32004R0465



Official Journal L 077 , 13/03/2004 P. 0027 - 0028


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 465/2004

tat-12 ta' Marzu 2004

li jissupplimenta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru. 2400/96 dwar id-dħul ta' ċerti ismijiet fir-Reġistru ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta u indikazzjonijiet ġeografiċi protetta (Carciofo di Paestum u Farina di Neccio della Garfagnana)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta' l-identifikazzjoni u l-ismijiet ta' l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) fih imsemmi;

billi:

(1) Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-Italja bagħtet lill-Kummissjoni applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' l-isem "Carciofo di Paestum" bħala indikazzjoni ġeografika u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' l-isem "Farina di Neccio della Garfagnana" bħala denominazzjoni ta' l-Oriġini.

(2) Bi qbil ma' l-Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament, l-applikazzjonijiet urew li jilħqu t-talbiet stabbiliti kollha fih u b'mod partikolari li fihom l-informazzjoni kollha mitluba bi qbil ma' l-Artikolu 4 fih imsemmi.

(3) L-ebda prospett ta' obbjezzjoni, fis-sens ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru. 2081/92, ma ntbagħat lill-Kummissjoni wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea [2] taż-żewġ ismijiet elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(4) Konsegwentement l-ismijiet jikkwalifikaw għall-inklużjoni fir-"Reġistru ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" u biex ikunu protetti fuq livell Komunitarju bħala deskrizzjoni ta' l-oriġini protetta.

(5) L-Anness ta' dan ir-Regolament jissupplimenta l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2400/96 [3],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ismijiet elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament huma b'hekk miżjuda fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru. 2400/96 u mdaħħlin bħala indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) u bħala deskrizzjoni ta' l-oriġini protetta (PDO) fir-"Reġistru ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" previst fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru. 2081/92.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Marzu 2004.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta' l-24.7.92, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.3, p. 1).

[2] ĠU C 153, ta’ l-1.7.2003, p. 72. (Carciofo di Paestum).ĠU C 153, ta’ l-1.7.2003, p. 76. (Farina di Neccio della Garfagnana).

[3] ĠU L 327, tat-18.12.96, p. 11. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 297/2004 (ĠU L 50, ta' l-20.2.4, p. 18).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS I TAT-TRATTAT MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN

Frott frisk jew proċessat, Ħaxix u ċereali

L-ITALJA

Carciofo di Paestum (IĠP)

Farina di Neccio della Garfagnana (PDO).

--------------------------------------------------