ" tfisser l-aħħar uffiċċju doganali qabel ma l-merkanzija tħalli t-territorju doganali tal-Komunità.

"

--------------------------------------------------